31994L0056



Official Journal L 319 , 12/12/1994 P. 0014 - 0019
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0172
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0172


Id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE

tal-21 ta' Novembru 1994

li tistabbilixxi l-prinċipji fondamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti u inċidenti ta' avjazzjoni ċivili

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

Billi livell għoli ġenerali ta' sigurtà għandu jinżamm fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa u jridu jsiru sforzi kollha biex inaqqsu n-numru ta' aċċidenti u inċidenti;

Billi ż-żamma ta' malajr ta' investigazzjonijiet tekniċi ta' aċċidenti u inċidenti fl-avjazzjoni ċivili ittejjeb is-sigurtà fl-ajru biex tgħin biex tevita l-okkorenza ta' aċċidenti u inċidenti simili;

Billi għandha tkun ikkunsidrata il-Konvenzjoni fuq l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944, li tipprovdi għall-implimentazzjoni ta' miżuri neċessarji biex tassigura operazzjoni sigura ta' l-inġenji ta' l-ajru; billi għandha tittieħed konsiderazzjoni partikolari ta' l-Anness ta' din il-Konvenzjoni li tistabbilixxi standards u prattika internazzjonali rakommandati għal investigazzjoni ta' aċċidenti ta' l-inġenji ta' l-ajru;

Billi, skond standards internazzjonal fl-Anness 13, l-investigazzjoni ta' inċidenti għandha ssir taħt ir-responsabbilità ta' l-Istat fejn iseħħ l-aċċident;

Billi jekk, fil-każ ta' inċidenti serji, l-investigazzjoni ma ssirx mill-Istat ta' fejn isir l-inċident, dik l-investigazzjoni għandha ssir mill-Istat tar-reġistru;

Billi investigazzjoni ta' inċidenti serji għandha ssir bl-istess mod ta' investigazzjoni ta' aċċidenti;

Billi l-iskop ta' investigazzjonijiet jrid jiddependi fuq lezzjonijiet li jistgħu jittieħdu minnhom għal tijib fis-sigurtà;

Billi s-sigurtà fl-ajru tirrikjedi li investigazzjonijiet jsiru fl-iqsar żmien possibli,

Billi investigaturi għandhom ikunu jistgħu jiżvolġu x-xogħol tagħhom bla tfixkil;

Billi l-Istati Membri għandhom b'konformità ma' leġislazzjoni fis-seħħ dwar il-poteri ta' l-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġudizzjarja u, fejn xieraq, b'kollaborazzjoni mill-viċin ma' dawk l-awtoritajiet, jassiguraw li dawk responsabbli għal inkjesta teknika huma permessi jiżvolġu x-xogħol tagħhom fl-aħjar kondizzjonijiet;

Billi investigazzjoni ta' aċċidenti u inċidenti li seħħu fl-avjazzjoni ċivili għandha ssir minn jew taħt il-kontrol ta' korp jew entità indipendenti biex tevita kull konflitt ta' interess u involviment possibbli fil-kawżi ta' okkorenzi li qegħdin jiġu investigati;

Billi l-korp jew entità għandha tkun mgħammra b'mod adattat u l-għanijiet tagħhom jistgħu jinkludu attivitajiet ta' prevenzjoni;

Billi l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jassiguraw għajnuna reċiproka, jekk meħtieġa, fil-kors ta' l-investigazzjonijiet;

Billi Stat Membru jrid ikun jista' jiddelega x-xogħol ta' investigazzjoni lil Stat Membru ieħor;

Billi huwa importanti għal prevenzjoni ta' aċċidenti li jkunu ppubblikati r-riżultati ta' investigazzjonijiet ta' aċċidenti fl-iqsar żmien possibli;

Billi n-natura partikolari ta' inċidenti għandha tkun ikkonsidrata meta jkunu ċċirkolati r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet;

Billi r-rakkomandazzjonijiet ta' sigurtà li joħorġu min investigazzjoni ta' aċċident jew inċident għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri;

Billi l-iskop uniku ta' investigazzjoni teknika hija li jinstiltu lezzjonijiet li jistgħu jipprevienu aċċidenti u inċidenti futuri u billi għalhekk l-analiżi ta' din l-okkorenza, l-konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' sigurtà mhumiex hemm biex iqassmu t-tort jew responsabbilità,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tittejjeb is-sigurtà fl-ajru billi tiffaċilita t-twettiq ta' malajr ta' investigazzjonijiet, li l-uniku għan tagħhom huwa li tevita aċċidenti u inċidenti futuri.

L-Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tgħodd għal investigazzjonijiet f'aċċidenti u inċidenti ta' l-avjazzjoni ċivili li seħħew fit-territorju tal-Komunità u b'konsiderazzjoni ta' obbligi internazzjonali ta' l-Istati Membri.

2. Din id-Direttiva tapplika wkoll barra mit-territorju tal-Komunità għal:

(i) investigazzjonijiet f'aċċidenti dwar inġenji ta' l-ajru reġistrati fi Stat Membru, meta dawn l-investigazzjonijiet ma jsirux minn Stat ieħor;

(ii) investigazzjonijiet f'inċidenti serji li jinvolvu inġenji ta' l-ajru reġistrati fi Stat Membru ieħor jew użat minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru, meta dawn l-investigazzjonijiet ma jsirux minn Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' din id-Direttiva:

(a) "aċċident" ifisser okkorrenza assoċjata ma' l-operat ta' inġenju ta' l-ajru li sseħħ bejn il-ħin li persuna titla' fuq l-ajruplan bl-intenzjoni ta' titjira sal-ħin li l-persuni kollha jiżbarkaw, li fih:

1. persuna hija mweġġa b'mod fatali jew serju bħala riżultat ta':

- li tkun fuq l-ajruplan, jew

- f'kuntatt dirett ma kwalunkwe parti ta' l-ajruplan, inklużi partijiet li nqalgħu mill-ajruplan, jew

- espożizzjoni diretta għall-blast tal-jet,

ħlief meta l-feriti huma minn kawżi naturali, kaġunati mill-persuna nnifisha jew minn persuni oħra, jew meta l-feriti huma fuq dawk mistoħbija barra mill-partijiet normalment disponibbli għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ; jew

2. issir ħsara lill-inġenju ta' l-ajru jew difett strutturali li:

- taffetwa b'mod ħażin il-qawwa strutturali, il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjoni u titjira ta' l-ajruplan, u

- normalment tkun tirrikjedi tiswija maġġuri jew sostituzzjoni tal-komponent affetwat,

barra għal waqfien jew ħsara fil-magna, meta l-ħsara hija limitata għall-magna, il-cowlings jew aċċessorji tagħha; jew għal ħsara limitata għall-iskrun, truf tal-ġwienaħ, antenni, tyres, brejkijiet, fairings, tagħtin żgħir, jew toqob żgħar fil-ġilda ta' l-ajruplan;

3. l-ajruplan huwa rappurtat mitluf jew kompletament inaċċessibbli;

(b) "ferita serja" tfisser ferita li ġġarrab persuna f'aċċident u li:

1. tirrikjedi rikoverar fl-isptar għal iktar minn 48 siegħa, li tibda fi żmien sebat ijiem minn meta saret il-ferita; jew

2. tirriżulta fi ksur ta' xi għadma (barra ksur sempliċi ta' subgħajn, subgħajn tas-sieq jew l-mnieħer); jew

3. tinvolvi laċerazzjonijiet li jikkawżaw emoraġija severa, ħsara lin-nervituri, muskoli jew fl-għeruq tal-ġisem; jew

4. tinvolvi ferita għal kull organu intern; jew

5. tinvolvi ħruq tat-tieni jew it-tielet grad, jew kull ħruq li jaffetwa ikar minn 5 % tas-superfiċi tal-ġisem; jew

6. tinvolvi espożizzjoni verifikata għal sustanzi infettivi jew radjazzjoni perikoluża;

(ċ) "Ferita fatali" tfisser ferita li ġarrab persuna f'aċċident u li tirriżulta fil-mewt tiegħu/tagħha fi żmien 30 ġurnata mid-data ta' l-aċċident;

(d) "kawżi" tfisser azzjonijiet, omissjonijiet, ġrajjiet jew kondizzjonijiet, jew kombinazzjoni tagħhom, li jwasslu għal aċċident jew inċident;

(e) "investigazzjoni" tfisser proċess magħmul għall-iskop ta'prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti li tinkludi l-ġbir u l-analiżi ta' informazzjoni, it-tfassil ta' konklużjonijiet, inkluża d-determinazzjoni ta' kawża(i) u, fejn xieraq, il-ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet ta' sigurtà;

(f) "investigatur responsabbli" tfisser persuna mqabbda, fuq il-bażi tal-kwalifiki tiegħu, b'responsabbilità għall-organizzazzjoni, kondotta u kontrol ta' investigazzjoni;

(g) "rekorder tat-titjira" tfisser kull tip ta' rekorder installat fl-ajruplan bl-iskop li jiffaċilita l-investigazzjonijiet ta' l-aċċident/inċident;

(h) "impriża" tfisser kull persuna naturali, persuna legali, kemm bi skop ta' profitt kif ukoll le, jew kull korp uffiċjali għandha jew m'għandhiex personalità legali;

(i) "operatur" tfisser kull persuna, korp jew impriża li topera jew li tipproponi li topera inġenju ta' l-ajru wieħed jew aktar;

(j) "inċident" tfisser okkorrenza, barra aċċident, assoċjat ma' l-operazzjoni ta' ajruplan li taffetwa jew li tista tkun taffetwa is-sigurtà ta' l-operazzjoni;

(k) "inċident serju" tfisser inċident li jinvolvi ċirkostanzi li jindikaw li kważi seħħ aċċident (lista ta' eżempji ta' inċidenti serji tinstab fl-Anness);

(l) "rakkomandazzjoni ta' sigurtà" tfisser kull proposta mill-korp investigattiv ta' l-Istat li jagħmel l-investigazzjoni teknika, bażata fuq informazzjoni li miġjuba minn dik l-investigazzjoni magħmula bl-intenzjoni li tipprevieni aċċidenti u inċidenti.

L-Artikolu 4

Obbligazzjoni li tinvestiga

1. Kull aċċident u inċident serju għandu jkun suġġett ta' investigazzjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex iħallu inċidenti li mhux koperti bl-ewwel subparagrafu biex ikunu investigati meta l-korp investigattiv jistenna li jislet lezzjonijiet ta' sigurtà ta' l-ajru minnhom.

2. L-estensjoni ta' investigazzjonijiet u l-proċedura li trid tiġi segwita f'dawn l-investigazzjonijiet għandha tkun stabbilita minn korp investigattiv, waqt li tingħata konsiderazzjoni tal-prinċipji u l-għan ta' din id-Direttiva u skond x'lezzjonijiet jistenna li jieħu mill-inċident serju jew aċċident għat-titjib fis-sigurtà.

3. L-investigazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 fl-ebda każ m'għandhom ikunu konċernati bit-tqassim tat-tort jew responsabbilità.

L-Artikolu 5

Status ta' investigazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fil-qafas tas-sistemi respettivi interni legali tagħom, status legali ta' l-investigazzjoni li tħalli lill-investigaturi responsabbli jagħmlu xogħolhom bl-iktar manjiera effiċjenti u fl-iqsar żmien possibli.

2. Skond l-leġislazzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri u, fejn xieraq, b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġudizzjarja, l-investigaturi jkunu awtorizzati inter alia biex:

(a) ikollhom aċċess liberu għas-sit ta' l-aċċident jew inċident kif ukoll għall-inġenju ta' l-ajru, il-kontenut tiegħu jew il-fdalijiet;

(b) tkun assigurata lista immedjata ta' evidenza u tneħħija kontrollata ta' tifrik, jew komponenti għal eżami jew skopijiet ta' analiżi;

(ċ) ikollhom aċċess u użu immedjat tal-kontenuti tar-rekorders tat-titjira u kull rekording ieħor;

(d) ikollhom aċċess għar-riżultati ta' l-eżami ta' l-iġsma tal-vittmi jew ta' testijiet fuq kampjuni li ttieħdu mill-iġsma tal-vittmi;

(e) ikollhom aċċess immedjat għar-riżultati ta' l-eżami tan-nies involuti fl-operazzjoni ta' l-ajruplan jew ta' testijiet magħmula fuq kampjuni li ttieħdu minn dawn in-nies;

(f) jeżaminaw ix-xhieda;

(g) ikollhom aċċess liberu għal kull informazzjoni relevanti jew rekords miżmuma mis-sid, l-operatur jew manifattur ta' l-ajruplan u mill-awtoritajiet responsabbli għall-avjazzjoni ċivili jew l-operazzjoni ta' l-ajruport.

L-Artikolu 6

Korp jew entità investigattiva

1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-investigazzjonijiet tekniċi huma kondotti jew ikkontrollati minn korp jew entità permanenti ta' l-avjazzjoni ċivili. Il-korp jew entità konċernata tkun tiffunzjona b'mod indipendenti partikolarment mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni responsabbli għall-airworthiness, ċertifikazzjoni, operazzjoni tat-titjira, manutenzjoni, liċenzji, kontroll tat-traffiku ta' l-ajru jew operazzjoni ta' ajruporti u, inġenerali, ta' kull persuna li l-interessi tagħhom jistgħu ikunu f'konflitt max-xogħol fdat f'idejn il-korp jew entità investigattiva.

2. Minkejja il-paragrafu 1, l-attivitajiet fdati lil dan il-korp jew entità jistgħu jiġu estiżi għall-ġabra u l-analiżi ta' data relatata mas-sigurtà ta' l-ajru, b'mod partikolari għal skopijiet ta' prevenzjoni, sakemm dawn l-attivitajiet ma jaffetwawx l-indipendenza tagħhom u ma jinkludux responsabbilità f'affarijiet regolatorji, dwar standard jew amministrattivi.

3. Il-korp jew entità msemmija fil-paragrafu 1 tkun mogħtija l-mezzi meħtieġa biex tiżvolġi r-responsabbilitajiet tagħha indipendentament mill-awtoritajiet msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tkun kapaċi tikseb riżorsi suffiċjenti għaldaqshekk. L-investigaturi tagħhom għanhom ikollhom status li ttithom garanziji neċessarji ta' indipendenza. Tikkonsisti mill-inqas f'investigatur wieħed li kapaċi jiżvolġi l-funzjoni ta' investigatur responsabbli f'każ ta' inċident ta' ajruplan jew inċident serju.

4. Jekk meħtieġ, il-korp jew entità tista' titlob l-assitenza ta' korpijiet jew entitajiet minn Stati Membri oħra biex ifornu:

(a) stallazjonijiet, faċilitajiet u tagħmir għal:

- l-investigazzjoni teknika ta' fdalijiet u tagħmir ta' l-ajruplan u oġġetti oħra relevanti għall-investigazzjoni,

- l-evalwazzjoni ta' informazzjoni minn rekorders ta' titjiriet, u

- il-ħażna fil-komputer u valutazzjoni ta' informazzjoni dwar aċċidenti ta' l-ajru.

(b) esperti ta' l-investigazzjoni ta' l-aċċidenti li ser jagħmlu xogħlijiet speċifiċi iżda biss meta tinfetaħ investigazzjoni wara aċċident kbir.

Meta disponibbli, din l-assistenza għandha, kemm jista' tkun, tkun bla ħlas.

5. Stat Membru jista' jiddelega x-xogħol ta' żvolġiment ta' investigazzjoni f'aċċident jew inċident lil Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 7

Rapport ta' aċċident

1. Kull investigazzjoni f'aċċident għandha tkun soġġetta għal rapport f'forma xierqa għat-tip u serjetà ta' l-aċċident. Ir-rapport jistabbilixxi l-uniku oġġettiv ta' l-investigazzjonijiet msemmi fl-Artikolu 1 u jkun fih, fejn xieraq, rakkomandazjonijiet ta' sigurtà.

2. Il-korp jew entità investigattiva għandhom jagħmlu pubbliku l-aħħar rapport ta' aċċident fl-iqsar żmien possibli, u jekk possibbli fi żmien 12-il xahar mid-data ta' l-aċċident.

L-Artikolu 8

Rapport ta'inċident

1. Kull investigazzjoni f'inċident għandha tkun is-suġġett ta' rapport f'forma approprjata għat-tip u s-serjetà ta' l-inċident. Ir-rapport fejn xieraq ikollu rakkomandazzjonijiet ta' sigurtà relevanti. Ir-rapport jipproteġi l-anonimità tal-persuni involuti fl-inċident.

2. Ir-rapport ta' l-inċident ikun ċirkolat lill-partijiet li x'aktarx jibbenefikaw mir-riżultati rigward is-sigurtà.

L-Artikolu 9

Rakkomandazzjonijiet ta' sigurtà.

Ir-rapporti u rakkomandazzjonijiet ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 7 u 8 għandhom ikunu komunikati lill-impriżi jew awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazjoni konċernati u kopji mibgħuta lill-Kummissjoni.

Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li rakommandazzjonijiet ta' sigurtà magħmula minn korpi investigattivi jew entitajiet jittieħdu f'konsiderazzjoni, u, fejn xieraq, jaġixxu fuqhom mingħajr preġudizzju għal-liġi tal- Komunità.

L-Artikolu 10

Rakkomandazzjoni ta' sigurtà f'ebda każ ma toħloq preżunzjoni ta' ħtija jew responsabbiltà għal aċċident jew inċident.

L-Artikolu 11

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1266/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 fuq kooperazzjoni futura u assistenza reċiproka bejn Stati Membri fis-settur ta' investigazzjoni ta' aċċidenti ta' l-ajru [4] hija hawnhekk abolita.

L-Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-21 ta' Novembru 1996. Huma għandhom jinfurmaw b'dan minnufih lill-Kummissjoni.

2. Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 13

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Novembru 1994.

Għal Kunsill

Il-President

M. Wissmann

[1] ĠU C 257, tat- 22.9.1993, p. 8, ĠU C 109, tad-19.4.1994, p. 14.

[2] ĠU C 34, tat-2.2.1994, p. 18.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 (ĠU C 91, tat-28.3.1994, p. 123), il-Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 1994 (ĠU C 172, ta' l-24.6.1994, p. 46) u id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 1994 (ĠU C 323, tal-21.11.1994).

[4] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 32.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LISTA TA' EŻEMPJI TA' INĊIDENTI SERJI

L-inċidenti mniżżla isfel huma eżempji tipiċi ta' inċidenti serji. Din il-lista mhijiex eżawrjenti u sservi biss bħala gwida għad-definizzjoni ta' "inċident serju".

- Kważi kolliżjoni li tirrikiedi manuvra ta' evitar jew fejn manuvra ta' evitar tkun xierqa biex tevita kolliżjoni jew sitwazzjoni mhux sigura.

- Titjira kontrolata ġo l-art (CFIT) marġinalment biss evitata.

- Tluq li ma seħħx f'runway magħluq jew okkupata, jew tluq minn din ir-runway b'separazzjoni marġinali minn ostakolu (i).

- Nżul jew tentattiv ta' nżul f'runway magħluqa jew okkupata.

- Nuqqas kbir biex tikseb prestazzjoni mbassra waqt tluq jew waqt li jkun tiela fil-bidu.

- Kull nar u duħħan fil-kompartiment tal-passiġġieri jew f'kompartament ta' tagħbija, jew nar fil-magni, ukoll jekk dawn in-nirien huma mitfijja b'affarjijiet li jitfu.

- Kull avveniment li jirrikjedi l-użu ta' emerġenza ta' ossiġinu mill-ekwipaġġ ta' tijira.

- Nuqqas strutturali fl-ajruplan jew diġenerazzjoni tal-magna li mhijiex klassifikata bħala aċċident.

- Ħsarat multipli ta' sistemi ta' ajruplan wieħed jew aktar li jaffetwaw b'mod serju l-operazzjoni ta' l-ajruplan.

- Kull każ ta' inkapaċitazzjoni ta' l-ekwipaġġ ta' titjira waqt it-titjira.

- Kull stat ta' karburant li jirrikiedi d-dikjarazzjoni ta' emerġenza mill-pilota.

- Inċidenti waqt l-inżul, bħal undershooting, ġirja aktar minn suppost u ġirja 'l barra ta' naħa ta' runway.

- Nuqqas fis-sistemi, fenomeni tat-temp, operazzjoni barra mit-titjira approvata jew okkorrenzi oħra li setgħu kkawżaw diffikultajiet waqt il-kontroll ta' l-ajruplan.

- Nuqqas ta' aktar minn sistema waħda f'sistema ridondanti li hija mandatorja għal gwida waqt it-titjira u navigazzjoni.

--------------------------------------------------