31994D0465



Official Journal L 190 , 26/07/1994 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0154
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0154


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' Lulju, 1994

dwar il-lista ta' l-istabbilimenti fil-Botswana approvati bil-għan illi jiġu importati

prodotti tal-laħam fil-Komunità.

(Test b'revelanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li ikkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li ikkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru1972 dwar il-problemi fl-ispezzjoni fuq is-saħħa u veterinarji meta jiġu importati baqar, nagħaġ u mogħoż u majjal, laħam frisk u prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1] kif ġiet emendate l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru. 1601/92 [2], u partikoalrment l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi l-istabbilimenti tal-pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu awtorizzati li jesportaw prodotti tal-laħam lill-Komunità sakemm ma jissodifawx il-kundizzjonijiet ġenerali u speċjali stabbiliti fid-Direttiva 72/462/KEE;

Billi, skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462. KEE, il-Botswana għaddiet it-tagħrif dwar stabbiliment wieħed awtoriat li jesporta lill-Komunità;

Billi ispezzjoni għal għarrieda uriet li l-i standards ta' l-iġjene ta' dan l-istabbiliment huma suffiċjenti u għalhekk jista' jiddaħħal fuq l-ewwel lista ta' stabbilimenti li minnhom l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam jistgħu jiġu awtorizzati;

Billi l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam mill-istabblisment fuq il-lista fl-Anness għal ma' din id-Direttiva ikomplu jkunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet li diġà ġew stabbiliti, id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat u partikolarment ir-regolamenti veterinarji l-oħrajn tal-Komunità, partikolarment dawk li jirrigwardaw il-protezzjoni tas-saħħa;

Peress illi l-miżuri stabbiliti f' din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Veterinarija

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1. L-istabbiliment fil-Botswana msemmi fl-Anness qiegħed jiġi hawnhekk approvat għall-finijiet ta' l-esportazzjoni tal-prodotti tal-laħam lejn il-Komunità.

2. L-importazzjonijiet minn dan l-istabbiliment għandhom jibqgħu soġġetti għad-disposizzjoinijiet stabbiliti band' oħra, u partikolarment dawk li jirrigwardaw il-protezzjoni tas-saħħa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzati lejn l-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Lulju, 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Nru. Ta' l-Approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz |

1 | BMC Canning Branch | Lobatse, Botswana |

--------------------------------------------------