31995D0312



Official Journal L 187 , 08/08/1995 P. 0014 - 0021


Deċiżjoni tal-kunsill

tal-24 ta' Lulju 1995

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea

(95/312/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 133 fliemkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni negozjat fl-isem tal-Komunitá Protokoll Addizzjonali mal Ftehim bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja [1], iffirmat f'Brussel fl-14 ta' Mejju 1973, sabiex jitqies l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea;

Billi dan il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunitá.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qed jiġi hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa li tiffirma l-Protokoll Addizzjonali sabiex torbot lill-Komunità.

Magħmul fi Brussel, 24 Lulju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes Mira

[1] ĠU L 171, tas-27.6.1973, p. 2.

--------------------------------------------------