31995D0483



Official Journal L 275 , 18/11/1995 P. 0030 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Novembru 1995

Li tistabbilixxi l-kampjun taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju fl-ova u l-embrijuni tal-majjali

(Test b’ rilevanza għall-FEE)

(95/483/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tniżżel ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, sperma, ova u embryos mhux suġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali preskritti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) li jinsab mad-Direttiva 90/425/KEE [1] kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja b’mod partikolari r-raba’ inċiż u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi d-Direttiva 92/65/KEE tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fl-ova u l-embryos tal-majjali;

Billi l-kampjun taċ-ċertifikat applikabbli għal dak il-kummerċ għandu jiġi determinat;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għall-kampjun muri fl-Anness hawn mehmus għandu jakkumpanjna l-ova u l- embryos tal-majjali matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill- 1 ta’ Jannar 1996.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta’ Novembru 1995.

Għall- Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠO L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------