31994D0077



Official Journal L 036 , 08/02/1994 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0033
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0033


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-7 ta' Frar 1994

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju

(94/77/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 93/439/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 24(1) tagħha,

Billi l-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jipprovdi għall-possibbiltà ta' miżuri finanzjarji Komunitarji għall-eradikazzjoni u l-monitorjar tal-mard elenkat fl-Anness tagħha;

Billi l-heartwater, il-babesjosi u l-anaplasmosi trasmessi permezz ta' l-insetti vetturi huma preżenti fid-dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar;

Billi s-sitwazzjoni speċifika tas-saħħa fid-dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar tiġġustifika ż-żieda tal-mard imsemmi hawn fuq fl-Anness mad-Deċiżjoni 90/424/KEE;

Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin huma hawnhekk miżjuda mal-Grupp 1 tal-lista tal-mard fl-Anness mad-Deċiżjoni 90/424/KEE:

"— il-heartwater trasmess permezz ta' l-insetti vetturi fid-dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar

— il-babesjosi trasmessa permezz ta' l-insetti vetturi fid-dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar

— l-anaplasmosi trasmessa permezz ta' l-insetti vetturi fid-dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar."

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Frar 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

[2] ĠU L 203, tat-13.8.1993, p. 34.

--------------------------------------------------