31995L0016



Official Journal L 213 , 07/09/1995 P. 0001 - 0031


Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE

tad-29 ta’ Ġunju 1995

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-lifts

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3] fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fis-17 ta’ Mejju 1995,

Billi l-Istati Membri huma responsabbli fit-territorju tagħhom għas-saħħa u s-sigurtà tal-poplu;

Billi l-paragrafi 65 u 68 ta’ l-Abbozz ta’ Rapport dwar it-tlestija tas-suq intern, approvata mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju 1985, ipprovda għal attitudni ġdida għall-approssimazzjoni ta’ liġijiet;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 84/529/KEE tas-17 ta’ Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-lifts li jaħdmu bl-elettriku, bl-idrawliku jew biż-żejt u l-elettriku [4] ma tassigurax il-libertà tal-moviment tat-tipi kollha ta’ lifts; billi d-disparitajiet bejn id-diposizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni tas-sistemi varji nazzjonali għal tipi ta’ lifts mhux koperti bid-Direttiva 84/529/KEE jikonstitwixxu barrieri għall-kummerċ fil-Komunità; billi r-regoli nazzjonali dwar lifts għandhom għalhekk ikunu armomizzati;

Billi Direttiva tal-Kunsill 84/528/KEE tas-17 ta’ Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw dispożizzjonijiet komuni għall-apparati ta’l-irfigħ u tqandil mekkaniku [5] iservu bħala Direttiva ta’ qafas għal żewġ Direttivi speċifiċi, jiġiefiri d-Direttiva 84/529/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 86/663/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw trakkijiet industrijali bi propulzjoni minnhom infushom [6], imħassra bid-Direttiva tal-Kunsill 91/368/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 89/392/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-makkinarju [7];

Billi fit-8 ta’ Ġunju 1995 il-Kummissjoni adottat ir-rakkomandazzjoni Nru 95/216/KE [8] għall-Istati Membri li tikkonċerna titjib fis-sigurtà tal-lifts eżistenti;

Billi l-ħtiġiet essenzjali ta’ din id-Direttiva jiggarantixxu l-livell maħsuba ta’ sigurtà biss jekk proċeduri xierqa ta’ stima ta’ komformità, magħżula minn fost id-dispożizzjonijiet ta’ d- Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993 fir-rigward tal-moduli tad-diveri fażijiet tal-proċeduri ta’ stima mal-konformità u mar-regoli dwar it-twaħħil u l-użu tal-marka tal-konformità CE, li huma maħsuba għall-użu fid-direttivi ta’ armonizzazzjoni teknika [9], jassiguraw konformità magħhom;

Billi il-marki CE għandhom ikunu mwaħħla fejn jidru ma’ lifts u ma’ ċerti komponenti ta’ sigurtà ta’ lifts li jilħqu l-ħtiġiet essensjali tas-saħħa u sigurtà ta’ din id-Direttiva biex ikun jippermettilhom li jitqiegħdu fuq is-suq;

Billi din id-Direttiva tiddiffenixxi biss il-ħtiġiet ġenerali essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà; billi, sabiex il-manifatturi jkunu megħjuna biex jagħtu prova tal-konformità ma dawn il-ħtiġiet essenzjali, huwa mixtieq l-istandards ikunu armonizzati fuq livell Ewropew fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskji li joriġinaw mid-disinn u l-istallazzjoni ta’ lifts, u wkoll sabiex jiffaċilitaw li il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali jkunu vverifikati; billi dawn l-istandards huma mħejjija f’livell Ewropew minn korpi ta’ liġi privata u għandhom iżommu l-istatus tagħhom li ma jorbotx; billi, għal dan l-iskop, il-Kumitat Ewropew għall- Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni Elettro-mekkanika (Cenelec) huma rikonoxxuti bħala l-korpi kompetenti għall-Standardizzazzjoni ta’ l-istandards armonizzati skond il-linji ta’ gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u CEN u Cenelec iffermat fit-13 ta’ Novembru 1984; billi standard armonizzat skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva hija speċifikazzjoni teknika adotta mis- CEN u/jew Cenelec fuq il-bażi ta’ mandat mill-Kummissjoni skond id- Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistipula proċedura għall-provvista ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards tekniċi u r-regolament [10] u u skond il-linji ta’ gwida ġenerali msemmija hawn fuq;

Billi dispożizzjoni għandha ssir għall-arranġamenti transitorji biex tippermetti lil dawk li jinstallaw li jqiegħdu fis-suq lifts manifatturati qabel id-data ta’ l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva;

Billi din id-Direttiva hija meħsuba biex tkopri r-riskji kollha kkawżati minll-lifts u mħaddma minn dawk li jgħamlu użu minnhom u mill-okkupanti tal-bini; billi din id-Direttiva għandha għalhekk tkun meqjusa bħala Direttiva skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membru li jirrigwardjaw prodotti tal-bini [11];

Billi ftehim fuq il-modus vivendi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ implementazzjoni għal atti adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat KE kien intlaħaq fl-20 ta’ Diċembru 1994,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Il-KAPITOLU I

Skop, tqegħid fuq is-suq u moviment ħieles

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-lifts li permanentement iservu bini u kostruzzjoni. Għandha wkoll tapplika għall-komponenti ta’ sigurtà għall-użu f’dawk il-lifts elenkati fl-Anness IV.

2. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, "lift" għandu jfisser apparat biex iservi livelli speċifiċi, li jkollu kabina li tiċċaqlaq matul ġwidi li huma riġidi u inklinati f’angolu ta’ aktar minn 15 il-grad ma’ l-oriżżontali u maħsub għat-trasport ta’:

- persuni,

- persuni u oġġetti,

- oġġetti biss jekk il-kabina tkun aċċessibbli, jiġifieri, persuna tista’ tidħol fiha mingħajr diffikultà, u fornuti b’kontrolli li jkunu jinstabu fin-naħa ta’ ġewwa tal-kabina u li jistgħu jintlaħqu mill-persuna li tkun ġewwa.

Lifts li jiċċaqalqu f’korsa fissa wkoll meta dawn ma jiċċaqalqux matul gwidi li huma riġidi għandhom jidħlu fl-iskop ta’ din id-Direttiva (per eżempju, lifts imqass).

3. Id-Direttiva m’għandiex tapplika għal:

- seġġjo vija, nklużi ferroviji tal-funikular, għat-trasport pubbliku jew privata ta’ persuni,

- lifts ta’ disinn speċifiku u maħduma għal skopijiet militari jew tal-pulizija,

- ingranaġġ tat-tkebbib tal-minieri,

- elevaturi tat-teatru,

- lifts li jkunu mwaħħla f’mezzi tat-trasport,

- mgħaqqda ma’ makkinarju u maħsuba esklussivament għall-aċċess għall-post tax-xogħol,

- - ferroviji ta’ fuq is-snien u roti bis-snien,

- paranki ta’ fuq is-sit tal-bini għall-irfiegħ ta’ persuni jew persuni u oġġetti.

4. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

- "dak li jinstalla l-lift" għandha tfisser persuna naturali jew legali li tieħu r-responsabbilità għad-disinn, manifattura, stallazzjoni u tqegħid fis-suq tal-lift u li jwaħħal il-marka CE u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità,

- "it-tqegħid fuq is-suq ta’ lift" għandu jseħħ meta dak li jinstalla jagħmel l-lift disponibbli għall-utent għall-ewwel darba,

- ‘komponent ta’ sigurtà għandha tfisser komponent kif elenkat fl-Anness IV,

- il-‘manifattur ta’ komponenti ta’ sigurtà għandha tfisser persuna naturali jew legali li tieħu r-responsabbilità għad-disinn, manifattura, stallazzjoni u tqegħid fis-suq tal-komponenti ta’ sigurtà u li twaħħal il-marka CE u tħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità,

- "lift kampjun" għandha tfisser lift rappreżentattiv li d-dossier tekniku tiegħu juri l-mezz ta’ kif il-ħtiġiet essenzjali ta’ sigurtà jkunu milħuqa għal lifts li jkunu konformi mal-lift kampjun definit permezz ta’ parametri oġġettivi u li juża komponenti identiċi ta’ sigurtà.

Il-varjazzjonijiet permissibli kollha bejn il-lift kampjun u l-lifts li jiffurmaw parti mill-lifts derivati mil-lift kampjun għandhom ikunu kjarament speċifikati (b’valuri massimi u minimi) fid-dossier tekniku.

B’kalkolazzjoni u/jew fuq il-bażi tal-pjanti tad-disinn huwa permissibli li tintwera s-similarità ta’ skala ta’ tagħmir biex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali ta’ sigurtà.

5. Meta, għal lifts, ir-riskji li hemm referenza dwarhom f’din id-Direttiva jkunu kollha kemm huma jew parti minnhom koperti b’Direttivi speċifiċi, din id-Direttiva m’għandiex tkun applikabbli jew għandha tieqaf mill-tapplika fil-każ ta’ dawk il-lifts u dawk ir-riskji sa mill-applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi speċifiċi.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa ħalli jassiguraw li:

- lifts koperti b’din id-Direttiva jistgħu jitqegħdu fis-suq u jiġu użati, biss jekk ma jkunx hemm il-possibbiltà li jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni, jew, fejn xieraq, is-sigurtà ta’ proprjetà, meta jkunu nstallati kif suppost u mantnuti u wżati għall-għanijiet maħsuba tagħhom.

- il-komponenti ta’ sigurtà koperti b’din id-Direttiva jistgħu jitqegħdu fis-suq u mqegħda għall-użu, biss jekk ma jkunx hemm il-possibbiltà li jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni, jew, fejn xieraq, is-sigurtà tal-proprjetà, meta jkunu nstallati kif suppost u jiġu mantnuti u wżati għall-għanijiet maħsuba tagħhom.

2. L-Isati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jassiguraw li l-persuna responsabbli għax-xogħol tal-bini jew kostruzzjoni u dak li jinstalla l-lift, minn naħa ‘l waħda, iżommu lill-xulxin infurmati bil-fatti meħtieġa għal, u, minn naħa l-oħra, jieħdu passi xierqa biex jassiguraw, l-operat sewwa u l-użu b’sigurtà tal-lift.

3. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li t-trombi maħsuba għall-lifts ma jkunx fihom pajpijiet jew wajers jew tagħmir ħlief għal dak meħtieġ għall-operat u s-sigurtà tal-lift.

4. Mingħajr preġudizju għall-paragrafi 1, 2 u 3, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jaffettwaw id-dritt ta’ l-Istati Membri milli jistipulaw, b’konformità mat-Trattat, dawk il-ħtiġiet li huma jqiesu meħtieġa biex jassiguraw li l-persuni jkunu protetti meta l-lifts in kwistjoni jitqegħdu fis-servizz jew fl-użu, b’dan illi dan ma jfissirx li l-lifts ikunu immodifikati b’mod li ma hux speċifikat f’din id-Direttiva.

5. B’mod partikolari f’fieri tan-negozju, esibizjonijiet u demonstrazzjonijiet, l-Istati Membri m’għandhomx ifixklu il-wiri ta’ lifts u komponenti ta’ sigurtà li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Komunità, b’dan illi sinjal viżibli ċar jindika li dawk il-lifts u komponenti ta’ sigurtà ma humiex konformi u li ma humiex għall-bejgħ qabel ma jkunu nġiebu f’konformità minn dak li jinstalla l-lift, il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat ta’ dan ta’ l-aħħar, stabbilit fil-Komunità. Matul id-demonstrazzjoni, miżuri adekwati ta’ sigurtà għandhom jittieħdu biex jassiguraw il-protezjoni ta’ persuni.

L-Artikolu 3

Lifts koperti b’din id-Direttiva għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali ta’ saħħa u sigurtà stipulati fl-Anness I

Il-komponenti ta’ sigurtà koperti b’din id-Direttiva għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali stipulati fl-Anness I jew li jippermettu li l-lifts li fihom dawn ikunu nstallati jissodisfaw l-imsemmija ħtiġiet essenzjali.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq u l-użu fit-territorji tagħhom, ta’ lifts u/jew komponenti ta’ sigurtà li jkunu b’konformità ma’ din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq ta’ komponenti li, fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità, jkunu maħsuba biex ikunu inkorporati f’lift kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 5

1. Stati Membri għandhom iqisu li l-lifts u l-komponenti tagħhom ta’ sigurtà li jkollhom il-marka CE u li jkunu akkumpanjati bid-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità msemmija f’L-Anness II bħala li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, inklużi l-proċeduri ta’ l-istima ta’ konformità stipulata fil-Kapitolu II.

Fin-nuqqas ta’ standards armonizzati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi li huma jħossu li jkunu meħtieġa biex jiġbdu l-attenzjoni tal-partijiet ikkonċernati, dwar l-istandards tekniċi nazzjonali eżistenti u l-ispeċifikazzjonijiet li huma meqjusa bħala mportanti jew relevanti għall-implementazzjoni xierqa tal-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà fl-Anness I.

2. Meta standards nazzjonali jittransponi standard armonizzat, li r-referenza dwaru tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ikopri waħda jew aktar mill-ħtiġiet essenzjali ta’ saħħa u sigurtà:

- lifts kostruwiti skond dak li-istandard għandhom ikunu meqjusa li jkunu konformi mal-ħtiġiet essenzjali relevanti.

jew

- komponenti ta’ sigurtà kostruwiti skond dak li-standard għandhom ikunu meqjusa bħala addattati jiex jippermettu li l-lift li fuq jkunu ġew installati sewwa, jkun konformi mal-ħtiġiet essenjali relevanti.

L-Istati Membri għandhom jippublikaw ir-referenzi ta’ l-istandards nazzjonali tagħhom li jittrasponu l-istandards armonizzati.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li miżuri xierqa jittieħdu sabiex jippermettu li ż-żewġ naħat ta’ l-industrija li jkollhom influwenza fil-livell nazzjonali tal-proċess għat-tħejjija u s-sorveljanza ta’ l-istandards armonizzati.

L-Artikolu 6

1. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 5(2) ma jkunux jissodisfaw bis-sħiħ il-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq dik il-materja quddiem il-Kumitat stabbilit permezz tad-Direttiva 83/189/KEE, u jagħti r-raġunijiet għal dan. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Malli tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri jekk ikunx meħtieġ jew le li jiġi rtirati dawk l-istandards mill-informazzjoni ppublikata msemmija fl-Artikolu 5(2).

2. Il-Kummissjoni tista tadotta kull miżura xierqa bil-għan li tiġi assigurata l-applikazzjoni prattika b’mod uniformi ta’ din id-Direttiva bi qbil mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 3.

3. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-Kumitat Permanenti għandu jħejji ir-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lil Kumitat Permanenti abbozz tal-iżuri li għandhom jittiehdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu ta’ żmien li l-president jista’ jimponi skond l-urġenza tal-każ, u jekk meħtieġ billi jittieħed vot.

L-opinjoni għandha tkun irreġistrata fil-minuti; b’żieda, kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tkun irreġistrata fil-minuti.

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar kont ta’ l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat Permanenti. Għandha tinforma lill-Kumitat bil-mod li bih l-opinjoni tiegħu jkun ingħata kont tagħha.

4. Il-Kumitat Permanenti jista’, minbarra dan, jeżamina kull mistoqsija li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u mqajma mill-president tiegħu jew fuq l-inizjattiva ta’ dan ta’ l-aħħar jew fuq it-talba ta’ xi Stat Membru.

L-Artikolu 7

1. Meta Stat Membru jiżgura li lift jew komponent ta’ sigurtà li jkollu l-marka CE u li jkun użat skond l-għan maħsub tiegħu x’aktarx li jkun jista’ jipperikola is-sigurtà ta’ persuni, u, fejn xieraq, tal-proprjetà, dan għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtirah mis-suq, biex jżommu milli jkun mtqiegħed fis-suq jew milli jkun użat jew li jirrestrinġi il-moviment liberu tiegħu.

L-Istat Membru għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni b’xi miżura bħal dik, waqt li jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u b’mod partikolari jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx minħabba:

(a) nuqqas li jissodisfa l-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3;

(b) l-applikazzjoni skorretta ta’ l-istandards li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(2);

(ċ) nuqqasijiet fl-istandards li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(2) infushom.

2. Il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsaltazzjonijiet mal-partijiet konċernati malajr kemm jista’ jkun. Fejn, wara dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni ssib li;

- il-miżuri jkunu ġustifikati, għandha minnufih hekk tinforma lill-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħra; meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq nuqqasijiet fl-istandards, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati, tressaq il-materja quddiem il-Kumitat msemmi fl-Artikolu 6(1), jekk l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni jkollu l-intenzjoni li jżommha, u għandha tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(1),

- il-miżuri ma jkunux ġustifikati, għandha minnufih tinforma b’dan lill-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u lill dak li jinstalla l-lift, lill-manifattur tal-komponenti tas-sigurtà jew lir-rappreżentant awtorizzat ta’ dan ta’ l-aħħar li jkun stabbilit fil-Komunità.

3. Meta lift jew komponent ta’ sigurtà li ma jkunx konformi jkollu l-marka CE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni xierqa kontra min ikun waħħal il-marka u għandu hekk jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

4. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Istati Membri jinżammu infurmati dwar il-progress u l-iżvilupp tal-proċedura.

Il-KAPITOLU II

Proċedura ta’ l-istima ta’ konformità

L-Artikolu 8

1. Qabel ma l-komponenti ta’ sigurtà elenkati fl-Anness IV jitqegħdu fis-suq, il-manifattur ta’ komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità għandu;

(a) (i) jew jibgħat il-kampjun tal-komponent ta’ sigurtà għall-eżami tat-tip KE skond l-Anness V u għal verifiki ta’ produzzjoni minn korp notifikat skond l-Anness XI;

(ii) jew jibgħat il-kampjun tal-komponent ta’ sigurtà għall-eżami tat-tip KE skond l-Anness V u jopera sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness VIII għal verifika tal-produzjoni;

(iii) jew jopera sistema sħiħa ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness IX;

(b) jwaħħal il-marka CE fuq kull komponent ta’ sigurtà u jħejji dikjarazzjoni dwar il-konformità li jkun fiha l-imformazzjoni elenkata fl-Anness II, billi jingħata kont ta’ l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-Anness użat (l-Anness VIII, IX jew XI skond il-każ);

(ċ) iżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal 10 snin mid-data li fiha l-komponent ta’ sigurtà jkun l-aħħar li ġie manifatturat.

2. Qabel ma jitqiegħed fis-suq, il-lift għandu jkunu għadda minn waħda minn dawn il-proċeduri li ġejjin:

(i) jew, jekk ikun iddisinjat skond lift li jkun għadda minn eżami tat-tip KE kif hemm referenza dwaru fl-Anness V, dan għandu jkun kostruwit, installat u ittestjat bl-implementazzjoni ta’:

- ispezzjoni finali li hemm referenza dwarha fl-Anness VI, jew

- sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li hemm referenza dwarha fl-Anness XII, jew

- sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li hemm referenza dwarha fl-Anness XIV.

Il-proċeduri għall-istadji tad-disinn u l-kostruzzjoni, min-naħa ‘l waħda, u l-istadji ta’ l-istallazzjoni ul-ittestjar, min-naħa ‘l oħra, jistgħu jittwettqu fuq l-istess lift;

(ii) jew, jekk ikun iddisinjat skond il-kampjun ta’ lift li jkun għadda minn eżami tat-tip KE msemmi fl-Anness V, dan għandu jkun kostruwit, installat u ttestjat bl-implementazzjoni ta’:

- ispezzjoni finali msemmija fl-Anness VI, jew

- sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità msemmija fl-Anness XII, jew

- sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità msemmija f’L-Anness XIV;

(iii) jew, jekk ikun iddisinjat skond lift li dwaru sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness XIII tkun implimentata, issuplementata b’eżami tad-disinn jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx kollu kemm hu skond l-istandards armonizzati, għandu jkun installat u kostruwit u ttestjat bl-implimentazzjoni ta’, b’żieda:

- ispezzjoni finali msemmija fl-Anness VI, jew

- sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness XII, jew

- sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness XIV;

(iv) jew, ikun għadda minn proċedura ta’ verifika ta’ l-unità, msemmija fl-Anness X, minn korp notifikat;

(v) jew, wara li kien ġie suġġett għal sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità skond l-Anness XIII, issuplimentat b’eżami tad-disinn jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx kompletament skond l-istandards armonizzati.

Fil-każi msemmija f’ (i), (ii) jew (iii) hawn fuq, il-persuna responsabbli għad-disinn għandha tforni lill-persuna responsabbli mill-kostruzjoni, l-intallazzjoni u l-ittestjar, bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex dan ta’ l-aħħar ikun jista jopera f’sigurtà assoluta.

3. Fil-każi kollha msemmija fil-paragrafu 2:

- dak li jinstalla għandu jwaħħal il-marka CE fuq il-lift u jħejji dikjarazzjoni dwar il-konformità li jkun fiha l-imformazzjoni elenkata fl-Anness II, waqt li jingħata kont ta’ l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-Anness użat (L-Anness VI, X, XII, XIII jew XIV skond il-każ),

- dak li jinstalla għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal 10 snin mid-data li fiha l-lift ikun ġie mqiegħed fis-suq,

- il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, fuq talba, jiksbu mingħand dak li jinstalla, kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità u r-rapporti dwar it-testijiet involuti fl-ispezzjoni finali.

4. (a) Meta l-lifts jew komponenti ta’ sigurtà jkunu suġġetti għal Direttivi oħra li jikkonċernaw aspetti oħra u li wkoll jipprovdu għat-twaħħil tal-marki CE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika jekk il-lift jew il-komponent ta’ sigurtà jkunu ukoll preżunt li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.

(b) Iżda, meta waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi tippemetti lill-manifattur, ma’ tul perijodu transitorju, li jagħżel liema arranġamenti japplika, il-marka CE għandha tindika konformità biss mad-Direttivi applikati mill-istallatur tal-lift jew il-manifattur tal-komponent tas-sigurtà. F’dan il-każ, il-partikularitajiet tad-Direttivi applikata, kif ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu mogħtija fid-dokumenti, avviżi jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u jakkumpanjaw il-lift jew il-komponent ta’ sigurtà.

5. Meta la l-installatur tal-lift u l-anqas il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà, l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, ma jkunu konformi ma’ l-obligazzjonijiet tal-paragrafi preċedenti, dawk l-obligazzjonijiet għandhom jaqgħu fuq kull min iqiegħed il-lift jew il-komponent ta’ sigurtà fis-suq tal-Komunità. L-istess obligazzjonijiet għandhom ikunu applikabbli fuq kull min jimmanifattura il-lift jew komponent ta’ sigurtà għall-użu tiegħu stess.

L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma jkunu ħatru biex iwetqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 8, flimkien mad-doveri speċifiċi u l-proċeduri ta’ eżami li dawn il-korpi jkunu ġew maħtura biex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippublika l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, lista tal-korpi notifikati u n-numri ta’ l-identifikazzjoni tagħhom u d-doveri li dwarhom ikunu ġew innotifikati. Il-Kummissjoni għandha tassigura li din il-lista tinżamm aġġornata.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterja stipulati fl-Anness VII fl-istimi tal-korpi notifikati. Il-korpi li jilħqu l-kriterja ta’ stima stipulati fl-istandards armonizzati relevanti għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mal-kriterja stipulati fl-Anness VII.

3. Stat Membru li jkun innotifika korp għandu jirtira n-notifikazzjoni tiegħu jekk isib li dak il-korp ma jkunx aktar jikkonforma mal-kriterja stipulati fl-Anness VII. Għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

Il-KAPITOLU III

Immarkar CE

L-Artikolu 10

1. Il-marka KE għandu jikkonsisti fl-inizjali CE. L-Anness III jistipula l-mudell li għandu jintuża.

2. Il-marka KE għandu jkun imwaħħal fuq kull kabina ta’ lift, b’mod distint u li jidher skond it-Taqsima 5 ta’ l-Anness I u għandu jkun imwaħħal fuq kull komponent ta’ sigurtà elenkat fl-Anness IV jew, meta dak ma jkunx possibli, fuq tikketta imwaħħla, hekk li ma tkunx tista’ tinqala’, mal-komponent ta’ sigurtà.

3. It-twaħħil fuq il-lifts jew il-komponenti ta’ sigurtà ta’ marki li x’aktarx li jħawdu partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira u l-għamla tal-marki CE għandu jkun ipprojbit. Xi marki oħra jistgħu jitwaħħlu fuq il-lifts u l-komponenti ta’ sigurtà, bdan illi l-viżibilità u l-leġibilità tal-marki CE ma jkunx b’hekk imnaqqsa.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:

(a) fejn Stat Membru jistabilixxi li l-marka CE tkun ġiet imwaħħla rregolarment, l-installatur tal-lift, il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat fil-Komunità ta’ dan ta’ l-aħħar għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-marka KE u li jwaqqfu il-ksur skond il-kundizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;

(b) jekk in-nuqqas ta’ konformità jippersisti, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqiegħid fis-suq tal-komponent ta’ sigurtà in kwistjoni jew li jassigura li dan ikun imneħħi mis-suq u jipprojbixxi milli l-lift ikun użat u jinforma lill-Istati Membri l-oħra skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7(4).

Il-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet Finali

L-Artikolu 11

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tirrestrinġi:

- it-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz u/jew l-użu ta’ lift,

- it-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz ta’ komponent ta’ sigurtà,

għandha tistqarr ir-raġunijiet eżatti fuq x’hiex tkun ibbażata. Deċiżjoni bħal din għandha tkun innotifikata malajr kemm jista’ jkun lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess waqt tkun informata bir-rimedji legali disponibbli għaliha fil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membri kkonċernat u bil-limiti ta’ żmien li dwarhom dawn ir-rimedji jkunu suġġetti.

L-Artikolu 12

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex ikollha l-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet kollha relevanti li jirrigwardjaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li dawn ikunu disponibbli għaliha.

L-Artikolu 13

Id-Direttiva 84/528/KEE u d-Direttiva 84/529/KEE huma b’dan imħassra b’effett mill-1 ta’ Lulju 1999.

L-Artikolu 14

Fir-rigward ta’ l-aspetti li jikkonċernaw l-istallazzjoni tal-lift, din id-Direttiva hija Direttiva skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 89/106/KEE.

L-Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1997. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir dik ir-referenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri b’effett mill-1 ta’ Lulju 1997.

2. Sat-30 ta’ Ġunju 1999 l-Istati Membru għandhom jippermettu:

- it-tqegħid fis-suq u tqegħid fis-servizz ta’ lifts,

- it-tqegħid fis-suq u tqegħid fis-servizz ta’ komponenti ta’ sigurtà,

li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fit-territorji tagħhom fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 16

Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2002, il-Kummissjoni għandha, b’konsultazzjoni mal-Kumitat li hemm referenza dwaru flArtikolu 6(3) u fuq il-bażi tar-rapporti pprovduti mill-Istati Membri, teżamina mill-ġdid il-funzjonament tal-proċeduri stipulati f’din id-Direttiva u, fejn meħtieġ, tibgħat kull proposta għall-emendi xierqa.

L-Artikolu 17

Din id-Direttiva hija indirizzata lil l-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K. Haensch

Għall-Kunsill

Il-President

M. Barnier

[1] ĠU C 62, tal-11.3.1992, p. 4 u ĠU C 180, tat-2.7.1993, p. 11.

[2] ĠU C 287, ta’ l-4.11.1992, p. 2.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’Ottubru 1992 (ĠU C 305, tat-23.11.1992, p. 114), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 (ĠU C 232, ta’ l-20.8.1994, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 1994 (ĠU C 305, tal-31.10.1994, p. 48).

[4] ĠU L 300, tad-19.11.1984, p. 86. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/486/KEE (ĠU L. 270, tat-2.10.1990, p. 21).

[5] ĠU L 300, tad-19.11.1984, p. 72. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/665/KEE (ĠU L. 382, tal-31.12.1988, p. 42).

[6] ĠU L 384, tal-31.12.1986, p. 12.

[7] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 16.

[8] ĠU L 134, ta’ l-20.6.1995, p. 37.

[9] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.

[10] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/10/KE (ĠU L 100, tad-19.4.1994, p. 30).

[11] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ LI JIRRIGWARDJAW ID-DISINN U L-KOSTRUZZJONI TA’ LIFTS U KOMPONENTI TA’ SIGURTÀ

RIMARKI PRELIMINARI

1. L-obbligazzjonijiet permezz tal-ħtiġiet essenzjali dwar saħħa u sigurtà japplikaw biss meta l-lift jew komponent ta’ sigurtà jkun suġġett għall-periklu in kwistjoni meta jkun użat kif maħsub mill-installatur tal-lift jew mill-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà.

2. Il-ħtiġiet essenzjali dwar saħħa u sigurtà li jinsabu fid-Direttiva huma imperattivi. Iżda, meqjus l-istat preżenti tas-sengħa, il-miri li jitipulaw jistgħu ma jkunux milħuqa. F’każi bħal dawn, u sa l-akbar limitu possibli, il-lift jew komponent ta’ sigurtà għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod hekk li jersaq viċin ta’ dawk il-miri.

3. Il-manifattur ta’ komponent ta’ sigurtà u dak li jinstalla l-lift huma taħt l-obligazzjoni li jistmaw il-perikoli kollha biex jidentifikaw dawk li jkunu applikabbli għall-prodotti tagħhom; huma għandhom imbagħad jiddisinjawhom u jibnuhom billi jagħtu kont ta’ din l-istima.

4. Skond l-Artikolu 14, il-ħtiġiet essenzjali stipulati fid-Direttiva 89/106/KEE, mhux inklużi f’din id-Direttiva, japplikaw għall-lifts.

1. ĠENERALI

1.1. L-applikazzjoni tad-Direttiva 89/392/KEE, kif emendata bid-Direttivi 91/368/KEE, 93/44/KEE u 93/68/KEE.

Meta l-periklu relevanti jeżisti u ma jiġix ittrattat skond dan l-Anness, il-ħtiġiet essenzjali dwar saħħa u sigurtà ta’ l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 89/392/KEE japplikaw. Il-ħtiġiet essenzjali tat-Taqsima 1.1.2 ta’ l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 89/392/KEE għandhom ikunu applikabbli f’kull każ.

1.2. Kabina

Il-kabina għandha tkun iddisinjata u kostruwita li toffri spazju u saħħa korrespondenti man-numru massimu ta’ persuni u tat-tagħbija irratata tal-lift stipulata mill-istallatur.

Fil-każ ta’ lifts maħsuba għat-trasport ta’ persuni, meta d-dimenzjonijiet jippermettu, il-kabina għandha tkun iddisinjata u kostruwita b’tali mod li l-fatturi strutturali tagħha ma jfixklux jew ma jimpedux l-aċċess u l-użu minn persuni b’disabilità u biex b’hekk jippermettu kull aġġustamenti xierqa maħsuba biex jiffaċilitaw l-użu minnhom.

1.3. Mezzi ta’ sospenzjoni u mezzi ta’ sostenn

Il-mezzi ta’ sospenzjoni u/jew ta’ sostenn tal-kabina, l-oġġetti mwaħla magħha u l-partijiet terminali tagħha għandhom ikunu magħżula u ddisenjati hekk li jassiguraw livell xieraq ta’ sigurtà ġenerali u li jnaqqsu r-riskju li l-kabina taqa’, waqt li jingħata kont tal-kondizzjonijiet ta’ użu, il-materjali wżati u l-kondizzjonijiet tal-manifattura.

Meta ħbula u ktajjen ikunu wżati biex idendlu l-kabina, għandu jkun hemm mill-anqas żewġ hbula jew ktajjen independenti, kull waħda bis-sitema ta’ ankraġġ tagħha. Dawn il-ħbula u ktejjen m’għandhomx ikollhom twaħħil jew ġonot ħlief fejn ikun meħtieġ għat-twaħħil jew biex tkun iffurmata ngassa.

1.4. Kontroll ta’ tagħbija (inkluża veloċità żejda)

1.4.1. Il-lifts għandhom ikunu hekk iddisinjati, kostruwiti u stallati li ma ma jibdewx jaħdmu jekk it-tagħbija ratata tinqabeż.

1.4.2. Il-lifts għandhom ikunu mgħamra b’regolatur kontra veloċità żejda.

Dawn il-ħtiġiet ma japplikawx għall-lifts li fihom id-disinn tas-sistema tal-mutur ma tħallix li jkun hemm veloċità żejda.

1.4.3. Lifts rapidi għandhom ikunu mgħamra b’sistema li tgħamel sorveljanza fuq il-veloċità u li tillimita il-veloċità.

1.4.4. Lifts li jkunu operati b’tarjoli ta’ frizzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati li jassiguraw l-istabilità taċ-ċimi ta’ trazzjoni fuq it-tarjola.

1.5. Makkinarju

1.5.1. Il-lifts kollha tal-passiġieri għandu ikollhom il-makkinarju ndividwali tagħhom. Din il-ħtieġa ma tapplikax għall-lifts li fihom il-kontra-piż ikun mibdul bit-tieni kabina.

1.5.2. L-installatur tal-lift għandu jassigura li l-makkinarju tal-lift u l-apparati tal-lift assoċjati miegħu ma jkunux aċċessibbli ħlief għall-manutenzjoni jew f’emerġenza.

1.6. Kontrolli

1.6.1. Il-kontrolli tal-lifts maħsuba għall- użu minn persuni b’disabilità li jkunu waħedhom għandhom ikunu hekk iddisinjati u u lokati kif xieraq.

1.6.2. Il-funzjoni tal-kontrolli għandha tkun kjarament indikata.

1.6.3. Iċ-ċirkwiti għal sejħan ta’ grupp ta’ lifts jistgħu jkollhom funzjoni konġunta u jkunu inter-konnessi.

1.6.4. L-apparat elettriku għandu jkun hekk stallat u konness li:

- ma jista’ jkun hemm possibbli l-ebda konfużjoni ma’ ċirkwiti li ma jkollhom konnessjoni diretta mal-lift,

- il-provvista ta’ l-elettriku tkun tista’ tinxtegħel waqt li jku mgħobbi,

- il-movimenti tal-lift ikunu dipendenti fuq apparat elettriku ta’ sigurtà f’ċirkwit separat ta’ sigurtà elettrika,

- ħsara fl-installazzjoni elettrika ma toħloqx sitwazzjoni perikoluża.

2. PERIKOLI GĦAll-PERSUNI IL-BARRA MILL-KABINA

2.1. Il-lift għandu jkun hekk iddisinjat u kostruwit biex jassigura li l-ispazju li fieħ tivvjaġġa il-kabina ikun inaċċessibli ħlief għal manutenzjoni u f’emerġenzi. Qabel ma persuna tidħol f’dak l-ispazju, l-użi normali tal-lift għandu jsir impossibbli.

2.2. Il-lift għandu jkun iddisinjat u kostruwit hekk li ma jħallix il-periklu ta’ tgħaffiġ meta l-kabina tkun f’waħda mil-pożizzjonijiet estremi tagħha.

Din il-mira tkun inkisbet permezz ta’ spazju vojt jew refuġju lill-hinn mill-posizzjonijiet estremi.

Iżda, f’każi speċifiċi, biex l-Istati Membri jingħataw il-possibbilità ta’ approvazzjoni minn qabel, b’mod partikolari f’bini eżistenti, meta din is-soluzzjoni tkun impossibbli li titwettaq, mezzi oħra xierqa jistgħu ikunu pprovduti biex ikun evitat dan ir-riskju.

2.3. L-indani fid-dħul u l-ħruġ mill-kabina għandhom ikunu fornuti b’bibien ta’ reżistenza mekkanika adegwata għall-kundizzjonijiet maħsuba ta’ l-użu.

Apparat li jkun jorbot fuqu nnifsu għandu ma jħallix waqt l-operazzjoni normali:

- il-bidu tal-moviment tal-kabina, sew jekk attivat apposta sew jekk le, sa kemm il-bibien kollha ta’ l-indajjen ma jkunux magħluqa u msakkra,

- il-ftuħ tal-bieb ta’ l-indana meta l-kabina tkun għadha tiċċaqlaq u l-barra minn żona ta’ ndana preskritta.

Iżda, l-movimenti kollha ta’ l-indana bil-bibien miftuħa għandu jitħalla f’żoni speċifiċi bil-kondizzjoni li l-veloċità ta’ livellar tkun ikkontrollata.

3. PERIKOLI GĦAll-PERSUNI FIL-KABINA

3.1. Il-kabini tal-lift għandhom ikunu magħluqa b’ħitan it-tul kollu, art u soqfa mingħajr spazju inklużi, bl-eċċezzjoni ta’ ftuħ ta’ ventilazzjoni, u b’bibien fit-tul kollu. Dawn il-bibien għandhom ikunu hekk iddisinjati u nstallati li l-kabina ma tkunx tista tiċċaqlaq, ħlief movimenti ta’ l-indana li hemm referenza dwarhom fit-tielet sub-paragrafu tat-Taqsima 2.3, sa kemm il-bibien ikunu magħluqa, u tasal f’waqfien jekk il-bibien jinfetħu.

Il-bibien tal-kabina għandhom jibqgħu magħluqa u mrikkba jekk il-lift jieqaf bejn żewġ livelli meta jkun hemm ir-riskju ta’ waqa’ bejn il-kabina u t-tromba jew jekk ma jkunx hemm tromba.

3.2. Fil-każ ta’ qtugħ tal-kurrent jew jew ħsara tal-komponenti, il-lift għandu jkollu mezzi biex il-kabina ma jiħallix taqa’ jew titla’ l-fuq bla kontroll.

Il-mekkaniżmu li jipprevjeni l-waqa’ tal-kabina għandu jkun independenti mill-mezzi tas-sospenzjoni tal-kabina.

Dan l-apparat għandu jkun jista’ jwaqqaf il-kabina fit-tagħbija irratata tagħha u tal-veloċità massima antiċipata min dak li jkun installa l-lift. Kull waqfien ikkaġunat minn dan l-apparat m’għandux joħloq nuqqas ta’ veloċità li tkun ta’ ħsara għall-okkupanti jkunu xi jkunu l-kondizzjonijiet tat-tagħbija.

3.3. Il-mollol mewwieta għandhom ikunu installati bejn il-qiegħ tat-tromba u l-art tal-kabina.

F’dan il-każ, l-ispazju vojt li hemm referenza dwaru fit-Taqsima 2.2 għandu jkun imkejjel bill-mollol mewwieta ikunu kompletament ikkompressati.

Din il-ħtieġa ma tapplikax għal-lifts li fihom il-kabina ma tkunx tista tidħol fl-ispazju vojt li hemm referenza dwaru fit-Taqsima 2.2 minħabba d-disinn tas-sistema tat-tħaddim.

3.4. Il-lifts għandhom ikunu hekk iddisinjat u konstruwiti li jgħamilha impossibli għalihom li jibdew jitħaddmu jekk l-apparat li hemm dispożizzjoni dwaru fit-Taqsima 3.2. ma jkunx f’pożizzjoni ta’ operazzjoni.

4. PERIKOLI OĦRA

4.1. Il-bibien ta’ l-indajjen u l-bibien tal-kabina jew iż-żewġ bibien flimkien, meta jkunu jaħdmu b’mutur, għandhom ikunu mgħamra b’mezzi li ma jħallux li jseħħ ir-riskju ta’ tgħaffiġ waqt li jkunu jiċċaqilqu.

4.2. Bibien ta’ l-indajjen, fejn dawn għandhom jikkontribwixxu għall-protezjoni tal-bini kontra n-nar, inklużi dawk li jkollhom partijiet tal-ħġieġ, għandhom ikunu reżistenti għan-nar b’mod xieraq fit-termini ta’ l-integrità tagħhom u l-proprjetajiet tagħhom fir-rigward ta’ insulazzjoni (konteniment tal-fjammi) u t-transmissjoni tas-sħana (radjazzjoni termali).

4.3. Il-kontrapiż għandu jkun hekk installat li jevita r-riskju li jkun jista jaħbat ma, jew li jaqa’ fuq il-kabina.

4.4. Il-Lifts għandhom ikunu fornuti b’mezzi li jiffaċilitaw li persuni maqbuda fil-kabina jkunu jistgħu jinħelsu u jkunu evakwati.

4.5. Il-kabini għandhom ikunu mgħamra b’mezzi ta’ komunikazzjoni minn żewġ naħat li tippermetti kuntatt permanenti ma’ serviss ta’ ħelsien.

4.6. Il-Lifts għandhom ikunu hekk iddisinjati u kostruwiti biex, fil-każ li t-temperatura tal-makkinarju tal-lift teċċedi il-massimi stabbiliti minn dak li jinstalla l-lift, dawn ikunu jistgħu jibqgħu iwettqu l-moviment li jkun iseħħ imma li mbgħad jiċhdu ordnijiet ġodda.

4.7. Il-kabini għandhom ikunu iddisinjati u kostruwiti biex jassiguraw ventilazzjoni suffiċjenti għall-passigieri, wkoll fil-każ ta’ waqfien fit-tul.

4.8. Il-kabina għandha tkun mixgħula b’mod adegwat kull meta tkun tintuża jew meta l-bieb ikun miftuħ; għandu wkoll ikun hemm dawl ta’ emerġenza.

4.9. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 4.5 u d-dawk ta’ emerġenza li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 4.8 għandhom ikunu iddisinjati u kostruwiti sabiex dawn jiffunzjonaw wkoll mingħajr il-forniment tas-soltu ta’ l-enerġija. Il-perijodu ta’ l-operat tagħhom għandujkun twil biżżejjed biex jippermetti l-operat tal-proċedura ta’ salvataġġ.

4.10. Iċ-ċirkuwiti tal-kontrolli tal-lifts li jistgħu jintużaw fil-kas ta’ ħruq għandhom ikunu iddisinjati u manifatturati hekk li l-lifts ma jkunux jistgħu jieqfu bejn ċerti livelli u jħallu għal kontroll ta’ prijorita tal-lift minn nies tas-salvataġġ.

5. IMMARKAR

5.1. B’żieda mal-partikolaritajiet minimi meħtieġa għal xi makkinarju skond it-Taqsima 1.7.3 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 89/392/KEE, kull kabina għandu jkollha pjanċa kjarament viżibli li turi it-tagħbija ratata f’kilogrammi u n-numru massimu ta’ passiġġieri li jistgħu jinġarru.

5.2. Jekk il-lift ikun iddisinjat biex jippermetti persuni maqbuda fil-kabina li joħorġu mingħajr għajnuna minn barra, l-istruzzjonijiet relevanti għandom ikunu ċari u viżibli fill-kabina.

6. ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU

6.1. Il-komponenti ta’ sigurtà li hemm referenza dwarhom flL-Anness IV għandhom ikunu akkumpanjati bi ktejjeb ta’ istruzzjoni miktub fl-ilsein uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ dak li jinstalla l-lift jew ta’ xi lsien ieħor tal-Komunità li jkun aċċettabbli għalieh, sabiex:

- l-immuntar,

- il-konnessjoni,

- l-aġġustament, u

- l-manutenzjoni,

ikunu jistgħu jitwettqu b’mod effettiv u mingħajr periklu.

6.2. Kull lift għandu jkun akkumpanjat b’dokumentazzjoni mħejjija fl-ilsien/ilsna uffiċjali tal-Komunità, li jistgħu ikunu stabbiliti skond it-Trattat mill-Istat Membru li fieħ il-lift ikun installat. Id-dokumentazzjoni għandha jkun fiha, mill-anqas:

- ktejjeb ta’ l-istruzzjoni li jkun fih il-pjanti u d-disinji meħtieġa għall-użu normali u fir-rigward tal-manutenzjoni, l-ispezzjoni, t-tiswija, l-verifiki perjodiċi u l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 4.4.,

- reġistru li fih jinkitbu it-tiswijiet u, fejn xieraq, il-verifiki perjodiċi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

A. Kontenut tad-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità tal-komponenti ta’ sigurtà [1]

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità KE għandha jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà [2],

- fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità [3],

- deskrizzjoni tal-komponent ta’ sigurtà, dettalji tat-tip jew serje u n-numru tas-serje (jekk ikun hemm),

- il-funzjoni ta’ sigurtà tal-komponent ta’ sigurtà, jekk dan ma jkunx ovvju mid-deskrizzjoni,

- is-sena tal-manifattura tal-komponent ta’ sigurtà,

- id-dispożizzjonijiet relevanti kollha li magħhom ikun konformi l-komponent ta’ sigurtà,

- fejn xieraq, referenza għal l-istandards armonizzati wżati,

- fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-eżami tat-tip KE skond l-Artikolu 8(1)(a) (i) u (ii),

- fejn xieraq, referenza għaċ-ċertifikat tat-tip ta’ l-eżami KE maħruġ minn dak il-korp notifikat,

- fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-verifiki fuq il-produzjoni skond l-Artikolu 8(1)(a) (ii),

- fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-verifiki fuq is-sistema u l-assigurazzjoni ta’ kwalità mplementata mill-manifattur skond l-Artikolu 8(1)(a) (iii),

- l-identifikazzjoni tal-firmatarju awtorizzat li jaġixxi f’isem il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità.

B. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità tal-lifts installati [4]

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità KE għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:

- l-isem u l-indirizz ta’ min jinstalla l-lift [5],

- id-deskrizzjoni tal-lift, dettalji tat-tip jew serje, numru tas-serje u l-indirizz fejn il-lift ikun imwaħħal,

- is-sena ta’ l-istallazzjoni tal-lift,

- id-dispożizzjonijiet relevanti kollha li magħhom il-lift ikun konformi,

- fejn xieraq, referenza għall-istandards armonizzati wżati,

- fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-eżami tat-tip KE tal-mudell tal-lift skond l-Artikolu 8(2)(a) (i) u (ii),

- fejn xieraq, ir-referenza taċ-ċertiktar tattip ta’ l-eżami KE,

- fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-verifiki fuq il-lift skond l-Artikolu 8(2) (iv),

- fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-ispezzjoni finali tal-lift skond l-Artikolu 8(2)(i), (ii) u (iii),

- fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-ispezzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità mplimentata minn dak li jkun installa l-lift skond it-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 8(2)(i), (ii), (iii) u (v),

- identifikazzjoni tal-firmatarju li jkun ġie awtorizzat li jaġixxi f’isem l-installatur tal-lift.

[1] Id-dikjarazjoni għandha tkun abbozzata fl-istess ilsien bħal tal-ktejjeb ta’ l-istruzzjoni msemija fl-Anness I, Taqsima 6.1, u jkun miktub jew bit-tajpriter jew stampata.

[2] L-isem tan-negozju, l-indirizz sħiħ; fil-każ ta’ rapresentant awtorizzat, indika wkoll l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur tal-komponenti ta’ sigurezza.

[3] L-isem tan-negozju, l-indirizz sħiħ.

[4] Id-dikjarazjoni għandha tkun abbozzata fl-istess ilsien bħal dak tal-ktejjeb ta’ l-istruzzjoni msemmija f’L-Anness I, Taqsima 6.2, u tkun miktuba jew bit-tajpriter jew stampata.

[5] L-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

IL-MARKA TA’ KONFORMITÀ KE

Il-marka ta’ konformità KE għandu jikkonsisti fl-inizjali ‘CE’ li jkollhom din l-għamla:

+++++ TIFF +++++

Jekk il-marka KE jkun imnaqqas jew imkabbar, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn ta’ hawm fuq għandhom ikunu irrispettati.

Il-komponenti varji ta’ l-immarkart CE għandu ikollhom sostanzjalment l-istess dimenzjonijiet vertikali, li ma jistgħux ikunu anqas minn 5 mm. Din id-dimenzjoni minima tista’ titwarrab għal komponenti ta’ sigurtà ta’ skala żgħira.

Il-marka KE għandu jkun segwit bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jittratta ma:

- l-proċeduri li hemm referenza dwahom fl-Artikolu 8(1)(a) (ii) jew (iii),

- il-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 8(2).

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

LISTA TA’ KOMPONENTI TA’ SIGURTÀ LI HEMM REFERENZA DWARHA FL-ARTIKOLU 1(1) U L-ARTIKOLU 8(1)

1. Apparat sabiex jissakkru il-bibien ta’ l-indani.

2. Apparat biex ma jħallix li jsseħħu l-waqat li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 3.2 ta’ l-Anness I biex ma jħallux il-kabina milli taqa’ jew li jkollu moviment il-fuq mhux kontrollat.

3. Apparat biex jillimita l-veloċità żejda.

4. (a) Mollol ta’ kontra l-iskossi li jakkumulaw l-enerġija:

- jew mhux lineari,

- jew b’effett ta’ kuxxinett meta l-moviment ikun ġej lura.

(b) Mollol ta’ kontra l-iskossi li jiddissipaw l-enerġija.

5. Apparat ta’ sigurtà mwaħħal ma’ apparat ta’ l-irfigħ b’ċirkwiti ta’ enerġija idrawlika meta dawn jintużaw bħala mekkaniżmi biex jipprevjenu l-waqgħat.

6. Apparat elettriku ta’ sigurtà fl-għamla ta’ swiċċijiet ta’ sigurtà li jkun fihom komponenti elettroniċi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

EŻAMI TAT-TIP KE

(modulu B)

A. Eżami tat-tip KE ta’ komponenti ta’ sigurtà

1. L-eżami tat-tip KE hija l-proċedura li biha l-korp notifikat jaċċerta u jiċċertifika li kampjun rappreżentattiv ta’ komponent ta’ sigurtà jkun jippermetti li l-lift li miegħu ikun korrettament imwaħħal li jissosfa l-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva.

2. L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità, lill-korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà u tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, jekk l-applikazzjoni tkun sarat minn dan ta’ l-aħħar, u l-post tal-manifattura tal-komponenti ta’ sigurtà,

- dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kienitx ġiet ippreżentata lill xi korp notifikat ieħor,

- dossier tekniku,

- kampjun rappreżentattiv tal-komponent ta’ sigurtà jew dettalji tal-post ta’ fejn ikun jista’ jiġi eżaminat. Il-korp notifikat jista’ jagħmel talbiet raġjonati għal aktar kampjuni.

3. Id-dossier tekniku għandu jippermetti stima tal-konformità u l-adegwatezza tal-komponent ta’ sigurtà biex jippermetti li l-lift li miegħu jkun ġie korrettement imwaħħal, ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

Sal-limitu li huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ l-istima tal-konformità, id-dossier tekniku għandu jinkludi dan li ġej:

- deskrizzjoni ġenerali tal-komponent ta’ sigurtà, inkluż il-qasam tiegħu ta’ l-użu (b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ limiti dwar veloċità, tagħbija u saħħa) u kondizzjonijiet (b’mod partikolari f’ambjenti esplossivi u esponiment għall-elementi).

- tpinġijiet jew pjanti tad-disinn u l-manifattura,

- il-ħtiega (ħtiġiet) essenzjali li jkunu kkunsidrati u l-mezzi adottati biex jissodisfawha (jissodisfawhom) (e.g. standard armonizzat),

- ir-riżultati ta’ xi testijiet jew kalkolazzjonijiet imwettqa jew mogħtija b’sub-kuntratt mill manifattur,

- kopja ta’ l-istruzzjonijiet ta’ l-immuntar għall-komponenti ta’ sigurtà,

- il-passi meħuda fl-istadju tal-manifattura biex jiġi żgurat li l-komponenti ta’ sigurtà li jkunu ġew immanifatturati f’serje, jkunu konformi mal-komponent ta’ sigurtà eżaminat.

4. Il-korp notifikat għandu:

- jeżamina d-dossier tekniku biex biex jistma l-limitu sa fejn jista’ jilħaq il-miri mixtieqa,

- jeżamina l-komponent ta’ sigurtà biex jivverifikata l-adegwatezza fit-termini tad-dossier tekniku,

- iwettaq jew ikun wettaq il-verifiki xierqa u t-testijiet meħtieġa biex biex jivverifika jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà li jkunu jikkonformawx ma l-ħtiġiet tad-Direttiva biex jippermettu li l-komponent ta’ sigurtà jwettaq il-funzjonijiet tiegħu meta jkun korrettament imwaħħal ma’ lift.

5. Jekk il-kampjun rappreżentattiv tal-komponent tas-sigurtà jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva applikabbli għalih, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fiħ l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà, il-konklużżjonijiet tal-verifika, xi kondizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat u l-partikolaritajiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi l-oħra notifikati jistgħu jakkwistaw kopja taċ-ċertifikat u, fuq talba raġjonata, kopja tad-dossier tekniku u r-rapporti ta’ l-eżami, l-kalkolazzjonijiet u t-testijiet imwettqa. Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ l-eżemi tat-tip KE lill-manifattur, għandu jiddikjara il-bażi dettaljata għal dan ir-rifjut. Dispożizzjoni għandha ssir għall-proċedura ta’ appell.

6. Il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jinforma lill-korp notifikat b’kull alterazzjonijiet, wkoll ta’ natura żgħira, li hu jkun għamel jew jippjana li jagħmel għall-komponent ta’ sigurtà approvat, inklużi estenzjonijiet ġodda jew varjanti li ma jkunux speċifikati fid-dossier tekniku oriġinali (ara l-ewwel inċiż tat-Taqsima 3). Il-korp notifikat għandi jeżamina l-alterazzjonijiet u jinforma lill-applikant jekk iċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE jkunx għandu validu [1].

7. Kull korp notifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna:

- iċ-ċertifikati maħruġa ta’ l-eżami tat-tip KE,

- iċ-ċertifikati rtirati ta’ l-eżami tat-tip KE.

Kull korp notifikat għandu wkoll jikkomunika mal-korpi l-oħra notifikati l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna iċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE li jkun irtira.

8. Iċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u tad-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura ta’ l-eżami tat-tip KE għandhom ikunu mħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih.

9. Il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm mad-dokumentaazzjoni teknika, kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet tagħhom għall-perijodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar komponent ta’ sigurtà jkun ġie manifatturat.

Meta la l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli taqa’ fuq il-persuna li tkun qegħdet il-komponent ta’ sigurtà fis-suq tal-Komunità.

B. Eżami tat-tip KE tal-lifts

1. L-eżami tat-tip KE hija l-proċedura li biha korp notifikat jaċċerta u jiċċertifika li mudell ta’ lift, jew li lift li dwaru ma jkunx hemm dispożizzjoni għall-estensjoni jew varjant, jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva.

2. L-applikazzjoni għal eżami tat-tip KE għanda tkun ippreżentata minn dak li jagħmel l-installazzjoni ma’ korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz ta’ min jinstalla l-lift,

- dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kienitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor,

- dossier tekniku,

- dettalji tal-post ta’ fejn il-mudell tal-lift ikun jista’ jiġi eżaminat. Il-mudell tal-lift ippreżentat għal eżami għandu jinkludi il-partijiet terminali kollha u li jkun jista’ jservi mill-anqas tlett livelli (fuq, nofs u isfel).

3. Id-dossier tekniku għandu jippermetti l-istima tal-konformità tal-lift mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u apprezzament tad-disinn u l-operazzjoni tal-lift.

Sal-limitu li huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ l-istima tal-konformità, id-dossier tekniku għandu jinkludi dan li ġej:

- deskrizzjoni ġenerali tal-mudell rappreżentattiv tal-lift. Id-dossier tekniku għandu jindika kjarament l-estenzjonijiet possibbli kollha għall-mudell rappreżentattiv tal-lift li jkun qiegħed jiġi eżaminat (ara l-Artikolu 1(4)),

- tpinġijiet jew pjanti tad-disinn u l-manifattura,

- il-ħtigiet essenzjali li jkunu kkunsidrati u l-mezzi adottati biex jissodisfawhom (e.g. standard armonizzat),

- kopja tad-dikjarazzjoni KE ta’ konformità tal-komponenti ta’ sigurtà wżati fil-manifattura tal-lift,

- ir-riżultati ta’ kull testijiet jew kalkolazzjonijiet imwettqa jew mogħtija b’sub-kuntratt mill-manifattur,

- kopja tal-ktejjeb ta’ l-istruzzjonijiet tal-lift,

- il-passi meħuda fl-istadju ta’ l-istallazzjoni biex jiġi assigurat li lift prodott f’serje jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

4. Il-korp notifikat għandu:

- jeżamina d-dossier tekniku biex biex jistma l-limitu sa fejn jista’ jilħaq il-miri mixtieqa,

- jeżamina il-mudell rappreżentattiv tal-lift biex jivverifika li dan ikun ġie manifatturat skond id-dossier tekniku,

- iwettaq jew jara li jkunu mwettqa l-verifiki xierqa u t-testijiet meħtieġa biex jivverifikaw li s-soluzjonijiet addottati mill-installatur jilħqu l-ħtiġiet tad-Direttiva u jippermettu l-lift li jkun konformi magħhom.

5. Jekk il-mudell tal-lift ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva applikabbli għalih, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fiħ l-isem u l-indirizz ta’ l-installatur tal-lift, il-konklużjonijiet tal-verifika, xi kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat u l-partikolaritajiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi l-oħra notifikati jistgħu jakkwistaw kopja taċ-ċertifikat u, fuq talba raġjonata, kopja tad-dossier tekniku u r-rapporti ta’ l-eżami, l-kalkolazzjonijiet u t-testijiet imwettqa.

Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ l-eżemi tat-tip KE lill-manifattur, għandu jiddikjara il-bażi dettaljata għal dan ir-rifjut. Dispożizzjoni għandha ssir għall-proċedura ta’ appell.

6. L-installatur tal-lift għandu jinforma lill-korp notifikat b’kull alterazzjonijiet, wkoll ta’ natura żgħira, li hu jkun għamel jew jippjana li jagħmel għall-lift approvat, inklużi estenzjonijiet ġodda jew varjanti li ma jkunux speċifikati fid-dossier tekniku oriġinali (ara l-ewwel inċiż tat-Taqsima 3). Il-korp notifikat għandi jeżamina l-alterazzjonijiet u jinforma lill-applikant jekk iċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE jkunx għandu validu [2].

7. Kull korp notifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna:

- iċ-ċertifikati maħruġa ta’ l-eżami tat-tip KE,

- iċ-ċertifikati rtirati ta’ l-eżami tat-tip KE.

Kull korp notifikat għandu wkoll jikkomunika mal-korpi l-oħra notifikati l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna iċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE li jkun irtira.

8. Iċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u tad-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura ta’ eżemi tat-tip KE għandha tkun imħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabbli għalih.

9. L-installatur tal-lift għandu jżomm mal-kopji tad-dokumentazzjoni teknika taċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip KE u ż-żidiet magħhom għal perijodu ta’ mill-anqas 10 snin minn meta l-aħħar lift ikunu ġie manifatturat b’konformità mal-mudell rappreżentattiv tal-lift.

[1] Jekk il-korp notifikat jikkunsidra li huwa neċessarju, jista’ joħroġ parti ġdida għal maċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE oriġinali jew jitlob li jsir applikazzjoni ġdida.

[2] Jekk il-korp notifikat iħoss li jkun meħtieġ, jista’ jew joħroġ żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta’ eżemi tat-tip KE jew jitlob li tkun ippresentata applikazzjoni ġdida.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

SPEZZJONI FINALI

1. L-ispezzjoni finali hija l-proċedura li biha l-installatur tal-lift li jkun wettaq l-obbligazzjonijiet tat-Taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-lift li hu jkun qiegħed fis-suq ikun jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva. L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformita.

2. L-installatur tal-lift għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jassigura li l-lift li jkun tqiegħed fis-suq ikun konformi mal-mudell tal-lift deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u mal-ħtiġiet essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà applikabbli għalih.

3. L-installatur tal-lift għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni KE ta’ konformità maċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni finali msemmi fit-Taqsima 6, għal 10 snin mid-data ta’ meta l-lift ikun tqiegħed fuq is-suq.

4. Korp notifikat magħżul mill-installatur tal-lift għandu jwettaq jew jara li jkun imwettaq, l-eżami finali tal-lift li jkun sejjer jitqiegħed fis-suq. It-testijiet xierqa u l-verifiki definiti fl-istandards applikabbli msemmija fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, għandhom jitwettqu sabiex tiġi assigurata l-konformità tal-lift mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva.

Dawn il-verifiki u u testijiet għandhom ikopru b’mod partikolari:

(a) l-eżami tad-dokumentazzjoni biex jiġi verifikat li l-lift ikun konformi mal-mudell rappreżentattiv tal-lift li jkun ġie approvat skond l-Anness V.B;

(b) - l-operazzjoni tal-lift, kemm vojt u wkoll bit-tagħbija massima biex biex tiġi assigurata l-installazzjoni korretta u l-operat ta’ l-apparat ta’ sigurtà (waqfien fit-termini, apparat ta’ tiskir, eċċ.),

- l-operazzjoni tal-lift kemm bit-tagħbija massima u wkoll vojt biex jiġi assigurat l-funzjonar korrett ta’ l-apparat ta’ sigurtà fil-każ ta’ qtugħ ta’ l-elettriku,

- test statiku b’tagħbija ta’ 1,25 drabi tat-tagħbija nominali.

It-tagħbija nominali għandha tkun dik li hemm referenza dwarha fl-Anness I, Taqsima 5.

Wara dawn it-testijiet, il-korp notifikat għandu jivverifika li ma jkunx seħħ xi tgħawwiġ jew deterjorazzjoni li tista tfixkel l-użu tal-lift.

5. Il-korp notifikat għandu jirċievi id-dokumenti li ġejjin:

- il-pjanta tal-lift komplut,

- il-pjanti u d-disinji meħtieġa għall-ispezzjoni finali, b’mod partikolari tad-disinji taċ-ċirkwiti ta’ kontroll,

- kopja tal-ktejjeb ta’ l-istruzzjoni msemmi f’ l-Anness I. It-Taqsima 6.2.

Il-korp notifikat ma jistax jeħtieġ pjanti dettaljati jew informazzjoni preċiża li ma tkunx meħtieġa għall-verifikar tal-konformità tal-lift li jkun sejjer jitqiegħed fis-suq mal-mudell tal-lift deskritt fid-dikjarazzjoni ta’ l-eżami tat-tip KE.

6. Jekk il-lift jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jara li jitwaħħal in-numru ta’ l-identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skond l-Anness III u għandu jħejji ċertifikat ta’ ispezzjoni finali li jsemmi il-verifiki u t-testijiet imwettqa.

Il-korp notifikat għandu jimla l-paġni korrespondenti tar-reġistru li hemm referenza dwaru fl-Anness I, it-Taqsima 6.2.

Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni finali, għandu jgħati raġunijiet dettaljati għar-rifjut u jirrakomanda l-mezzi li bihom l-aċċettazzjoni tkun tista tiġi akwistata. Meta l-installatur tal-lift jerġa japplika għall-ispezzjoni finali, hu għandu japplika ma’ l-istess korp notifikat.

7. Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni finali, id-dossiers u l-korrespondenza li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri ta’ l-aċċettazzjoni għandhom ikunu mħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabbli għalih.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

KRITERJI MINIMI LI GĦANDU JINGĦATA KONT TAGĦOM MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKAZZJONI TAL-KORPI

1. Il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli għat-twettieq ta’ l-operazzjonijiet ta’ verifika ma jistgħux ikunu id-disinjatur, il-bennej, il-fornitur jew il-manifattur ta’ komponenti ta’ sigurtà jew l-installatur tal-lifts li huma jispezzjonaw, l-anqas ma jista’ jkun ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet. Bl-istess mod, il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli għat-twettieq ta’ superviżjoni ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva ma jistgħux ikunu id-disinjatur, il-bennej, il-fornitur jew il-manifattur ta’ komponenti ta’ sigurtà jew l-installatur tal-lifts li huma jispezzjonaw, l-anqas ma jista’ jkun ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet. Huma ma jistgħux ikunu nvoluti la direttament jew bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, kostruzzjoni, marketing jew manutenzjoni tal-komponenti ta’ sigurtà jew fl-installazzjoni tal-lifts. Din ma tipprekludix il-possibilità ta’ bdil ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew l-installatur tal-lift u l-korp.

2. Il-korp u l-impjegati tiegħu għandhom iwettqu l-ispezzjoni jew issuperviżjoni ta’ l-operazzjonijiet bl-għola grad ta’ integrità professjonali u ta’ kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, b’mod partikolari finanzjaru, li jista’ jinfluwenza il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultat ta’ l-ispezzjoni jew superviżjoni.

3. Il-korp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-impjegati meħtieġa u jkun jipposjedi l-faċilitajiet meħtieġa biex jiffaċilita li jkun jistgħu jwettqu sewwa id-doveri tekniċi u amministrattivi konnessi ma l-ispezzjonar jew is-superviżjoni; dan għandu jkollu aċċess għat-tagħmir meħtieġ għall-verifikazzjoni speċjali.

4. L-impjegati responsabbli għall-ispezzjoni għandu jkollhom:

- taħriġ sod tekniku u professjonali,

- tagħrif sodisfaċenti tal-ħtiġiet għat-testijiet li huma jwettqu u esperjenza adegwata ta’ dawk it-testijiet,

- l-abbilità li jħejju ċ-ċertifikati, r-reġistri u r-rapporti meħtieġa bies jawtentikaw it-twettieq tat-testijiet.

5. L-imparzjalità ta’ l-impjegati ta’ l-ispezzjoni għandha tkun iggarantita. Il-ħlas tagħhom m’għandux ikun jiddependi min-numru ta’ testijiet li huma jwettqu jew fuq ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet.

6. Il-korp għandu jieħu assigurazzjoni tal-lijabilità sa kemm il-lijabilità tiegħu ma tkunx merfugħa mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew jekk l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għat-testijiet.

7. L-impjegati tal-korp għandhom josservaw segretezza professjonali fir-rigward ta’ l-informazzjoni kollha akkwistata fit-twettieq tad-doveri tagħhom (ħlief vis-à-vis l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat li fiħ l-attivitajiet ikunu mwettqa) skond din id-Direttiva jew xi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħtiha effett.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VIII

ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT

(modulu E)

1. Assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott hija l-proċedura li biha l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà li jissodisfa t-Taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-komponenti ta’ sigurtà jkunu konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw dwarhom u jassigura u jiddikjara li l-komponent ta’ sigurtà ikun jippermetti li l-lift li miegħu jkun imwaħħal kif suppost jkun jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

Il-manifattur tal-kompenent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità għandu jwaħħal il-marka CE ma kull komponent ta’ sigurtà u jħejji d-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

2. Il-manifattur għandu japplika sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għall-ispezzjoni finali tal-komponent ta’ sigurtà u l-ittestjar kif speċifikat fit-Taqsima 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

3. Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità

3.1. Il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà għandu jippreżenta applikazzjoni, għall-istima tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità wżata minnu għall-komponenti ta’ sigurtà, ma’ korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha għall-komponenti ta’ sigurtà ppjanati,

- id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità,

- iddokumentazzjoni teknika ta’ komponenti ta’ sigurtà approvati u kopja taċ-ċertifikati ta’ eżemi tat-tip KE.

3.2. Skond is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, kull komponent ta’ sigurtà għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa kif stipulati fl-istandards relevanti msemmija fl-Artikolu 5 jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu sabiex tiġi assigurata l-konformità tiegħu mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva.

L-elementi kollha, l-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fl-għamla ta’ miżuri bil-miktub, proċeduri u istruzzjonijiet. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għandha tassigura ftehim komuni tal-programmi ta’ kwalità, pjanti, manwali u reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta’:

(a) il-miri tal-kwalità;

(b) l-istruttura organizzattiva, r-responsabbiltajiet u s-setgħat ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-komponenti ta’ sigurtà;

(ċ) l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittwettqu wara l-manifattura;

(d) il-mezzi biex tkun ivverifikata l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità;

(e) reġistri tal-kwalità, bħal ma huma rapporti ta’ l-ispezzjoni u d-dettalji dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, r-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.

3.3. Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità biex jiddetermina jekk din tissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet fir-rigward tas-sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li jimplementaw l-istandards armonizzati relevanti [1].

Il-grupp ta’ l-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkoċernata tal-lift. Il-proċedura ta’ l-istima għandha tinkludi żjara fil-post tal-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà.

Id-deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-manifattur tal-komponenti tas-sigurtà. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużżjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

3.4. Il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà għandu jintrabat li jwettaq l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità kif approvata u biex jassigura li din tkun mantenuta b’mod xieraq u effiċjenti.

Il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sitema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità,infurmat dwar kull aġġrnar maħsub tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità tkunx baqgħet tissodisfa l-ħtiġiet li hemm referenza dwarhom fit-Taqima 3.2 jew jekk stima mill-ġdid tkunx meħtieġa.

Għandu jinnotifika id-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużżjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat

4.1. L-iskop tas-sorveljanza huwa li jisgura ruħu li l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

4.2. Il-manifattur għandu jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-għanijiet ta’ spezzjoni bies isseħħ l-ispezzjoni, t-testijiet u l-lokalitajiet tal-ħażna u li jipprovdiħ bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika,

- ir-reġistri ta’ kwalità, bħal ma huma rapporti ta’ l-ispezzjoni u t-tagħrif dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, r-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.

4.3. Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq verifiki biex jassigura li l-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà li jżomm u japplika s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-verifiki, lill-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà.

4.4. B’żieda, il-korp notifikat jista’ jwettaq żjajjar għall-għarrieda lill-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà.

Waqt dawk iż-żjajjar, il-korp notifikat jista’ jwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-iffunzjonar xieraq tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità kif meħtieġ; għandu jipprovdi lill-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà b’rapport taż-żjara u, jekk test ikun twettaq, b’rapport tat-test.

5. Il-manifattur għandu, għal perijodu li jintemm 10 snin wara li l-aħħar komponent ta’ sigurtà jkun ġie manifatturat, li jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni li hemm referenza dwarha fit-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tat-Taqima 3.1,

- l-aġġornar li hemm referenza dwaru fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.4 u t-Taqsimiet 4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati.

[1] Dan li-standard arminizzat għandu jkun EN 29003, issupplimentat fejn meħtieġ biex jingħata akkont tal-fatturi speċifiċi tal-komponenti ta’ sigurezza.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IX

ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TA’ KWALITÀ

(modulu H)

1. L-assigurazzjoni sħiħa ta’ kwalità hija l-proċedura li biha l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà li jkun issodisfa l-obbligazzjonijiet tat-Taqsima 2 jassigura u jiddikara li l-komponenti ta’ sigurtà jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva li tapplika għalihom u li l-komponent ta’ sigurtà jkun jippermetti li l-lift li miegħu jkun korrettament imwaħħal li jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità għandu jwaħħal il-marka CE ma kull komponent ta’ sigurtà u jħejji d-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

2. Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għad-disinn, il- manifattura u l-ispezzjoni finali tal-komponent ta’ sigurtà u l-ittestjar kif speċifikat fit-Taqsima 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

3. Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità

3.1. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-istima tas-sistema tiegħu ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità mal-korp notifikat. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha dwar il-komponenti ta’ sigurtà,

- id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

3.2. Is-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għandha tassigura l-konformità tal-komponenti ta’ sigurtà mal-ħtiġiet tad-Direttiva li tapplika dwarhom u li tippermetti li l-lifts li fihom ikunu korrettament imwaħla li jissodisfaw dawk il-ħtiġiet.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fl-għamla ta’ miżuri, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub.

Din is-sistema ta’ dokumentazzjoni ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità għandha tassigura ftehim komuni ta’ strateġija ta’ kwalità u proċeduri bħal ma huma programmi ta’ kwalità, pjanti, manwali u reġistri. Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

- l-miri tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, r-responsabbiltajiet u l-poteri ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward tad-disinn u l-kwalità tal-komponenti ta’ sigurtà,

- l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tekniku, inklużi standards, li għandhom ikunu applikati u, fejn l-istandards msemmija fl-Artikolu 5 ma jkunux applikati kollah kemm huma, l-mezzi li jkunu wżati biex jiġi assigurat li l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva li japplikaw dwar il-komponenti ta’ sigurtà jintlaħqu,

- il-kontroll tad-disinn u t-teknika tal-verifikazzjoni tad-disinn, ilproċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jiġu wżati meta jkunu qed jiġu ddisinjati l-komponenti ta’ sigurtà,

- it-teknika korrespondenti dwar manifattura, kontroll ta’ kwalità u assigurazzjoni ta’ kwalità, l-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jkunu se jintużaw,

- l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittwettqu qabel, ma’ tul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha dawn għandhom jittwettqu,

- ir-reġistri ta’ kwalità, bħal ma huma r-rapporti ta’ l-ispezzjoni u dettalji dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, r-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.,

- il-mezzi ta’ sorveljanza dwar il-ksib tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott u l-operat effettiv tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

3.3. Il-korp notifikat għandu jsitma s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza dwarhom fit-taqsima 3.2. Għandha tkun preżunta l-konformità ma dawn il-ħtiġiet fir-rigward tas-sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li jimplementaw l-istandards armonizzati relevanti [1].

Il-grupp ta’ l-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkoċernata tal-lift. Il-proċedura ta’ l-istima għandha tinkludi żjara fil-post tal-manifattur.

Id-deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-manifattur tal-komponenti tas-sigurtà. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

3.4. Il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà għandu jintrabat li jwettaq l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità kif approvata u biex jassigura li din tkun mantnuta b’mod xieraq u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jżomm lil korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, infurmat b’kull aġġornament maħsub tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità tkunx baqgħet tissodisfa l-ħtiġiet li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 3.2 jew jekk stima mill-ġdid tkunx meħtieġa.

Għandu jinnotifika id-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużżjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat

4.1. L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

4.2. Il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà għandu jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-għanijiet ta’ spezzjoni biex isseħħ l-ispezzjoni, t-testijiet u l-lokalitajiet ta’ ħażna u għandu jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

- bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità,

- bir-reġistri ta’ kwalità li jkunu disponibbli fil-parti tad-disinn fis-sistema ta’ kwalità, bħal ma huma r-riżultati ta’ l-analiżi, l-kalkolazzjonijiet, t-testijiet, eċċ.,

- ir-reġistri ta’ kwalità li hemm kif provdut dwarhom fil-parti tal-manifattura tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, bħal ma huma r-rapport ta’ l-ispezzjoni u d-dettalji dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.,

4.3. Il-korp notifikat jista’ perjodikament iwettaq verifiki biex jassigura li l-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jżomm u japplika s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-verifika lill-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà.

4.4. B’żieda, il-korp notifikat jista’ jwettaq żjajjar għall-għarrieda lill-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà. Fil-waqt ta’ dawn iż-żjajjar, il-korp notifikat jista’ jwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-iffunzjonar xieraq tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità kif meħtieġ; għandu jipprovdi lill-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà b’rapport taż-żjara u, jekk test ikun twettaq, b’rapport tat-test.

5. Il-manifattur ta’ komponenti ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, għall-perijodu li jintemm 10 snin wara li l-aħħar komponent ta’ sigurtà jkun ġie manifatturat, li jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.1,

- l-aġġornar msemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat msemmija fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.4 u tat-Taqsimiet 4.3 u 4.4.

Meta la l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli taqa’ fuq il-persuna li tkun qegħdet il-komponent ta’ sigurtà fis-suq tal-Komunità.

6. Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati.

7. Id-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura għandha tkun imħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih.

[1] Dan li-standard arminizzat għandu jkun EN 29001, issupplimentat fejn meħtieġ biex jingħata akkont tal-fatturi speċifiċi tal-komponenti ta’ sigurezza.

--------------------------------------------------

L-ANNESS X

IL-VERIFIKAZZJONI TA’ L-UNITÀ

(modulu G)

1. Il-verifikazzjoni ta’ l-unità hija l-proċedura li biha dak li jinstalla lift jassigura u jiddikkjara li lift li hu jkun qed iqiegħed fis-suq u li jkun kiseb ċertifikat ta’ konformità msemmi fit-Tqsima 4 jkun jikkonformà mal-ħtiġiet tad-Direttiva. L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità.

2. Dak li jinstalla l-lift għandu japplika lill-korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu għall-verifikazzjoni ta’ l-unità.

L-applikazzjoni għandha jkun fiha:

- l-isem u l-indirizz ta’ dak li jinstalla l-lift u l-lokalità ta’ fejn il-lift ikun ġie nstallat,

- dikjarazzjoni bil-miktub fis-sena li l-istess applikazzjoni ma kienetx ġiet ippreżentata lill xi korp notifikat ieħor,

- dossier tekniku.

3. L-iskop tad-dossier tekniku huwa li jippermetti li l-konformità tal-lift mal-ħtiġiet tad-Direttiva li għandha tiġi stmata u li d-disinn, l-installazzjoni u l-operat tal-lift ikun mifhuma.

Sal-limiti relevanti għall-istima tal-konformità, id-dossier tekniku għandu jkun fih dan li ġej:

- deskrizzjoni ġenerali tal-lift,

- id-disinn u l-pjanti tal-manifattura u t-tpinġijiet,

- il-ħtiġiet essenzjali in kwistjoni u s-soluzjoni adottata biex dawn jintlaħqu (e.g. standards armonizzati),

- ir-riżultati ta’ kull testijiet jew kalkoli mwettqa jew mogħtija b’sub-kuntratt mill-installatur tal-lift,

- kopja ta’ l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-lift,

- kopja taċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip KE tal-komponenti ta’ sigurtà wżati.

4. Il-korp notifikat għandu jeżamina d-dossier tekniku u l-lift u jwettaq it-testijiet xierqa kif kif stipulati fl-istandard/s relevanti msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, jew testijiet ekwivalenti, biex tiġi assigurata l-konformità tiegħu mal-ħtiġiet relevanti ta’ din id-Direttiva.

Jekk il-lift jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jara li jitwaħħal in-numru ta’ l-identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skond l-Anness III u għandu jħejji ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tat-testijiet imwettqa.

Il-korp notifikat għandu jimla l-paġni korrespondenti tar-reġitru msemmija fit-Taqsima 6.2 ta’ l-Anness I.

Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat ta’ konformità, dan għandu jiddikjara fid-dettal ir-raġunijiet tiegħu għal dan ir-rifjut u jindika kif il-konformità tkun tista tinkisek. Meta l-installatur tal-lift jerġa japplika għall-verifikazzjoni, hu għandu japplika għand l-istess korp notifikat.

5. Iċ-ċertifikat ta’ konformità u tad-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura ta’ eżami tat-tip KE għandha tkun imħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih.

6. L-installatur tal-lift għandu jżomm id-dossier tekniku u kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità għal perijodu ta’ 10 snin mid-data li fiha l-lift ikun tqiegħed fuq is-suq.

--------------------------------------------------

L-ANNESS XI

KONFORMITà TAT-TIP B’VERIFIKI KIF JIĠI JIĠI

(modulu C)

1. Il-konformità tat-tip hija proċedura li biha l-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbili fil-Komunità jassigura u jiddikjara li l-komponenti ta’ sigurtà huma f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tat-tip KE u li jissodisfaw il-ħtiġijt tad-Direttiva li japplikaw dwarhom u li jippermettu li l-lift li fih ikunu mwaħħla sewwa li jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà ta’ din id-Direttiva.

Il-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunita, għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull komponent ta’ sigurtà u jħejji d-dikjarazzjoni KE dwar il-konformità.

2. Il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassigura li l-proċess tal-manifattura jassigura konformità tal-manifattura tal-komponenti ta’ sigurtà mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżemi tat-tip KE u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li hija applikabbli dwarhom.

3. Il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità KE għal perijodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar komponent ta’ sigurtà jkun ġie manifatturat.

Meta la l-manifattur tal-komponent ta’ sigurtà u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli taqa’ fuq il-persuna li tkun qiegħdet il-komponenti ta’ sigurtà fis-suq tal-Komunità.

4. Korp notifika mgħażul mill-manifattur għandu jwettaq jew jara li jitwettqu verifiki fuq il-komponenti ta’ sigurtà ma’ tul intervalli kif jiġi jiġi. Kampjun adekwat tal-komponenti lesti ta’ sigurtà, meħud minn fuq il-post mill-korp notifikat, għandu jkun eżeminat u t-testijiet xierqa kif stipulati fl-istandards relevanti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, għandhom jittwettqu biex jivverifikaw il-konformità tal-produzjoni mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva. F’dawk il-każi meta wieħed jew aktar mill-komponenti ta’ sigurtà vverifikati ma jkunux konformi, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa.

Il-punti li għandu jingħata kont tagħhom meta ssir il-verifika tal-komponenti ta’ sigurtà għandhom ikunu definiti fi ftehim konġunt bejn il-korpi notifikati responsabbli għal din il-proċedura, waqt li jiġu kkunsidrati il-karatteristiċi essenzjali tal-komponenti ta’ sigurtà li hemm referenza dwarhom flL-Anness IV.

Fuq ir-responsabbilità tal-korp notifikat, il-manifattur għandu jwaħħal in-numru ta’ l-identifikazzjoni ta’ dak il-korp ma’ tul il-proċess tal-manifattura.

5. Id-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura fir-rigward tal-verifiki kif tiġi tiġi li hemm referenza dwarha fit-Taqsima 4 għandhom jitħejjew fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih.

--------------------------------------------------

L-ANNESS XII

ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT GĦALL-LIFTS

(modulu E)

1. L-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ prodott hija l-proċedura li biha l-installatur ta’ lift li jissodisfa t-Taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-lifts installati jkunu b’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u jissodisfa il-ħtiġiet tad-Direttiva applikabbli dwarhom.

L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

2. L-installatur ta’ lift għandu japplika sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għall-ispezzjoni finali tal-lift kif speċifikat fit-Taqsima 3, u għandu jkun suġġett għal sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

3. Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità

3.1. L-installatur ta’ lift għandu jippreżenta applikazzjoni, għall-istima tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità wżata minnu għal-lifts konċernati, ma’ korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha għall-lifts ippjanati,

- id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika dwar il-lifts approvati u kopja taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE.

3.2. Skond is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, kull lift għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa stipulati fl-istandards relevanti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5 jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu sabiex tkun assigurata il-konformità mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-installatur ta’ lift għandhom ikunu iddokumentati b’mod sistematika u ordinat f’għamla ta’ miżuri, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din is-sistema ta’ dokumentazzjoni ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għandha tassigura ftehim komuni tal-programmi ta’ kwalità, pjanti, manwali u reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta:

(a) l-miri tal-kwalità,

(b) l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ lift,

(ċ) l-eżami u t-testijiet li għandhom jitwettqu qabel ma jitqiegħed fis-suq, inklużi mill-anqas it-testijiet stipulati fl-Anness VI, 4 (b),

(d) il-mezzi biex tkun ivverifikata l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità,

(e) ir-reġistri ta’ kwalità, bħal ma huma r-rapport ta’ ispezzjoni u d-dettalji dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, r-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.

3.3. Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 3.2. Għandha tkun preżunta konformità ma’ dawn il-ħtiġiet fir-rigward tas-sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li jimplementaw l-istandards armonizzati relevanti [1].

Il-grupp ta’ l-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkoċernata tal-lift. Il-proċedura ta’ l-istima għandha tinkludi żjara fil-post ta’ dak li jinstalla l-lift u żjara fuq is-sit ta’ l-installazzjoni.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-dak li jinstalla l-lift. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużżjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

3.4. Dak li jinstalla lift għandu jintrabat li jwettaq l-obbligazzjoni li joriġinaw mis-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità kif approvata u biex jassigura li din tkun mantnuta b’mod xieraq u effiċjenti.

L-installatur ta’ lift għandu jżomm infurmat lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità b’kull aġġornar maħsub għas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità tkunx baqgħet tissodisfa l-ħtiġiet msemmija fit-Taqima 3.2 jew jekk stima mill-ġdid tkunx meħtieġa.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-dak li jinstalla l-lift. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużżjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li dak li jinstalla lift iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

4.2. Dak li jinstalla lift għandu jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-għanijiet ta’ spezzjoni biex isseħħ l-ispezzjoni, u lokalitajiet tat-testijiet u li jipprovdiħ bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

- bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika,

- ir-reġistri ta’ kwalità, bħal ma huma rapporti ta’ l-ispezzjoni u t-tagħrif dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, r-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.

4.3. Il-korp nitofikat jista perjodikament iwettaq verifiki biex jassigura li l-intstallatur ta’ lift jżomm u japplika s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-verifiki, lill-installatur tal-lift.

4.4. B’żieda, il-korp notifikat jista jagħmel żjajjar għall-għarrieda fis-siti ta’ l-installazzjoni tal-lift.

Fil-waqt ta’ dawn iż-żjajjar, il-korp notifikat jista jwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-iffunzjonar xieraq tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità kif meħtieġa u tal-lift; għandu jipprovdi lill-installatur tal-lift b’rapport taż-żjara u, jekk test ikun twettaq, b’rapport tat-test.

5. L-installatur ta’ lift għandu, għal perijodu li jispiċċa 10 snin wara l-aħħar lift jkun ġie manifatturat, li jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tat-Taqima 3.1,

- l-aġġornar msemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat msemmija fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.4 u tat-Taqsimiet 4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati.

[1] Dan li-standard armonizzat għandu jkun EN 29003, issupplimentati fejn meħtieġ biex jingħata kont tal-fatturi speċifiċi tal-lifts.

--------------------------------------------------

L-ANNESS XIII

ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TA’ KWALITà GĦALL-LIFTS

(modulu H)

1. Assigurazzjoni sħiħa ta’ kwalità hija l-proċedura li biha l-installatur ta’ lift li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-Taqsima 2 jassigura u jiddikjara li lifts jissodisfaw il-ħriġiet tad-Direttiva applikabbli dwarhom.

L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni KE ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bin-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

2. L-installatur ta’ lift għandu japplika sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għad-disinn, manifattura, għarmar, installazzjoni u ispezzjoni finali tal-lifts u t-testijiet kif speċifikati f’Sezzjoni 3, u għandu jkun suġġett għal sorveljanza kif speċifikat f’Sezzjoni 4.

3. Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità

3.1. L-installatur ta’ lift għandu jagħmel applikazzjoni għall-istima tas-sistema tiegħu ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità mal-korp notifikat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha dwar il-lifts, b’mod partikolari informazzjoni li tippermetti għall-ftehim dwar ir-relazzjoni bejn id-disinn u l-operazzjoni tal-lift u tippermetti li l-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva tiġi stmata,

- id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

3.2. Is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għandha tassigura l-konformità tal-lifts mal-ħtiġiet tad-Direttiva li hija applikabbli dwarhom.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-installatur tal-lift għandhom ikunu ddokumentati b’mmod sistematika u ordinat f’għamla ta’ miżuri, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din is-sistema ta’ dokumentazzjoni ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għandha tassigura ftehim komuni tal-proċeduri bħal programmi, pjanti, manwali u reġistri ta’ kwalità.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta:

- l-miri tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, r-responsabbiltajiet u s-setgħat ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward ta’ d-disinn u l-kwalità tal-lifts,

- l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inklużi standards li għandhom ikunu applikati u, fejn l-istandards li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5 tad-Direttiva ma jkunux applikati bis-sħiħ, il-mezzi li għandhom jintużaw biex jiġi assigurat li l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva li japplikaw dwar il-lifts jkunu milħuqa,

- it-teknika tal-kontroll tad-disinn u tal-verifikazzjoni tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiki li għandhom jintużaw meta jkunu jiġu iddisinjati il-lifts,

- l-eżami u t-testijiet li għandhom jitwettqu ma’ l-aċċettazzjoni tal-provvista tal-materjali, komponenti u sub-immuntar,

- l-immuntar korrespondenti, it-teknika ta’ l-istallazzjoni u dawk ta’ kontroll tal-kwalità, l-proċessi u l-azzjonijiet sistematiki li jkunu sejrin jintużaw,

- l-eżami u t-testijiet li għandhom jitwettqu qabel (spezzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ l-istallazzjoni: it-tromba, il-kamra tal-makkinarju, eċċ.), ma’ tul u wara l-istallazzjoni (inkluż mill-anqas it-testijiet tipulati fl-Anness VI, Taqsima 4 (b)),

- ir-reġistri ta’ kwalità, bħal ma huma r-rapport ta’ l-ispezzjoni u d-dettalji dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, r-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.,

- il-mezzi tas-sorveljanza biex jintlaħaq id-disinn meħtieġ u l-kwalità ta’ l-installazzjoni u l-operat effettiv tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

3.3. Spezzjoni tad-disinn

Meta d-disinn ma jkunx kollu kemm hu skond l-istandards armonizzati, il-korp notifikat għandu jaċċerta jekk id-disinn ikunx konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u, jekk ikun, joħroġ ‘ċertifikat ta’ l-eżami tad-disinn KE’ lill-istallatur, waqt li jiddikjara l-limiti tal-validità taċ-ċertifikat u jagħti d-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat.

3.4. Sistema ta’ l-istima ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 3.2. Għandha tkun preżunta l-konformità ma dawn il-ħtiġiet fir-rigward tas-sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li jimplementaw il-istandards armonizzati relevanti [1].

Il-grupp ta’ l-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkoċernata tal-lift. Il-proċedura ta’ l-istima għandha tinkludi żjara fuq il-post ta’ dak li jinstalla l-lift u żjara fuq is-sit ta’ l-installazzjoni.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-dak li jinstalla l-lift. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużżjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

3.5. Dak li jinstalla lift għandu jintrabat li jwettaq l-obbligazzjoni li joriġinaw mis-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità kif approvata u biex jassigura li din tkun mantnuta b’mod xieraq u effiċjenti.

L-installatur ta’ lift għandhom jżomm infurmat lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità b’kull aġġornar maħsub għas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità tkunx baqgħet tissodisfa l-ħtiġiet msemmija fit-Taqsima 3.2 jew jekk stima mill-ġdid tkunx meħtieġa.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-dak li jinstalla l-lift. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużżjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat

4.1. L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li dak li jinstalla lift iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

4.2. L-installatur ta’ lift għandu jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-għanijiet ta’ spezzjoni biex isseħħ l-ispezzjoni tad-disinn, il-manifattura, l-immuntar, l-istallazzjoni u t-testijiet u lokalitajiet tal-ħażna, u li jipprovdiħ bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

- bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità,

- ir-reġistri ta’ kwalità li jkunu disponibbli fil-parti tad-disinn fis-sistema ta’ kwalità, bħal ma huma r-riżultati ta’ l-analiżi, l-kalkolazzjonijiet, it-testijiet, eċċ.,

- reġistri ta’ kwalità li hemm disponiment dwarhom fil-parti tas-sistema ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità dwar l-aċċettazzjoni tal-provvista u ta’ l-istallazzjoni, bħal ma huma r-rapport ta’ l-ispezzjoni u d-dettalji dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, r-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.

4.3. Il-korp notifikat jista perjodikament iwettaq verifiki biex jassigura li l-istallatur ta’ lift jżomm u japplika s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-verifiki lill-istallatur tal-lift.

4.4. B’żieda, il-korp notifikat għandu jagħmel żjarat għall-għarrieda fil-bini ta’ min jinstalla l-lift jew fuq is-sit ta’ fejn ikun sejjer jiġi nstallat il-lift. Fil-waqt ta’ dawn iż-żjajjar, il-korp notifikat jista jwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-iffunzjonar xieraq tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità fejn meħtieġ; għandu jipprovdi lill-installatur tal-lift b’rapport taż-żjara u, jekk test ikun twettaq, b’rapport tat-test.

5. L-installatur ta’ lift għandu, għal perijodu ta’ 10 snin wara li l-lift jkun ġie mqiegħed fis-suq, li jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

- li hemm referenza dwarha fit-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.1,

- - l-aġġornar msemmija fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.5,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.5 u tat-Taqsimiet 4.3 u 4.4.

Meta l-installatur ma jkunx stabbilit fil-Komunita, din l-obbligazzjoni taqa’ fuq il-korp notifikat.

6. Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati.

7. Id-dossiers u l-korrespondenza li għandha x’taqsam mal-proċedura ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità għandha tkun imħejjija fl-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’ilsien aċċettabli għalih.

[1] Dan li-standard armonizzat għandu jkun EN 29001, issupplimentati fejn meħtieġ biex jingħata kont tal-fatturi speċifiċi tal-lifts.

--------------------------------------------------

L-ANNESS XIV

ASSIGURAZZJONI TA’ KWALITÀ TAL-PRODUZZJONI

(modulu D)

1. L-assigurazzjoni ta’ kwalità ta’ produzjoni hija l-proċedura li biha l-installatur ta’ lift li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-Taqsima2 jassigura u jiddikjara li lifts jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva applikabbli dwarhom. L-installatur tal-lift għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull lift u jħejji d-dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata bis-simbolu ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

2. L-installatur ta’ lift għandu japplika sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għall-produzjoni, l-istallazzjoni, l-ispezzjoni finali tal-lift u l-ittestjar kif speċifikat fit-Taqsima 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fit-Taqsima 4.

3. Sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità

3.1. L-installatur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-istima tas-sistema tiegħu ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità lil korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha għall-lifts,

- id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE.

3.2. Is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għandha tassigura l-konformità tal-lifts mal-ħtiġiet tad-Direttiva li hija applikabbli dwarhom.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-installatur ta’ lift għandhom ikunu ddokumentati b’mod sistematika u ordinat f’għamla ta’ strateġiji, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din is-sistema ta’ dokumentazzjoni ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għandha tippermetti l-interpretazzjoni konsistenti tal-kwalità tal-programmi, l-pjanti, l-manwali u r-reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta:

- l-miri tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, r-responsabbiltajiet u s-setgħat ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-lifts,

- it-tekniai korrespondenti dwar il-manifattura, l-kontroll ta’ kwalità u l-assigurazzjoni ta’ kwalità, l-proċessi u l-azzjonijiet sistematiki li jkunu sejrin jintużaw,

- l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittwettqu qabel, ma’ tul u wara l-inspezzjoni [1],

- ir-reġistri tal-kwalità, bħal ma huma r-rapport ta’ l-ispezzjoni u t-tagħrif dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, r-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.,

- il-mezzi ta’ sorveljanza għall-ksib tad-disinn meħtieġ u l-kwalità u l-operat effettiv tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

3.3. Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġiet li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 3.2. Għandha tkun preżunta l-konformità ma dawn il-ħtiġiet fir-rigward tas-sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li jimplementaw l-istandards armonizzati relevanti [2].

Il-grupp ta’ l-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkoċernata tal-lift. Il-proċedura ta’ l-istima għandha tinkludi żjara fil-post ta’ l-installatur.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-dak li jinstalla. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużżjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

3.4. Dak li jinstalla lift għandu jintrabat li jwettaq l-obbligazzjoni li joriġinaw mis-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità kif approvata u biex jassigura li din tkun mantnuta b’mod xieraq u effiċjenti.

L-installatur għandu jżomm infurmat lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità b’kull aġġornar maħsub għas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità tkunx baqgħet tissodisfa l-ħtiġiet li hemm referenza dwarhom fit-Taqsima 3.2 jew jekk stima mill-ġdid tkunx meħtieġa.

Għandu jinnotika d-deċiżjoni tiegħu lill-installatur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużżjonijiet ta’ l-eżami u d-deċiżjoni rraġunata ta’ l-istima.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabilità tal-korp notifikat

4.1. L-iskop tas-sorveljanza huwa li jkun żgur li dak li jinstalla iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

4.2. L-installatur għandu jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-għanijiet ta’ spezzjoni tal-manifattura, l-ispezzjoni, l-immuntar, l-istallazzjoni, t-testijiet u lokalitajiet tal-ħażna, u li jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

- bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità,

- ir-reġistri ta’ kwalità, bħal ma huma rapporti ta’ l-ispezzjoni u t-tagħrif dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, r-rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati kkonċernati, eċċ.

4.3. Il-korp notifikat jista perjodikament iwettaq verifiki biex jassigura li l-istallatur iżomm u japplika s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-verifiki, lill-istallatur.

4.4. B’żieda, il-korp notifikat jista jagħmel żjajjar għall-għarrieda fis-siti ta’ l-istallazzjoni tal-lift. Ma tul dawn iż-żjarat il-korp notifikat jista jwettaq, jew jara li jitwettqu, testijiet biex jivverifika li s-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tkun tiffunzjona sewwa, fejn meħtieġ. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport taż-żjara u, jekk test ikun seħħ, b’rapport dwar it-test.

5. L-installatur għandu, għal perijodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar lift jkun ġie manifatturat, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dodumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tat-Taqsima 3.1,

- l-aġġornar msemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat msemmija fil-paragrafu finali tat-Taqsima 3.4 u t-Taqsimiet 4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jagħti lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-approvazzjoni tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità maħruġa jew irtirati.

7. Id-dokumentazzjoni u l-korrespondenza li jirrigwardaw il-produzzjoni tal-proċeduri ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għandhom ikunu mħejjija fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp notifikat jew f’ilsien aċċettabbli għalih. Dan l-istandard armonizzat għandu jkun EN 29002, issupplimentat fejn meħtieġ biex jingħata kont tan-natura speċifika tal-lifts.

[1] It-testijiet għandhom jinkludu mill-anqas it-testijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Anness VI, it-Taqsima 4 (b).

[2] Dan li-standard armonizzat għandu jkun EN 29002, issuppliementat fejn meħtieġ biex jingħata kont tan-natura speċifika tal-lift s.

--------------------------------------------------