31994D0273



Official Journal L 117 , 07/05/1994 P. 0037 - 0039
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0076
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0076


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 t' April 1994

dwar ċertifikazzjoni veterinarja għat-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit u fl-Irlanda ta' klieb u qtates li ma joriġinawx f' dawk il-pajjiżi

(94/273/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ovuli u embriji mhux suġġetti għall-kondizzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali preskritti f' regoli speċifiċi tal-Komunità li g]alihom jirreferi l-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE [1], u partikularment l-Artikolu 10(3)(a) (vii) ta' din,

Billi huwa meħtieġ li jkun stabbilit ċertifikat veterinarju għall-klieb u l-qtates li jitqiegħdu fis-suq fir-Renju Unit u fl-Irlanda u li ma joriġinawx f' dawk il-pajjiżi;

Billi l-annimali kon‘ernati għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet rilevanti meħtieġa dwar is-saħħa, kif murija fiċ-ċertifikat u ertifikati kif jixraq minn veterinarju awtorizzat;

Billi skond l-Artikolu 10(3)(a) (vii) il-klieb u l-qtates għandhom ikunu akkompanjati minn record tat-tilqim individwali;

Billi l-miżuri li g]alihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-mudell taċ-ċertifikat li jipprovdi g]alih l-Artikolu 10(3)(a) (vii) tad-Direttiva 92/65/KEE huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' April 1994.

Għall- Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 54.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------