31994R1131



Official Journal L 127 , 19/05/1994 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 6 P. 0129


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1131/94

tas-16 ta’Mejju 1994

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri, f’laqgħa f’livell ta’ Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, meta adottaw id-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 1993 dwar il-lokazzjoni tas-sedi ta’ ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunità Ewropea u tal-Europol [4], adottaw ukoll dikjarazzjoni bi ftehim komuni, dwar il-lokazzjoni tas-sede taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta’ l-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali [5], għandu jkun emendat fir-rigward tas-sede taċ-Ċentru;

Billi l-aspetti tal-proposti li jikkonċernaw il-persunal taċ-Ċentru għandha ssir xi ħaġa dwarhom fi stadju ulterjuri; billi dan ir-Regolament ma jippreġudikax il-posizzjoni tal-persunal taċ-Ċentru,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 337/75 qiegħed hawn jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Iċ-Ċentru m’għandux jaħdem għall-profitt. Għandu jkollu s-sede tiegħu f’Tessaloniki."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Mejju 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

[1] ĠU Nru Ċ 74, 12. 3. 1994, p. 12.

[2] ĠU Nru Ċ128, 9. 5. 1994.

[3] Opinjoni mibgħuta fis-27 ta’April 1994 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

[4] ĠU Nru Ċ 323, 30. 11. 1993, p. 1.

[5] ĠU Nru L 39, 13. 2. 1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1946/93 (ĠU Nru L 181, 23. 7. 1993, p. 11).

--------------------------------------------------