31994D0479



Official Journal L 200 , 03/08/1994 P. 0033 - 0034
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0114
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0114


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 ta' Marzu 1994

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Bank Dinji għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp fuq il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-kont tas-Sigurtà Nukleari

(94/479/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

WARA LI KKUNSIDRA t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi s-sitwazzjoni prekarja fil-qasam tas-sigurtà nukleari f'bosta pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u orjentali u ta' dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika teħtieġ sforzi internazzjonali biex jogħla l-livell ta' sigurtà nukleari f'dawn il-pajjiżi bħala parti minn strateġija kordinata; billi l-Komunità, permezz tal-programmi tagħha ta' għajnuna teknika Phare u Tacis, tiddedika mezzi konsiderevoli għal dan il-għan; billi l-Kummissjoni ressqet ukoll proposta għal Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni 77/270/Euratom, biex tawtorizza lill-Kummissjoni biex tikkontratta s-self ta' l-Euratom biex tikkontribwixxi għall-finanzjament meħtieġ biex jittejjeb il-grad ta' effiċjenza u sigurtà tal-impjanti ta' l-elettriku nukleari f'ċerti pajjiżi mhux Membri;

Billi b'żieda ma'l-isforzi li diġa saru fond mutilaterali, imsejjaħ Kont tas-Sigurtà Nukleari, ġie stabbilit mal-Bank Ewropew tar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp li għandu bħala skop li jiffinanzja miżuri fuq medda qasira biex jogħla l-livell tas-sigurtà nukleari fil-pajjiżi in kwistjoni; billi l-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f'Lisbona kif ukoll il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tas-7 ta' Diċembru 1992 esprimew ix-xewqa li l-Komunità tikkontribwixxi għal dan il-fond;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun żgura li l-operazzjonijiet li jsiru taħt il-Kont għas-Sigurtà Nazzjonali tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ikunu kordinati ma'l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għas-sigurtà nukleari għall-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u orjentali u dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika;

Billi, biex jiġu stabbiliti l-istrateġiji l-aktar adattati għall-għajnuna, is-sigurtà nukleari għandha titqies bħala parti mill-problema ta' l-għażliet globali ta' l-enerġija tal-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u orjentali u ta' dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika; waqt li tinnota f'dan il-kuntest il-konklużjonijiet tar-rapport magħmul b'mod konġunt f'Ġunju ta' l-1993 mill-Bank Dinji għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

Billi l-pajjiżi riċevituri għandhom jirrispettaw il-ftehim prinċipali ta' sigurtà internazzjonali, jissieħbu mal-konvenzjonijiet internazzjonali ta' Vjenna u ta' Pariġi fuq ir-respobsabbilta ċivili ta' l-operaturi u, għal dan il-għan, jistabbilixxu regoli approprjati li jiggwidaw l-assigurazzjoni;

Billi l-pajjiżi riċevituri għandu jkollhom awtoritajiet tas-sigurtà indipendenti, iridu jkunu qed jippjanaw li jbiddlu impjanti ta' l-elettriku tagħhom li jkunu l-aktar nieqsa mis-sigurtà, jagħmlu miżuri għall-konservazzjoni ta' l-enerġija, ikunu fi ħsiebhom idaħħlu bil-mod iffissar ġenwin tal-prezzijiet u jkunu qed jħejju programm globali ta' l-enerġija;

Billi għalhekk kwalunkwe għajnuna materjali, meqjusa neċessarja fuq medda qasira, għall-impjanti ta' l-elettriku l-aktar perikolużi – l-aktar dawk b'reatturi RBMK u VVER-230 – fejn dawn ikunu essenzali għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fil-pajjiż riċevitur, għandhom ikunu marbuta mal-kondizzjoni li jkun jeżisti pjan jew tħejjija ta' pjan għall-għeluq kmieni ta' dawk l-impjanti ta' l-elettriku;

Billi l-Kummissjoni, bħala parti mill-proċedura tal-budget, għandha tagħmel rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-operazzjonijiet li jkunu saru taħt il-Kont tas-Sigurtà Nukleari tal-Bank Dinji għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-kompatibilita tagħhom ma'l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għas-sigurtà nukleari;

Billi l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim li jipprovdi għal kontribuzzjoni mill-Komunita' għall-Kont tas-Sigurtà Nukleari;

Billi l-Ftehim in kwistjoni għandu jikkontribwixxi għall-kisba ta' l-għanijiet tal-Komunita; billi t-Trattat ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, setgħat oħra għajr dawk ta' l-Artikolu 235,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Bank Dinji għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp fuq il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Kont tas-Sigurtà Nukleari f'isem il-Komunità.

It-testi tal-Bdil ta' l-Ittri qed jiġu annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata fl-Assemblea tal-kontributuri u, jekk ikun hemm bżonn, fil-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Kont Nukleari tas-Sigurtà, mill-Kummissjoni li għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Marzu 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Moraitis

[1] L-Opinjoni mogħtija fil- 11 ta'Marzu 1994 (ĠU C 91, tat-28.3.1994).

--------------------------------------------------