31995R0251



Official Journal L 030 , 09/02/1995 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 251/95

tas-6 ta' Frar 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, f'laqgħa f'livell ta' Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern, meta adottaw id-Deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1993 dwar il-lokazzjoni tas-sedi ta' ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunità Ewropea u tal-Europol [4], adottaw bi ftehim komuni dikjarazzjoni dwar il-lokazzjoni tas-sede taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali;

Billi, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1131/94 tas-16 ta' Mejju 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali [5], il-Kunsill stabbilixxa s-sede taċ-Ċentru f'Tessaloniki;

Billi f'dak ir-Regolament il-Kunsill irriserva d-dritt li jaġixxi fi stadju ulterjuri fuq l-aspetti tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-persunal taċ-Ċentru;

Billi għandu jkun hemm konsistenza fil-livell Komunitarju fir-rigward tat-tmexxija tal-persunal tal-korpi deċentralizzati differenti; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 [6];

Billi l-Kummissjoni, assistita mill-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru, għandha ssib u timplimenta ma' l-ewwel opportunità soluzzjonijiet xierqa dwar miżuri li jirregolaw arranġamenti ta' l-istaff li għandhom x'jaqsmu mat-trasferiment taċ-Ċentru minn Berlin għal Tessaloniki; u għandha tpoġġi quddiem il-Kunsill proposti xierqa;

Billi, f'dawn iċ-ċirkostanzi, ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1859/76 tad-29 ta' Ġunju 1976 li jistabbilixxi l-Kundizzjonijiet ta' l-Impieg tal-Persunal taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għandu jkun imħassar [7],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

"L-Artikolu 13

Il-persunal taċ-Ċentru għandu jkun suġġett għar-regolamenti u regoli applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunità Ewropea.

Iċ-Ċentru għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tiegħu, il-poteri devoluti lill-awtorità responsabbli mill-ħatriet.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni xierqa."

L-Artikolu 2

Ir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1859/76 għandu jkun imħassar.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Marzu 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Frar 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Juppé

[1] ĠU C 74, tat-12.3.1994, p. 12.

[2] ĠU C 128, tad-9.5.1994, p. 511.

[3] ĠU C 195, tat-18.7.1994, p. 32.

[4] ĠU C 323, tat-30.11.1993, p. 1.

[5] ĠU L 127, tad-19 5.1994, p. 1.

[6] ĠU L 39, tat-13.2.1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1131/94 (ĠU L 127, tad-19.5.1994, p. 1).

[7] ĠU L 214, tas-6.8.1976, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 679/87 (ĠU L 72, ta' l-14.3.1987, p. 1).

--------------------------------------------------