31993R2454



Official Journal L 253 , 11/10/1993 P. 0001 - 0766
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 10 P. 0001
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 10 P. 0001


Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93

tat-2 ta' Lulju 1993 li

jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92

li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [1], iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-"Kodiċi", u partikolarment l-Artikolu 249 tiegħu,

Billi l-Kodiċi ġabar il-leġislazzjoni doganali eżistenti kollha fi strument legali wieħed; billi fl-istess ħin il-Kodiċi għamel ċerti modifiki għal din il-leġislazzjoni sabiex jirrendih aktar koerenti, aktar sempliċi, u jimla ċerti lakuni; billi għalhekk din tikkostitwixxi leġislazzjoni kompleta tal-Komunità f'dan il-qasam;

Billi l-istess raġunijiet li wasslu għall-addozzjoni tal-Kodiċi japplikaw ukoll għall-implementazzjoni tal-leġislazzjoni doganali; billi huwa għalhekk mixtieq li jinġabru flimkien f'regolament wieħed dawk id-dispożizzjonijiet doganli li jimplementaw u li presentament jinsabu mxerrda f'numru kbir ta' regolamenti u direttivi Komunitarji;

Billi l-kodiċi għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju hekk stabbilit għandu jiffissa r-regoli doganali eżistenti għall-implementazzjoni; billi xorta waħda huwa meħtieġ, fid-dawl tal-esperjenza li:

- isiru xi emendi sabiex jaddattaw dawn ir-regoli mad-dispożizzjoni tal-Kodiċi,

- jiġi estiż il-kamp ta' ċerti dispożizzjonijiet illi bħalissa japplikaw biss għall-proċeduri doganali speċifiċi sabiex jittieħed kont ta' l-applikazzjoni komprensiva tal-Kodiċi,

- ċerti regoli jiġu fformolati b'mod iżjed preċiż sabiex tkun iggarantita aħjar l-applikazzjoni legali tagħhom;

Billi t-tibdiliet magħmula għandhom x'jaqsmu l-aktar mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-dejn doganali;

Billi huwa xieraq li tiġi limitata l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 791(2) sa l-1 ta' Jannar 1995 u li ssir reviżjoni ta' din il-materja fid-dawl ta' l-esperjenza akkwistata sa dak iż-żmien;

Billi l-miżuri previsti minn dan ir-Regolament jaqblu ma l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-IMPLEMENTAZZJONI

IT-TITOLU I

ĠENERALI

IL-KAPITOLU 1

Definizzjonijiet

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

1. Kodiċi tfisser:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju;

2. Carnet ATA tfisser:

id-dokument doganali internazzjonali għall-importazzjoni temporanja kif stabbilit bis-saħħa tal-Konvenzjoni ATA;

3. Kumitat tfisser:

il-Kumitat tal Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 247 tal-Kodiċi;

4. Kunsill għal-Koperazzjoni Doganali tfisser:

l-organizzazzjoni stabbilita bil-Konvenzjoni li stabbiliet Kunsill għal-Koperazzjoni Doganali, li ġiet konkluża fi Brussel fil-15 ta' Diċembru 1950;

5. Dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-merkanzija tfisser:

min-naħa l-waħda, id-dettalji wżati għall-identifikazzjoni tal-merkanzija kummerċjalment li jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tat-tariffar u, minn-naħa l-oħra, il-kwantità tal-merkanzija;

6. Merkanzija ta' natura mhux-kummerċjali tfisser:

merkanzija li d-dħul tagħha għall-iskopijiet tad-dwana f'dan il-każ ikun fuq bażi okkażjonali u li n-natura u l-kwantità tindika li dawk ikunu ntenzjonati għall-użu privat, personali jew tal-familja ta' min jirċievi jew tal-persuna li tkun iġġorrhom, jew li jkunu mmarkati b'mod ċar li jkunu ntenzjonati bħala rigali;

7. Miżuri ta' politika kummerċjali tfisser:

miżuri non-tariffarji stabbiliti, bħala parti mill-politika kummerċjali komuni, fil-forma ta' dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' merkanzija, bħal ma huma miżuri ta' sorveljanza u salvagward, restrizjonijiet kwantitattivi jew limiti u projbizjonijiet ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;

8. Nomenklatura doganali tfisser:

waħda minn-nomenkltauri li hemm imsemmijja fl-Artikolu 20(6) tal-Kodiċi;

9. Sistema armonizzata tfisser:

is-Sistema ta' Deskrizjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija;

10. Trattat tfisser:

it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea.

IL-KAPITOLU 2

Deċiżjonijiet

Artikolu 2

Meta xi persuna li qed titlob għal deċiżjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tipprovdi d-dokumenti kollha u l-informazzjoni meħtieġa biex tingħata d-deċiżjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu d-dokumenti u l-informazzjoni li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

Artikolu 3

Deċiżjoni li tirrigwarda garanzija li tkun favur persuna illi jkun intrabat illi jħallas somom dovuti ma' l-ewwel talba bil-miktub mill-awtoritajiet doganali, għandha tiġi mħassra meta l-imsemmi obbligu ma jiġix sodisfatt.

Artikolu 4

Revoka m'għandhiex tolqot merkanzija li, fil-mument tad-dħul fis-seħħ, tkun diġa imqiegħeda taħt proċedura skond l-awtorizzazzjoni revokata.

Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li din il-merkanzijja tiġi mogħtija trattament approvat mid-dwana fi' żmien terminu li jiġi stabbilit.

IT-TITOLU II

INFORMAZZJONI TARIFFARJA OBBLIGATORJA

IL-KAPITOLU 1

Definizjonijiet

Artikolu 5

Għall-iskop ta' dan it-Titolu:

1. informazzjoni tariffarja obbligatorja:

tfisser informazzjoni tariffarja obbligatorja għall-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha tal-Komunità meta l-kondizzjonijiet meħtieġa f'l-Artikoli 6 u 7 ikunu sodisfatti;

2. applikant:

tfisser persuna li tkun applikat lill-awtoritajiet doganali għal informazzjoni tariffarja obbligatorja;

3. titolari:

tfisser il-persuna li f'isimha l-informazzjoni tariffarja obbliagatorja tkun inħarġet.

IL-KAPITOLU 2

Proċedura għall-akkwist ta' informazzjoni tariffarja obbligatorja - Notifika ta' informazzjoni lill-applikanti u trasmissjoni lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

1. L-applikazzjonijiet għall-informazzjoni tariffarja obbligatorja għandhom isiru bil-miktub jew lill awtoritajiet doganali kompetenti fl-Istat Membru jew Stati Membri li fihom tkun sejra tintuża l-informazzjoni, jew lill-awtoritajiet doganali kompetenti fl-Istat Membru li fieħ l-applikant ikun stabbilit.

2. Applikazzjoni għal informazzjoni tariffarja obbligatorja għandha jkollha x'taqsam ma tip wieħed biss ta' merkanzija.

3. L-appplikazzjonijiet għandhom jinkludu il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a) l-isem u l-indirizz ta' l-okkupant;

(b) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant meta dik il-persuna ma tkunx it-titolari;

(ċ) in-nomenklatura doganali li fiha l-merkanzija għandha tiġi kklassifikata. Meta applikant ikun jixtieq li jakwista klassifikazzjoni ta' merkanzija f'waħda minn-nomenklaturi msemmijja fl-Artikolu 20(3)(b) u (6) (b) tal-Kodiċi, l-applikazzjoni għall-informazzjoni tariffarja obbligatorja għandha ssemmi esspressament in-nomenklatura in kwistjoni;

(d) deskrizjoni ddettaljata tal-merkanzija li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u d-determinazzjoni tal-klassifika tagħhom fin-nomenklatura doganali;

(e) il-kompożizzjoni tal-merkanzija u il-metodi ta' eżami li jkunu ntużaw biex tiġi ddeterminata din, meta l-klassifika tkun tiddependi minnha;

(f) xi kampjuni, ritratti, pjanti, katalgi jew dokumenti oħra disponibbli li jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet doganali biex jiddetterminaw il-klassifika korretta tal-merkanzija fin-nomenklatura doganali, li jiġu mehmuża bħala annessi;

(g) il-klassifikazzjoni maħsuba;

(h) ftehim li tiġi pprovduta traduzzjoni ta' kull dokument mehmuż fil-lingwa uffiċjali (jew waħda mill-lingwi uffiċjali) ta' l-Istat Membru ikkonċernat jekk l-awtoritajiet doganali jitolbu dan;

(i) xi partikolaritajiet li għandhom ikunu meqjusa bħala konfidenzjali;

(j) indikazzjoni mill-applikant jekk sa fejn jaf hu l-informazzjoni tariffarja obbligatorja għal merkanzija identika jew simili tkun diġa saret applikazzjoni għaliha jew li kienet diġa maħruġa mill-Komunità;

(k) l-aċċettazzjoni li l-informazzjoni pprovduta tista' tkun merfuha f'database tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej; madankollu, barra mill-Artikolu 15 tal-Kodiċi, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-protezzjoni ta' l-informazzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri għandhom japplikaw.

4. Meta l-awtoritajiet doganali jikkonsidraw li l-applikazzjoni ma jkunx fiha id-dettalji li huma jkunu jeħtieġu biex jagħtu opinjoni informata, dawn għandhom jitolbu lill-appliakant biex jipprovdilhom l-informazzjoni li tkun nieqsa.

5. Il-lista ta' l-awtorijatjiet doganali indikati mill-Istati Membri biex jirċievu applikazzjonijiet għall jew biex joħorġu informazzjoni tariffarja obbligatorja, għandha tiġi ppubblikata fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 7

1. L-informazzjoni tariffarja obbligatorja għandha tiġi nnotifikata lill-applikant bil-miktub malajr kemm jista' jkun. Jekk ma kienx possibbli li tiġi nnotifikata l-informazzjoni tariffarja obbligatorja lill-applikant fi żmien tliet xhur mill-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu kuntatt mal-applikant biex jispjegaw ir-raġuni għal dan id-dewmien u jindikaw meta jaħsbu li jkunu jistgħu jinnotfikawħ b'din l-informazzjoni.

2. L-informazzjoni tariffarja obbligatorja għandha tiġi notifikata fuq il-formola skond kif muri fl-Anness 1. In-notifika għandha tindika liema partikolaritajiet għandhom jiġu meqjusa bħala pprovduti fuq bażi konfidenzjali. Il-possibilita ta' appell ismemmi fl-Artikolu 243 tal-Kodiċi għandha tissemma.

Artikolu 8

1. Kopja ta' l-informazzjoni tariffarja obbligatorja nnotifikata (kopja Nru 2 ta' l-Anness 1) u l-fatti (kopja Nru 4 ta' l-istess l-Anness) għandha tiġi trażmessa lill Kummissjoni mingħajr dewmien mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru kkonċernat. Din it-trażmissjoni għandha ssir permezz ta' mezzi elettroniċi kemm jista' jkun malajr.

2. Meta Stat Membru jitlob dan, il-Kummissjoni għandha tibgħat mingħajr dewmien il-partikolaritajiet li jkun hemm fil-kopja tal-formola u l-informazzjoni l-oħra li tkun relevanti. Din it-trażmissjoni għandha ssir b'mezzi elettroniċi kemm jista' jkun malajr.

IL-KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet applikabbli fil-każ ta' inkonsistenzi fl-informazzjoni tariffarja obbligatorja

Artikolu 9

Meta l-Kummissjoni ssib li informazzjoni tariffarja obbligatorja differenti tkun teżisti fil-każ ta' l-istess merkanzija, hi għandha tieħu, jekk ikun il-bżonn, il-miżuri biex tassigura, l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura doganali.

IL-KAPITOLU 4

L-effett legali ta' l-informazzjoni tariffarja obbligatorja

Artikolu 10

1. Mingħajr preġudizju għall-Artikoli 5 u 64 tal-Kodiċi, l-informazzjoni tariffrja obbligatorja tista' tkun invokata biss mit-titolari.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu lit-titolari, meta dan ikun qiegħed jissodisfa l-formalitajiet doganali, li jinformahom li hu fil-pussess ta' informazzjoni tariffarja obbligatorja dwar il-merkanzija li tkun qiegħeda tgħaddi mid-dwana.

3. It-titolari ta' l-informazzjoni tariffarja obbligatorja jistaħ' jużaha fir-rigward ta' merkanzija partikolari biss meta jistabbilixxi għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet doganali illi l-merkanzija in kwistjoni taqbel f'kollox ma dik deskritta fl-informazzjoni li tiġi ppreżentata.

4. L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu li din l-informazzjoni tiġi tradotta fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-stat Membru inkwistjoni.

Artikolu 11

L-informazzjoni tariffarja obbligatorja pprovduta mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru mill-1 ta' Jannar 1991 għandha torbot lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kollha taħt l-istess kondizzjonijiet.

Artikolu 12

1. Ma l-adozzjoni ta' att jew miżura msemmijin fl-Artikolu 12(5) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-informazzjoni tariffarja obbligatorja, tibda tinħareġ biss inkonformità ma' l-att jew miżura in kwistjoni.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 hawn fuq, l-informazzjoni li għandha tittieħed fil-konsiderazzjoni għandha tkun din l-ġejja:

- għar-regolamenti msemmija fl-Artikolu 12(5)(a) tal-Kodiċi dwar emendi għan-nomenklatura doganali, il-jum li fiħ isiru applikabbli,

- għar-regolamenti msemmija fis-subparagrafu (a) ta' l-istess artikolu u paragrafu u jistabbilixxu jew jolqtu l-klassifika tal-merkanzija fin-nomenklatura doganali, id-data tal-pubblikazzjoni tagħhom fis-serje "L" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej,

- għal-miżuri msemmija fis-subparagrafu (b) ta' l-istess artikolu u paragrafu, dwar emendi għan-noti spjegattivi tan-nomenklatura kkombinata, id-data tal-pubblikazzjoni tagħhom fi-serje "Ċ" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej,

- għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizja tal-Komunità Ewropea imsemmija fis-subparagrafu (b) ta' l-istess artikolu u paragrafu, id-data tas-sentenza,

- għal miżuri msemmijja fis-subparagrafu (b) ta' l-istess artikolu u paragrafu dwar l-adozzjoni ta' opinjoni ta' klassifika jew emendi għan-noti spjegattivi għan-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, id-data tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni fis-serje "Ċ" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika id-dati ta' l-adozzjoni tal-miżuri u l-atti msemmija f'dan l-artikolu lill-awtoritajiet doganali malajr kemm jista' jkun.

IL-KAPITOLU 5

Dispożizzjonijiet li japplikaw fil-każ ta' skadenza ta' l-informazzjoni tariffarja obbligatorja

Artikolu 13

Meta, skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 12(5) tal-Kodiċi, l-informazzjoni tariffarja obbligatorja hija nulla jew ma tibqax valida, l-awtorita doganali li tkun ipprovdietha għandha tinnotifika lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun.

Artikolu 14

1. Meta t-titolari ta' l-informazzjoni tariffarja obbligatorja li ma tkunx baqgħet valida għar-raġunijiet imsemmija fl-12 (5) tal-Kodiċi, ikun irid jagħmel użu mill-possibiltà li jinvoka dik l-informazzjoni matul perijodu speċifiku ta' żmien skond il-paragrafu 6 ta' dak l-Artikolu, hu għandu jgħarraf lill-awtoritajiet doganali, u jipprovdi id-dokumenti neċessarji ta' sostenn biex jista' jsir kontroll li l-kondizzjonijiet rilevanti ġew sodisfatti.

2. F'każijiet eċċezzjonali meta l-Kummissjoni, skond l-aħħar sub-paragrafu ta' l-Artikolu 12(7) tal-Kodiċi, tadotta miżura li tidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-paragarafu 6 ta' dak l-Artikolu, jew meta l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 dwar il-possibilità li tibqa tiġi nvokata l-informazzjoni tariffarja obbligatorja, ma jkunux ġew sodisfatti l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lit-titolari bil-miktub.

IL-KAPITOLU 6

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Artikolu 15

L-informazzjoni tariffarja obbligatorja pprovduta nazzjonalment qabel l-1 ta' Jannar 1991 għandha tibqa valida.

Madankollu, l-informazzjoni tariffarja obbligaotrja pprovduta nazzjonalment u li l-validità tagħha testendi wara l-1 ta' Jannar 1997, għandha tkun invalida minn dik id-data.

IT-TITOLU III

TRATTAMENTI TARIFFARJI FAVOREVOLI MINĦABBA N-NATURA TAL-MERKANZIJA

IL-KAPITOLU 1

Merkanzija suġġetta għal kondizzjoni li tinbidlilha n-natura tagħha

Artikolu 16

Klassifikazzjoni skond is-sub-intestaturi tat-tariffi elenkati fil-kolonna 2 tat-tabella ta' hawn taħt tal-merkanzija elenkata kontra kull sub-intestatura fil-kolonna 3 għandha tkun soġġetta għal kondizzjoni illi tinbidel in-natura tal-merkanzija sabiex ma tibqax tajba għal konsum tal-bniedem, permezz ta' wieħed mid-denaturalizzanti li hemm referenza msemmija fil-kolonna 4 użat fil-kwantitajiet indikati fil-kolonna 5.

Nru ta' l-Ordni | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Denaturat |

Isem | Kwantità massima li gandha tintu¿a fil-g kull 100 Kg tal-prodott li gandu jkun denaturat |

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

1 | 0408 | Bajd ta' l-għasafar, mifsuq, u isfar tal-bajd, frisk, imnixxef, imsajjar fuq il-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, mogħti l-forma, ffriżat jew ppriservat b'mod ieħor, kemm jekk fiħ iz-zokkor miżjud u kemm materjal ieħor ta' ħlewwa:— Isfar tal-bajd: | Spirtu tat-terpentina | 500 |

Essenza tal-lavanda | 100 |

Żejt tal-klin | 150 |

Zejt tal-Betula | 100 |

040811 | — — Imnixxef: | Ħut mitħun tas-sub-intestatura 23012000 tan-Nomenklautra Kkombinata, li għandu r-riħa karatteresitika u li jkollu fil-piż tal-parti niexfa mill-inqas: | |

62, 5 % crude protein and | |

6 % lipidi krudi (materja grassa) | 5000 |

04081190 | — — — Oħrajn | | |

040819 | — — Oħrajn | | |

04081990 | — — — Oħrajn | | |

040891 | — — —Dried | | |

04089190 | — — Imnixxef | | |

040899 | — — Oħrajn | | |

04089990 | — — — Oħrajn | | |

2 | 1106 | Dqieq u tħin ta' legumi imnixxfa ta' l-intestatura Nru 0713, tas-sagu jew ta' l-għeruq jew tat-tuberi ta' l-intestatura Nru 0714; dqieq, tħin u trab tal-prodott tal-Kaptiolu 8: | Żejt tal-ħuta jew żejt tal-fwied tal-ħut mux deodorizzat, skolorit, u mingħajr addittivi | 1000 |

110620 | — Dqieq u tħin tas-sagu, għeruq u tuberi ta' l-intestaura Nru 0714 | Ħut mitħun tas-sub-intestatura 23012000 tan-Nomenklatura Kombinata | |

11062010 | — — Denaturat | 62, 5 % proteina kruda u | |

6 % lipidi krudi (materja grassa) | 5000 |

Isem Kimiku jew deskrizzjoni | Isem komuni | Indiċi tal-Kulur |

Melħ tas-Sodju ta' 4-sulfobenżeneażor-sorċinol | Kriżoin S | 14270 |

dihydroxyzobenzene-dihydroxyzobenzene 4-aċidu sulfoniku | Isfar li ma jerħix AB | 13015 |

Tetrabromoflworexxeniku | Ponceau 6R | 16290 |

(kulur: isfar) | Eosine | 45380 |

flworexxenti) | Naftalina | — |

Trab tas-sapun | Trab tas-sapun | — |

Dikromat tas-sodju jew tal-potassa | Ponceau 6 R— | — |

Ossidu tal-ħadid li fiħ mhux inqas minn 50 % ta' Fe2O3 bil-piż, Lossidu tal-ħadid għandu jkun aħmar kark sa kanella u għandu jkollu l-forma ta' trab fin li 90 % minnu jgħaddi minn għarbiel li għandu t-toqob ta' 0.10 mm | Ossidu tal-Ħadid— | — |

Sodju ipoklorit | Sodju ipoklorit | |

Isem |

| |

3 | 250100 | Melħ (kompriż il-melħ, tal-mejda u l-melħ denaturat) u l-klorur tas-sodju pur, kif ukoll f'soluzzjoni ma' l-ilma jew miżjud b'aġenti anti-aglomeranti jew b'aġenti li jassiguraw li tinżamm il-fluwidità; ilma tal-baħar: | | 6 |

— Melħ (kompriż il-melħ tal-mejda u l-melħ denaturat) u il-klorur tas-sodju pur kif ukoll f'soluzzjoni ma' l-ilma jew miżjud b'aġenti anti-aglomerenti jew aġenti li jassiguraw il fluwidità: | | 6 |

— — oħrajn | | |

25010051 | — — — denaturati jew iddestinati għall-użi oħra industriajli (kompriża ir-raffinazzjoni), bl-esklużjoni tal-konservazzjoni jew il-preparazzjoni ta' prodotti ddestinati għall-konsum uman jew mill-annimali | | 1 |

| 0,5 |

| 250 |

| 1000 |

| 30 |

| 250 |

| 3000 |

4 | 3502 | Albumini, (inklużi konċentrati ta' żewġ proteini jew iżjed tax-xorrox li għandu iżjed minn 80 % ta' proteini tax-xorrox, ikkalkolati fuq il-materja niexfa) albuminati, u derivattivi oħra ta' l-albumina: | Żejt tar-rożmarin (għal albumini likwidi biss) Żejt mhux maħdum tal-kamforu (għal albumini likwidi u solidi) Żejt abjad tal-kamforu (għal albumini likwidi u solidi) Ażid tas-sodju (għal albumini likwidi u solidi) Dijetanolmina (għal albumini solidi biss) | 150200020001006000 |

350210 | — Albumina mill-bajd | |

35021010 | — — Mhux tajba minnha jew magħmula hekk, għall-konsum uman | |

350290 | —oħrajn | |

— —Albumini li mhumiex albumini mill-bajd: | |

35029010 | — — — Mhux tajba minnhom jew magħmula hekk, għall konsum uman | |

Artikolu 17

Id-denaturazzjoni għandha tkun b'tali mod li jkun assigurat illi l-prodott li għandu jkun denaturat u d-denaturant ikunu imħallta b'mod omoġenju u ma jkunu jistgħu jergħu jiġu jinfirdu b'mod li jrendi ekonomikament.

Artikolu 18

B'deroga mill-Artikolu 16, kull Stat Membru jista' japprova temporanjament l-użu ta' denaturant mhux imsemmi fil-kolonna tat-tabella imsemmijja f'dak l-Artikolu.

F'dak il każ, in-notifika għandha tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum, bid-dettalji ta' dawn id-dentauranti u l-kwantitajiet użati. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill Istati Membri l-oħra kemm jista' jkun malajr.

Il-kwistjoni għandha tiġi mgħoddija lill-Kumitat.

Jekk, fi żmien 18 il-xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi n-notifika, il-Kumitat ma jkunx ta l-opinjoni fis-sens li id-denaturant in kwistjoni għandu jiġi nkluż fil-kolonna 4 ta' l-istess tabella, l-użu ta' dak id-denaturant għandu jieqaf immedjetament fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 19

Dan il-kapitolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE [3].

Il-KAPITOLU 2

Kondizzjonijiet għall-klassifika tariffarja ta' ċerti tipi ta' żrieragħ

Artikolu 20

Il-klassifikazzjoni taħt is-sub-intestaturi tariffarji elenkati fil-kolonna 2 tat-tabella iktar l-isfel tal-merkanzija elenkata quddiem kull sub-intestatura fil-kolonna tlieta għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 sa 24.

Nru ta' l-Ordni | Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

1 | 0701 | Patata, fl-istat frisk jew refriġerat |

07011000 | — Taż-żerriegħa |

2 | 0712 | Legumi mnixxfa, sħaħ, imqatta', mitħuna, jew magħmulin trab, iżda mhux ippreparati iktar min hekk: |

071290 | — legumi oħra; taħlitiet ta' legumi: |

— — qamħirrum ħelu (Zea mays var: saccharata) |

— — — hibridi għaż-żriegħ |

3 | 1001 | Qamħ u meslin |

100190 | — oħrajn |

10019010 | — — triticum aestivum |

4 | 1005 | Qamħirrum |

100510 | — taż-żerriegħa: |

— — ibridu: |

10051011 | — — — ibridu doppju u ibridu top cross |

10051013 | — — — ibridu tliet darbiet |

10051015 | — — — ibridu sempliċi |

10051019 | — — — ieħor |

5 | 1006 | Ross |

100610 | — ross fil-fosdqa (paddy) |

10061010 | — — għaż-żriegħ |

6 | 100700 | Qamħ sorghum |

10070010 | — ibridi għaż-żriegħ |

7 | 120100 | Sojja, kemm mitħuna u kemm le |

12010010 | — għaż-żriegħ |

8 | 1202 | Karawett, mhux inkaljat jew b'xi mod ieħor imsajjar, kemm imqaxxar jew mitħun u kemm le: |

120210 | — fil-qoxra: |

12021010 | — — għaż-żriegħ |

9 | 120400 | Kittien, kemm mitħun u kemm le: |

12040010 | — għaż-żriegħ |

10 | 120500 | Żrieragħ tal-lift jew tal-kolza, kemm mitħun u kemm le: |

12050010 | — għaż-żriegħ |

11 | 120600 | Żerriegħa tal-ġirasol, kemm mitħuna u kemm le: |

12060010 | — għaż-żriegħ |

12 | 1207 | Żrieragħ u frottijiet oleaġinużi oħra, kemm mitħuna u kemm le: |

120710 | — żerriegħa u qxur tal-palm: |

12071010 | — — għaż-żriegħ |

13 | 120720 | — Żerriegħa tal-qoton: |

12072010 | — — għaż-żriegħ |

14 | 120730 | — Żerriegħa tar-riġnu: |

12073010 | — — għaż-żriegħ |

15 | 120740 | — Ġulġlien: |

12074010 | — — għaż-żriegħ |

16 | 120750 | — Żerriegħa tal-mustarda: |

12075010 | — — għaż-żriegħ |

17 | 120760 | — Żerriegħa tal-Carthamus tinctorious: |

12076010 | — għaż-żriegħ |

18 | 120791 | — — Żerriegħa tal-pepprin: |

12079110 | — — —għaż-żriegħ |

19 | 120792 | — — Żerriegħa tal-Vitellaria paradoxa (karite) |

12079210 | — — — għaż-żriegħ |

20 | 120799 | — — Oħrajn: |

12079910 | — — — għaż-żriegħ |

Artikolu 21

Il-patata taż-żriegħ għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fuq il-bażi ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE [4].

Artikolu 22

Il-qamħirrum ħelu, it-triticum, il-qamħirrum ibridu, ir-ross u is-sorghum għaż-żriegħ għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fuq il-bażi ta' l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE [5].

Artikolu 23

Iż-żrieragħ u frottijiet oleaġinużi oħra għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fuq il-bażi ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE [6].

Artikolu 24

Il-qamħirrum ħelu, it-triticum, il-qamħirrum ibridu, ir-ross, is-sorghum ibridu, iż-żrieragħ u l-frottijiet oleaġenużi oħra ta' tipi li għalihom ma japplikawx id-Direttivi tal-Kunsill 66/402/KEE u 69/208/KEE m'għandhomx jiġu mdaħħla fis-sub-intestaturi indikati fl-Artikolu 20 sakemm il-persuna kkonċernata ma tistabilixxix għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li dawn ikunu attwalment destinati għaż-żriegħ.

IL-KAPITOLU 3

Il-Kondizzjonijiet għal klassifika tariffarja tad-drapp tad-duleb u dak għat-tfassil bhala mhux meħjut

Artikolu 25

Il-klassifika tariffarja tad-drapp tad-duleb, mhux meħjut, li jaqa' taħt il-klassifika tal-kodiċi NM 59112000 għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jkun immarkat kif indikat hawn taħt.

Marka li tikkonsisti f'rettangolu u d-dijagonali tiegħu għandha tkun riprodotta f'intervalli regolari tul iż-żewġ borduri tad-drapp mingħajr ma tidħol fuq il-ħaxja, b'tali mod li d-distanza bejn iż-żewġ marki konsekkuttivi, imkejla bejn it-trufijiet tar-rettangoli, ma tkunx aktar minn metru u li l-marki fuq wieħed mit-truf ikun ekwidistanti miċ-ċentru ta' l-eqreb żewġ marki fuq it-tarf oppost. Kull marka għandha titiqiegħed b'mod li n-naħat it-twal tar-rettangolu jkunu paralleli man-nisġa tat-tessut imqiegħda b'tali mod li l-ġnub it-twal tar-rettagolu jkunu paralleli mal- medda tad-drapp (ara disinn hawn taħt).

+++++ TIFF +++++

Il-ħxuna tal-linji li jiffurmaw il-ġnub tar-rettangolu għandhom ikunu 5 mm, u dik tad-dijagonali 7 mm. Ir-rettangolu format mill-borduri ta' barra tal-linji għandu mill-anqas ikun 8 cm fit-tul u 5 cm fil-wisgħa.

Il-marki għandhom jiġu stanpati f'kulur wieħed li jikkuntrasta mal-kulur tad-drapp u għandhom ikunu.

IL-KAPITOLU 4

Il-merkanzija li għaliha għandu jkun ppreżentat ċertifikat ta' awtentiċit jew tal-kwalità, jew ċertifikat ieħor

Artikolu 26

1. Il-klassifika taħt is-sub-intestaturi tariffarji elenkati fil-kolonna 2 tat-tabella ta' hawn taħt għal merkanzija elenkata biswit kull intestatura fil-kolonna 3, impurtata mill-pajjiżi murija fil-kolonna 5, għandha tkun soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikati li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli minn 27 sa 34.

Iċ-ċertifikati jiġu murija fl-Annessi minn 2 sa 8, kif indikati fil-kolonna 4 tat-tabella.

Iċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità japplikaw għall-għeneb, għall-whisky, għall-vodka, u għat-tabakk, iċ-ċertifikati ta' l-indikazzjoni ta' l-oriġini għall-inbid, u ċ-ċertifikati ta' kwalità għan-nitrat tas-sodju.

2. B'deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-Port, il-Madeira, ix-Sherry u il-muskatell ta' Setubal li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 22042141, 22042151, 22042941 u 22042951, id-dokument kummerċjail approvat li jkun mimli u awtentikat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 986/89 [7] għandu jiġi ppreżentat minflok iċ-ċertifikat li jindika l-oriġini.

3. Madanakollu, it-tabakk eżenti mid-dazju mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera bis-saħħa ta' dispożizzjoni Komunitarja għandu jiġi kklassifikat taħt is-sub-intestaturi minn 24011010 sa 24011049 u minn 24012010 sa 24012049 mingħajr ma jiġi ppreżentat ċertifikat ta' awtentiċità. Dan iċ-ċertifikat la jista' jinħareġ u l-anqas jiġi aċċettat għat-tabakk ta' dawn it-tipi meta fl-istess pakkett immedjat jiġi ppreżentat tabakk ta' iktar minn tip wieħed.

4. Fir-rigward tal-merkanzija elenkata taħt l-Ordni Nru 6 tat-tabella li ġejja, għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:

(a) it-tabakk tat-tip Virginiaflue-cured ifisser tabakk li jkun ġie imqadded f'kondizzjonijiet atmosferiċi atrifiċjali bi proċess li jirregola s-sħana u l-ventilazzjoni mingħajr ma jħalli d-duħħan u l-fwar jiġu f'kuntatt mal-weraq tat-tabakk; il-kulur tat-tabakk imqadded għandu normalment ivarja mill-kulur tal-lumi għall-oranġjo kark jew aħmar. Kuluri oħra u t-taħlit ta' kuluri sikwit jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturazzjoni, jew fit-teknika tal-kultura u tat-tqaddid;

(b) it-tabakk tat-tip Burley li jkun ġie light air cured (inkluż l-ibrid tal-Burley) ifisser tabakk li jkun ġie mqadded taħt kondizzjonijiet atmosferiċi naturali u li ma jkunx ħa r-riħa tad-dħaħen jekk tkun ġiet applikata ċ-ċirkolazzjoni ta' sħana jew arja b'mod supplimentari; il-weraq normalment ivarjaw mill-kulur kannella ċar sa ħamrani. Kuluri oħra u t-taħlit ta' kuluri sikwit jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturazzjoni jew fit-teknika ta' kultura u ta' tqaddid;

(ċ) it-tabakk tat-tip Marylandlight air cured ifisser tabakk li jkun ġie mqadded taħt kondizzjonijiet atmosferiċi naturali u li ma jkunx ħa r-riħa tad-dħaħen jekk tkun ġiet applikata ċ-ċirkolazzjoni tas-sħana u l-arja b'mod supplimentari; il-weraq normalment ivarjaw minn isfar ċar għal aħmar kark lewn iċ-ċirasa. Kuluri oħra u t-taħlit ta' kuluri sikwit jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturazzjoni jew fit-teknika ta' kultura u ta' tqaddid;

(d) it-tabakk fire cured tfisser tabakk li jkun ġie mqadded taħt kondizzjonijiet atmosferiċi artifiċjali bl-użu ta' nar bl-injam li d-duħħan tiegħu ikun ġie parzjalment assorbit mit-tabakk. Il-weraq tat-tabakk fire cured ikunu normalment eħxen mill-weraq tal-Burley, flue-cured jew Maryland mill-pożizzjoni korrispondenti ta' maz-zokk. Il-kuluri normalment ivarjaw minn kanella safrani sa kannella kark ħafna. Kuluri oħra u t-taħlit ta' kuluri sikwit jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturazzjoni jew fit-teknika ta' kultura u ta' tqaddid;

Numru fl-ordni | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | L-Anness Nru | Organiżmi li ħarġu |

Pajjiż esportatur | Isem | Post fejn stabbilit |

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) | (6) | (7) |

1 | 0806 | Għeneb, frisk jew imnixxef | 2 | Stati Uniti ta' l-Amerika | United States Department of Agriculture jew l-uffiċji reġjonali awtorizzati tiegħu | Washington DC |

080610 | — Frisk | | | | |

— — Għeneb tal-mejda | | | | |

— — — Mill-1 ta' Novembru sa l-14 ta' Lulju: | | | | |

08061011 | — — — — Tal-varjeta Imperatur (vitis vinifera cv) mill-1 ta' Diċembru sa l-31 ta' Jannar | | | | |

2 | 2106 | Preparazzjonijiet alimentari mhux imsemmija jew inklużi band' oħra: | 3 | Svizzera | Union suisse du commerce de fromageSA/Schweizerische Kaseunion AG/ Unione svizzera per il commercio del fromaggio SA | Berna |

210690 | — Oħrajn: | | |

21069010 | — — Fondue tal-ġobon | | Awstrija | Österreichische Hartkäse Export GmbH | Innsbruck |

Isem l-inbid | |

Tokay (Azsu, Szamorodni) | Istitut nazzjonali għall-approvazzjoni ta' l-inbejjed) |

| |

| | — Inbejjed oħra; mosti ta' għeneb li fihom il-fermentazzjoni ġiet miżmuma jew imwaqqfa biż-żieda ta' l-alkolħol: | | | | |

| 220421 | — — f'reċipjenti li jesgħu 2 jew inqas | | | | |

| — — — Oħrajn: | | | | |

| — — — — Li għandhom titlu alkoometriku li jeċċedi l-15 % iżda mhux it-18 % tal-volum: | | | | |

| 22042141 | — — — — — Inbejjed Tokay (Aszu u Szamorodni) | 4 | Ungerija | | Budapest |

| — — — — Ta' titlu alkoometriku li jeċċedi t-18 % u ma jeċċedix it-22 % tal-volum: | | | |

| 22042151 | — — — — — Tokay (Aszu u Szamorodni) | | | |

| 220429 | — — Oħrajn: | | | |

| — — — Oħrajn: | | | |

| — — — — Ta titlu alkoometriku li jeċċedi il-15 % u ma jeċċedix it-18 % tal-volum: | | | |

| 22042945 | — — — — — Tokay (Aszu u Szamorodni) | | | |

| — — — Ta' titlu alkoometriku li jeċċedi t-18 % u ma jeċċedix it-22 % tal-volum | | | |

| 22042955 | — — — — — Tokay (Aszu and Szamorodni) | | | |

4 | 2208 | Alkoħol etiliku mhux denaturat ta' titlu alkoometriku ta' inqas minn 80 % tal-volum; akwaviti, liqueurs, u xorb ieħor spirituż; preparazzjonijiet alkoliċi komposti tat-tipi wżati għal-produzzjoni tax-xorb | | Stati Uniti ta' l-Amerika | United States Department of the Treasury, Bureau of Alcohol, Tobacco and Firearms jew l-uffiċji reġjonali awtorizzati tiegħu [8] | Washington DC |

220830 | — Whiskies: | | | | |

— — Bourbon whiskey, f'kontenituri li jesgħu: | 5 | | | |

22083011 | — — — 2 litri jew inqas | | | | |

22083019 | — — — iżjed minn żewġ litri | | | | |

5 | 220890 | — Oħrajn | | | | |

— — Vodka ta' titlu alkoometriku bil-volum ta' 45.4 % jew inqas, akwavit tal-pruna, tal-lanġas jew taċ-ċirasa f'kontenituri li jesgħu mhux iktar minn 2 litri: 45, 4 % vol jew inqas u spirtu ta' għanbaqar, lanġas jew ċirasa (esklużi likuri), f'kontenituri li jesgħu: | 6 | Finlandja | ALKO Limited | Salmisaaren-ranta, 7 00100 Helsinki Finlandja 10 Finland |

— — — 2 litri jew inqas: | | | |

22089031 | — — — — Vodka | | | | |

— — — xorb ieħor spirituż f'reċipjenti li jesgħu: | | | | |

— — — mhux iktar minn żewġ litri: | | | | |

— — — — — mill-frott: | | | | |

22089035 | — — — — — oħrajn | | | | |

6 | 2401 | — Tabakk, mhux raffinat u mhux proċessat; skart tat-tabakk | 7 | United States of America | Tobacco Association of the United States jew l-uffiċji awtorizzati tagħha [8] | Raleigh, North Carolina |

240110 | — tabakk biz-zokk |

— — Tabakk Flue-cured tat-tip Virginia u light air-cured tat-tip Burley (kompriżi l-ibridi tal-Burley); tabakk light air-cured tat-tip Maryland u tabakk fire-cured: | Kanada | Directorate General Food Production and Inspection, Agriculture Branch, Kanada, jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Ottawa |

24011010 | — — — Flue-cured ta' tip Virginia | Direction generale de la production et de l'inspection, Section agriculture, Kanada, jew l-uffiċji awtorizzati tagħha [8] |

24011020 | — — — Light air-cured tat-tip Burley (kompriż l-ibridi tal-Burley) | | |

Cámara del Tabaco del Salta

[8]

| Salta |

Cámara del Tabaco del Jujuy

[8]

| San Salvador de Jujuy |

24011041 | — — — — tat-tip Kentucky | |

Cámara de Comercio Exterior de Misiones

[8]

| Posadas |

240120 | — Tabakk parzjalment jew totalment bla zokk: | Bangladesh | Ministry of Agriculture, Department of Agriculture Extension, Cash Crop Division jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Dacca |

— — Tabakk flue-cured tat-tip Virginia u light air-cured tat-tip Burley (kompriżi l-ibridi Burley); tabakk light air-cured tat-tip Maryland u tabakk fire-cured | Brazil | Cartiera de Comercio Exterior do Banco do Brasil jew l-uffiċji awtorizzati tagħha [8] | Rio de Janeiroż |

24012010 | — — — Flue-cured tat-tip Virginia | Ċina | Shanghai Import and Export Commodity Inspection Bureau of the People's Republic of China jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Shanghai |

24012020 | — — — Light air-cured tat-tip Burley (kompriżi l-ibrid tal-Burley) |

24012030 | — — — Light air-cured tat-tip Maryland | Shandong Import and Export Commodity Inspection Bureau of the People's Republic of China jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Qingdao |

— — — Tabakk fire-cured |

24012041 | — — — tat-tip Kentucky | Hubei Import and Export Commodity Inspection Bureau of the People's Republic of China jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Hankou |

24012049 | — — — Oħrajn |

| | Guangdong Import and Export Commodity Inspection Bureau of the People's Republic of China jew l-uffiċji awtorizzatit iegħu [8] | Guangzhou |

| | Liaoning Import nd Export Commodity Inspection Bureau of the People's Republic of China jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Dalian |

| | Yunnan Import and Export Commodity Inspection Bureau of the People's Republic of China jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Kunming |

| | Shenzhan Import and Export Commodity Inspection Bureau of the People's Republic of China jew l-uffiċji awtorizzati tiegħ [8] | Shenzhan |

| | Hainan Import nad Export Commodity Inspection Bureau of the People's Republic of China jew l-uffiċju awtorizzati tiegħu [8] | Hainan |

Superintendencia de Industria y Comercio — División de Control de Normas y Calidades

[8]

| Bogota |

Empresa Cubana del Tabaco "Cubatabaco"

[8]

| Havana |

Dirección de Comercio Interior y Exterior del Ministerio de Economía

[8]

| Ciudad de Guatermala |

| | India | Tobacco Board, jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Guntur |

| | Indonesia | Lembaga Tembakou, jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | |

- Lembaga Tembakou

Sumatra Utara

| Medan |

- Lembaga Tembakou

Java Tengah

| Sala |

- Lembaga Tembakou

Java Timur I

| Surabaya |

- Lembaga Tembakou

Java Timur II

| Jembery |

Secretaria de Comercio

[8]

| Ciudad de Mexico |

| | Filippini | Phillipine Virginia Tobacco Administration, jew l-uffiċji awtorizzati tagħha [8] | Quezon City |

| | Korea t' Isfel | Office of Korean Monopoly Corporation, jew l-uffiċji awtorizzati tagħha [8] | Sintanjin |

| | Sri Lanka | Department of Commerce, jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Colombo |

Administration fédérale des Douanes, Section de l'imposition du tabac

[8]

| Berna |

| | Thailand | Department of Foreign Trade, Ministry of Commerce, jew l-uffiċji awtorizzati tiegħu [8] | Bangkok |

7 | 3102 | Fertilizzanti minerali jew kimiċi, nitroġeniċi: | 8 | Ċile | Servicio Nacional de Geologia y Mineria | Santiago |

310250 | — Nitrat tas-sodju | | | | |

31025010 | — — Nitrat tas-sodju naturali | | | | |

3105 | Fertilizzanti minerali jew kimċi li jkun fihom tnejn jew tliet elementi fertilizzanti: nitroġenu, fosfru u potassju; fertilizzanti oħra; prodotti ta' dan il-kapitolu f'forma ta' pilloli jew forom simili jew f'pakketti ta' piż gross li ma jeċċedux 10Kg: | | | | |

310590 | — Oħrajn | | | | |

31059010 | — — Nitrat tas-sodju potassiku naturali atural li jikkonsisti f'taħlita naturali ta' nitrat ta' sodju u nitrat tal-potassju (il-proporzjoni ta' potassju tista tilħaq sa 44 %), minn total globali ta' nitroġenu li ma jeċċedix 16, 3 % fil-piż tal-prodott anidridu fl-istat xott. | | | | |

Artikolu 27

1. Iċ-ċertifikati għandhom jikkorespondu mal-kampjuni fl-annessi appropriati ndikati fil-kolonna 4 tat-tabella msemmija fl-Artikolu 26. Għandhom jiġu stampati u mimlija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ekonomika Ewropea u, fejn xieraq, f'lingwa uffiċjali tal-pajjiż esportatur.

2. Iċ-ċertifikati għandom ikunu tal-qies approssimattiv ta' 210 x 297 millimetri.

Il-karta wżata għandha tkun:

- fil-każ tal-merkanzija elenkata taħt l-Ordni Nru 3 fit-tabella msemmija fl-Artikolu 26, karta bajda mingħajr għoqod mekkaniċi, ppreparata għall-kitba li tizen anqas minn 55 g/m2 u mhux aktar minn 65 g/m2.

Il-wiċċ taċ-ċertifikat għandu jiġi stampat bl-isfond ta' disinn guilloche fir-roża, sabiex jiikxef kull falsifikazzjoni li ssir minn meżżi mekkaniċi jew kimiċi,

- fil-każ tal-merkanzija elenkata taħt l-Ordnijiet Nri 4 u 5 fit-tabella msemmija fl-Artikolu 26, karta bajda b'burdura safra li ma tiżinx anqas minn 40 g/m2,

- fil-każ ta' merkanzija oħra fit-tabella, karta bajda li tiżen mill-anqas 40 g/m2.

3. Fil-każ ta' merkanzija elenkata taħt Ordni Nru 3 fit-tabella msemmija fl-Artikolu 26, il-bordura taċ-ċertifikat jista jkun fiha disinnji dekorattivi fit-tarf ta' barra f'faxxa li ma teċċedix 13 il-millimetru fil-wisa'.

4. Fil-każ ta' merkanzija msemmija fl-Ordni Nru 2 fit-tabella msemmija fl-Artikolu 26, iċ-ċertifkat għandhu jsir f'oriġinal u żewġ kopji. L-oriġinal għandu jkun abjada, l-ewwel kopja roża u t-tieni kopja safra.

5. Fil-każ ta' merkanzija elenkata taħt l-Ordni Nru 2 tat-tabella msemmija fl-Artikolu 26, kull ċertifikat għandu jkollu numru konsekuttiv individwali mogħti mil-korp li joħorġu, li jiġi segwit bis-simbolu ta' nazzjonalita' ta' dak il-korp.

Il-kopji għandhom ikollhom l-istess numru konsekuttiv u l-istess simbolu ta' nazzjonalità bħall-oriġinali.

6. L-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn il-merkanzija ġiet iddikjarata li tista' tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera jistgħu jirrikjedu traduzzjoni taċ-ċertifikat.

Artikolu 28

Iċ-ċertifikat għandu jimtela jew bit-tipa jew bl-idejn. Fil-każ ta' l-aħħar dan għandu jimtela bil-linka u b'ittri kapitali bħal li kieku stampati.

Artikolu 29

1. Iċ-ċertifikat jew, fil-każ ta' konsenji frazzjonati tal-merkanzija elenkata taħt Ordnijiet Nri 1, 6 u 7 fit-tabella msemmijja fl-Artikolu 26, fotokopja taċ-ċertifikat, kif previst fl-Artikolu 34, għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru mportatur, flimkien mal-merkanzjia li magħha jirrelata, fit-termini li ġejjin li jibdew jgħaddu mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat:

- xahrejn, fil-każ tal-merkanzija elenkata taħt l-Ordni Nru 2 fit-tabella,

- tliet xhur, fil-każ tal-merkanzija elenkata taħt l-Ordnijiet Nri 1, 3 u 4 fit-tabella,

- sitt xhur, fil-każ tal-merkanzija elenkata taħt l-Ordnijiet Nri 5 u 7 fit-tabella,

- 24 xahar, fil-każ tal-merkanzija elenkata taħt l-Ordni Nru 6 fit-tabella,

2. Fil-każ tal-merkanzija elenkata taħt Ordni Nru 2 fit-tabella msemmija fl-Artikolu 26:

- l-oriġinali u l-ewwel kopja taċ-ċertifikat għandhom jiġu ppreżentati lil-awtoritajiet approprijati,

- it-tieni kopja taċ-ċertifikat għandha tintbagħat mil-korp li joħorġu lill-awtoritajiet doganli ta' l-Istat Membru mportatur.

Artikolu 30

1. Ċertifikat għandu jkun validu biss jekk dan jiġi stampat kif xieraq mil-korp li jirrilaxxa ċ-ċertifikat li jidher f'kolonna 6 tat-tabella li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 26.

2. Ċertifikat kontrofirmat kif xieraq huwa wieħed li juri l-post u l-jum tal-ħruġ u li jkollu t-timbru tal-korp li joħorġu u l-firma tal-persuna jew persuni li jkollhom il-setgħa li jiffirmawh.

Artikolu 31

1. L-isem tal-korp li joħroġ i ċ-ċertifikat jista' jidher fit-tabella msemmija l-Artikolu 26 biss jekk:

(a) ikun rikonoxxut bħala tali mill-pajjiż esportatur;

(b) jintrabat li jivverifika il-partikolaritajiet murija fiċ-ċertifikat;

(ċ) jintrabat li jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, meta mitlub, l-informazzjoni kollha xierqa sabiex ikun jista' isir eżami tal-partikolaritajiet murija fiċ-ċertifikati.

2. It-tabella li msemmija fl-Artikolu 26 għandha tiġi riveduta meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 (a) ma jibqgħux sodisfatti jew meta l-korp li joħroġ jonqos milli jissodisfaw xi waħda jew aktar mill-obbligazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 32

Il-fatturi ppreżentati b'sostenn tad-dikjarazzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni libera għandhom ikollhom numru konsekuttiv jew in-numri taċ-ċertifikat/i korrispondenti.

Artikolu 33

Il-pajjiżi elenkati fil-kolonna 5 tat-tabella msemmija fl-Artikolu 26 għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri wżati mill-korp jew korpi li joħorġu ċ-ċertifikati u l-uffiċini awtoriżżati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri.

Artikolu 34

Fil-każ tal-merkanzija elenkata taħt l-Ordnijiet Nri 1, 6 u 7 tat-tabella imsemmijja fl-Artikolu 26, meta l-konsenja tkun frazzjonata iċ-ċertifikat oriġinali għandu jkollu fotokopji għal kull parti tal-konsenja. Il-fotokopji u ċ-ċertifikat oriġinali għandhom ikunu ppreżentati lill-uffiċju doganali fejn il-merkanzija tkun tinstab.

Kull fotokopja għandha tindika l-isem u l-indirizz ta' min jirċievi u għandha tkun immarkata bl-aħmar "Estratt validu għal… kg" (f'ċifri u f'ittri) flimkien mal-post u l-jum fejn il-konsenja tkun ġiet iffrazzjonata. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu awtentikati bit-timbu ta' l-uffiċju doganali u bil-firma ta' l-uffiċjal doganali li jkun responsabbli. Il-partikolaritajiet li għandhom x'jaqsmu mal-frazzjonament għandhom jiġu rreġistrati fuq iċ-ċertifikat oriġinali, li għandu jinżamm mill-uffiċju doganali kkonċernat.

IT-TITOLU IV

ORIĠINI TAL-MERKANZIJA

IL-KAPITOLU 1

Oriġini mhux-preferenzjali

Sezzjoni 1

Xogħol jew proċessar li jikkonferixxi l-oriġini

Artikolu 35

Dan il-kapitolu jistabbilixxi, għal tessuti w oġġetti tat-tessuti li jaqgħu taħt is-Sezzjoni XI tan-nomenklatura kkombinata, u għal ċerti prodotti li mhumiex tessuti u oġġetti tat-tessuti, ix-xogħol jew proċessar li għandu jkun meqjus bħala li jissodisfa il-kriterji estabbiliti fl-Artikolu 24 tal-Kodiċi u li jikkonferixxu lill-prodotti kkonċernati l-oriġini fil-pajjiż li fiħ twettqu.

"Pajjiż" ifisser jew pajjiż terz jew il-Komunità kif approprijat.

Sub-sezzjoni 1

Tessuti u oġġetti tat-tessuti li jaqgħu taħt is-Sezzjoni XI tal-nomenklatura kkombinata

Artikolu 36

Għal tessuti u oġġetti tat-tessuti li jaqgħu taħt is-Sezzjoni XI tan-nomenklatura kkombinata, proċess komplet, kif speċifikat fl-Artikolu 37, għandu jkun meqjus bħala xogħol jew proċessar li jikkonferixxi oriġini skond l-Artikolu 24 tal-Kodiċi.

Artikolu 37

Ix-xogħol jew il-proċessar li minħabba fihom il-prodotti jkunu ħadu l-klassifika taħt xi ntestatura tan-nomenklatura kkombinata barra minn xi waħda li tkopri lill-materjali wżati li ma joriġinawx minn hemm għandhom jitqiesu bhala proċess komplet.

Madankollu, għal prodotti elenkati fl-Anness 10, biss il-proċessi speċifiċi li hemm imsemmija fil-kolonna 3 ta' dak l-Anness b'konnessjoni ma kull prodott li jirriżulta għandu jiġi meqjus bhala komplet, kemm jekk dan jinvolvi tibdil fl-intestatura u jekk le.

Il-metodu ta' l-applikazzjoni tar-regoli fl-Anness 10 huma deskritti fin-noti ta' introduzzjoni fl-Anness 9.

Artikolu 38

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu preċedenti, dan li ġej għandu f'kull każ jiġi meqjus bħala xogħol jew proċessar insuffiċjenti għall-iskop li jikkonferixxi status ta' oriġini lill-prodotti sew jekk ikun hemm tibdil fl-intestatura u sew jekk le:

(a) l-operazzjonijiet li jassiguraw il-preservazzjoni tal-prodotti f'kondizzjoni tajba waqt it-trasport jew il-ħażna (ventilazzjoni, il-firxa, it-tnixxif, it-tneħħija ta' partijiet bil-ħsara u operazzjonijiet simili);

(b) operazzjonijiet sempliċi li jikkonsistu fit-tfarfir, fl-għarbil, fl-għażla, fil-klassifika, fit-tqabbil (inkluż l-iffurmar ta' settijiet ta' l-oġġetti). Il-ħasil, it-tqattiegħ;

(ċ) (i) tibdil fl-imballaġġ u l-frazzjonament jew l-assemblaġġ tal-konsenji;

(ii) it-tqegħid fil- boroż, fil-kartun, fil-kaxxi, it-twahhil ma pjanċi, etċ., u l-operazzjonijiet l-oħra ta' l-ippakkjar sempliċi;

(d) it-twaħħil ta' marki, tikketti jew sinjali oħra li jiddistingwu, fuq il-prodotti jew fuq l-ippakkar tagħhom;

(e) l-assemblaġġ sempliċi ta' partijiet ta' prodotti biex isiru prodott sħiħ;

(f) kombinazzjoni ta' żewġ operazzjonijiet jew iżjed imsemmijja f' (a) sa (e).

Sub-sezzjoni 2

Prodotti li mhumiex tessuti u oġġetti tat-tessuti li jaqgħu taħt is-Sezzjoni XI tan-nomenklatura kkombinata

Artikolu 39

Fil-każ ta' prodotti riżultati li huma elenkati fl-Anness 11, ix-xogħol u l-ipproċessar imsemmija fil-kolonna 3 ta' l-Anness għandhom jiġu meqjusa bħala proċess jew operazzjoni li jikkonferixxi l-oriġini taħt l-Artikolu 24 tal-Kodiċi.

Il-metodu li biħ jiġu applikati r-regoli stabbiliti fl-Anness 11 huwa deskritt fin-noti ta' l-introduzzjoni fl-Anness 9.

Sub-sezzjoni 3

Dispożizzjonijiet komuni għall-prodotti kollha

Artikolu 40

Meta l-listi fl-Annessi 10 u 11 jistipulaw li l-oriġini tingħata jekk il-valur tal-materjali wżati mhux-oriġinanti ma jeċċedix il-perċentwali fiss tal-prezz mill-fabbrika tal-prodotti riżultati, dan il-perċentwali għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

- "valur" tfisser il-valur doganali fil-mument ta' l-importazzjoni ta' materjali wżati mhux-oriġinanti jew, jekk dan ma jkunx magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwl prezz aċċertabbli mħallas għal materjali bħal dawn fil-pajjiż ta' l-ipproċessar,

- "prezz mill-fabbrika" tfisser il-prezz tal-prodott riżultanti bit-tnaqqis tat-taxxi nterni illi jkunu jew jistgħu jiġu mħallsa lura meta l-prodott jiġi esportat,

- "valur akkwistat bħala riżultat ta' operazzjoni ta' assemblaġġ" tfisser iż-żieda fil-valur li tirriżulta mill-assemblaġġ innifsu, flimkien ma xi operazzjonijiet ta' finitura u ta' verifika, u mill-inkorporazzjoni ta' xi partijiet li joriġinaw fil-pajjiż fejn l-operazzjonijiet qiegħedin isiru, inklużi l-profitt u l-ispiża ġenerali li tkun saret f'dak il-pajjiż bħala riżultat ta' l-operazzjonijiet.

Sezzjoni 2

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni rigward spare parts

Artikolu 41

Spare parts essenzjali għall-użu fuq tagħmir, magna, apparat jew vettura li jkunu tqiegħdu f'ċirkolazzjoni libera jew li qabel kienu esportati, għandhom jiġu meqjusa bħala li għandhom l-istess oriġini bħal dak it-tagħmir, magna, apparat jew vettura jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din is-sezzjoni jkunu sodisfatti.

Artikolu 42

Il-preżunzjoni ta' l-oriġini msemmija fl-Artikolu preċedenti għandha tkun aċċettata biss:

- jekk din tkun meħtieġa għall-importazzjoni fil-pajjiż tad-destinazzjoni,

- jekk l-inkorporazzjoni ta' l-imsemmija spare parts essenzjali fit-tagħmir, magna, apparat jew vettura in kwistjoni fl-istadju ta' produzzjoni ma kienetx iżomm dak it-tagħmir, magna, apparat jew vettura milli jkollhom oriġini Komunitarja jew dik tal-pajjiż tal-manifattura.

Artikolu 43

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 41:

(a) "tagħmir, magna, apparat jew vettura" tfisser il-merkanzija elenkata fis-Sezzjonijiet XVI, XVII u XVIII tal-nomenklatura kkombinata;

(b) "spare parts essenzjali" tfisser partijiet li huma:

- komponenti li mingħajrhom l-operazzjoni il-merkanzija msemmija f'(a) li tqiegħedet f'ċirkolazzjoni libera jew tkun ġiet esportata qabel ma tkunx tista' titħaddem sewwa, u

- karatteristiċi ta' dik il-merkanzija, u

- iddestinati għall-manuntenzjoni normali tagħhom u biex jimbidlu partijiet ta' l-istess tip li jkunu bil-ħsara jew li ma jistgħux jintużaw iktar.

Artikolu 44

Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-aġenziji awtorizzati ta' l-Istati Membri għal ċertifikat ta' oriġini għal spare parts essenzjali fis-sens ta' l-Artikolu 41, kaxxa 6 (Numru tal-partita, marki, numri, numru u kwalitaà tal-pakki, deskrizzjoni tal-merkanzija) dak iċ-ċertifikat u l-applikazzjoni relativa għandhom jinkludu dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata illi l-merkanzija msemmija hemmhekk hija ddestinata għall-manutenzjoni normali tat-tagħmir, magna, apparat jew vettura li qabel kienu ġew esportati, flimkien mal-partikolaritajiet eżatti ta' l-istess tagħmir, magna, apparat jew vettura.

Kull meta jkun possibli, il-persuna kkonċernata għandha ragħti wkoll l-partikolaritajiet taċ-ċertifikat ta' oriġini (l-awtorita li toħorġu, in-numru w id-data taċ-ċertifikat) li permezz tiegħu ikunu ġex esportati it-tagħmir, il-magna, l-apparat jew il-vettura li għall-manutenzjoni tagħhom il-partijiet ikunu ddestinati.

Artikolu 45

Meta l-oriġini ta' l-ispare parts essenzjali fis-sens ta' l-Artikolu 41 teħtieġ li tiġi ppruvata għar-rilaxx tagħhom f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità permezz ta' preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini, iċ-ċertifkat għandu jinkludi l-partikolaritajiet li imsemmijja fl-Artikolu 44.

Artikolu 46

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-regoli kif stabbiliti f'din is-sezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeħtieġu provi addizzjonali, b'mod partikolari:

- li tinġieb il-fattura jew kopja tagħha relattiva għat-tagħmir, magna, apparat jew vettura li jkunu tqiegħdu f'ċirkolazzjoni libera jew li ġew esportati qabel,

- il-kuntratt jew kopja tal-kuntratt jew xi dokument ieħor li juri illi l-konsenja tkun saret bħala parti mis-servizz normali ta' manutenzjoni.

Sezzjoni 3

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni relattivi għaċ-ċertifikati ta' oriġini

Sub-sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet relattivi għaċ-ċertifakati universali ta' l-oriġini

Artikolu 47

Meta l-oriġini ta' prodott hu ppruvat jew ikun irid jiġi ppruvat ma' l-importazzjoni bil-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini, dak iċ-ċertifikat għandu jissodisfa dawn il-kondizzjonijiet:

(a) għandu jkun sar minn awtoritaà ta' fiduċja jew aġenzija li tkun awtorizzata kif imiss għall-dak l-iskop mill-pajjiż li jkun ħarġu;

(b) ikun fiħ il-partikolaritajiet kollha neċessarji biex il-prodott li għaliħ jirrelata jiġi identifikat b'mod partikolari:

- in-numru ta' pakki, in-natura tagħhom u l-marki u n-numri li jkollhom,

- it-tip ta' prodott,

- il-piż gross u nett tal-prodott; dawn il-partikolaritajiet jistgħu, madankollu, jiġu sostitwiti b'oħrajn, bħal ma huma in-numru jew volum, meta l-prodott ikun soġġett għal tibdil sinifikanti fil-piż fil-ġarr jew meta l-piż tiegħu ma jistax jiġi aċċertat jew meta normalment dan ikun identifikat b'dawk il-partikolaritajiet l-oħra,

- l-isem tal-konsinnatur;

(ċ) għandu jiċċertifika mingħajr ambigwità li l-prodott relattiv ikun oriġina f'pajjiż speċifiku.

Artikolu 48

1. Ċertifikat ta' oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti jew minn aġenziji awtoriżżati ta' l-Istati Membri għandu jkun konformi mal-kondizzjonijiet preskrtitti fl-Artikolu 47(a) u (b).

2. Iċ-ċertifikati u l-applikazzjonijiet relattivi għandhom isiru fuq il-formoli li jaqblu mal-mudell muri fl-Anness 12.

3. Dawn iċ-ċertifikati ta' oriġini għandhom jiċċertifikaw li l-merkanzija tkun oriġinat fil-Komunitaà.

B'dana kollu, meta l-esiġenzi tal-kummerċ ta' l-esportazzjoni jeħtieġu dan, dawn jistgħu jiċċertifikaw li l-merkanzija oriġinat fi' Stat Membru partikolari.

Jekk il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 24 tal-Kodiċi jkunu sodisfatti biss bħala riżultat sensiela ta' operazzjonijiet jew proċessi li jkunu saru fi Stati Membri differenti, il-merkanzija tista' tiġi ċċertifikata bhala waħda ta' oriġini Komunitarju.

Artikolu 49

Iċ-ċertifikati ta' oriġini għandhom jinħarġu fuq it-talba bil-miktub tal-persuna kkonċernata.

Meta jkun ġġustifikat miċ-ċirkostanzai, partikolarment meta l-applikant ikun qiegħed jesporta kontinwament, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jkunx hemm bżonn ta' applikazzjoni għall kull operazzjoni ta' esportazzjoni, bil-kondizzjoni li d-dispożizzjonijiet ta' l-oriġini jkunu sodisfatti.

Meta l-esiġenzi tal-kummerċ hekk jeħtieġu, tista' tinħareġ kopja waħda extra jew iżjed taċ-ċertifikat ta' l-oriġini.

Dawn il-kopji għandhom isiru fuq formoli li jikkorrispondu mal-mudell fl-Anness 12.

Artikolu 50

1. Iċ-ċertifikat għandu jkollu daqs ta' 210 x 297 mm b'konċessjoni sa' 5mm inqas jew 8 mm iktar fit-tul. Il-karta wżata għandha tkun bajda, mingħajr għoqod mekkaniċi, imħejjija għall-kitba u tiżen mill-anqas 64g/m2 jew bejn 25 u 30 g/m2 meta tintuża karta għall- pustaġġ bl-ajru. Għandu jkun stampat bl-isfond guilloche sepja, sabiex tinkixef kull falsifikazzjoni minn meżżi mekkaniċi jew kimiċi.

2. Il-formola ta' l-applikazzjoni għandha tkun stampata bil-lingwa uffiċjali jew f'waħda jew aktar mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li jesporta. Iċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandu jkun stampat f'waħda jew aktar mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew, skond il-prattika u l-esiġenzi tal-kummerċ, f'xi lingwa oħra.

3. L-Istati Membri jistgħu jirrisservaw id-dritt li jistampaw il-formoli taċ-ċertifikat ta' l-oriġini huma stess jew li jqabbdu lill-stampaturi approvati. Fil-każ ta' l-aħħar, kull ċertifikat għandu jkollu fuqu referenza għal din l-approvazzjoni. Kull formola taċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandu jkun fiħa l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li biha l-istampatur jista jiġi identifikat. Għandu jkun fiha wkoll in-numru konsekuttiv, stampat jew ittimbrat, li biħ tkun tista' tiġi identifikata.

Artikolu 51

Il-formola ta' l-applikazzjoni u ċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandha tkun mimlija bit-tipa jew bl-idejn miktuba bl-ittri kapitali bħal stampati, f'manjiera identika, f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew, skond il-prattika u l-esiġenzi tal-kummerċ, f'xi lingwa oħra.

Artikolu 52

Kull ċertifikat ta' l-oriġini imsemmi fl-Artikolu 48 għandu jkollu numru konsekuttiv li minnu jiġi identifikat. L-applikazzjoni għaċ- ċertifikat u għal kopji kollha taċ-ċertifikat stess għandu jkollhom l-istess numru.

B'żieda ma dan, l-awtoritajiet kompetenti jew l-aġenziji awtorizzati ta' l-Istati Membri jistgħu jenumeraw dawn id-dokumenti skond l-ordni tal-ħruġ.

Artikolu 53

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema partikolaritajiet addizjonali, jekk ikun hemm, għandhom jitniżżlu fl-applikazzjoni. Dawn il-partikolaritajiet addizzjonali għandhom jinżammu fl-inqas possibbili.

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jaddotta skond il-paragrafu preċedenti. Il-Kummissjoni għandha immedjetament tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 54

L-awtoritajiet kompetenti jew l-aġenziji awtoriżżati ta' l-Istati Membri li jkunu ħarġu ċ-ċertifikati ta' l-oriġini għandhom jikkonservaw l-appikazzjonijiet mill-anqas għal sentejn.

Madankollu, l-applikazzjonijiet jistgħu wkoll jiġu kkonservati permezz ta' kopji tagħhom, basta li dawn ikollhom l-istess valur probatorju skond il-liġi ta' l-Istat Membru in kwistjoni.

Sub-sezzjoni 2

Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw iċ-ċertifikati ta' l-oriġini għal ċerti prodotti agrikoli soġġetti għal arranġamenti speċjali ta' importazzjoni

Artikolu 55

L-Artikoli 56 sa 65 jistabbilixxu kondizzjonijiet għall- użu ta' ċertifikati ta' oriġini li jirrigwardaw prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi li għalihom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti speċjali non-preferenzjali għall-importazzjoni, sa fejn dawn l-arranġamenti jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

(a) Ċertifikati ta' l-oriġini

Artikolu 56

1. Iċ-ċertifikati ta' l-oriġini li għandhom x'jaqsmu ma prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi, li għalihom arranġamenti speċjali ta' importazzjoni non-preferenzjali ikunu ġew stabbiliti, għandhom isiru fil-formula li taqbel mal-mudell fl-Anness 13.

2. Dawn iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiżi terzi in kwistjoni, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala l-awtoritajiet tal-ħruġ, jekk il-prodotti li għalihom jirreferu ċ-ċertifikati jkunu meqjusa bħala prodotti li joriġinaw f'dawk il-pajjiżi fis-sens tar-regoli fis-seħħ fil-Komunitaà.

3. Dawn iċ-ċertifikati għandhom wkoll jiċċertifikaw l-informazzjoni kollha neċessarja prevista fil-leġislazzjoni Komunitarja li tirregola l-arranġamenti speċjali ta' l-importazzjoni imsemmija fl-Artikolu 55.

4. Bla preġudizju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi taħt l-arranġamenti speċjali ta' l-importazzjoni imsemmija fl-Artikolu 55, il-perijodu ta' validità taċ-ċertifikati ta' l-oriġini għandu jkun ta' għaxar xhur mid-data li fiha jinħarġu mill-awtoritajiet tal-ħruġ.

Artikolu 57

1. Iċ-ċertifikati ta' l-oriġini magħmula skond id-dispożizzjonijiet ta' din is-sub-sezzjoni għandhom jikkonsistu biss f'folja waħda li tkun identifikata bil-kelma "oriġinal" ħdejn it-titolu tad-dokument.

Jekk ikunu meħtieġa kopji addizzjonali, għandhom ikollhom il-kelma "kopja" ħdejn it-titolu tad-dokument.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jaċċettaw bħala validu l-oriġinal biss taċ-ċertifikat ta' l-oriġini.

Artikolu 58

1. Iċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandu jkollu id-daqs ta' 210 x 297 mm; b'konċessjoni ta' mhux aktar minn 8 mm u mhux inqas minn 5 mm fit-tul. Il-karta wżata għandha tkun bajda, mingħajr għoqod mekkaniċi, u m'għandiex tiżen inqas minn 40 g/m2. Il-wiċċ ta' l-oriġinal għandu jkun stampat bl-isfond ta' disinn guilloche isfar li jagħmel apparenti kull falsifikazzjoni b'meżżi mekkaniċi jew kimiċi.

2. Iċ-ċertifikati għandhom jiġu stampati u jimtlew f'wahda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 59

1. Iċ-ċertifikat għandu jimtela bit-tipa jew permzz ta' sistema mekkanika ta' l-ipproċessar tad-data, jew proċedura simili.

2. Ir-reġistrazzjonijiet m'għandhomx jitħassru jew jinkiteb fuqhom. Kull tibdil għandu jsir billi r-reġistrazzjoni żbaljata tinqgħata u jekk ikun hemm bżonn jiżdiedu l-partikolaritajiet korretti. Dawn it-tibdiliet għandhom ikunu inizjalati mill-persuna li tgħamilhom u kontrofirmati mill-awtoritijiet tal-ħruġ.

Artikolu 60

1. Il-kaxxa 5 taċ-ċertifikati ta' l-oriġini maħruġa skond l-Artikolu 56 sa 59 għandu jkun fiha il-partikularitajiet addizjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti speċjali ta' l-importazzjoni relattiv imsemmija fl-Artikolu 56(3).

2. Spazji mhux użati fil-kaxxi 5, 6 u 7 għandhom jiġu maqtuha b'mod tali li xejn ma jkun jista jiżdied iktar 'il quddiem.

Artikolu 61

Kull ċertifikat ta' oriġini għandu jkollu numru konsekuttiv, kemm jekk stampat u kemm jekk le, li bih jista' jiġi identifikat, u għandu jigi ttimbrat mill-awtorità tal-ħruġ u ffirmat mill-persuna jew persuni fis-setgħa li jagħmlu hekk.

Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta l-prodotti li jirreferi għalihom jiġu esportati, u l-awtorità tal-ħruġ għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat maħruġ.

Artikolu 62

Eċċezzjonalment, iċ-ċertifikati ta' oriġini msemmija fuq jistgħu jinħarġu wara l-esportazzjoni tal-prodotti li jirreferu għalihom, meta n-nuqqas tal-ħruġ tagħhom fil-hin ta' din l-esportazzjoni kienet riżultat ta' żball involuntarju jew ommissjoni jew ċirkostanzi speċjali.

L-awtoritajiet tal-ħruġ ma jistgħux joħorġu retrospettivament ċertifikat ta' oriġini previst fl-Artikolu 56 sa 61 sakemm ikunu ivverifikaw li d-dettalji fl-applikazzjoni ta' l-esportatur jikkorrispondu għal dawk fil-file rilevanti ta' l-esportazzjoni.

Ċertifikati maħrġra retrospettivament għandu jkollhom waħda minn dawn:

- expedido a posteriori,

- udstedt efterfølgende,

- Nachträglich ausgestellt,

- Εκδοθέν εκ των υστέρων,

- Issued retrospectively,

- Délivré a posteriori,

- rilasciato a posteriori,

- afgegeven a posteriori,

- emitido a posteriori.

fil-kaxxa "rimarki".

(b) Kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 63

1. Meta l-arranġamenti speċjali ta' importazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli jipprovdu għall-użu taċ-ċertifikat ta' oriġini stabbilit fl-Artikoli 56 sa 62, id-dritt li jsir użu minn dawn l-arranġament għandu jkun suġġett għal li tiġi stabbilita' proċedura kooperattiva ta' amministrazzjoni sakemm mhux speċifikat xort' oħra fl-arranġamenti kkonċernati.

Għal dan l-iskop il-pajjiżi terzi kkonċernati għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej:

- l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet tal-ħruġ għal ċertifikati ta' l-oriġini flimkien ma' kampjuni tat-timbri wżati mill-awtoritajiet imsemmija,

- l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet governattivi li lilhom isiru talbiet għal verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta' oriġini previsti fl-Artikolu 64 għandhom jintbgħatu.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni kollha ta' hawn fuq lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

2. Meta l-pajjiżi terzi in kwistjoni jonqsu milli jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jirrifjutaw id-dritt ta' aċċess għall-arranġamenti speċjali ta' l-importazzjoni.

Artikolu 64

1. Il-Verifikazzjoni sussegwenti taċ-ċertifikati ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 56 sa 62 għandhom isiru saltwarjament u kull meta jkun hemm dubju raġjonevoli dwar l-awtentiċità taċ-ċertifkat jew l-eżattezza ta' l-informazzjoni li jkun fih.

Rigward materji ta' oriġini il-verifika għandha ssir fuq l-inizjattiva ta' l-awtoritajiet doganali.

Għall-iskopijiet tar-regoli agrikoli, il-verifika tista' titwettaq, meta approprjat, minn awtoritajiet kompetenti oħra.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jibgħatu lura iċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew kopja tiegħu lill-awtorità governattiva indikata fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni, u jagħtu, meta approprjat, ir-raġunijiet formali u sostanzjali għall-inkjesta. Jekk il-fattura tkun ġiet preżentata, l-oriġinal jew kopja tiegġu għandhom jiġu mehmużin maċ-ċertifikat mibgħut lura. L-awtoritajiet għandhom ukoll jipprovdu kull informazzjoni li tkun ġiet akkwistata li timplika li d-dettalji mogħtija fiċ-ċertifikati mhumiex eżatti jew li ċ-ċertifikat mhuwiex awtentiku.

Jekk l-awtoritajiet doganali fil-Komunità jiddeċiedu li jissospendu l-applikazzjoni għall-arranġamenti speċjali ta' l-importazzjoni kkonċernati sakemm ikun hemm ir-riżultatati tal-verifika huma għandhom jippermettu ir-rilaxx tal-prodotti soġġetti għal dawk il-prekwazzjonijiet li jħossu li jkunu neċessarji.

Artikolu 65

1. Ir-riżultati ta' verifiki sussegwenti għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunitâ kemm jista' jkun malajr.

Ir-riżultati msemmija għandhom jagħmluha possibbli li jiġi determinat jekk iċ-ċertifikati ta' oriġini mibgħuta bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64 fuq japplikawx għall-merkanzija attwalment esportati jew jekk dawn ta' l-aħħar jistgħux attwalment jagħtu lok l-applikazzjoni ta' l-arranġamenti speċjali kkonċernati ta' l-importazzjoni.

2. Jekk ma jkun hemm ebda tweġiba fit-terminu massimu ta' sitt xhur għal talbiet għal verifika sussegwenti, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jirrifjutaw definittivament li jagħtu d-dritt għall-arranġamenti speċjali ta' l-importazzjoni.

IL-KAPITOLU 2

Oriġini preferenzjali

Sezzjoni 1

Sistema ġeneraliżżata ta' preferenzi

Sub-sezzjoni 1

Definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji

Artikolu 66

Għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-preferenzi tariffarji ġeneraliżżati mogħtija mill-Komunità lil ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, dawn li ġejjin għandhom ikunu meqjusa bħala prodotti li joriġinaw minn pajjiżi li huma ntitolati għal dawk il-preferenzi (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "pajjiż benifiċjarju") sakemm dawk il-prodotti jkunu ġew ittrasportati direttament lejn il-Komunità fis-sens ta' l-Artikolu 75:

(a) prodotti li jkunu ottenuti kompletament f' dak il-pajjiż;

(b) prodotti ottenuti f' dak il-pajjiż li fil-fabbrikazzjoni tagħhom ikunu ġew użati prodotti oħra barra minn dawk imsemmija (a) sakemm il-prodotti msemmija jkun sar fuqhom xogħol jew ipproċessar biżejjed fis-sens ta' l-Artikolu 68(1).

Artikolu 67

1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu meqjusa bħala ottenuti kompletament fil-pajjiż benefiċjarju fis-sens ta' l-Artikolu 66(a):

(a) prodotti minerali estratti mill-art jew mill-qiegħ tal-baħar tiegħu;

(b) prodotti veġetali miġbura hemmhekk;

(ċ) annimali ħajjin li twieldu u trabbew hemmhekk;

(d) prodotti ottenuti minn annimali ħajjin hemmhekk;

(e) prodotti ottenuti mill-kaċċa jew mis-sajd li jkun sar hemmhekk;

(f) prodotti ta' sajd fil-baħar u prodotti oħrajn meħuda mill-baħar bil-bastimenti tiegħu;

(g) prodotti magħmula abbord vapuri fabbriki tiegħu esklussivament mill-prodotti msemmija f'(f);

(h) artikoli wżati hemmhekk tajbin biss għall-irkupru ta' materja prima;

(i) rimi u skart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' fabbrikazzjoni li jsiru hemmhekk;

(j) prodotti estratti mill-qiegħ tal-baħar jew minn taħt il-qiegħ 'il barra mill-ibħra territorjali tiegħu, sakemm ikollhom id-dritt esklużiv li jisfruttaw dak il-qiegħ jew taħtu;

(k) prodotti magħmulha hemmhekk esklussivament minn prodotti speċifikati f' (a) sa (j).

2. L-espressjoni "il-bastimenti tiegħu" fil-paragrafu 1 (f) għandha tapplika biss għal bastimenti li:

- huma rreġistrati jew iskritti fil-pajjiż benefiċjarju,

- jbaħħru taħt il-bandiera tal-pajjiż benefiċjarju,

- jkunu mill-anqas 50 % l-proprjetà ta' ċittadini tal-pajjiż benefiċjarju jew ta' kumpannija bl-uffiċju prinċipali tagħha f'dak il-pajjiż, li tagħha d-direġent jew diriġenti, il-president tal-bord tad-diretturi jew il-bord ta' sorveljanza, u l-maġġoranza tal-membri ta' dawk il-boards ikunu ċittadini ta' dak il-pajjiż u li, b'żieda ma dan, fil-każ ta' soċjetà jew kumpannija b'kapital limitat, mill-anqas nofs il-kapital ikun jappartjeni għal dak il-pajjiż jew għall-korpi pubbliċi jew ċittadini ta' dak il-pajjiż,

- tagħhom il-kaptan u l-uffiċjali huma kollha ċittadini tal-pajjiż benefiċjarju, u

- tiegħu mill-anqas 75 % ta' l-ekwipaġġ huma ċittadini tal-pajjiż benefiċjarju.

3. L-espressjoni "f'pajjiż benefiċjarju" għandha tkopri wkoll l-ibħra territorjali ta' dak il-pajjiż.

4. Bastimenti li joperaw f'baħar miftuħ, inklużi vapuri fabbriki li fuqhom il-ħut maqbud ikun maħdum jew ipproċessat, għandhom jitqiesu li jkunu parti mit-territorju tal-pajjiż benefiċjarju li jappartjenu għalih, sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 68

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 66(b). materjali mhux-oriġinarji għandhom jitqiesu li jkunu maħduma jew ipproċessati biżżejjed meta l-prodott ottenuti jiġi ikklassifikat f'intestatura differenti minn dawk li fihom il-materjali kollha mhux-oriġinarji wżati fil-fabbrikazzjon jkunu klassifikati, suġġet għall-paragrafi 2 u 3 hawn taħt.

L-Anness 14 fih noti rigward prodotti magħmula minn materjali mhux-oriġinarji.

L-espressjonijiet "kapitoli" u "intestaturi" wżati f'dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ifissru il-kapitoli u l-intestaturi (kodiċi ta' erba' figuri) uwati fin-nomenklatura li tifforma is-Sistema Armonizzata.

L-espressjoni "kklassifikata" għandha tirreferi għal klassifika ta' prodott jew materjal taħt intestatura partikolari.

2. Għal prodott imsemmi fil-kolonni 1 u 2 tal-Lista fl-Anness 15, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 3 għall-prodott ikkonċernat għandhom jiġu sodisfatti minflok ir-regola fil-paragrafu 1.

(a) Il-kelma "valur" fil-lista fl-Anness 15 għandha tfisser il-valur doganali fil-ħin ta' bl-importazzjoni tal-materjali mhux-oriġinarji wżati jew, jekk dan ma jkunx magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz aċċertabbli mħallas għall-materjali fil-pajjiż ikkonċernat. Meta l-valur tal-materjali oriġinarji wżati jeħtieġ li jiġi stabbilit, dan is-subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis.

(b) L-espressjoni "prezz mill-fabbrika" fil-lista fl-Anness 15 għandha tfisser il-prezz imħallas għal prodott ottenut mill-fabbrikant li fl-impriża tiegħu ikun twettaq l-aħħar xogħol jew ipproċessar, sakemm il-prezz jinkludi l-valur tal-materjali kollha wżati fil-fabbrikazzjoni, bit-taxxi nterni mnaqqsa li huma, jew jistgħu jiġu, restitwiti meta l-prodott ottenut huwa esportat.

3. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 66(b), dan li ġej għandu f'kull każ ikun meqjus bħala xogħol jew ipproċessar insuffiċjenti biex jagħti l-istatus ta' prodotti oriġinarji kemm jekk ikun hemm bidla fl-intestatura u kemm jekk le:

(a) operazzjonijiet li jassiguraw il-preservazzjoni ta' prodotti f'kondizzjoni tajba matul it-trasport u l-magażinaġġ (ventilazzjoni, il-firxa, it-tnixxif, it-tkessiħ, it-tqegħid fil-melħ, fid-dijossidu tal-kubrit u f' soluzzjonijiet likwidi oħrajn, it-tneħħija tal-partijiet bil-ħsara u operazzjonijiet simili);

(b) operazzjonijiet sempliċi li jikkonsistu fit-tneħħija tat-trab, it-tisfija jew l-għarbil, l-għażla, il-klassifika, it-tqabil (inkluża l-formazzjoni ta' settijiet ta' artikoli), il-ħasil, iż-żebgħa, it-tqattiegħ f' biċċiet;

(ċ) (i) tibdil ta' l-imballaġġi u ż-żmuntar u l-assemblaġġ ta' kunsinni,

(ii) it-tqegħid sempliċi fi fliexken, fjasketti, boroż, kaxex, it-twaħħil fuq kartun jew pjanċi eċċ, u l-operazzjonijiet l-oħrajn kollha sempliċi ta' imballaġġ;

(d) it-twaħħil ta' marki, tikketti jew sinjali oħra li jiddistingu, fuq prodotti jew l-imballaġġ tagħhom;

(e) it-taħlit sempliċi ta'prodotti, kemm jekk ta' tipi differenti u kemm jekk le, meta komponent wieħed jew aktar tat-taħlita ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti f' dan it-Titolu sabiex ikunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti oriġinarji;

(f) l-assemlaġġ sempliċi ta' partijiet ta' prodotti biex jikkostitwixxu prodott komplet;

(g) l-għaqda ta' żewġ operazzjonijiet jew aktar speċifikati f' (a) sa (f);

(h) il-qtil ta' annimali.

Artikolu 69

Sabiex jiġi determinat jekk prodott joriġinax minn pajjiż benefiċjarju, m' għandux ikun neċessarju li jiġi stabbilit jekk l-enerġija u l-karburant, l-impjant u t-tagħmir, il-magni u l-għodda wżata sabiex jiġu ottenuti dawn il-prodotti, joriġinawx f' pajjiżi terzi jew le.

Artikolu 70

1. B' deroga mill-Artikolu 66, għall-iskopijiet li jiġi determinat jekk prodott, iffabbrikat f'pajjż benefiċjarju li jkun membru ta' grupp reġjonali, joriġinax hemmhekk fis-sens ta' dak l-Artikolu, prodotti li joriġinaw minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi ta' dak il-grupp reġjonali u wżati għal fabbrikazzjoni ulterjuri f'pajjiż ieħor tal-grupp għandhom jiġu trattati daqs li kieku oriġinaw fil-pajjiż ta' fabbrikazzjoni ulterjuri.

2. Il-pajjiż ta' l-oriġini tal-prodott finali għandu jiġi determinat skond l-Artikolu 71.

3. Il-Kumulazzjoni reġjonali għandha tapplika għal tlett gruppi reġjonali separati tal-pajjiżi benefiċjarji GSP:

(a) l-Assoċjazzjoni tal-Nazzjonijiet Ażjatiċi tax-Xlokk (Asean);

(b) is-Suq Komuni ta' l-Amerika Ċentrali (CACM);

(ċ) il-Grupp Andean.

4. L-espressjoni "grupp reġjonali" għandha titqies li tfisser l-Asean jew il-CACM jew il-Grupp Andrean skond il-każ.

Artikolu 71

1. Prodotti li jkollhom status oriġinatji permezz ta' l-Artikolu 70 għandu jkollhom l-oriġini tal-pajjiż tal-grupp reġjonali fejn sar l-aħħar xogħol jew ipproċessar sakemm:

- il-valur miżjud hemmhekk, kif definit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, ikun akbar mill-għola valur doganali tal-prodotti wżati li joriġinaw minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn tal-grupp reġjonali,

- ix-xogħol jew l-ipproċessar imwettaq hemmhekk jeċċedi dak stabbilit fl-Artikolu 68(3) u, fil-każ ta' prodotti tessili, ukoll dawk l-operazzjonijiet imsemmija fl-Anness 16.

2. Fil-każijiet l-oħrajn kollha il-prodotti għandu jkollhom l-oriġini tal-pajjiż tal-grupp reġjonali li jkun ikkontribwixxa l-ogħla valur doganali tal-prodotti oriġinarji li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħrajn tal-grupp reġjonali.

3. "Il-Valur miżjud" ifisser il-prezz mill-fabbrika li minnu jitnaqqas il-valur doganali ta' kull wieħed mill-prodotti inkorporati li jkunu joriġinaw f'pajjiż ieħor tal-grupp reġjonali.

Artikolu 72

1. L-Artikoli 70 u 71 għandhom japplikaw biss meta:

(a) ir-regoli li jirregolaw il-kummerċ fil-kuntest ta' kumulazzjoni reġjonali, bħal bejn pajjiżi tal-grupp reġjonali, jkunu identiċi għal dawk stabbiliti f'din is-sezzjoni;

(b) kull pajjiż tal-grupp reġjonali jkun impenja ruħu li jikkonforma jew jassigura konformità mal-kondizzjonijiet ta' din is-sezzjoni u li jipprovdi l-kooperazzjoni amministrattiva neċessarja kemm lill-Komunità kif ukoll lill-pajjiżi l-oħrajn tal-grupp reġjonali sabiex jiġi assigurat il-ħruġ korrett taċ-ċertifikati ta' oriġini, formola A, u l-verifika taċ-ċertifikati ta' oriġini, fomola A u l-formuli APR.

Dan l-impenn għandu jiġi trasmess lill-Kummissjoni permezz tas-Segretarjat tal-grupp reġjonali. Is-Segretarjati huma hekk:

- is-Segretarjat Ġenerali Asean,

- is-Segretarjat Permanenti tas-Suq Komuni ta' l-Amerika Ċentrali,

- il-Junta del Acuerdo de Cartagena,

skond il-każ.2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti fil-każ ta' kull grupp reġjonali.

Artikolu 73

L-Aċċessorji, l-ispare parts u għodda mibgħuta ma' tagħmir, magna, apparat jew vettura li jkunu parti mit-tagħmir normali u inklużi fil prezz tieghu jew li ma jkunux fatturati separatament jitqiesu bħala ħaġa waħda mat-tagħmir, magna, apparat jew vettura in kwistjoni.

Artikolu 74

Settijiet, kif definit fir-Regola Ġenerali 3 tas-Sistema Armoniżżata, għandhom jitqiesu bħala oriġinarji meta l-artikoli komponenti jkunu prodotti oriġinarji. Madankollu, meta sett ikun kompost minn artikoli oriġinarji u mhux-oriġinarji, is-sett komplet għandu jitqies bħala oriġinarju sakemm il-valur ta' l-artikoli mhux-oriġinarji ma jeċċedix il-15 % tal-prezz mill-fabbrika tas-sett.

Artikolu 75

1. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala trasportati direttament mill-pajjiż benefiċjarju li jesporta lejn il-Komunità:

(a) prodotti ttrasportati bla ma jgħaddu mit-territorju ta' xi pajjiż ieħor ħlief, meta japplika l-Artikolu 70, pajjiż ieħor ta' l-istess grupp reġjonali;

(b) prodotti ttrasportati mit-territorji ta' pajjiżi barra minn dawk tal-pajjiż benefiċjarju ta' l-esportazzjoni jew, meta japplika l-Artikolu 70, barra mit-terrotorju ta' pajjiżi oħrajn ta' l-istess grupp reġjonali, bit-trasbord jew il-magażinaġġ temporanju jew mingħajru f'dawk il-pajjiżi, sakemm dak it-trasport minn dawn il-pajjiżi huwa ġustifikat għal raġunijiet ġeografiċi jew esklussivament minħabba l-ħtiġiet tat-trasport u li dawk il-prodotti:

- ikunu baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-transitu jew tal-magażinaġġ, u

- ma jkunux daħlu f' kummerċ jew kienu rilaxxati għal użu domestiku hemmhekk, u

- ma tkun twettqet l-ebda operazzjoni fuqhom apparti mill-ħatt, it-tagħbija mill-ġdid jew kull operazzjoni maħsuba biex iżżommom f'kondizzjoni tajba;

(ċ) prodotti ttrasportati mit-territorju ta' l-Awstrija, tal-Finlandja, tan-Norveġja, ta' l-Isvezja jew ta' l-Isvizzera u sussegwentament ri-esportati kompletament jew parzjalment lill-Komunità, sakemm dawk l-oġġetti:

- ikunu baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-transitu jew tal-magażinaġġ, u

- ma tkun twettqet l-ebda operazzjoni fuqhom apparti mill-ħatt, it-tagħbija mill-ġdid jew xi operazzjoni li jkollha l-iskop li żżommom f'kondizzjoni tajba;

(d) prodotti li huma trasportati permezz ta' kondutturi tul territorju barra minn dak tal-pajjiż benefiċjarju ta' l-esportazzjoni.

2. Prova li l-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 (b) u (ċ) ikunu ġew sodisfatti għandha tiġi fornita lid-dwana fil-Komunità bil-produzzjoni ta':

(a) dokument singolu tat-trasport maħruġ fil-pajjiż benefiċjarju li jesporta li jkopri l-passaġġ tul il-pajjiż tat-transitu; jew

(b) ċertifikazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-transitu:

- li jagħtu deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija,

- li jiddikjaraw id-dati tal-ħatt u tat-tagħbija mill-ġdid tal-merkanzija jew ta' l-imbark jew id-disembark u li jidentifikaw il-vapuri wżati, u

- li jiċċertifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom il-merkanzija tkun baqgħet fihom fil-pajjiż transitu; jew

(ċ) f'nuqqas ta' dan, kull dokument ieħor li jissostanzja l-fatti.

Artikolu 76

Il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din is-subsezzjoni li jikkonċernaw l-akkwist ta' status oriġinarju għandhom jiġ;u sodisfatti mingħajr interuzzjoni fil-pajjiż benefiċjarju.

Jekk il-prodotti oriġinarji esportati mill-pajjiż benefiċjarju lejn pajjiż ieħor ikunu rritornati, għandhom jitqiesu bħala mhux-oriġinarji sakemm ikun jista' jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti li:

- l-merkanzija rritornata hija l-istess bħal dik esportata, u

- li ma saru ebda operazzjonijiet iktar minn dak neċessarju biex tiġi ppreservata f' kondizzjoni tajba f'dak il-pajjiż.

Artikolu 77

1. Derogi għal dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu isiru a favur tal-pajjiżi benifiċjarji GSP l-anqas żvillupati meta l-iżvilupp ta' industriji eżistenti jew il-ħolqien ta' industriji ġodda jiġġustifikhom. Il-pajjiżi l-anqas żviluppati huma dawk elenkati fir-Regolament annwali tal-Kunsill u Deċiżjonijiet tal-KEFA li japplikaw preferenzi tariffarji ġeneralizzati.

Għal dan l-iskop, il-pajjiż ikkonċernat għandu jissottometti lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej talba għal deroga flimkien mar-raġunijiet għat-talba skond il-paragrafu 3.

2. L-eżami ta' dawn it-tabiet għandu partikolarment jieħu kont ta':

(a) każijiet meta l-applikazzjoni tar-regoli eżistenti tar-regoli ta' oriġini kienet taffettwa b' mod sinifikattiv il-kapaċità ta' industrija eżistenti fil-pajjiż ikkonċernat li tkompli bl-esportazzjoni lill-Komunità, b'referenza partikolari għal każijiet meta dan jista' jwassal għall-waqfien ta' l-attivitajiet tagħha;

(b) każijiet speċifiċi meta jista' jintwera b' mod l-aktar ċar li investiment sinifikattiv f'industrija jista' jiġi skoraġġit bir-regoli ta' origini u fmeta deroga li tiffavorixxi r-realizzazzjoni tal-programm ta' investiment kienet rippermetti li dawn ir-regoli jiġu sodisfatti fi stadji;

(ċ) l-impatt ekonomiku usoċjali tad-deċiżjoni li għandha tittieħed speċjalment fir-rigward ta' l-impjieg.

3. Sabiex ikun iffaċilitat l-eżami ta' talbiet għal deroga, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu jforni l-informazzjoni kollha possibbli biex isostni it-talba tiegħu, u jkopri partikolarment il-punti elenkati hawn taħt:

- deskrizjoni tal-prodott komplut,

- in-natura u l-kwantità ta' prodotti li ġew ipproċessati hemmhekk,

- il-proċess tal-fabbrikazzjoni,

- il-valur miżjud,

- in-numru ta' impjegati fl-intrapriża kkonċernata,

- il-volum antiċipat ta; l-esportazzjoni lill-Komunità,

- ir-raġunijiet għat-tul mitlub,

- osservazzjonijiet oħrajn.

L-istess regoli japplikaw għal kull talba għal estensjoni.

Subsezzjoni 2

Prova ta' l-oriġini

(a) Ċertifikati ta' oriġini formola A

Artikolu 78

1. Prodotti oriġinarji fis-sens ta' din is-sezzjoni għandhom ikunu eliġibbli, ma' l-importazzjoni fil-Komunità, li jibbenefikaw minn preferenzi tariffarji speċifikati fl-Artikolu 66 mal-produzzjoni ta' ċertifkat ta' l-oriġini formola A, li jidher mudell tiegħu fl-Anness 17, maħruġ jew mill-awtoritajiet doganali jew minn awtoritajiet governattivi oħrajn tal-pajjiż benefiċjarju, sakemm dak il-pajjiż

- ikun ikkomunika lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-informazzjoni meħtieġa bl-Artikolu 93, u

- jassisti lill-Komunità billi jipperemtti li l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri jivverifikaw l-awtentiċità tad-dokument jew l-eżattezza ta' l-informazzjoni li tirrigwarda l-oriġina vera tal-prodotti in kwistjoni.

2. Ċertifikat ta' l-oriġina formola A jista' jinħareġ biss meta jista' jservi bħala prova dokumentarja meħtieġa għall-iskopijiet tal-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 66.

3. Ċertifikat ta' l-oriġini formola A għandu jinħareġ biss fuq applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4. L-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jissottomettu ma' l-applikazzjoni kull dokument xieraq bħala sostenn biex jipprova li l-prodotti li se jiġu esportati jikkwalifikaw għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' l-oriġini formola A.

5. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-awtorità governattiva kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jekk il-prodotti għall-esportazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati li joriġinaw f'dak il-pajjiż fis-sens tas-subsezzjoni 1.

6. Għall-iskop tal-verifika ta' jekk il-kondizzjoni msemmija fil-paragarafu 5 tkunx ġiet sodisfatta, l-awtorità governattiva kompetenti għandu jkollha d-dritt li titlob għal kull prova dokumentali jew li twettaq kull verifika li hi tikkunsidra approprjata.

7. Għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju li jesporta li tassigura li ċ-ċertifikati u l-applikazzjonijiet jiġu mimlija kif suppost.

8. Il-mili ta' kaxxa 2 taċ-ċertifikat ta' l-oriġini formola A m' għandux ikun obbligatorju. B'konsegwenza ta' dan, il-kaxxa 12 għandha tkun mimlija kif suppost bl-indikazzjoni ta' "Komunità Ekonomika Ewropea" jew ta' wieħed mill-Istati Membri. Madankollu, fil-każ ta' applikazzjoni tal-proċedura ta' transitu msemmija fl-Artikolu 75(1)(ċ) u fl-Artikolu 80, wieħed mill-pajjiżi msemmija fl-Artikolu ta' l-aħħar bħala l-pajjiż ta' l-importazzjoni għandu minflok jissemma, kif previst fl-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 83(3).

9. Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifkat ta' l-oriġini formola A għandha tiġi indikata fil-kaxxa 11. Il-firma li għandha ssir f'dik il-kaxxa, li hija rriservata għall-awtorità li tiċċertifika, għandha ssir bil-kitba.

10. Ċertifikat ta' l-oriġini formola A għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju li jesporta meta l-prodotti li jirreferi għalihom huma esportati. Għandha jkun magħmul disponibbli għall-esportatur malli ssir l-esportazzjoni jew meta jkun ċert li ser issir.

Artikolu 79

Ladarba ċ-ċertifikat ta' l-oriġini formola A jikkostitwixxi prova dokumentali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tariffi preferenzjali, msemmija fl-Artikolu 66, għandha tkun ir-responsabbilità ta' l-awtoritajiet governattivi kompetenti tal-pajjiż li jesporta, li jieħdu dawk il-passi neċessarji biex jivverifika l-oriġini tal-prodotti u jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet fuq iċ-ċertifikat.

Artikolu 80

Prodotti oriġinarji fis-sens ta' din is-sezzjoni għandhom ikunu eliġibbli ma l-importazzjoni fil-Komunità biex jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji imsemmija fl-Artikolu 66 mal-produzzjoni taċ-ċertifikat ta' l-oriġini formola A maħruġ mill-awtoritajiet doganali ta' l-Awstrija, l-Finlandja, n-Norveġja, l-Isvezja jew l-Isvizzera abbażi ta' ċertifikat ta' l-oriġini formola A maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju li jesporta sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 75 ikunu sodisfatti u sakemm l-Awstrija, l-Finlandja, n-Norveġja, l-Isvezja jew l-Isvizzera jassistu lill-Komunità billi jippermettu lill-awtoritajiet doganali jivverifikaw l-awtentitiċità u l-eżatezza taċ-ċertifikat ta' oriġini formola A. Il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Artikolu 95 għandha tapplika mutatis mutandis. It-terminu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 95(3) għandu jiġi estiż għal tmien xhur.

Artikolu 81

1. F'każijiet eċċezjonali, ċertifikat ta' l-oriġini formola A jista jinħareġ wara l-esportazzjoni reali tal-prodotti li jirreferi għalihom, jekk ma jkunx inħareġ fiż-żmien ta' l-esportazzjoni bħala riżultat ta' żbalji involuntarji jew ommissjonijiet jew ċirkostanzi speċjali oħrajn, u sakemm il-merkanzija ma kienitx esportata qabel ma tkun saret il-komunika lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-informazzjoni meħtieġa bl-Artikolu 93.

2. L-awtoritajiet governattivi kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat retrospettivament biss wara li jivverifikaw li d-dettalji li jkun hemm fl-applikazzjoni ta' l-esportatur jaqblu ma dawk li jkun hemm fid-dokumenti korrespondenti ta' l-esportazzjoni u li l-ebda ċertifikat ta' oriġini formola A ma inħareġ meta l-prodotti in kwistjoni kienu esportati.

3. jew

"issued retrospectively"

Artikolu 82

1. Fil-każ ta' serq, telf jew qerda taċ-ċertifikat ta' l-oriġini formola A, l-esportatur jista japplika lill-awtoritajiet governattivi kompetenti li kienu ħarġu id-dokument għal kopja dupplikata li għandha ssir a bażi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni fil-pussess tagħhom. Il-Kaxxa 4 tal-kopja dupplikata tal-formola A maħruġa bdan il-mod għandu jkun hemm fuqha: "Duplicata" jew "Duplicate" (dupplikata), flimkien mad-data tal-ħruġ u n-numru konsekuttiv taċ-ċertifikat oriġinali.

2. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 85 id-dupplikat għandu jkollu l-istess effett mid-data ta' l-oriġinal.

Artikolu 83

1. Għandu jkun possibli li fi kwalunkwe ħin ċertifikat wieħed jew iktar ta' oriġini tal-formola A jista' jiġi sostitwit b' ċertifikat wieħed ieħor jew ċertifikati oħrajn, sakemm dan isir mill-awtoritajiet doganali fil-Komunità responsabbli għall-kontroll tal-prodotti.

2. Iċ-ċertifkat ta' sostituzzjoni maħruġ taħt dan l-Artikolu jew l-Artikolu 80 għandu jitqies bħala ċertifikat ta' oriġini definittiv għall-prodotti li jirreferi għalihom. Iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandu jinħareġ a bażi ta' talba bil-miktub mir-riesportatur.

3. Iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandu jindika fil-kaxxa ta' fuq tan-naħa tal-lemin l-isem tal-pajjiż intermedjarju fejn ikun maħruġ.

Il-Kaxxa 4 għandu jkun fiha wieħed minn dawn l-iskrizzjonijiet:

jew

, (ċertifikat ta' sostituzzjoni), kif ukoll id-data taċ-ċertifikat ta' oriġini oriġinali u n-numru konsekuttiv tiegħu.

L-isem tar-riesportatur għandu jidher fil-kaxxa 1.

L-isem tad-destinatarju finali għandu jidher fil-kaxxa 2.

Referenzi għall-fattura tar-riesportatur għandhom jingħataw fil-kaxxa 10.

Dettalji miċ-ċertifikat oriġinali li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti riesportati għandhom jitniżżlu fil-kaxxi 3 sa 9.

L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tniżżel iċ-ċertifikazzjoni tagħha fil-kaxxa 11. Ir-responsabbiltà ta' l-awtorità hija ristretta għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sostiuzzjoni.

L-iskrizzjonijiet fil-kaxxa 12 li jirrigwardaw il-pajjiż ta' l-oriġini u l-pajjiż tad-destinazzjoni għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat oriġinali. Din il-kaxxa għandha tiġi ffirmata mir-riesportatur. Riesportatur li jiffirma din il-kaxxa in buona fede mhuwiex responsabbli għal-korettezza ta' l-iskrizzjonijiet magħmula fuq iċ-ċertifikat oriġinali.

4. L-uffiċju doganali li jkun mitlub li jwettaq l-operazzjoni għandu jinnota fuq iċ-ċertifikat oriġinali il-piżijiet, in-numri u n-natura tal-merkanzija mibgħuta u jindika hemmhekk in-numru konsekuttiv taċ-ċertifikat jew ċertifikati tya' sostituzzjoni korrespondenti. Iċ-ċertifikat oriġinali għandu jinżamm għal mill-anqas sentejn mill-uffiċju doganali kkonċernat.

5. Fotokopja taċ-ċertifikat oriġinali tista' tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni.

Artikolu 84

1. Salvi d-dispożizjonijiet tal-paragrafu (4) hawn taħt iċ-ċertifikat ta' awtentiċità previst fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3833/90 [9] għandu jingħata fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' oriġini formola A, prevista fl-Artikolu 78.

2. Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonsisti f'deskrizzjoni tal-merkanzija kif stabbilit fil-paragrafu 3 hawn taħt segwit minn timbru ta' l-awtorità governattiva kompetenti, bil-firma bil-miktub ta' l-uffiċjal awtorizzat li jiċċertifika l-awtentiċità tad-deskrizjoni tal-merkanzija mogħtija fil-kaxxa 7.

3. Id-deskrizjoni tal-merkanzija fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' oriġini għandha tkun kif ġej, skond il-prodott in kwistjoni:

- jew

"tabac brut ou nonfabriqué du type Virginia

- jew

- jew

- jew

"eau-de-vie à base de raisins, appelée "Singani", en récipients contenant deux litres ou moins"

4. B deroga mill-paragrafi 1 u 2 hawn fuq, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, it-timbru ta' l-awtoritajiet kompetenti biex jiċċertifikaw l-awtentiċità tad-deskrizzjoni tal-merkanzija stabbilita fil-paragrafu 3 m'għandux jitqiegħed fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' oriġini formula A jekk l-awtorità_ li għandha s-setgħa li toħroġ iċ-ċertifikat ta' oriġini tkun l-awtorità governattiva li jkollha s-setgħa li toħroġ iċ-ċertifikat ta' l-awtentiċità.

Artikolu 85

1. Ċertifikat ta' oriġini formola A għandu jiġi sottomess fi żmien 10 xhur mid-data tal-ħruġ mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż benefiċjarju li jesporta, lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jimporta fejn il-prodotti jiġu ppreżentati.

2. Ċertifikati ta' l-oriġini formola A ippreżentati lill-awtoritajiet doganali wara li jkun skada il-perjodu ta' validità msemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu aċċettati għall-iskop li jiġu applikati it-tariffi preferenzjali speċifikati fl-Artikolu 66 meta n-nuqqas ta' l-osservazzjoni ta' dan il-perjodu ikun minħabba forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali.

3. Id-dwana tista' wkoll taċċetta dawn iċ-ċertifikati meta l-prodotti jkunu ġew ippreżentati lilhom qabel l-iskadenza ta' l-imsemmi terminu.

Artikolu 86

1. Prodotti mibgħuta minn pajjiż benefiċjarju għal eżibizzjoni f'pajjiż ieħor u mibjugħa għal importazzjoni fil-Komunità għandhom jibbenefikaw ma' l-importazzjoni mit-tariffi preferenzjali imsemmija fl-Artikolu 66 bil-kondizzjoni li l-prodotti jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din is-sezzjoni li ttihom id-drit li jiġu rikonoxxuti bħala li joriġinaw fil-pajjiż benefiċjarju esportatur u sakemm jiġi muri għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali li:

(a) l-esportatur ikun ikkunsinna l-prodotti mit-territorju tal-pajjiż benefiċjarju esportatur direttament fil-pajjiż li fih tkun saret l-eżibizzjoni;

(b) il-prodotti jkunu ġew mibjugħa jew ddispona minnhom xort' oħra dak l-esportatur lil persuna fil-Komunità;

(ċ) il-prodotti ġew ikkunsinnati fil-Komunità fl-istat li fih kienu mibgħuta għall-eżibizzjoni;

(d) il-prodotti ġew użati, sa minn meta ġew ikkunsinnati għall-eżibizzjoni, għal ebda skop ieħor ħlief biex jintwerew fl-eżibizzjoni.

2. Ċertifikat ta' l-oriġini formola A għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet doganali fil-manjiera normali. L-isem u l-indirizz ta' l-eżibizzjoni għandhom jiġu ndikati fuq iċ-ċertifikat. Meta neċessarju, provi dokumentali addizzjonali dwar in-natura tal-prodotti u l-kondizzjonijeit li taħthom ġew eżibiti jistgħu ikunu meħtieġa.

3. Il-Paragrafu 1 għandu japplika għall kull eżibizzjoni, fiera, wirja pubblika jew espożizzjoni ta' snajja, industriji, agrikoltura u artiġjanat li ma tkunx organizzata għal skopijiet oprivati fi ħwienet jew postijiet ta' negozju bl-iskop tal-bejgħ ta' prodotti barranin, u li ma tulhom il-prodotti jibqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali.

Artikolu 87

Iċ-ċertifikat ta' oriġini formola A għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru ta' l-importazzjoni in sostenn tad-dikjarazzjoni doganali. Għandhom mnejn jeħtieġu wkoll id-dikjarazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li jkollha magħha dikjarazzjoni mill-importatur li tgħid li l-prodotti jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preferenzi tariffarji imsemmija fl-Artikolu 66.

Artikolu 88

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68(3), meta artikolu mhux armat jew żmantellat li jaqa'taħt il-Kapitoli 84 jew 85 tas-Sistema Armonizzata huwa importat f'kunsinni diversi skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali, fuq it-talba tal-persuna li tiddikjara l-merkanzija lid-dwana, għandu jitqies bħala artikolu wieħed u ċertifikat ta' l-oriġini formola A jista' jiġi ppreżentat għall-artikolu kollu ma' l-importazzjoni ta' l-ewwel kunsinna.

(b) Il-Formula APR

Artikolu 89

1. Minkejja l-Artikolu 78, fil-każ ta' prodotti li jagħmlu parti minn kunsinni postali (inklużi pakki), prova tal-istatus ta' oriġini fis-sens ta' dan ir-Regolament għandha tkun fornita bil-formola APR, li mudell tagħha jinsab fl-Anness 18, sakemm tkun tikkonsisti biss minn prodotti oriġinarji u l-valur tagħha ma jeċċedix 3000 ECU għal kul kunsinna, u taħt il-kondizzjoni li l-assistenza msemmija fl-Artikolu 78(1) tkun disponibbli fir-rigward tal-formola msemmija.

2. Il-formula APR għandha timtela u tiġi ffirmata mill-esportatur jew, fuq ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Il-firma fil-kaxxa 6 tal-formula għandha ssir bil-kitba.

3. Il-Formula APR għandha tkun mimlija għal kull kunsinna postali. Wara l-mili u l-iffirmar tal-formola l-esportatur għandu, fil-każ ta' kunsinni b'pakkett postali, iwaħħalha man-nota tal-espedizzjoni. Fil-każ ta' kunsinna b'ittra posta, l-esportatur għandu jinserixxi l-formola fil-pakkett.

4. Jekk il-merkanzija kontenuta fil-kunsinna tkun diġà ġiet soġġetta għall-verifika fil-pajjiż esportatur li tikkonċerna l-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" l-esportatur jista' jirreferi għal din il-verifika fil-kaxxa 7 "Rimarki" fuq il-formola APR.

5. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jeżentawx lill-esportaturi milli jikkonformaw ma' xi formalitajiet oħra meħtieġa mir-regolamenti doganali jew postali.

6. L-Artikoli 85 u 87 għandhom japplikaw għall-formoli APR mutatis mutandis.

(ċ) Dispożizzjonijiet oħra li jirrigwardaw il-prova ta' l-oriġini

Artikolu 90

Prodotti mibgħuta bħala pakki żgħar minn persuni privati lil persuni privati jew li jkunu fil-bagalji personali ta' vjaġġaturi għandhom jiġu ammessi bħala prodotti oriġinarji li jibbenefikaw mit-tariffi preferenzjali msemmija l-Artikolu 66 mingħajr il-ħtieġa tal-produzzjoni taċ-ċertifkat ta' oriġini formla A jew il-mili tal-formula APR, sakemm dawn l-importazzjonijiet huma ta' natura non-kummerċjali u ġew dikjarati bħala li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu, u meta ma jkun hemm ebda dubju rigward il-veraċità ta' din id-dikjarazzjoni.

Il-valur totali ta' dawn il-prodotti m'għandux jeċċedi 215-il fil-każ ta' pakki żgħar jew 600 ECU fil-każ ta' tal-kontenut tal-bagalji personali tal-vjaġġaturi.

Artikolu 91

1. Meta l-Artikolu 70 jiġi applikat, prova ta' l-istatus oriġinarju tal-prodotti esportati minn pajjiż ta' grupp reġjonali għal pajjiż ieħor ta' l-istess grupp biex jintużaw għal aktar xogħol jew ipproċessar, jew biex jiġu riesportati meta l-ebda xogħol jew proċess ieħor ma jsir, għandu jiġi stabbilit miċ-ċertifikat ta' oriġini formula A jew formula APR maħruġa jew mimlija fl-ewwel pajjiż.

2. L-awtoritajiet tal-pajjiż benefiċjarju responsabbli għall-ħruġ taċ-ċerifikat ta' oriġini formula A għal prodotti li fil-fabbrikazzjoni tagħhom ikunu ntużaw prodotti oriġinarji minn membru ieħor ta' l-istess grupp reġjonali, għandhom jieħdu kont taċ-ċertifikat ta' oriġini formola A maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż l-ieħor jew il-formula APR mimlija hemmhekk. Il-pajjiż ta' oriġini determinat skond l-Artikolu 71 għandu jiġi iskritt fil-kaxxa 12 taċ-ċertifikat ta' oriġini formola A jew fil-kaxxa 8 tal-formula APR.

3. Ċertifikati ta' oriġini formola A maħruġa b'dan il-mod għandu jkollhom iskrizzjoni fuqhom

jew

fil-kaxxa 4.

Artikolu 92

Meta jinstabu diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat u dawk magħmula fid-dokumenti ppreżentati lill-uffiċju doganali għall-iskop tat-twettieq tal-formalitajiet għal importazzjoni tal-prodotti dan m' għandux ipso facto jrendi ċ-ċertifkat null u bla effett, sakemm jiġi stabbilit kif dovut li ċ-ċertifikat jikkorrispondi għall-prodotti ppreżentati.

Sub-sezzjoni 3

Metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 93

1. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jinformaw lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bl-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet governattivi li jistgħu joħorġu ċertifikati ta' oriġini formula A, flimkien mal-kampjuni tat-timbri wżati minn dawn l-awtoritajiet u l-isem u l-indirizz ta' l-awtoritajiet governattivi responsabbli biex isiru l-verifiki tal-formoli A u tal-formoli APR.

2. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bl-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet governattivi li jistgħu joħorġu iċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità imsemmija fl-Artikolu 84, flimkien ma' kampjuni tat-timbru li jużaw.

3. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri.

Artikolu 94

Għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tariffi preferenzjali speċifikati fl-Artikolu 66, kull pajjiż benefiċjarju għandu jikkonforma jew jassigura konformità mar-regoli dwar il-mili u l-ħruġ taċ-ċertifikat ta' oriġini formola A, il-kondizzjonijiet għall-użu tal-formula APR u dawk li jikkonċernaw il-kooperazzjoni amministrattiva.

Artikolu 95

1. Verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati ta' oriġini formola A u l-formoli APR għandhom jitwettqu saltwarjament jew kull meta l-awtoritajiet doganali jkollhom dubju raġjonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar l-eżattezza tal-informazzjoni li tirrigwarda l-oriġini vera tal-prodotti in kwistjoni.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali għandhom jirritornaw iċ-ċertifikat ta' l-oriġini formula A jew il-formula APR lill-awtorità governattiva kompetenti fil-pajjiż benefiċjarju li jesporta, u jagħtu, meta approprjat, ir-raġuni formali u sostanzjali għal inkjesta. Jekk il-fattura tkun ġiet sottomessa, din il-fattura jew kopja tagħha għandha tinhemeż mal-formula APR. L-aetoritajiet doganali għandhom wkoll jibgħatu kull informazzjoni li tkun ġiet ottenuta u jissuġerixxu li d-dettalji mogħtija fuq iċ-ċertifikat jew il-formola msemmija mhumiex eżatti.

Jekk l-awtoritajiet ikkonċernati jiddeċiedu li jissospendu t-tariffi preferenzjali msemmija f'l-rtikolu 66 sakemm ikun hemm ir-riżultati tal-verifika, għandhom jirrilaxxaw il-prodotti salv kull miżura ta' prekwazzjoni meħtieġa.

3. Meta tkun saret applikazzjoni għal verifika sussegwenti skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, din il-verifika għandha ssir u r-riżultati jkunu mgħarrfa lill-awtoritajiet doganali tal-Komunità f' terminu massimu ta' sitt xhur. Ir-riżultati għandhom jagħmluha possibli li jiġi determinat jekk iċ-ċertifkat ta' oriġini formola A jew il-formola APR in kwistjoni japplikawx għall-prodotti attwalment esportati u jekk dawn il-prodotti kienux fil-fatt eleiġibbli għal benefiċċju mit-tariffi preferenzjali imsemmija fl-Artikolu 66.

4. Fil-każ ta' ċertifikati ta' oriġini formula A maħruġa skond l-Artikolu 91, it-tweġiba għandha tinkludi r-referenzi taċ-ċertifikat ta' oriġini formola A jew il-formula APR li ttieħdu in konsiderazzjoni.

5. Jekk f' każijiet ta' dubju raġjonevoli ma jkun hemm ebda tweġiba fi żmien is-sitt xhur speċifikati fil-paragrafu 3 jew jekk it-tweġiba ma jkunx fiha nformazzjoni biżżejjed biex tiddetermina l-awtentiċità tad-dokumenti in kwistjoni jew l-oriġini vera tal-prodotti, it-tieni komunika għandha tintbgħat lill-awtoritajiet kompetenti. Jekk wara t-tieni komunika, ir-riżultati tal-verifika mhumiex ikkomunikati lill-awtoritajiet li jkunu għamlu t-talba fi żmien erba' xhur, jew jekk dawn ir-riżultati ma jippermettux li tiġi determinata l-awtentiċità tad-dokument in jew l-oriġini vera tal-merkanzija, dawk l-awtoritajiet għandhom, ħlief fil-każ ta' forza maġġuri jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jirrifjutaw id-dritt għall-preferenzi ġeneraliżżati.

6. Meta l-proċedura ta' verifika jew kull informazzjoni oħra disponibbli jagħtu indikazzjoni li d-dispożizzjonijiet ta' din is-sezzjoni ġew vjolati, il-pajjiż benefiċjarju li jesporta fuq l-inizjattiva proprja jew fuq talba mill-Komunità għandu jwettaq l-inkjesta approprjata jew jirranġa biex dawn l-injesti isiru bl-urġenza dovuta sabiex jidentifikaw u jipprevjenu dawn il-vjolazzjonijiet u għal dan l-iskop il-pajjiż benefiċjarju in kwistjoni jista' jistieden il-parteċipazzjoni tal-Komunità f' dawn l-inkjesti.

7. Għall-iskop ta' verifika sussegwenti taċ-ċertifkat ta' oriġini formola A, kopji taċ-ċertifikati kif ukoll kull dokument ta' esportazzjoni li jirreferi għalihom għandhom jinżammu għal mill-anqas sentejn mill-awtoritajiet governattivi kompetenti fil-pajjiż benefiċjarju esportatur..

Artikolu 96

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 75(1)(ċ) u l-Artikolu 80 huma applikabbli biss sal-limitu li, fil-kuntest preferenzi tariffarji mogħtija mill-Awstrija, l-Finlandja, n-Norveġja, l-Isvezja u l-Iswizzera għal ċerti prodotti li joriġinaw minn pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, dawn il-pajjiżi japplikaw dispożizzjonijiet simili għal dawk imsemmija fuq .

Is-Sub-sezzjoni 4

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 97

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87, ċertifikati ta' oriġini formola A flimkien mal-prova dokumentali ta' trasport dirett jistgħu jiġu ppreżentati f' terminu ta' sitt xhur mid-data li fiha l-pajjiż jew territorju jkun ammess jew riammess bħala benefiċjarju GSP, fir-rigward ta' prodotti msemmija fir-regolamenti tal-Kunsill u deċiżjonijiet KEFA għas-sena in kwistjoni, li jkunu jew in trasitu jew miżmuma fil-Komunità f' magażżinaġġ temporanju, taħt il-proċedura ta' magażinaġġ doganali jew f'żona libera jew magażinaġġ liberu.

Is-Sezzjoni 2

It-Territorji okkupati

Sub-sezzjoni 1

Id-Definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji

Artikolu 98

1. Għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tariffi preferenzjali mogħtija mill-Komunità lil ċerti prodotti li joriġinaw mit- Territorji Okkupati, dawn il-prodotti li ġejjin, bil-kondizzjoni li kienu ttrasportati direttament fis-sens ta' l-Artikolu 103, għandhom jitqiesu bħala:

(a) prodotti li joriġinaw mit-Territorji Okkupati:

(i) prodotti li jkunu ottenuti kompletament f' dawk it-territorji;

(ii) prodotti ottenuti f' dawk it-territorji li fil-fabbrikazzjoni tagħhom ikunu ntużaw prodotti ta' xort' oħra nubb dawk ottenuti għal kollox f'dawn it-territorji, sakemm dawn il-prodotti jkunu għaddew minn biżżejjed operazzjoni jew ipproċessar fis-sens ta' l-Artikolu 100. Din il-kondizzjoni m'għandiex tapplika, madankollu, għal prodotti li, fis-sens ta' din is-sub-sezzjoni, joriġinaw mill-Komunità;

(b) prodotti li joriġinaw fil-Komunità:

(i) prodotti li jiġu ottenuti kompletament fil-Komunità;

(ii) prodotti ottenuti fil-Komunità, li fil-fabbrikazzjoni tagħhom ikunu ntużaw prodotti oħra barra minn dawk ottenuti kompletament fil-Komunità, basta li l-imsemmija prodotti ikunu saru fuqhom operazzjonijiet biżżejjed ta' xogħol jew ipproċessar fis-sens ta' l-Artikolu 100. Din il-kondizzjoni m'għandiex tapplika, madankollu, għal prodotti li, fis-sens ta' din is-subsezzjoni, joriġinaw mit-Territorji Okkupati.

2. L-espressjoni "Territorji Okkupati" għandha tkopri ix-Xatt tal-Punent tax-Xmara Ġordan u l-Istrixxa ta' Gaża, it-tnejn okkupati mill-Iżrael.

Artikolu 99

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ottenuti kompletament mit-Territorji Okkupati:

(a) prodotti minerali li jkunu estratti mill-arti jew minn qiegħ il-baħar;

(b) prodotti veġetali miġbura hemmhekk;

(ċ) annimali ħajjin li twieldu u trabbew hemm;

(d) prodotti ottenuti minn annimali mkabbrin hemmhekk;

(e) prodotti ottenuti mill-kaċċa jew mis-sajd li jkunu saru hemmhekk;

(f) artikoli wżati li jkunu nġabru hemmhekk u li jkunu tajbin biss għall-irkurpru ta' materja prima;

(g) rimi u skart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' fabbrikazzjoni li jkunu saru hemmhekk;

(h) prodotti estratti minn qiegħ il-baħar jew minn taħt qiegħ il-baħar barra l-ibħra territorjali tagħhom, sakemm it-territorju kkonċernat ikolu dritt uniku biex jisfrutta dik l-art jew taħtha;

(i) merkanzija prodotta hemmhekk esklużivament mill-prodotti speċifikati fis-subparagrafi (a) sa (h).

Artikolu 100

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 98(1)(a) (ii), u (b) (ii), materjali mhux-oriġinarji għandhom jitqiesu li jkunu ġew biżżejjed maħduma jew ipproċessati meta l-prodott ottenut huwa ikklassifikat f'intestatura differenti minn dawk li fihom il-materjali kollha mhux-oriġinarji wżati fil-fabbriikazzjoni tiegħu ikunu klassifikati, salvi l-paragrafi 2 u 3.

It-tieni, t-tielet u r-raba' subparagrafi ta' l-Artikolu 68(1) għandhom japplikaw.

2. Għal prodott imsemmi fil-kolonni 1 u 2 tal-lista fl-Anness 19, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 3 għall-prodott ikkonċernat għandhom jiġu sodisfatti minflok ir-regola fil-paragrafu 1.

(a) Il-kelma "valur" fil-lista fl-Anness 19 għandha tfisser il-valur doganali fil-ħin ta' l-importazzjoni ta' materjali mhux-oriġinarji wżati jew, jekk dan ma jkunx magħruf u ma jkunx jista jiġi aċċertat, l-ewwel prezz aċċertabbli mħallas għal dawk il-materjali fit-territorju kkonċernat.

Meta l-valur tal-materjali oriġinarji wżati jeħtieġ li jiġi stabbilit, is-subparagrafu preċedenti għandu japplika mutatis mutandis.

(b) L-espressjoni "prezz mill-fabbrika" fil-lista fl-Anness 19 għandha tfisser il-preżż imħallas lill-manifattur li fl-impriża tiegħu ikun twettaq l-aħħar xogħol jew ipproċessar, sakemm il-prezz jinkludi l-valur tal-materjali kollha użati fil-fabbrikazzjoni, bit-taxxi interni mnaqqsin li huma, jew jistgħu ikunu, imħallsa l-ura meta l-prodott ottenut jiġi esportat.

3. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 98(1)(a) (ii) u (b) (ii), l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 68(3)(a) sa (h) għandhom jiġu kkunsidrati bħala xogħol jew ipproċessar li ma jkunux suffiċjenti biex jagħtu l-istatus ta' prodotti oriġinarji, kemm jekk ikun hemm bidla fl-intestatura u kemm jekk le.

Artikolu 101

Sabiex jiġi determinat jekk il-merkanzija toriġinax mit-Terrotorji Okkupati, m' għandux ikun neċessarju li jiġi stabbilit jekk l-enerġija elettrika, il-karburant, l-impjant u t-tagħmir, il-makkinarju u l-għodod użati biex jiġu ottenuti dawn l-oġġetti jew materjali jew prodotti użati tul il-produzzjoni li ma jidħlux u li ma kienux maħsuba biex jiħlu fil-kompożizzjoni finali tal-merkanzija joriġinaw fil-pajjiżi terzi jew le.

Artikolu 102

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 73 u 74 għandhom japplikaw għal din is-sezzjoni.

Artikolu 103

1. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ttrasportati direttament mit-Territorji Okkupati lejn il-Komunità u mill-Komunità lejn it-Territorji Okkupati:

(a) prodotti ttrasportati mingħajr ma jgħaddu minn territorju ieħor;

(b) prodotti trasportati minn territorju ieħor barra mit-Territorji Okkupati jew mill-Komunità, bi trasbord jew magażinaġġ temporanju jew mingħajru, sakemm dak it-traspprt minn dawk it-territorji jkun iġġustifikat minħabba raġunijiet ġeografiċi jew esklużsivament minħabba ħtiġiet tat-trasport u li l-prodotti:

- ma jkunux ġew rilaxxati għal użu domestiku hemmhekk, u

- ma tkun twettqet l-ebda operazzjoni fuqhom barra mill-ħatt, it-tagħbija mill-ġdid u kull operazzjoni maħsuba li żżommom f'kondizzjoni tajba;

(ċ) prodotti li jkunu trasportati minn kondutturi minn territorji barra dawk tat-Territorji Okkupati.

2. Prova li l-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 (b) ġew sodisfatti għandha tkun fornita lill-awtoritajiet doganali fil-Komunità jew lill-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati bil-preżentazzjoni ta:

(a) dokument singolu ta' trasport imħejji fit-Territorji Okkupati jew fil-Komunità li jkopri l-passaġġ minn fuq il-pajjiż ta' transitu; jew

(b) ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-transitu:

- li jagħatu deskrizzjoni eżatta tal-prodotti,

- li jiddikjaraw id-dati tal-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid tal-prodotti jew ta' l-imbark jew l-iżbark, u jidentifikaw il-vapuri wżati,

- li jiċċertifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom l-merkanzija tkun baqgħet fil-pajjiż ta' transitu; jew

(ċ) f'nuqqas ta' dan, kull dokument ieħor li jissostanzja l-fatti.

Artikolu 104

Il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din is-sub sezzjoni li jirrigwardaw l-akkwist ta' l-istatus oriġinarju għandhom jiġu sodisfatti mingħajr interruzzjoni fil-Komunità jew fit-Territorji Okkupati.

Jekk il-prodotti oriġinarji esportati mill-Komunità jew mit-Territorji Okkupati lejn pajjiż ieħor ikunu mibgħuta lura, dawn għandhom jitqiesu bħala mhux-oriġinarji sakemm ikun jista' jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti li:

- l-merkanzija mibgħuta lura hija l-istess merkanzija li ġiet esportata, u

- ma jkun sar l-ebda xogħol jew operazzjoni fuqha ħlief dawk neċessarji għal preservazzjoni tagħha f'kondizzjoni tajba f'dak il-pajjiż

Is-Sub-sezzjoni 2

Prova ta' oriġini

(a) Ċertifikat ta' moviment EUR. 1

Artikolu 105

Prova ta' status ta' oriġini, fis-sens ta' din is-sezzjoni, għandha tingħata b'ċertifikat ta' moviment EUR. 1, li mudell tiegħu jidher fl-Anness 21.

Artikolu 106

1. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 għandu jinħareġ fuq applikazzji bil-miktub mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbiltà ta' l-esportatur, mir-rappreżentant awtoriżżat tiegħu. Din l-applikazzjoni għandha ssir fuq formula, li mudell tagħha jidher fl-Anness 21, li għandha timtela skond id-dispożizzjonijiet ta' din is-subsezzjoni.

Applikazzjonijiet għal ċertifikati ta' moviment EUR. 1 għandhom jinżammu għal mill-anqas sentejn mill-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati.

2. L-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jissottometti mat-talba tiegħu kull dokument approprjat in sostenn biex jipprova li l-prodotti li se jiġu esportati jikwalifikaw għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' moviment EUR. 1.

Għandu jintrabat li jissottometti, fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti, kull prova supplimentari li jistgħu jeħtieġu għall-iskop li tiġi stabbilita l-korrettezza ta' l-istatus ta' oriġini tal-prodotti eleiġibbli għal trattament preferenzjali u għandu jintrabtu li jaqbel ma' kull ispezzjoni tal-kontijiet tiegħu u ma' kull verifika dwar iċ-ċirkostanzi li fihom il-prodotti kienu ottenuti mill-awtoritajiet imsemmija.

3. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 jista' jinħareġ biss meta dan ikun jista' jservi ta' prova dokumentarja meħtieġa għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni tal-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 98.

4. Iċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1 għandu jinħareġ mill-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati jew mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li jesportaw, jekk il-merkanzija li għandha tiġi esportata tista' titqies bħala prodotti oriġinarji fis-sens ta' din is-sezzjoni.

5. Billi ċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1 jikkostitwixxi prova dokumentali għall-applikazzjoni ta' arranġamenti preferenzjali stabbiliti, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Kmamar tal-Kummerċ tat-territorji Okkupati jew ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jesporta li jieħdu kull pass neċessarju biex jivverifikaw l-oriġini tal-merkanzija u jikkontrollaw id-dikjarazzjonijiet l-oħra fiċ-ċertifikat.

6. Għall-iskop tal-verifika jekk il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ġew sodisfatti, il-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati jew l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jesporta għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kull prova dokumentali jew li jwettqu kull eżami li huma jikkunsidraw approprjat.

7. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorju Okkupati jew ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru esportatur li jassiguraw li l-formoli msemmija fil-paragrafu 1 ikunu mimlija kif suppost. B' mod partikolari, huma għandhom jeżaminaw jekk l-ispazju rriżervat għad-deskrizjoni tal-prodotti ikunx imtela b'tali mod li jeskludi kull possibilità ta' żidiet b' qerq. Għal dan l-iskop, id-deskrizjoni tal-prodotti għandha tiġi indikata mingħajr ma titħalla ebda linja vojta. Meta l-ispazju mhuwiex mimli kompletament, għandu jsir sing orizzonatali taħt l-aħħar linja tad-deskrizzjoni biex b' hekk l-ispazju vojt jiġi maqtugħ.

8. Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' moviment għandha tiġi ndikata f'dik il-parti taċ-ċertifikat riservata għall-awtoritajiet doganali.

9. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 għandu jinħareġ mill-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati jew mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru esportatur meta l-prodotti li jirreferi għalihom jiġu esportati. Għandu jsir disponibbli lill-esportatur malli l-esportazzjoni isseħħ jew titwettaq.

Artikolu 107

1. F'ċirkostanzi eċċezjonali, ċertifikat ta' moviment EUR. 1 jista' wkoll jinħareġ wara l-esportazzjoni tal-prodotti li jirreferi għalihom jekk ma jkunx ġie maħruġ fiż-żmien ta' l-esportazzjoni minħabba żbalji jew ommissjonijiet involontarji jew ċirkostanzi speċjali.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-applikazzjoni ta' l-esportatur għandha:

- tindika l-post u d-data ta' l-esportazzjoni tal-prodotti li jirreferi għalihom iċ-ċertifikat,

- tiċċertifika li l-ebda ċertifikat ta' moviment EUR. 1 ma jkun inħareġ fiż-żmien ta' l-esportazzjoni tal-prodotti in kwistjoni, u tagħti raġunijiet.

3. Il-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati jew l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru esportatur jistgħu joħorġu ċertifikat ta' moviment EUR. 1 retrospettivament biss wara li jivverifikaw li l-informazzjoni fornita fl-applikazzjoni ta' l-esportatur tkun taqbel ma dik fil-file korrespondenti.

Ċertifikati maħruġa retrospettivament għandu jkollhom waħda mill-iskrizzjonijiet li ġejjin:

- expedido a posteriori,

- udstedt efterfølgende,

- Nachträglich ausgestellt,

- Εκδοθέν εκ των υστέρων,

- Issued retrospectively,

- Délivré a posteriori,

- rilasciato a posteriori,

- afgegeven a posteriori,

- emitido a posteriori.

4. L-iskrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu inseriti fil-kaxxa "Rimarki" fuq iċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1.

Artikolu 108

1. Fil-każ ta' serq, telf jew qerda ta' ċertifikat ta' moviment EUR. 1, l-esportatur jista' japplika lill-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati jew lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru esportatur li jkunu ħarġuh biex issir kopja duplikata li għandha titħejja fuq il-bażi tad-dokumenti ta' esportazzjoni li jkunu fil-pusses tagħhom.

2. Il-duplikata maħruġa b'dan il-mod għandu jkollha waħda mill-iskrizzjonijiet li ġejjin:

- DUPLICADO,

- DUPLIKAT,

- DUPLIKAT,

- ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ

- DUPLICATE,

- DUPLICATA,

- DUPLICATO,

- DUPLICAAT,

- SEGUNDA VIA.

3. L-iskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi inserita fil-kaxxa "Rimarki" fuq iċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1.

4. Il-duplikata, li għandu jkollha d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat oriġinali EUR. 1, ikollha isseħħ minn dik id-data.

Artikolu 109

Għandu jkun possibli li f' kull ħin li ċertifikat ta' moviment EUR. 1 wieħed jew iktar jiġu sostitwiti b'ċertifikat ieħor ta' moviment EUR. 1 wieħed jew iktar sakemm dan isir mill-uffiċju doganali tal-Komunità fejn tinstab il-merkanzija.

Artikolu 110

1. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 għandu jiġi ppreżentat fi żmien 5 xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu mill-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata l-merkanzija.

2. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 li jkun ippreżentat lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru wara d-data finali tal-preżentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 jista' jkun aċċettat għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' trattament preferenzjali, meta n-nuqqas ta' preżentazzjoni taċ-ċertifikat sad-data finali jkun minħabba forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali.

3. F'każijiet oħra ta' ritard fil-preżentazzjoni, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jimporta jistgħu jaċċettaw iċ-ċertifikati meta l-merkanzija tkun ġiet ippreżentata lilhom qabel l-aħħar data msemmija.L-

Artikolu 111

1. Prodotti mibgħuta lejn jew minn Territorji Okkupati għal esibizjoni fil-pajjiż terz u mibjugħa wara l-eżibizzjoni għal importazzjoni fil-Komunità għandhom jibbenefikaw mit-tariffi preferenzjali imsemmija fl-Artikolu 98 meta importati bil-kondizzjoni li l-prodotti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din is-subsezzjoni li jtuhom id-dritt li jiġu rikonoxxuti bħala li joriġinaw mit-Territorji Okkupati u sakemm jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali li:

(a) l-esportatur ikkunsinna dawn il-prodotti mit-Territorji Okkupati fil-pajjiż li fih saret l-eżibizzjoni u li kienu eżibiti hemm;

(b) il-prodotti inbigħu jew iddisponan minnhom xort' oħra dak l-esportatur lil persuna fil-Komunità;

(ċ) il-prodotti ġew ikkunsinnati tul l-eżibizzjoni jew immedjetament wara lill-Komunità fl-istat li fih intbgħatu għall-eżibizzjoni;

(d) il-prodotti, sa minn meta ġew ikkunsinnati għall-eżibizzjoni, ma ġewx użati għall skop ħlief tad-demostrazzjoni fl-eżibizzjoni.

2. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet doganali bil-mod normali. L-isem u l-indirizz ta' l-eżibizzjoni għandhom jiġu ndikati fuq iċ-ċertifikat. Meta neċessarju, prova dokumentali addizjonali tan-natura tal-prodotti u l-kondizzjonijiet li taħthom ġew eżibiti tista' tkun meħtieġa.

3. Il-Paragrafu 1 għandu japplika għall kull eżibizzjoni, fiera, wirja pubblika jew espożizzjoni ta' snajja, industriji, agrikoltura jew artiġjanat li ma tkunx organizzata għal skopijiet privati fi ħwienet jew postijiet ta' negozju bl-iskop tal-bejgħ ta' prodotti barranin, u li ma tulhom il-prodotti jibqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali.

Artikolu 112

Iċ-Ċertifikati ta' moviment EUR. 1 għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru ta' l-importazzjoni skond il-proċeduri stabbiliti b'din is-sezzjoni. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jeħtieġu traduzzjoni taċ-ċertifikat.

Jistgħu ukoll jeħtieġu li d-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ikollha magħha dikjarazzjoni mill-importatur fis-sens li l-prodotti jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-preferenzi tariffarji imsemmija fl-Artikolu 98.

Artikolu 113

Meta, fuq talba tad-dikjarant, artikolu mhux armat jew żmantellat li jaqa' taħt il-Kapitoli 84 jew 85 tas-Sistema Armonizzata jiġi mportat f'diversi kunsinni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali, għandu jkun meqjus bħala artikolu wieħed u ċertifikat ta' moviment jista' jiġi ppreżentat għall-artikolu sħiħ ma' l-importazzjoni ta' l-ewwel kusinna.

Artikolu 114

Iċ-Ċertifikati ta' moviment EUR. 1 għandhom jinżammu mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jimporta skond ir-regoli fis-seħħ.

(b) Formola EUR. 2

Artikolu 115

1. Minkejja l-Artikolu 106, fil-każ ta' kunsinni li jkun fihom biss prodotti oriġinarji li l-valur tagħhom ma jeċċedix 2820 ECU għal kull kunsinna, il-prova ta' l-istatus ta' oriġini, fis-sens ta' dak li tfisser din is-sezzjoni, għandha tingħata fuq formola EUR. 2, li mudell tagħha jidher fl-Anness 22.

2. Il-formola EUR. 2 għandha timtela u tiġi ffirmata mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3. Il-Formola EUR 2 għandha timtela għal kull kunsinna.

4. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jeżentawx lill-esportaturi milli jikkonformaw ma xi formalitajiet oħra meħtieġa mir-regolamenti doganali jew postali.

5. L-esportatur li jimla l-formula EUR. 2 għandu jissottometti fuq talba tal-Kamra tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati id-dokumenti kollha ta' sostenn li jikkonċernaw l-użu ta' din il-formola.

Artikolu 116

Meta jinstabu diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet li jsiru fiċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1 jew fil-formola EUR. 2 u dawk magħmula fid-dokumenti sottomessi lill-uffiċju doganali bl-iskop li jwettqu l-formalitajiet għall-importazzjoni tal-materjali m'għandhomx ipso facto jirrendu d-dokument null u bla effett jekk jiġi stabbilit kif dovut li ċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1 jew il-formula EUR. 2, fil-fatt jikkorespondu mal-prodotti ippreżentati.

Artikolu 117

1. Dawn li ġejjin jistgħu jiġu mportati fil-Komunità bħala prodotti oriġinarji fis-sens ta' din it-taqsima mingħajr ma jkun neċessarju li jiġu ppreżentati dokumenti msemmija fl-Artikolu 105 jew fl-Artikolu 115:

(a) prodotti mibgħuta bħala pakki żgħar minn persuni privati lil persuni privati, sakemm il-valur tal-prodotti ma jeċċedix il-200 ECU;

(b) prodotti li jkunu jinsabu fil-bagalji personali ta' vjaġgaturi, sakemm il-valur tal-prodotti ma jeċċedix il-565 ECU.

2. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw biss meta dawn l-importazzjonijiet huma ta' natura non-kommerċjali u ġew dikjarati bħala li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-preferenzi stabbiliti, u meta ma jkun hemm ebda dubju dwar il-veraċità ta' din id-dikjarazzjoni.

Is-Sub-sezzjoni 3

Metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 118

It-Territorji Okkupati għandhom jibagħtu lill Kummissjoni kampjuni tat-timbri wżati mill-Kmamar tal-Kummerċ flimkien ma' l-indirizzi ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu ċ-ċertifikati ta' moviment EUR. 1 u li jwettqu l-verifika sussegwenti ta' dawk iċ-ċertifikati u tal-formoli EUR. 2.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri.

Artikolu 119

1. Verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati EUR. 1 jew tal-formoli EUR. 2 għandhom isiru saltwarjament jew kull meta l-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru li jimporta jew il-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati jkollhom dubji ragjonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokumenti jew dwar l-eżatezza ta' l-informazzjoni li tirrigwarda l-oriġina vera tal-merkanzija in kwistjoni.

2. Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni tajba tas-subsezzjoni 1, it-Territorji Okkupati għandhom jassistu lill-Komunità billi jippermettu lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li jivverifikaw l-awtentiċità taċ-ċertifikati ta' moviment EUR. 1 u l-formoli EUR. 2 u l-eżatezza ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-oriġini reali tal-prodotti kkonċernati.

3. Għall-iskopijiet tal-paragarfau 1, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jimporta jew tat-territorju għandhom jirritornaw iċ-ċertifikat EUR. 1 jew il-formula EUR. 2 jew kopja tagħhom lill-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati jew lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jesporta, u jagħtu, meta approprjat ir-raġunijiet sostanzjali jew formali ta' inkjesta.

L-awtoritajiet li jitolbu dan għandhom jehmżu d-dokumenti kummerċjali relevanti jew kopja tagħhom maċ-ċertifikat EUR. 1 jew mal-formula EUR. 2 u għandhom jibgħatu, bħala sostenn għat-talba ta' verifika sussegwenti, kull dokument u informazzjoni li jkunu ottenew li timplika li d-dettalji mogħtija fuq iċ-ċertifikat imsemmi jew il-formola msemmija mhijiex eżatta.

Jekk l-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru li jimporta jiddeċiedu li jissospendu l-applikazzjoni għal trattament preferenzjali waqt li jistennew ir-riżultati tal-verifika, huma għandhom jippermettu r-rilaxx tal-merkanzija soġġett għal kull miżura ta' prekawzjoni li titqies neċessarja.

4. L-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jimporta jew tal-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati għandhom ikunu nfurmati bir-riżultati tal-verifika fi żmien sitt xhur. Dawn ir-riżultati għandhom jagħmluha possibli li jiġi determinat jekk id-dokumenti rritornati taħt il-paragrafu 3 japplikawx għall-merkanzija attwalment esportata, u jekk din il-merkanzija tistax infatti, tikkwalifika għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti preferenzjali.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 95(5) għandhom japplikaw għal dan il-paragrafu.

5. Għall-iskopijiet tal-verifika sussegwenti taċ-ċertifikati EUR. 1, il-Kmamar tal-Kummerċ tat-Territorji Okkupati jew l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jesporta għandhom iżommu d-dokumenti ta' l-esportazzjoni jew kopji taċ-ċertifikati li jissostitwuhom għal mill-inqas sentejn.

Sezzjoni 3

Ir-Repubbliki tal-Bosnia-Herżegovina, tal-Kroazja, tas-Slovenja u tat-territorju ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Sub-sezzjoni 1

Id-Definizjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji

Artikolu 120

Għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-preferenzi tariffarji mogħtija mill-Komunità għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Repubbliki ta' Bosnia-Herżegovina, tal-Kroazja, tas-Slovenja u tat-territorju ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, hawnhekk iżjed il quddiem magħrufa bħżala ir-"Repubblika benefiċjarja", dawn il-prodotti, bil-kondizzjoni li ġew ittrasportati direttament fis-sens ta' l-Artikolu 125, għandhom jitqiesu bħala:

1. prodotti li joriġinaw mir-Repubblika benefiċjarja:

(a) prodotti li huma ottenuti kompletament minn Repubblika benefiċjaraja;

(b) prodotti ottenuti minn Repubblika benefiċjarja li fil-fabbrikazzjoni tagħhom ikunu intużaw prodotti oħra barra minn dawk li jkunu ottenuti f'dik ir-Repubblika, sakemm l-imsemmija prodotti jkun sar fuqhom xogħol jew ipproċessar biżżejjed fis-sens ta' l-Artikolu 122. Din il-kondizzjoni m' għandhiex tapplika, madankollu, għal prodotti li, fis-sens ta' din is-subsezzjoni, joriġinaw fil-Komunità, sakemm ikun sar fuqhom, fir-Repubblika benefiċjarja kkonċernata, xogħol u pproċessar li jeċċedi ix-xogħol jew l-ipproċessar insuffiċjenti imsemmija fl-Artikolu 122(3);

2. prodotti li joriġinaw fil-Komunità:

(a) prodotti li jkunu ottenuti kompletament fil-Komunità;

(b) prodotti ottenuti fil-Komunità, li fil-fabbrikazzjoni tagħhom intużaw prodotti oħra barra minn dawk li jkunu ottenuti kompletament fil-Komunità, sakemm il-prodotti msemmija jkun sar fuqhom xogħol jew ipproċessar biżżejjed fis-sens ta' l-Artikolu 122. Din il-kondizzjoni m' għandhiex tapplika, madankollu, għal prodotti li fis-sens ta' din is-subsezzjoni joriġinaw f' Repubblika benefiċjarja, sakemm ikunu għaddew, fil-Komunità minn xogħol jew ipproċessar li jeċċedi ix-xogħol jew l-ipproċessar insuffiċjenti imsemmi fl-Artikolu 122(3).

Artikolu 121

1. Il-partiti msemmija fl-Artikolu 67(1)(a) sa (k) għandhom jitqiesu bħala ottenuti kompletament f' Repubblika benefiċjarja jew fil-Komunità.

2. L-espressjoni "il-bastimenti tiegħu" fl-Artikolu 67(1)(f) għandha tapplika biss għal bastimenti:

- li huma rreġistrati jew iskritti fi Stat Membru jew fir-Repubblika benefiċjarja kkonċernata,

- li jbaħħru bil-bandiera ta' Stat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja kkonċernata,

- li jkunu mill-anqas 50 % ta' proprjetà ta' ċittadini Stati Membri jew tar-Repubblika benefiċjarja kkonċernata jew ta' kumpannija li jkollha l-uffiċju prinċipali tagħha fi Stat Membru jew f'Repubblika benefiċjarja, jew li tagħha l-amministratur, l-amministraturi, il-President tal-Bord tad-Diretturi jew tal-bord ta' sorveljanza, u l-maġġoranza tal-membri ta' dan il-bord, ikunu ċittadini ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika benefiċjarja u li b'żieda ma' dan, fil-każ ta' sħab jew kumpanniji b'responsabbiltà limitata, mill-anqas nofs il-kapital ikun jappartjeni għall-Istati Membri jew għar-Repubblika benefiċjarja kkonċernata jew għall-korpi publiċi jew nazzjonali ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika benefiċjarja,

- li tagħhom il-kaptan u l-uffiċjali tiegħu huma kollha ċittadini ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika benefiċjarja kkonċernata, u

- li tagħhom mill-inqas 75 % ta' l-ekwipaġġ huma ċittadini ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika benefiċjarja kkonċernata.

3. L-espressjonijiet "Komunità" u "Repubblika beneifiċjarja" għandhom ukoll ikopru l-ibħra territorjali. Bastimenti li joperaw f'baħar miftuħ, inklużi vapuri fabbriki li fuqhom il-ħut maqbud ikun maħdum jew ipproċessat, għandhom jitqiesu bħala parti mit-territorju ta' l-Istat li jappartjenu għalih, sakemm dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 122

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 120, materjali mhux-oriġinarji għandhom jitqiesu li jkunu maħduma jew ipproċessati biżżejjed meta l-prodott ottenut huwa kklassifikat f'intestatura differenti minn dawk li fihom il-materjali kollha mhux-oriġinarji wżati fil-fabbrikazzjoni tagħhom ikunu kklassifikati, salvi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3.

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni, t-tielet u r-raba' subparagrafi ta' l-Artikolu 68(1) għandhom japplikaw.

2. Għal prodott imsemmi fil-kolonni 1 u 2 tal-lista fl-Anness 20, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 3 għall-prodott ikkonċernat għandhom jiġu sodisfatti minflok ir-regola fil-paragrafu 1.

(a) Meta fil-lista fl-Anness 20 regola ta' perċentwali hija applikata fid-determinazzjoni ta' l-istatus oriġinarju ta' prodott ottenut fil-Komunità jew f'Repubblika benefiċjarja, il-valur miżjud bix-xogħol jew bl-ipproċessar għandu jikkorespondi għall-prezz mill-fabbrika tal-prodott ottenut, li minnu jitnaqqas il-valur doganali ta' materjali minn pajjiżi terzi li jkunu mportati fil-Komunità jew fir-Repubblika benefiċjarja.

(a) L-espressjoni "valur" fil-lista fl-Anness 20 għandha tfisser il-valur doganali fil-ħin ta' l-importazzjoni ta' materjali mhux-oriġinarji użati jew, jekk dan ma jkunx magħruf u ma jkunx jista jiġi aċċertat, l-ewwel prezz aċċertabbli mħallas għal materjali bħal dawn fit-territorju ikkonċernat.

Meta l-valur tal-materjali oriġinarji wżat jeħtieġ li jiġi stabbilit, is-subparagrafu preċedenti għandu jiġi applikat mutatis mutandis.

(ċ) L-espressjoni "prezz mill-fabbrika" fil-lista fl-Anness 20 għandha tfisser il-preżż imħallas għall-prodott lill-fabbrikant li fl-impriża tiegħu ikun twettaq l-aħħar xogħol jew ipproċessar, sakemm il prezz jinkludi l-valur tal-materjali kollha wżati fil-fabbrikazzjoni, bit-taxxi nterni mnaqqsa li huma, jew jistgħu jiġu rifużi meta l-prodott ottenut huwa esportat.

3. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 68(3)(a) sa (h) għandhom jiġu kkunsidrati bħala xogħol jew ipproċessar insuffiċjenti biex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji, kemm jekk ikun hemm bidla fl-intestatura u kemm jekk le.

Artikolu 123

Sabiex jiġi determinat jekk il-merkanzija toriġinax minn Repubblika benefiċjarja jew fil-Komunità m'għandux ikun neċessarju li jiġi stabbilit jekk l-enerġija elettrika, il-karburant, l-impjant u t-tagħmir u l-magni u l-għodda wżata biex tiġi ottenuta din il-merkanzija jew kull materjal jew prodott użat tul il-produzzjoni li ma jidħlux jew li ma kienux maħsuba biex jidħlu fil-kompożizzjoni finali tal-merkanzija joriġinawx fil-pajjiżi terzi jew le.

Artikolu 124

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 73 u 74 għandhom japplikaw għal din is-sezzjoni.

Artikolu 125

1. Il-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 120 għandhom japplikaw biss għal prodotti jew materjali oriġinarji li huma ttrasportati bejn it-territorju ta' Repubblika benefiċjarja u dak tal-Komunità mingħajr ma jidħol f' ebda territorju ieħor. Madankollu, merkanzija li toriġinaw minn Repubblika benifiċjarja jew mill-Komunità u li tikkostitwixxi kunsinna waħda tista' tiġi ttrasportati minn territorju ieħor barra minn dak tar-Repubblika benefiċjarja tal-Komunità bit-trasbord jew magażinaġġ temporanju jew mingħajrhom, sakemm il-merkanzija tibqa' taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-transitu jew tal-magażinaġġ, u li ma jkunu għaddew minn ebda operazzjoni barra l-ħatt, it-tagħbija mill-ġdid jew xi operazzjoni oħra maħsuba li tippreservhom f'kundizzjoni tajba.

Prodotti li joriġinaw minn Repubblika benefiċjarja jew mill-Komunità jistgħu jiġu ttrasportati permezz ta' kondutturi fit-territorju barra minn dak tal-Komunità jew tar-Repubblika benefiċjarja.

2. Prova li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ġew sodisfatti għandha tiġi fornita lill-awtoritajiet doganali bil-preżentazzjoni ta':

(a) dokument singolu tat-trasport maħruġ fil-pajjiż jew territorju li jesporta li jkopri l-passaġġ mill-pajjiż tat-transitu; jew

(b) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-transitu:

- li jagħti deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija,

- li jiddikjara d-dati tal-ħatt u t-tgħabija mill-ġdid tal-merkanzija jew ta' l-imbark jew l-iżbark tagħha u jidentifika l-bastimenti wżati,

- li jiċċertifika l-kondizzjonijiet li taħthom il- merkanzija baqgħet fil-pajjiż tat-transitu; jew

(ċ) f'nuqqas ta' dan, kull dokument ta' sustanza.

Artikolu 126

Il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din is-sub sezzjoni li jirrigwardaw l-akkwist ta' status oriġinarju għandhom jiġu sodisfati mingħajr interruzzjoni fil-Komunità jew fir-Repubblika benefiċjarja.

Jekk il-merkanzija oriġinarja esportata mill-Komunità jew mir-Repubblika benefiċjarja lejn pajjiż ieħor tkun mibgħuta lura, din għandha tiġi kkunsidrata bħala non-oriġinarja sakemm ma jistax jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali li:

- il-merkanzija mibgħuta lura hija l-istess merkanzija li ġiet esportata, u

- ma jkun sar l-ebda xogħol jew operazzjoni fuqha iktar minn dak neċessarju

Sub-sezzjoni 2

Prova ta' oriġini

(a) Ċertifikat ta' moviment EUR. 1

Artikolu 127

Prova ta' status ta' oriġini tal-prodotti, fis-sens ta' din is-sezzjoni, għandha tingħata b'ċertifikat ta' moviment EUR. 1, li mudell tiegħu jidher fl-Anness 21.

Artikolu 128

1. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 għandu jinħareġ fuq applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbiltà ta' l-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Din l-applikazzjoni għandha ssir fuq formola, li mudell tagħha jidher fl-Anness 21, li għandha timtela skond id-dispożizzjonijiet ta' din is-subsezzjoni.

L-Applikazzjonijiet għal ċertifikati ta' moviment EUR. 1 għandhom jinżammu għal mill-anqas sentejn mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jesportaw.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 106(2) għandhom japplikaw.

3. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 jista jinħareġ biss meta dan ikun jista' jservi bħala prova dokumentali meħtieġa għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tal-preferenzi tariffarji imsemmija fl-Artikolu 120.

4. Iċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jesportaw, jekk il-merkanzija tista' titqies bħala prodotti oriġinarji fis-sens ta' din is-sezzjoni.

5. F'każijiet meta l-merkanzija hija kkunsidrata prodotti oriġinarji fis-sens ta' l-Artikolu 120(1)(b), l-aħħar sentenza, jew (2) (b), l-aħħar sentenza, iċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 għandhom jinħarġu soġġett għal-preżentazzjoni tal-prova ta' oriġini maħruġa jew li saret qabel. Il-prova ta' l-oriġini għandha tinżamm għal mill-anqas sentejn mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jesportaw.

6. Ladarba ċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1 jitkonstitwixxi prova dokumentali għall-applikazzjoni tal-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 120, għandha tkun ir-responsabbilità ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jesportaw li jieħdu dawk il-passi neċessarji biex jivverifikaw l-oriġini tal-prodotti u jikkontrollaw id-dikjarazzjonijiet fuq iċ-ċertifikat.

7. Għall-iskop tal-verifika ta' jekk il-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 4 u 5 jkunux ġew sodisfatti, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jesportaw għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kull prova dokumentali jew li jagħmlu kull kontroll li jikkunsidraw approprjat..

8. Għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jesporatw li jassiguraw li l-formola msemmija fl-Artikolu 127 tkun mimlija kif suppost. B'mod partikolari, huma għandhom jikkontrollaw jekk l-ispazju rriservat għad-deskrizzjoni tal-prodotti jkunx imtela b'tali mod li jeskludi kull possibilità ta' żidiet b' qerq. Għal dan l-iskop, id-deskrizjoni tal-prodotti għandha tiġi ndikata mingħajr ma jitħallew ebda linji vojta. Meta l-ispazju ma jkunx mimli kollu, linja orizzontali għandha tinġibed bħala l-aħħar linja tad-deskrizzjoni, u l-ispazju vojt għandu jinqata'.

9. Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' moviment għandha tiġi ndikata f'dik il-parti taċ-ċertifikat irriservat għall-awtoritajiet doganali.

10. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 għandu jkun maħruġ mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jesportaw meta l-prodotti li jirreferi għalihom huma esportati. Għandu jkun disponibbli għall-esportatur malli l-esportazzjoni isseħħ jew tkun assigurata attwalment.

11. Fil-każijiet tar-Repubblika tal-Bosnia-Herżegovina u t-territorju ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ir-referenzi għal "awtoritajiet doganali" f'dan u fl-artikoli li ġejjin għandhom jinfthemu li jirreferu għall-Kmamar ta' l-Ekonomija sakemm il-Kmamar ta' l-Ekonomija ta' dawk ir-repubbliki jaqdu l-funzjonijiet in kwistjoni.

Artikolu 129

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 107 u 109 għandhom japplikaw għal din is-sezzjoni.

Artikolu 130

1. Iċ-Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 għandu jiġi ppreżentat fi żmien ħames xhur mid-data tal-ħruġ mill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru jew mir-Repubblika benefiċjarja li jesportaw, lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jimpurtaw fejn jidħlu l-prodotti.

2. Ċertifikat ta' moviment EUR. 1 li huwa ppreżentat lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jimportaw wara d-data finali tal-preżentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 jista' jiġi aċċettat għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' trattament preferenzjali, meta n-nuqqas tal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat sad-data finali stabbilita jkun dovut għal forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali.

3. F'każijiet oħrajn ta' preżentazzjoni bir-ritard, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jimportaw jistgħu jaċċettaw iċ-ċertifikati jekk il-prodotti jkunu ġew sottomessi lilhom qabel id- data finali msemmija.

Artikolu 131

1. Prodotti mibgħuta mill-Komunità jew mir-Repubblika benefiċjarja għal eżibizzjoni f'pajjiż ieħor u mibjugħa wara l-eżibizzjoni għal importazzjoni fil-Komunitâ għandhom jibbenefikaw ma' l-importazzjoni minn preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 120 taħt il-kondizzjoni li l-merkanzija tissodisfa l-ħtiġiet tas-sub-sezzjoni 1 li jtuhom id-dritt li jkunu magħrufa bħalas li joriġinaw mill-Komunità jew mir-Repubblika benefiċjarja li jesportaw u sakemm jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali li:

(a) esportatur ikun ikkunsinna dawn il-prodotti mill-Komunità jew minn Repubblika benefiċjarja lill-pajjiż li fih saret l-eżibizzjoni u li ġew eżibiti hmmhekk;

(b) il-prodotti ġew mibjugħa jew dak l-esportatur iddispona minnhom xort' oħra lil persuna f' Repubblika benefiċjarja jew fil-Komunità;

(ċ) il-prodotti ġew ikkunsinnati tul l-eżibizzjoni jew immedjetament wara lil Repubblika benefiċjaraja jew lill-Komunità fl-istat li fih intbgħatu għall-eżibizzjoni;

(d) il-prodotti, sa minn meta kienu ġew ikkunsinnati għal eżibizzjoni, ma ġew użati għal ebda skop ieħor ħlief għall-wiri fl-eżibizzjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 111(2) u (3) għandhom japplikaw.

L-Artikolu 132

Iċ-ċertifikati ta' moviment EUR. 1 għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jimportaw, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru jew mir-Repubblika benefiċjarja. L-awtoritajiet imsemmija jistgħu jeħtieġu traduzzjoni ta' ċertifikat.

Jistgħu ukoll jeħtieġu li d-dikjarazzjoni ta' l-importazzjoni jkollha magħha dikjarazzjoni mill-importatur fis-sens li l-prodotti jisssodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tariffi preferenzjali imsemmija fl-Artikolu 120.

Artikolu 133

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 122(3), meta, fuq it-talba tad-dikjarant, artikolu mhux armat jew żmantellat li jaqa' tyaħt il-Kapitoli 84 jew 85 tas-Sistema Armonizzata jiġi importat f'diversi kunsinni bil-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali, għandu jitqies bħala artikolu wieħed u ċ-ċertifikat ta' moviment jista' jiġi ppreżentat għall-artikolu kollu ma' l-importazzjoni ta' l-ewwel kunsinna.

Artikolu 134

Ċertifikati ta' moviment EUR. 1 għandhom jinżammu mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jimpurtaw skond ir-regoli eżistenti fil-Komunità jew fir-Repubblika benefiċjarja.

(b) Formula EUR. 2

Artikolu 135

1. Minkejja l-Artikolu 127, fil-każ ta' kunsinni li jkun fihom biss prodotti oriġinarji li l-valur tagħhom ma jkunx jeċċedi t-3000 ECU għal kull kunsinna, il-prova ta' l-istatus ta' oriġini, fis-sens ta' din is-subsezzjoni, għandha tingħata bil-formula EUR. 2, li mudell tagħha jidher fl-Anness 22.

2. Il-formola EUR. 2 għandha timtela u tiġi ffirmata mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Jekk il-merkanzija li tkun fil-kunsinna tkun diġà ġiet verifikata fil-Pajjiż Membru jew territorju b'referenza għad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji, l-esportatur jista' jirreferi għal din il-verifika fil-kaxxa "rimarki" tal-formola EUR.2.

3. Il-Formola EUR 2 għandha timtela għal kull kunsinna.

4. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jeżentawx lill-esportaturi milli jikkonformaw ma' xi formalitajiet oħrajn meħtieġa mir-regolamenti doganali jew postali.

5. L-esportatur li jagħmel il-formula EUR. 2 għandu jissottometti fuq talba ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jesportaw id-dokumenti kollha ta' sostenn li jikkonċernaw l-użu ta' din il-formula.

Artikolu 136

Il-prodotti oriġinarji li ġejjin fis-sens tas-subsezzjoni 1, għandhom ikunu eliġibbli ma' l-importazzjoni fil-Komunità jew fir-Repubblika benefiċjarja, għall-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 120 mingħajr ma jkun neċessarju li d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 127 jew fl-Artikolu 135 jiġu ppreżentati:

(a) prodotti mibgħuta bħala pakki żgħar minn persuni privati lil persuni privati, sakemm il-valur tal-prodotti ma jeċċedix 215-il ECU;

(b) prodotti li jkunu jinsabu fil-bagalji personali ta' vjaġgaturi, sakemm il-valur ta' dawn il-prodotti ma jeċċedix is-600 ECU

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 117(2) għandhom japplikaw għal din is-sezzjoni.

Sub-sezzjoni 3

Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva

Artikolu 137

Ir-Repubbliki benefiċjarji għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri wżati flimkien ma' l-indirizzi ta' l-awtoritajiet doganali kompetenti biex joħorġu ċ-ċertifikati ta' moviment EUR. 1 u li jwettqu l-verifika sussegwenti ta' dawk iċ-ċertifikati u tal-formoli EUR. 2. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri.

Artikolu 138

1. Verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati EUR. 1 jew tal-formoli EUR. 2 għandhom jitwettqu saltwarjament kull meta l-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru jew ir-Repubblika benefiċjarja li jimpurtaw ikollhom dubju ragjonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokumenti jew dwar l-eżattezza ta' l-informazzjoni li tirrigwarda l-oriġini vera tal-merkanzija in kwistjoni.

2. Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni tajba ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika benefiċjarja u l-Istati Membri tal-Komunità għandhom jassistu lill-xulxin, permezz ta' l-awtoritajiet doganali rispettivi tagħhom, fil-verifika ta' l-awtentiċità taċ-ċertifikati ta' moviment EUR. 1 u tal-formoli EUR. 2 u ta' l-eżatezza tal-informazzjoni li tirrigwarda l-oriġini vera tal-prodotti kkonċernati.

3. Għall-iskopijiet tal-paragarfau 1, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jimportaw għandhom jibgħatu lura ċ-ċertifikat EUR. 1 jew il-formula EUR. 2 jew kopja tagħhom lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li jesporta, u jagħtu, meta approprjat, ir-raġunijiet sostanzjali jew formali għal inkjesta.

L-awtoritajiet li jagħmlu t-talba għandhom jehmżu ċ-ċertifikat EUR. 1 jew il-formola EUR. 2 il-fattura jew koġja tagħga, jekk tkun ġiet preżentata, u għandha tgħaddi kull dokument u informazzjoni li ġet ottenuta li timplika li d-dettalji mogħtija fuq iċ-ċertifikat imsemmi jew il-formola imsemmija mhumiex eżatti.

Jekk l-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru li jimporta jiddeċiedu li jissospendu l-preferenzi tariffarji imsemmija fl-Artikolu 120 sakemm jistennew ir-riżultati tal-verifika, huma għandhom jagħtu r-rilaxx tal-prodotti salv kull miżura ta' prekawzjoni ikkunsidrata neċessarja.

4. L-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru jew tar-Repubblika benefiċjarja li jimportaw għandhom ikunu nfurmati bir-riżultati tal-verifika fi żmien massimu ta' sitt xhur. Dawn ir-riżultati għandhom jagħmluha possibli li jiġi determinat jekk id-dokumenti mibgħuta lura taħt il-paragrafu 3 japplikawx għall-prodotti attwalment esportati, u jekk dawn il-prodotti kienux, fil-fatt, eliġibbli għall-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 120.

Jekk f' każijiet ta' dubju raġjonevoli ma jkun hemm ebda tweġiba fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba tal-verifika jew jekk it-tweġiba ma jkunx fiha informazzjoni suffiċjenti biex tiddetermina l-awtentiċità tad-dokument in kwistjoni jew ta' l-orġini vera tal-prodotti, l-awtoritajiet li jagħmlu t-talba, għandhom jirrifjutaw, ħlief fil-każ ta' forza maġġuri jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, id-dritt għat-trattament preferenzjali.

5. Għall-iskop tal-verifika sussegwenti taċ-ċertifikati EUR. 1, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li jesporta għandhom iżommu kopji taċ-ċertifikati, kif ukoll kull dokument ta' l-esportazzjoni li jirreferi għalihom mill-inqas għal sentejn.

Sub-sezzjoni 4

Ċeuta u Melilla

Artikolu 139

1. L-espressjoni "Komunità" wżata f'din is-sezzjoni ma tkoprix lil Ċeuta u l-Melilla. L-espressjoni "prodotti li joriġinaw fil-Komunità" ma tkoprix il-prodotti li joriġinaw f'dawn iż-żoni.

2. Is-Subsezzjonijiet 1 sa 3 ta' din is-sezzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti li joriġinaw f' Ċeuta u f' Melilla, salvi l-kondizzjonijiet partikolari stabbiliti fl-Artikolu 140.

Artikolu 140

1. Il-paragrafi li ġejjin għandhom japplikaw minflok l-Artikolu 120 u r-referenzi għal dak l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan l-Artikolu.

2. Sakemm dawn ikunu ġew ittrasportati direttament skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 125, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala:

(a) prodotti li joriġinaw f' Ċeuta u Melilla:

(i) prodotti li jkunu ottenuti kompletament f'Ċeuta u f' Melilla;

(ii) prodotti ottenuti f' Ċeuta u f'Melilla, li fil-fabbrikazzjoni tagħhom ġew użati prodotti oħra barra minn dawk imsemmija f' (i), basta li l-imsemmija prodotti jkun sar fuqhom xogħol u pproċessar biżżejjed fis-sens ta' l-Artikolu 122. Din il-kondizzjoni m' għandhiex tapplika, madankollu, għal prodotti li fis-sens tas-subsezzjoni 1, joriġinaw mill-Komunità jew mir-Repubblika benefiċjarja sakemm ikun sar fuqhom, f'Ċeuta u f' Mellila, xoghol jew proċessar li jissupera x-xoghol jew l-iproċessar insuffiċjenti imsemmi fl-Artikolu 122(3);

(b) prodotti li joriġinaw mir-Repubblika benefiċjarja:

(i) prodotti ottenuti kompletament fir-Repubblika benefiċjaraja;

(ii) prodotti ottenuti fir-Repubblika benefiċjarja, li fil-fabbrikazzjoni tagħhom ikunu ġew użati prodotti oħrajn barra dawk imsemmija f' (i) sakemm il-prodotti msemmija jkun sarilhom xogħol jew ipproċessar biżżejjed fis-sens ta' l-Artikolu 122. Din il-kondizzjoni m' għandhiex tapplika, madanakollu, għal prodotti li, fis-sens tas-subsezzjoni 1, joriġinaw f'Ċeuta u f'Melilla jew fil-Komunità, sakemm ikun sar fuqhom xoghol jew ipproċessar li jissupera x-xogħol jew l-ipproċessar insuffiċjenti imsemmija fl-Artikolu 122(3);

3. Ċeuta u Melilla għandhom jitqiesu bħala territorju wieħed.

4. L-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom iniżżlu l-isem tar-Repubblika benefiċjarja kkonċernata u "Ċeuta u Meillia" fil-kaxxa 2 taċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1.

B'żieda ma' dan, fil-każ ta' prodotti li joriġinaw f' Ċeuta u f' Melilla, l-istutus ta' oriġini għandu jiġi ndikat fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat ta' moviment EUR. 1.

5. L-awtoritajiet doganali Spanjoli għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet f'Ċueta u f' Melilla.

IT-TITOLU V

VALUR DOGANALI

IL-KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 141

1. Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 28 sa 36 tal-Kodiċi u dawk ta' dan it-titolu, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 23.

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel kolonna ta' l-Anness 23 għandhom jiġu applikati fid-dawl tan-nota interpretattiva li tidher fit-tieni kolonna.

2. Jekk ikun neċessarju li ssir referenza għal prinċipji ġeneralment aċċettati ta' kontabilità biex jiġi determinat il-valur doganali, id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness 24 għandhom japplikaw.

Artikolu 142

1. Għall-iskopijiet ta' dan it-titolu:

(a) "il-ftehim" ifisser il-Ftehim dwar l-implementazzjoni ta' l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ konkluż fil-qafas tan-negozjati dwar il-kummerċ multilateralita' l 1973 sa l-1979 u msemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi;

(b) "merkanzija prodotta" tinkludu merkanzija mkabbra, ffabbrikata jew estratta;

(ċ) "merkanzija identika" tfisser merkanzija prodotta fl-istess pajjiż li hija l-istess fl-aspetti kollha, inklużi karatteristiċi fiżiċi, kwalità u reputazzjoni. Differenzi minuri fid-dehra m'għandhomx jipprekludu merkanzija li xort' oħra tikkonforma mad-definizzjoni biex titqies identika.

(d) "merkanzija simili" tfisser merkanzija prodotta fl-istess pajjiż li, għalkemm ma tkunx l-istess fl-aspetti kollha, ikollha karatteristiċi simili u materjali tal-komponenti simili li jippermettulha twettaq l-istess funzjonijiet u tkun kummerċjalment interkambjabbli; il-kwalità tal-merkanzija, ir-reputazzjoni tagħha u l-eżistenza ta' trademark huma fost il-fatturi li għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni ta' jekk il-merkanzija tkunx simili;

(e) "merkanzija ta' l-istess klassi jew tip" tfisser merkanzija li taqa' fi grupp jew firxa ta' merkanzija prodotta minn industrija partikolari jew settur ta' l-industrija, u tinkludi merkanzija identika jew simili.

2. "Merkanzija identika" u "merkanzija simili", skond il-każ, ma jinkludux merkanzija li tinkorpora jew timplika inġinerija, żvilupp, disinn artistiku, xogħol ta' disinn, u pjanti u disinji li għalihom l-ebda aġġustament ma jkun sar taħt l-Artikolu 32(1)(b) (iv) tal-Kodiċi minħabba li dawn l-elementi kienu twettqu fil-Komunità.

Artikolu 143

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 29(1)(d) u 30 (2) (ċ) tal-Kodiċi, persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati biss jekk:

(a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin;

(b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju;

(ċ) ikunu min jimpjiega u impjegat;

(d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar ta' l-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn;

(e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor;

(f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkonrollati minn terza persuna;

(g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew

(h) huma membri ta' l-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri ta' l-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:

- konjuġi,

- ġenituri u wild,

- aħwa (sew jekk ta' l-istess ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed),

- nanniet u neputijiet,

- ziju jew zija u neputi jew neputija,

- ġenituri jew ulied tar-rispett,

- aħwa tar-rispett,

2. Ghall-iskopijiet ta' dan it-titolu, persuni assoċjati fin-negozju bejniethom billi wieħed ikun l-aġent uniku, distributur uniku jew konċessjonarju uniku, bi kwalunkwe mod deskritt, ta' l-ieħor għandu jitqies li jkun relatat biss jekk jidħol fil-kriterji tal-paragrafu 1.

Artikolu 144

1. Għall-iskopijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali taħt l-Artikolu 29 tal-Kodiċi ta' merkanzija li fir-rigward tagħha il-prezz ma jkunx ġie attwalment imħallas fil-ħin materjali għal valutazzjoni għal skopijiet doganali, il-prezz li għandu jitħallas għas-saldu fil-ħin imsemmi għandu bħala regola ġenerali jitqies bħala l-bażi tal-valur doganali.

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw fil-Kumitat rigward l-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 145

Meta l-merkanzija dikjarata għal ċirkolazzjoni libera tkun parti minn kwantità akbar ta' l-istess merkanzija f' operazzjoni ta' negozju waħda, il-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 29(1) tal-Kodiċi għandu jkun il-prezz riżultanti mill-proporzjon tal-prezz totali li l-kwantità hekk dikjarata tirrpareżenta mill-kwantit_ totali mixtrija.

L-allokazzjoni tal-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas, għandha tapplika wkoll fil-każ ta' telf ta' parti tal-kunsinna jew meta l-merkanzioja li tkun qed tiġim vvalutata tkun ġarrbet ħsara qabel ma daħlet f' ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 146

Meta l-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 29(1) tal-Kodiċi jinkludi ammont għal kull taxxa nterna applikabbli fil-pajjiż ta' l-oriġini jew ta' l-esportazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-merkanzija in kwistjoni, dan l-ammont m'għandux ikun inkorporat fil- valur doganali sakemm jista' jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali kkonċernati li l-merkanzija f'dak il-każ tkun ġiet jew tkun se tiġi eżentata minnhom a benefiċċju tax-xerrej.

Artikolu 147

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 29 tal-Kodiċi, il-fatt li l-merkanzija li hija s-suġġett ta' bejgħ hija dikjarati għal ċirkolazzjoni libera għandu jitqies bħala indikazzjoni adegwata li inbiegħet għal esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Komunità. Din l-indikazzjoni għandha tapplika wkoll fil-każ ta' kull bejgħ suċċessiv qabel il-valutazzjoni; f' dan il-każ kull prezz li jirriżulta minn dan il-bejgħ jista', salvi d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 178 sa 181, jittieħed bħala l-bażi tal-valutazzjoni.

2. Madankollu, meta l-merkanzija tintuża f'pajjiż terz bejn iż-żmien tal-bejgħ u ż-żmien tad-dħul f'ċirkolazzjoni libera il-valur doganali m' għandux ikun bil-fors il-valur ta' l-operazzjoni.

3. Ix-xerrej m'għandu bżonn jissodisfa ebda kundizzjoni ħlief li kien parti minn kuntratt ta' bejgħ.

Artikolu 148

Meta, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 29(1)(b) tal-Kodiċi, jiġi stabbilit li l-bejgħ jew il-prezz tal-merkanzija mportati jkun suġġett għal kondizzjoni jew kawża, li l-valur tagħha jista' jiġi determinat f'dak li għandi x'jaqsam mal-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata, dak il-valur għandu jitqies bħala pagament indirett mix-xerrej lill-bejjiegħ u parti mill-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas sakemm il-kondizzjoni jew il-kawża ma jkollhomx x'jaqsmu ma' xi wieħed minnhom.

(a) attività li japplika għaliha l-Artikolu 29(3)(b) tal-Kodiċi; jew

(b) fattur li fir-rigward tiegħu għandha ssir żieda mal-prezz attwalment imħaollas jew li għandu jitħallas taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 32 tal-Kodiċi.

Artikolu 149

1. Għall-iskopijiet ta' lġ-Artikolu 29(3)(b) tal-Kodiċi, l-espressjoni "attivitajiet ta' marketing" tfisser l-attivitajiet kollha li għandhom x'jaqsmu mar-reklamar u l-promozzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija in kwistjoni u l-attivitajiet kollha li għandhom x' jaqsmu mal-garanziji fir-rigward tagħhom.

2. Dawn l-attivitajiet li jidħol għalihom ix-xerrej għandhom jitqiesu bħala li jkunu ttieħdu fuq l-inizjattiva tiegħu anki jekk ikunu esegwiti skond obbligu tax-xerrej wara ftehim mal-bejjiegħ.

Artikolu 150

1. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 30(2)(a) tal-Kodiċi (il-valur ta' operazzjoni ta' merkanzija identika), il-valur doganali għandu jiġi determinat b'referenza għall-valur ta' operazzjoni ta' merkanzija identika f' bejgħ bl-istess livell kummerċjali u f' sostanzjalment l-istess kwantità bħall-merkanzija li qiegħda tiġi valutata. t Meta ma jinstab ebda bejgħ ta' dan it-tip, mil-valur ta' l-operazzjoni ta' merkanzija identika mibjugħa f' livell kummerċjali differenti u/jew fi kwantitajiet differenti, aġġustat biex jieħu kont tad-differenzi attribwibbli għal livell kummerċjali u/jew kwantità, għandu jiġi wżat, sakemm dawn l-aġġustamenti jistgħu isiru a bażi tal-prova dimostrata li tistabilixxi b'mod ċar ir-raġunevolezza u l-eżattezza ta' l-aġġustament, sew jekk l-aġġustament iwassal għal żieda u sew jekk għal tnaqqis fil-valur.

2. Meta l-ispejjeż u l-piżijiet imsemmija fl-Artikolu 32(1)(e) tal-Kodiċi jkunu nklużi fil-valur ta' l-operazzjoni, l-aġġustament għandu jsir biex jittieħed kont ta' differenzi sinifikanti f' dawn il-prezzijiet u piżijiet bejn il-merkanzija portata u l-merkanzija identika in kwistjoni li jirriżultaw minn differenzi f' distanzi u modi tat-trasport.

3. Jekk, fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, jinstab aktar minn valur wieħed ta' operazzjoni ta' oġġetti identiċi, il-valur l-aktar baxx għandu jintuża biex jiddetermina l-valur doganali tal-merkanzija mportata.

4. Fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, valur ta' operazzjoni għal merkanzija prodotta minn pġersuna differenti għandu jitqies biss meta ebda valur ta' operazzjoni ma jista' jinstab taħt il-paragrafu 1 għal merkanzija identika prodotta mill-istess persuna bħall-merkanzija li qiegħda tiġi vvalutata.

5. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, il-valur ta' operazzjoni ta' merkanzija identika mportata jfisser valur doganali determinat preċedentement taħt l-Artikolu 29 tal-Kodiċi, aġġustat kif previst fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 151

1. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 30(2)(b) tal-Kodiċi (il-valur ta' operazzjoni ta' merkanzija simili), il-valur doganali għandu jiġi determinat b'referenza għall-valur ta' operazzjoni ta' merkanzija simili fl-istess livell kummerċjali u f' sostanzjalment l-istess kwantità bħall-oġġetti li jkunu qegħdin jiġu vvalutati. Meta ma jinstab l-ebda bejgħ bħal dan, il-valur ta' l-operazzjoni ta' merkanzija simili mibjugħa f'livelli kummerċjali differenti u/jew fi kwantitajiet differenti, aġġustati biex jittieħed kont tad-differenzi attribwibbli għal livell kummerċjali u/jew għall-kwantità, għandhom jintużaw, sakemm dawn l-aġġustamenti jistgħu isisru biss a bażi ta' prova li tintwera li tistabilixxi b'mod l-aktar ċar ir-raġjonevolezza u l-eżattezza ta' l-aġġustamenti sew jekk l-aġġustament iwassal għal żieda u sew għal tnaqqis fil-valur.

2. Meta l-ispejjeż u l-piżijiet imsemmija fl-Artikolu 32(1)(e) tal-Kodiċi huma nklużi fil-valur ta' l-operazzjoni, għandu jsir aġġustament biex jieħu kont ta' differtenzi sinifikanti f' dawn l-ispejjeż jew piżijiet bejn il-merkanzija importata u l-merkanzija simili in kwistjoni li jirriżulktaw minn differenzi fid-distanzi u fil-modi tat-trasport.

3. Jekk, fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, jinsab aktar minn valur wieħed ta' operazzjoni ta' merkanzija simili, il-valur l-aktar baxx għandu jintuża biex jiddetermina l-valur doganali għall-merkanzija importata.

4. Fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, valur ta' operazzjoni għal merkanzija prodotta minn persuna differenti għandu jitqies biss meta l-ebda valur ta' operazzjoni ma tista' tinsab taħt il-paragrafu 1 għal merkanzija simili prodotta mill-istess persuna għall-merkanzija li qiegħda tiġi vvalutata.

5. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, il-valur ta' operazzjoni ta' merkanzija simili importata tfisser il-valur doganali li jkun ġie determinat preċedentement skond l-Artikolu 29 tal-Kodiċi, aġġustat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 152

1. (a) Jekk il-merkanzija mportata jew merkanzija identika jew simili mportata tinbigħ fil-Komunità fl-istess kondizzjoni bħal meta importata, il-valur doganali tal-merkanzija mportata, determinat skond l-Artikolu 30(2)(ċ) tal-kodiċi, għandhom jkunibbażat fuq il-prezz ta' unità li bih il-merkanzija portata jew merkanzija identika jew simili mportata hija mibjugħa fl-akbar kwantità aggregata, fiż-żmien jew bejn wieħed u ieħor dak iż-żmien li fih il-merkanzija li qiegħda tiġi mportata tkun ivvalutata, lil persuni li mhumiex relatati mal-persuni li minn għandhom jixtru din il-merkanzija, soġġett għal tnaqqis għal dan li ġej:

(i) jew il-kommissjonijiet is-soltu mħallsa jew miftiehma li jitħallsu jew iż-żidiet is-soltu magħmula għal profitt u spejjeż ġenerali (inklużi spejjeż diretti u indiretti ta' marketing tal-merkanzija in kwistjoni) in konnessjoni mal-bejgħ fil-komunità ta' merkanzija importata ta' l-istess klassi jew tip;

(ii) l-ispejjeż tas-soltu tat-trasport u l-assigurazzjoni u l-ispejjeż assoċjati li magħmula fil-Komunità;

(iii) id-dazji ta' l-importazzjoni u piżijiet oħrajn imħallsa fil-Komunità bħala riżultat ta' l-importazzjoni jew il-bejgħ tal-merkanzija.

(b) Jekk la l-merkanzija mportata u lanqas il-merkanzija identika jew simili importati ma jkunu inbiegħu fiż-żmien jew madwar iż-żmien ta' l-importazzjoni tal-merkanzija li tkun tiġi vvalutata, il-valur doganali tal-merkanzija mportati determinat skond dan l-Artikolu, salv xort' oħra għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 (a), ikun ibbażat fuq il-prezz ta' l-unità li bih il-merkanzija mportata jew il-merkanzija identika jew simili mportata jkunu inbiegħu fil-Komunità fl-istess kondizzjoni bħal ma kienu impurtati fid-data l-aktar kmieni wara l-importazzjoni tal-merkanzija li tkun qed tiġi vvalutata imma qabel ma jiskadu 90 jum wara dik l-importazzjoni.

2. Jekk la il-merkanzija mportata u lanqas merkanzija identika jew simili mportata hija mibjugħa fil-Komunità fil-kondizzjoni kif impurtata, allura, jekk l-importatur jitlob dan il-valur doganali għandu kun ibbażat fuq il-prezz ta' l-unità li bih il-merkanzija tkun importata wara aktar ipproċessar, tkun mibjugħa fl-akbar kwantità aggregata lil persuni fil-Komunità li mhumiex relatati mal-persuni li min għandhom jixtru din il-merkanzija, meħud kont dovut għall-valur miżjud b' dan l-ipproċessar u t-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 (a).

3. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, il-prezz ta' unità li bih l-merkanzija mporatata hija mibjugħa fl-akbar kwantità aggregata huwa l-prezz li bih l-akbar numru ta' unitajiet ikunu nbigħu f' bejgħ lil persuni li ma jkunux relatati mal-persuni li minn għandhom jixtru din il-merkanzija fl-ewwel livell kummerċjali wara l-importazzjoni li fih iseħħ l-ewwel bejgħ.

4. Kull bejgħ fil-Komunità lil persuna li tforni direttament jew inderettament mingħajr ħlas, jew fi prezz ferm ridott għall-użu in konnessjoni mal-produzzjoni u l-bejgħ għal esportazzjoni tal-merkanzija mportata kwalubnkwe mill-elementi speċifikati fl-Artikolu 32(1)(b) tal-Kodiċi m'għandux jittieħed kont tagħha meta jiġi determinat il-prezz ta' unità għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu.

5. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 (b), id-"data l-aktar kmieni" għandha tkun dik id-data sa meta l-bejgħ tal-merkanzija mportata jew merkanzija identika jew simili importata tasal għal kwantità suffiċjenti biex jiġi stabbilit il-prezz ta' unità.

L-Artikolu 153

1. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 30(2)(d) tal-Kodiċi (valur ikkalkolat), l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jeħtieġu jew jisfurzaw lil xi persuna mhux residenti fil-Komunità li tippreżenta għall-kontroll, jew li tippermetti l-aċċes għal, xi fattura jew reġistru ieħor għall-iskopijiet li jiġi determinat dan il-valur. Madankollu, l-informazzjoni fornita mill-produttur tal-merkanzija għall-iskopijiet li jiġi determinat il-valur doganali skond dan l-Artikolu tista' tiġi verifikata f'pajjiż li mhuwiex Komunitarju bl-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru bi ftehim tal-produttur u sakemm dawn l-awtoritajiet jagħtu avviż kmieni biżżejjed lill-awtoritajiet tal-pajjiż in kwistjoni u dawn ta' l-aħħar ma joġġezjonawx għal din l-investigazzjoni.

2. L-ispiża jew il-valur tal-materjali u l-fabbrikazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 30(2)(d) tal-Kodiċi għandhom jinkludu l-ispejjeż ta' l-elementi speċifikati fl-Artikolu 32(1)(a) (ii) u (iii) tal-Kodiċi.

Għandhom ukoll jinkludu l-valur, distribwit kif suppost, ta' kull prodott jew servizz speċifikat fl-Artikolu 32(1)(b) tal-Kodiċi li ġie fornit direttament jew indirettament mix-xerrej għal użu in konnessjoni mal-produzzjoni tal-merkanzija mportati. Il-valur ta' l-elementi mportati speċifikat fl-Artikolu 32(1)(b) (iv) tal-Kodiċi li jkunu mwettqa fil-Komunità għandu jiġi nkluż biss sal-limitu li dawk l-elementi huwa addebitati mill-produttur.

3. Meta l-informazzjoni barra minn dik fornita minn jew f'isem il-produttur hija wżata għall-iskopijiet li jiġi determinat il-valur ikkalkolat, l-awtoritajiet doganali għandhom jinformaw lid-dikjarant, jekk dan ta' l-aħħar hekk jitlob, bil-fonti ta' dik l-informazzjoni, id-data wżata u l-kalkuli bbażati fuq dik id-data, salv l-Artikolu 15 tal-Kodiċi.

4. L-"ispejjeż ġenerali" msemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 30(2)(d) tal-Kodiċi, jkopru l-ispejjeż diretti u indiretti ta' produzzjoni u bejgħ tal-merkanzija għall-esportazzjoni li ma tkunx inkluża taħt l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 30(2)(d) tal-Kodiċi.

Artikolu 154

Meta l-kontenituri msemmija fl-Artikolu 32(1)(a) (ii) tal-Kodiċi għandhom ikunu is-suġġett ta' importazzjonijiet ripetutui, il-kost tagħhom, fuq it-talba tad-dikjarant, għandu jiġi distribwit, kif approprjat, skond il-prinċipji ġeneralment aċċettati tal-kontabilità.

Artikolu 155

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 32(1)(b) (iv) tal-Kodiċi, il-kost tar-riċerka u l-abbozzi tad-disinni preliminari m'għandhomx jiġu nklużi fil-valur doganali.

Artikolu 156

L-Artikolu 33(ċ) tal-Kodiċi għandu japplika mutatis mutandis meta l-valur doganali huwa determinat bl-applikazzjoni ta' metodu barra mill-valur ta' l-operazzjoni.

IL-KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħlasijiet tad-drittijiet u l-liċenzi

Artikolu 157

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi, ħlasijiet tad-drittijiet u l-liċenzi għandhom jinftiehmu b' mod partikolari bħala pagamaneti għall-użu tad-drittijiet li għandhom x'jaqsmu ma:

- il-fabbrikazzjoni ta' merkanzija importata (partikolarment, patenti, disinni, mudelli u tagħrif dwar kif għandha ssir il-fabbrikazzjoni), jew

- l-bejgħ għall-esportazzjoni ta' merkanzija importati (partikolarment, trademarks, disinni rreġistrati), jew

- l-użu jew bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti impurtati (partikolarment, drittijiet ta' l-awtur, proċessi tal-fabbrikazzjoni inkorporati inseparabbilment fil-merkanzija importata.).

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(5) tal-Kodiċi, meta l-valur doganali tal-merkanzija importati jiġi determinat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 29 tal-Kodiċi, ħlasijiet ta' drittijiet jew liċenzi għandhom jingħaddu mal-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas, biss, meta dan il-pagament:

- ikollu x'jaqsam mal-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata, u

- jikkostitwixxi kondizzjoni tal-bejgħ ta' dik il-merkanzija.

Artikolu 158

1. Meta l-merkanzija importata tkun biss ingredjent jew komponent tal-merkanzija ffabrikata fil-Komunità, aġġustament għall-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata għandu jsir biss meta il-ħlasijiet tad-drittijiet jew liċenzi jirrelataw għal dik il-merkanzija.

2. Meta l-merkanzija hija importati fi stat li ma jkunux armat jew li fuqha ikollu jsir biss ipproċessar minuri qabel il-bejgħ mill-ġdid, bħal meta tiġi diluwita jew ippakkjata, dan m'għandux jipprevjeni li l-ħlas ta' drittijiet jew liċenzi jiġu kkunsidrati bħala relatati għall-merkanzija mportata.

3. Jekk il-ħlasijiet tad-drittijiet jew liċenzi jirrelataw parzjalment għall-merkanzija importati u parzjalment għal ingredjenti oħra jew partijiet komponenti miżjuda mal-merkanzija wara l-importazzjoni tagħha, jew għal attivitajiet jew servizzi post-importazzjoni, distirbuzzjoni approprjata għandha ssir biss a bażi tad-data objettiva u kwantifikabli skond in-nota interpretattiva ta' l-Artikolu 32(2) tal-Kodiċi fl-Anness 23.

Artikolu 159

Hlas ta' drittijiet jew liċenza f'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt ta' l-użu ta' trademark għandu jiżdied biss mal-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata meta:

- il-ħlas tad-drittijiet jew liċenzi jirreferi għal merkanzija li tkun mibjugħa mill-ġdid fl-istess stat jew li hija soġġetta biss għal ipproċessar minuri wara l-importazzjoni,

- il-merkanzija hija mqiegħda fis-suq taħt it-trade mark, imwaħħal qabel jew wara l-importazzjoni, li għalih ikun sar il-ħlas tad-drittijiet jew liċenzi, u,

- ix-xerrej ma jkunx liberu li jottjeni din il-merkanzija minn fornituri oħrajn li ma jkunux relatati mal-bejjiegħ.

Artikolu 160

Meta x-xerrej iħallas drittijiet jew liċenzi lill terza parti, il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 157(2) m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala sodisfatti sakemm il-bejjiegħ jew persuna relatata miegħu ma jkunux jeħtieġu lix-xerrej jagħmel dak il-pagament.

Artikolu 161

Meta l-metodu ta' kalkolu ta' l-ammont ta' ħlasijiet tad-drittijiet jew liċenzi jirriżulta mill-prezz tal-merkanzija importati, jista' jkun assunt li fin-nuqqas ta' prova kuntraraja, li l-pagament ta' dak il-ħlas tad-drittijiet jew liċenza jkun relatat għall-merkanzija li għandha tiġi vvalutata.

Madankollu, meta l-ammont ta' ħlas ta' drittijiet jew liċenza huwa kkalkolat independentament mill-prezz tal-merkanzija mportati,il-pagament ta' dak il-ħlas tad-drittijiet jew liċenza jista' madankollu jkun relatat għall-merkanzija li għandha tiġi vvalutata.

Artikolu 162

Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 32(1)(ċ) tal-Kodiċi, il-pajjiż tar-residenza ta' dak li jirċievi l-pagament tal-ħlas tad-drittijiet jew liċenza m'għandux jitqies bħala konsiderazzjoni determinanti.

IL-KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-post tad-dħul fil-Komunità

Artikolu 163

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 32(1)(e) u l-Artikolu 33(a) tal-Kodiċi, il-post tad-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità għandu jkun:

(a) għal merkanzija mwassla bil-baħar, il-port fejn tinħatt, jew il-port tat-trasbord, salv li t-trasbord ikun iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali ta' dak il-port;

(b) għal merkanzija mwassla bil-baħar umbagħad, mingħajr trasbord, fuq passaġġi ta' l-ilma interni, l-ewwel port fejn il-ħatt ikun jista' jsir jew fil-bokka tax-xmara jew kanal jew aktar il-ġewwa, salv li tkun fornita prova lill-uffiċju doganali li l-prezz tan-noll sal-port tal-ħatt ikun ogħla minn dak sa l-ewwel port;

(ċ) għal merkanzija mwassla bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni, jew bit-triq, il-post fejn jinsab l-ewwel uffiċju doganali;

(d) għal merkanzija mwassla b'meżżi oħra, il-post fejn wieħed jaqsam il-fruntiera fuq l-art tat-territorju doganali tal-Komunità.

2. Il-valur doganali tal-merkanzija imdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità u wara mwassla f' destinazzjoni f'parti oħra ta' dak it-territorju mit-territorji ta' l-Awstrija, l-Isvizzera, l-Ungerija, ir-Repubbliki Ċeka u Slovakka jew il-Juguslavja kif kienet qabel l-1 ta' Jannar 1991 għandhom ikunu iddeterminati b'referenza għall-ewwel post tad-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm il-merkanzija titwassal direttament mit-territorji ta' l-Awstrija, l-Isvizzera, l-Ungerija, ir-Republiki Ċeka u Slovakka jew il-Jugoslavja kif definiti hawn fuq permezz tar-rotta tas-soltu minn dan it-territorju sal-post tad-destinazzjoni.

3. Il-valur doganali tal-merkanzija intrododtta fit-territorju doganali tal-Komunità imbgħad imwassla bil-baħar lejn destinazzjoni f'parti oħra ta' dak it-territorju għandu jiġi determinat b'referenza għall-ewwel post tad-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemmil-merkanzija titwassal direttament b' rotta tas-soltu sal post tad-destinazzjoni.

4. Il-Paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw wkoll meta l-merkanzija tkun inħattet, ġiet trasbordata jew temporanjament immoblizzata fit-territorji ta' l-awstrija, l-isvizzera,l-Ungerija, ir-Repubbliki Ċeka u Slovakka jew il-Jugożlavja fis-sens tal-paragrafu 2, għal raġunijiet li jikkonċernaw biss it-trasport tagħha.

5. Għall-merkanzija introdotta fit-territorju doganali tal-Komunità u mwassla direttament minn dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej sa parti oħra fit-territorju doganali tal-Komunità jew viċi-versa, il-post tad-dħul li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-post imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 li jinstabu f'dik il-parti tat-territorju doganali tal-Komunità li minnha ġiet il-merkanzija, jekk kienet inħattet jew ġiet trasbordata hemm u dan ġie ċertifikat mill-awtoritajiet doganali.

6. Meta l-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2, 3 u 5 ma jkunux sodisfatti, il-post tad-dħul li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-post speċifikat fil-paragrafu 1 li jkun jinsabf'dik il-parti tat-territorju doganali tal-Komunità fejn il-merkanzija hija ikkunsinnata.

IL-KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-ispejjeż tat-trasport

Artikolu 164

Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 32(1)(e) u 33 (a) tal-Kodiċi:

(a) meta l-merkanzija titwassal bl-istess metodu ta' trasport sa punt lil hinn mill-post tad-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità, l-ispejjeż tat-trasport għandhom ikunu stmati a proporzjon tad-distanza koperta barra u ġewwa t-terrirorju doganali tal-Komunità sakemm ma tiġix preżentata prova lill-awtoritajiet doganali biex turi l-ispejjeż li kienu jkunu intnefqu taħt skeda ġenerali obbligatorja ta' rati tan-noll għat-trasport tal-merkanzija għall-post ta' dħul fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b) meta l-merkanzija hija fatturata bi prezz liberu uniformi ta' domiċilju li jikkorrispondi għall-prezz fil-post tad-dħul, l-ispejjeż tat-trasport fil-Komunità m' għandhomx jitnaqqsu minn dak il-prezz. Madankollu, dak it-tnaqqis għandu jitħalla jekk tiġi ppreżentata prova lill-awtoritajiet doganali li l-prezz liberu fil-fruntiera kien ikun inqas mill-prezz liberu uniformi ta' domiċilju;

(ċ) meta t-trasport ikun b'xejn jew ipprovdut mix-xerrej, l-ispejjeż tat-trasport lejn il-post tad-dħul ikkalkulat skond l-iskeda tar-rati tan-noll normalment applikati għall-istess metodi ta' trasport, għandhom jiġu nklużi fil-valur doganali.

Artikolu 165

1. Il-piżijiet postali kollha mposti sal-post tad-destinazzjoni fir-rigward ta' merkanzija mibgħuta bil-posta għandhom jiġu nklużi fil-valur doganali ta' din il-merkanzija, ħlief għal xi piż postali supplimentari fil-pajjiż ta' l-importazzjoni.

2. L-ebda aġġustament għal valur iddikjarat m'għandu, madankollu, isir fir-rigward ta' dawn il-piżijiet fid-determinazzjoni tal-valur tal-kunsinni ta' natura non-kummerċjali.

3. Il-Paragrafi 1 u 2 mhumiex applikabli għal merkanzija ttrasportata b'servizzi postali express, magħrufa bħala EMS-Datapost (fid-Danimarka, EMS-Jetport, fil-Ġermanja, EMS-Kurierpostsendungen, fl-Italja CAI-Post).

Artikolu 166

L-ispejjeż tat-trasport bl-ajru li għandhom ikunu nklużi mal-valur doganali tal-merkanzija għandhom jiġu ddetterminati bl-applikazzjoni tar-regoli tal-perċentwali fl-Anness 25.

IL-KAPITOLU 5

Il-Valutazzjoni ta' ċerti supporti nformatiċi li jintużaw f'tagħmir ADP (l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data)

L-Artikolu 167

1. Minkejja l-Artikoli 29 sa 33 tal-Kodiċi, fid-determinazzjoni tal-valur doganali ta' supporti informatiċi importati li jkollhom data jew istruzzjonijiet għal użu fit-tagħmir għall-ipproċessar tad-data, biss il-kost jew il-valur tal-mezz ta' trasport proprju għandu jitqies. Il-valur doganali ta' supporti informatiċi importati li jkollhom data jew istruzzjonijiet m'għandhomx, għalhekk, jinkludu il-kost jew il-valur tad-data jew l-istruzzjonijiet, sakemm dan il-kost jew valur ikun distint mill-kost jew il-valur tas-support informatiku in kwistjoni.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:

(a) l-espressjoni "support informatiku" m'għandiex tinftihem li tinkludi ċirkuwiti integrati, semikondutturi u tagħmir simili jew artikoli li jinkorporaw fihom dawk iċ-ċirkwiti jew tagħmir;

(b) l-espressjoni "data jew istruzzjonijiet" m'għandiex tinftiehem li tinkludi reġistrazzjonijiet ta' ħoss, ċinematografiċi jew tal-video.

IL-KAPITOLU 6

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-rati tal-kambju

Artikolu 168

Għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 169 sa 172 ta' dan il-kapitolu:

(a) "rata rreġistrata" għandha tfisser:

- l-aħħar rata tal-kambju irreġistrata għal operazzjonijiet kummerċjali fl-aktar suq jew swieq rappreżentattivi tal-kambju fl-Istat Membru kkonċernat, jew

- xi deskrizzjoni oħra tar-rata tal-kambju hekk irreġistrata u deskritta mill-Istat Membru bħala r- "rata r-rreġistrata" sakemm tirrefletti effettivament kemm jista' jkun il-valurkurrenti tal-kambju fil-każ ta' operazzjonijiet kummerċjali;

(b) "ippublikat" għandu jfisser ġeneralment mgħarraf b'mod indikat mill-Istat Membru kkonċernat;

(ċ) "munita" għandha tfisser kull unità monetarja użata bħala mezz ta' ħlas bejn l-awtoritajiet monetarji jew fis-suq internazzjonali.

Artikolu 169

1. Meta l-fatturi wżati biex jiġi ddeterminat il-valur doganali tal-merkanzija huma espressi fil-mument li l-valur jiġi determinat f'munita differenti minn dik ta' l-Istat Membru fejn tkun qed issir il-valutazzjoni, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża biex ikun determinat il-valur fil-munita ta' l-Istat Membru kkonċernat għandha tkun ir-rata rreġistrata fit-tieni l-aħħar Erbgħa tax-xahar u ppublikata dak inhar jew fil jum ta' wara.

2. Ir-rata rreġistrata fl-Erbgħa ta' qabel ta' l-aħħar tax-xahar għandha tintuża matul ix-xahar kalendarju ta' wara sakemm ma jkunx ġie sostitwit b' rata stabbilita skond l-Artikolu 171.

3. Meta r-rata tal-kambju mhijiex irreġistrata fl-Erbgħa ta' qabel ta' l-aħħar kif indikat fil-paragrafu 1, jew, jekk irreġistrata, ma tkunx ippubblikata f'dak il-jum jew l-għada, l-aħħar rata rreġistrata għall-unita in kwistjoni ppubblikata fi żmien l-14-il jum preċedenti għandha titqies li tkun ir-rata rreġistrata f'dak l-Erbgħa.

Artikolu 170

Meta r-rata tal-kambju ma tistax tiġi stabbilita skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 169, ir-rata tal-kambju li tkun użata għall applikazzjoni ta' l-Artikolu 35 tal-Kodiċi għandha tkun indikata mill-Istat Membru kkonċernat u għandha tirrefletti effetivament kemm jista' jkun il-valur kurrenti tal-kambju f'dak il-każ f' operazzjonijiet kummerċjali fil-munita ta' l-Istat Membru.

Artikolu 171

1. Meta r-rata tal-kambju rreġistrata fl-aħħar Erbgħa tax-xahar u ppubblikata f'dak il-jum jew fil-jum ta' wara tiddiferixxi b'5 % jew aktar mir-rata stabbilita skond l-Artikolu 169 għal dħul fl-użu fix-xahar ta' wara, din għandha tissostitwixxi r-rata ta' l-aħħar mill-ewwel Erbgħa ta' dak ix-xahar bħala r-rata applikabli għal applikazzjoni ta' l-Artikolu 35 tal-Kodiċi.

2. Meta matul perjodu ta' applikazzjoni kif imsemmi fid-dispożizzjonijiet preċedenti, rata ta' kambju irreġistrata nħar ta' Erbgħa u ppubblikata f'dak il-jum jew fil-jum ta' wara tiddifferixxi b'5 % jew aktar mir-rata li tkun użata skond dan il-Kapitolu, din għandha tissostitwixxi dik ta' l-aħħar u tidħol fis-seħħ fl-Erbgħa ta' wara bħala r-rata li għandha tkun wżata għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 35 tal-Kodiċi. Ir-rata ta' sostituzzjoni għandha tibqa' fis-seħħ għall-bqija tax-xahar kurrenti, sakemm din ir-rata ma tiġix sostitwita minħabba l-operat tad-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu.

3. Meta, fi Stat Membru, ir-rata tal-kambju ma tkunx irreġistrata nhar ta' Erbgħa jew, jekk irreġistrata, ma tkunx ippublikata f'dak il-jum jew fil-jum ta' wara, ir-rata rreġistrata għandha, għall-applikazzjoni f'dak l-Istat Membru tal-paragrafi 1 u 2, tkun ir-rata l-aktar riċenti rreġistrata u ppublikata qabel dak il-jum tal-Erbgħa.

Artikolu 172

Meta l-awtoritajiet doganali ta' xi Stat Membru jawtorizzaw xi dikjarant li jfornixxi jew jissuplixxi f' data aktar tard ċerti dettalji li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija fil-forma ta' dikjarazzjoni perjodika, din l-awtorizzazzjoni tista' fuq talba tad-dikjarant, tipprovdi li rata singola tintuża għal konverżjoni fil-munita ta' Stat Membru ta' l-elementi li jiffurmaw parti mill-valur doganali kif espress f'munita partikolari. F'dan il-każ, ir-rata li għandha tiġi wżata għandha tkun ir-rata, stabbilita skond dan il-Kapitolu, li hija applikabli fl-ewwel jum tal-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni in kwistjoni.

KAPITOLU 7

Proċeduri simplifikati għal ċerta merkanzija li tmur

Artikolu 173

1. Għall-iskop li jiġi ddeterminat il-valur doganali tal-prodotti msemmija fl-Anness 26, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi għal kull intestatura ta' klassifika unità ta' valur għal kull 100 kg netta espress fil-muniti ta' l-Istati Membri.

Il-valuri ta' l-unità għandhom japplikaw għal perijodi ta' 14-i ljum, kull perjodu jibda f'jum il-Ġimgħa.

2. L-unitajiet tal-valuri għandhom jiġu stabbiliti a bażi ta' l-elementi li ġejjin, li għandhom jiġu forniti lil-Kummissjoni mill-Istati Membri, fir-rigward ta' kull intestatura ta' klassifika:

(a) Il-prezz ta' unità medju libera fil-fruntiera, mhux mgħoddi mid-dwana, espress fil-munita ta' l-Istat Membru in kwistjoni għal kull 100 kg netta u kkalkulat a bażi tal-prezzijiet għal merkanzija bla ħsara fiċ-ċentri tas-suq imsemmija fl-Anness 27 ma tul il-perijodu ta' referenza, imsemmi fl-Artikolu 174(1);

(b) il-kwantitajiet li jidħlu f'ċirkolazzjoni libera tul il-perijodu ta' sena kalendarja bil-pagament tad-dazji tal-importazzjoni.

3. Il-medja tal-unità tal-prezz liberu-fil-fruntiera, mhux mgħoddi mid-dwana, għandha tiġi kkalkolata a bażi tad-dħul gross tal-bejgħ magħmul bejn importaturi u bejjiegħa bl-ingrossa. Madankollu, fil-każ taċ-ċentri tas-suq ta' Londra, Milan u Rungis id-dħul gross għandu jkun dak irreġistrat fil-livell kummerċjali li fih dik il-merkanzija hija mibjugħa l-iktar komunement f' dawk iċ-ċentri.

Għandu jsir tnaqqis mill-figuri hekk maħduma ta':

- marġini tat-tqegħid fis-suq ta' 15 % għall-pjazez ta' Londra, Milan u Rungis u ta' 8 % għall-pjazez l-oħrajn,

- l-ispejjeż tat-trasport u assigurazzjoni fit-territorju doganali,

- ammont standard ta' 5 ECU li jirrappreżenta l-ispejjeż l-oħrajn kollha li m' għandhomx jiġu nklużi fil-valur doganali.

Dan l-ammont għandu jiġi kkonvertit fil-muniti ta' l-Istati Membri a bażi tar-rati l-aktar riċenti fis-seħħ stabbiliti skond l-Artikolu 18 tal-Kodiċi,

- dazji ta' l-importazzjoni u piżijiet oħra li m' għandhomx jiġu nklużi fil-valur doganali.

4. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammonti standard għal tnaqqis fir-rigward ta' spejjeż ta' trasport u assigurazzjoni skond il-paragrafu 3. Dawn l-ammonti standard u l-metodi għal kalkolu tagħhom għandhom jiġu mgħarrfa immedjetament lill-Kummissjoni.

Artikolu 174

1. Il-perijodu ta' referenza għall-kalkolu tal-medja tal-prezzijiet ta' unità imsemmija fl-Artikolu 173(2)(a) għandu jkun il-perijodu ta' 14 il-jum li jispiċċa nhar il-Ħamis li jippreċedi l-ġimgħa li tulha valuri ġodda ta' unità għandhom jiġu stabbiliti.

2. Prezzijiet medji ta' unità għandhom jiġu notifikati mill-Istati Membri sa mhux aktar tard minn nofs in-nhar tat-Tnejn tal-gimgħa li ma tulha il-valuri ta' l-unità huma stabbiliti skond l-Artikolu 173. Jekk dak il-jum ma jkunx jum utli, għandha ssir notifika fil-jum utli imkmedjatament qabel dak il-jum.

3. Il-kwantitajiet imdaħħla f'ċirkolazzjoni libera matul sena kalendarja għall kull intestatura ta' klassifika għandhom jiġu notifikatin lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kollha qabel il-15 ta' Ġunju fis-sena ta' wara.

Artikolu 175

1. Il-valuri ta' l-unità imsemmija fl-Artikolu 173(1) għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f' nhar ta' Tlieta alternattivi a bażi tal-medja peżata tal-prezzijiet medji ta' unitâ imsemmija fl-Artikolu 173(2)(a) fir-rigward tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 173(2)(b).

2. Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-medja peżata, kull prezz medju ta' unità kif imsemmi fl-Artikolu 173(2)(a) għandu jiġi konvertit f' ecu a bażi ta' l-aħħar rati ta' konverżjoni determinati mill-Kummissjoni u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel il-gimgħa li ma tulha il-valuri ta' unità għandhom jiġu stabbiliti. L-istess rati ta' konverżjoni għandhom jiġu applikati fil-konverżjoni tal-valuri ta' unità hekk riżultati lura għall-muniti ta' l-Istai Membri.

3. L-aħħar valuri ta' l-unità ippublikati għandhom jibqgħu applikabli sakemm jiġu ppubblikati valuri ġodda. Madankollu, f'każ ta' oxxillazzjonijiet kbar fil-prezz fi Stat Membri wieħed jew iktar, bħala riżultat, per eżempju, ta' interruzjoni fil-kontinwazzjoni ta' l-importazzjonijiet ta' prodott partikolari, valuri ġodda ta' unità jistgġu jiġu determinati a bażi tal-prezzijiet attwali fil-ħin ta' l-iffissar ta' dawk il-valuri.

Artikolu 176

1. Kunsinni li fil-mument determinanti għal valutazzjoni għal skopijiet doganali ma jkunx fihom inqas minn 5 % tal-prodott mhux tajjeb għal konusm uman f' dak l-istat jew li l-valur tiegħu ikun ġie deprezzat b' mhux anqas minn 20 % fir-rigward ta' prezzijiet medji tas-suq għal prodott tajjeb, għandhom jiġu trattati bħala danneġġjati.

2. Kunsinni li huma danneġġati jistgħu jiġu vvalutati:

- jew, wara li jkunu magħżula, bl-applikazzjoni tal-valuri ta' unità għall-parti t-tajba, waqt li l-parti danneġġjata tinqered taħt sorveljanza doganali., jew

- bl-applikazzjoni ta' valuri ta' unità stabbiliti għall-prodott tajjeb wara t-tnaqqis mill-piż tal-kunsinna ta' perċentwali ugwali għall-perċentwali stmata bħala danneġġjata minn espert li jaħlef dan u aċċettati mill-awtoritajiet doganali, jew

- bl-applikazzjoni ta' valuri ta' unità stabbiliti għall-prodott tajjeb imnaqqsa bil-perċentwali stmata bħala danneġġjata minn espert li jaħlef dan u aċċettati mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 177

1. Il-persuna li tiddikjara jew tara li jiġi dikjarat il-valur doganali ta' prodott wieħed jew iktar li timporta b' referenza għall-valuri ta' unità stabbiliti skond dan il-Kapitolu, taderixxi għas-sistema ta' proċedura simplifikata għas-sena kalendarja kurrenti, f' dak li għandu x' jaqsam mal-prdott jew prodott in kwistjoni.

2. Jekk sussegwement, il-persuna kkonċernata teħtieġ l-użu ta' metodu ieħor barra minn proċeduri simplifikati għall-valutazzjoni doganali ta' prodott wieħed jew aktar li hu jimporta, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru kkonċernat għandhom ikunu ntitolati jinnotifikawh li ma jitħalliex jibbenefika mill-proċeduri simplifikati għall-kumplament tas-sena kalendarja kurrenti fir-rigward tal-prodott jew prodotti kkonċernati; din l-esklużjoni tista' tiġi estiża għas-sena kalendarja ta' wara din l-esklużjoni notifikata għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, li għandha minn naħ tagħha tinforma immedjatament b' dan lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra.

IL-KAPITOLU 8

Dikjarazzjonijiet ta' dettalji u dokumenti li għandhom ikunu forniti

Artikolu 178

1. Meta jkun neċessarju li jiġi stabbilit il-valur doganali għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 28 sa 36 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta' dettalji li għandhom x'jaqsmu mal-valur doganali (dikjarazzjoni ta' valur) għandha tkun ma' l-iskrizzjoni doganali magħmula fir-rigward tal-merkanzija importata. Id-dikjarazzjoni tal-valur għandha tinkiteb fuq formula D.V. 1 li tikkorrispondi mal-mudell fl-Anness 28, issuplementata met approprjat b'formula waħda jew iktar D.V. 1 bis li jikkorrispondu għall-mudell fl-Anness 29.

2. Għandha tkun ħtieġa partikolari li d-dikjarazzjoni tal-valur kif preskritta fil-paragrafu 1 għandha ssir biss minn persuna li għandha r-residenza tagħha jew il-post tan-negozju fit-territorju doganali tal-Komunità u li hi fil-pussess tal-fatti rilevanti.

3. L-awtoritajiet doganali jistgħu iwarrbu l-ħtieġa tad-dikjarazzjoni fuq il-formola msemmija fil-paragrafu 1 meta l-valur doganali tal-merkanzija in kwistjoni ma jistax jiġi determinat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 29 tal-Kodiċi. F'każijiet bħal dawn il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 għandha tforni jew iġġiegħel li tkun fornita lill-awtoritajiet doganali dik l-informazzjoni li tista' tkun mitluba għall-iskopijiet li jiġi determinat il-valur doganali skond Artikolu ieħor tal-Kodiċi msemmija; u informazzjoni oħra ta' dan it-tip għandha tkun fornita b'tali mod u manjiera skond kif jista' jkun preskritt mill-awtoritajiet doganali.

4. Il-preżentazzjoni lill-uffiċju doganali tad-dikjarazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 għandha, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli ta' dispożizzjonijiet penali, tkun ekwivalenti għal impenn ta' responsabbiltà mill-persuna msemmija fil-paragrafu 2 f' dak li għandu x'jaqsam ma':

- l-eżattezza u l-kompletezza tad-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni,

- l-awtentiċita tad-dokument ipproduċuti bħala sostenn ta' dawn il-partikolaritajiet, u

- il-fornitura ta' kull informazzjoni addizjonali jew dokument neċessarju biex jiġi stabbilit il-valur doganali tal-merkanzija.

5. Dan l-Artikolu m'għandux japplika fir-rigward ta' merkanzija l-valur doganali tagħha jiġi determinat skond is-sistema ta' proċedura simplifikata stabbilita skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 173 sa 177.

Artikolu 179

1. Ħlief meta huwa essenzjali għall-applikazzjoni korretta ta' dazji ta' l-importazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jirrinunzjaw għall-ħtieġa tad-dikjarazzjoni kollha jew parti minnha prevista fl-Artikolu 178(1):

(a) meta l-valur doganali tal-merkanzija importati f'kunsinna ma jeċċedix 5000 ECU, sakemm ma jkunux kunsinni maqsuma jew multipli mill-istess kunsinnatur għall-istess destinatarju; jew

(b) meta l-importazzjonijiet nvolutu jkunu ta' natura non-kommerċjali; jew

(ċ) meta s-sottomissjoni tad-dettalji in kwistjoni ma tkunx neċessarja għall-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali8 tal-Komunitajiet ewropei jew meta d-dazji doganali previsti fit-Tariffa ma jkunux eżiġibbli skond xi regolament doganali speċifiku.

2. L-ammont f' ECU imsemmi fil-paragrafu 1 (a) għandu jiġi konvertiti skond l-Artikolu 18 tal-Kodiċi. L-awtoritajiet doganali jistgħu jarrotondaw 'il fuq jew 'l isfel is-somma li tirriżulta wara l-konverżjoni.

L-awtoritajiet doganali jistgħu iħallu mhux emendat il-valur tal-kambju fil-munita nazzjonali ta' l-ammont iddeterminat f'ECU jekk, fiż-żmien ta' aġġustament annwali previst fl-Artikolu 18 tal-Kodiċi, il-konverżjoni ta' dan l-ammont, qabel l-arrotondament previst f'dan il-paragrafu, twassal għal alterazzjoni ta' inqas minn 5 % fil-valur tal-kambju espress f' munita nazzjonali jew għal tnaqqis fil-valur tiegħu.

3. Fil-każ li jkompli n-negozju fil-merkanzija fornita mill--istess bejjiegħ lill-istess xerrej taħt l-istess kondizzjonijiet kummerċjali, l-awtoritajiet doganali jistgħu iwarrbu il-ħtieġa li d-dettalji kollha taħt l-Artikolu 178(1) jiġu forniti b'sostenn għal kull dikjarazzjoni doganali, imma għandhom jeħtieġuhom kull meta ċ-ċirkostanzi jinbidlu u mill-anqas darba kull tlett snin.

4. Ir-rinunzja taħt dan l-Artikolu tista' tiġi rtirata u s-sottomissjoni ta' D.V.1 tista' tkun meħtieġa meta jinstab li kondizzjoni neċessarja għal din ir-rinunzja ma kienitx jew m'għadhiex tiġi sodisfatta.

Artikolu 180

Meta jintużaw sistemi kompjuteriżżati, jew meta l-merkanzija kkonċernata hija s-suġġett ta' dikjarazzjoni ġenerali, perjodika jew rikapitulattiva, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw varjazzjonijiet fil-forma ta' preżentazzjoni ta' data meħtieġa għad-determinazzjoni tal-valur doganali.

Artikolu 181

1. Il-persuna msemmija fl-Artikolu 178(2) għandha tforni lill-awtoritajiet doganali b'kopja tal-fattura li a bażi tagħha l-valur tal-merkanzija importati jkun ġie iddikjarat. Meta l-valur doganali jkun iddikjarat bil-kitba din il-kopja għandha tinżamm mill-awtoritajiet doganali.

2. Fil-każ ta' dikjarazzjonijiet bil-miktub tal-valur doganali, meta l-fattura għall-merkanzija mpurtata tkun magħmula f' isem persuna stabbilita fi Stat Membru barra minn dak li fih il-valur doganali jkun iddikkjarat, id-dikjarant għandu jforni l-awtoritajiet doganali b' żewġ kopji tal-fattura. Waħda minn dawn il-kopji għandha tinżamm mill-awtoritajiet doganali; l-oħra, li jkun hemm fuqha it-timbru ta' l-uffiċju in kwistjponi u n-numru konsekuttiv tad-dikjarazzjoni fl-imsemmi uffiċju doganali għandha tintbgħat lura lid-dikjarant biex jgħaddiha lil persuna li f' isimha tkun ħarġet il-fattura.

3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għal każijiet meta l-persuna li lilha tkun inħareġ il-fattura hija stabbilita fl-Istat Membru li fih il-valur doganali huwa iddikjarat.

IT-TITOLU VI

DĦUL TA' MERKANZIJA FIT-TERRITORJU DOGANALI

IL-KAPITOLU 1

Eżami tal-merkanzija u kampjuni meħuda mill-persuna kkonċernata

Artikolu 182

1. L-eżami tal-merkanzija imsemmi fl-Artikolu 42 tal-kodiċi jiġi konċess fuq talba verbali lil-persuna abilitata biex tagħti lill-merkanzija destinazzjoni doganali, sakemm l-awtoritajiet doganali f' dawk iċ-ċirkostanzi, ma jqisux li hija neċessarja talba bil-miktub.

It-teħid ta' kampjuni jista jkun awtoriżżat biss fuq talba bil-miktub tal-persuna kkonċernata.

2. Talba bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun iffermata mill-persuna kkonċernata u ppreżentata lill-awtoritajiet doganali relevanti. Għandha tinkludi id-dettalji li ġejjin:

- isem u ndirizz tal-applikant,

- il-post fejn tkun tinsab il-merkanzija,

- in-numru tad-dikjarazzjoni fil-qosor, fil-każ li ġiet diġà preżentata, ħlief meta l-uffiċju doganali jintrabat li jgħamel iskrizzjoni ta' din l-informazzjoni jew indikazzjoni tal-proċedura doganali preċedenti, jew tad-dettalji għall-identifikazzjoni tal-mezz ta' trasport li fuqhom tkun qiegħda l-merkanzija,

- id-dettalji l-oħra neċessarji għall-identifikazzjoni tal-merkanzija.

L-awtoritajiet doganali għandhom jindikaw l-awtorizzazzjoni tagħhom fuq talba ppreżentata mill-persuna kkonċernata. Meta t-talba tkun biex jittieħdu kampjuni, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jindikaw il-kwantità ta' merkanzija li għandha tittieħed.

3. Il-merkanzija għandha tiġi eżaminata u l-kampjuni jittieħdu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali, li għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'kull każ partikolari.

Il-persuna kkonċernata għandha terfa' r-riskju u l-ispejjeż ta' l-ispakkjar, ta' l-użin, ta' l-ippakkjar mill-ġdid u kull operazzjoni oħra li tinvolvi l-merkanzija. Għandha wkoll tħallas kull spiża in konnessjoni ma' l-analiżi.

4. Il-kampjuni meħudha għandhom ikunu is-suġġett ta' formalitajiet bl-iskop li jingħataw trattament jew użu approvati mid-dwana. Meta bħala riżultat ta' l-eżami il-kiampjuni jinqerdu jew jintilfu għal kollox, b' hekk ma jinħoloq ebda dejn. L-Artikolu 182(5) tal-Kodiċi għandu japplika għal rimi u skart.

IL-KAPITOLU 2

Dikjarazzjoni sommarja

Artikolu 183

1. Id-dikjarazzjoni sommarja għandha tkun iffermata mill-persuna li tagħmilha.

2. Id-dikjarazzjoni sommarja għandha tiġi kontro-firmata mill-awtoritajiet doganali u tinżamm minnhom għall-iskop tal-verifika dwar jekk il-merkanzija li tirrelata għaliha hijiex assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 49 tal-Kodiċi.

3. Id-Dikjarazzjoni sommarja għal merkanzija li ġiet spustjata taħt proċedura ta' transitu qabel ma ġiet ippreżentata lid-dwana għandha tieħu l-forma tal-kopja tad-dokument ta'; transitu intiż għall-uffiċju doganali tad-destinazzjoni.

4. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li ssir id-dikjarazzjoni fil-qosor f' forma kompjuteriżżata. F'dak il-każ, ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adattati kif xieraq.

Artikolu 184

1. Merkanzija koperta b'dikjarazzjoni fil-qosor li ma tkunx inħattet mill-mezz ta' trasport li jkun ġarrha għandha tiġi ppreżentata mill-ġdid intatta mill-persuna msemmija fl-Artikolu 183(1) kull meta l-awtoritajiet doganali jeħtieġu hekk, sa dak iż-żmien li fih il-merkanzija in kwistjoni tiġi assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana.

2. Kull persuna li żżomm il-merkanzija wara li tkun inħattet sabiex tispustjha jew taħżinha għandha tkun responsabbli għal konformità ma' l-obbligu li tippreżenta mill-ġdid il-merkanzija kollha intatta fuq talba ta' l-awtoritajiet doganali.

IL-KAPITOLU 3

Magazzinaġġ temporanju

Artikolu 185

1. Meta l-postijiet imsemmija fl-Artikolu 51(1) tal-Kodiċi jkunu ġew approvati fuq bażi permanenti għat-tqegħid tal-merkanzija f' magażżinaġġ temporanju, dawk il-postijiet għandhom jissejħu "faċilitajiet ta' magażinaġġ temporanju".

2. Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni tar-regoli doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu, meta ma jkunux huma stess li jmexxu il-faċilità ta' magażinaġġ temporanju, jenħtieġu li:

(a) faċilitajiet ta' magażinaġġ temporanju ikunu doppjament imsakkra, u waħda miċ-ċwievet tinżamm mill-awtoritajiet doganali msemmija;

(b) il-persuna li topera il-faċilità ta' magażżinaġġ temporanju iżżomm reġistri tal-ħażna li jippermettu li l-ispustjartal-merkanzija jiġi ntraċċat.

Artikolu 186

Il-merkanzija għandha titqiegħed f' faċilità ta' magażżinaġġ temporanju a bażi ta' dikjarazzjoni fil-qosor. Madankollu l-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni speċifika fuq formola li tikkorrispondi għall-mudell li jkunu ddeterminaw.

Artikolu 187

Mingħajr preġudiżzju għall-Artikolu 56 tal-Kodiċi jew għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-bejgħ tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali, il-persuna li tkun għamlet id-dikjarazzjoni fil-qosor jew, meta din id-dikjarazzjoni ma tkunx għadha ġiet ippreżentata, il-persuni msemmija fl-Artikolu 44(2) tal-Kodiċi, għandhom ikunu responsabbli biex iġibu fis-seħħ il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet dofganali skond l-Artikolu 53(1) tal-Kodiċi u għall-ispejjeż ta' dawn il-miżuri.

Artikolu 188

Meta l-awtoritajiet doganali jbiegħu il-merkanzija skond l-Artikolu 53 tal-Kodiċi, dan għandu jsir skond ir-regoli fis-seħħ fl-Istati Membri.

IL-KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-merkanzija kkunsinnata bil-baħar jew bl-ajru

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 189

Meta l-merkanzija tinġjieb fit-territorju doganali tal-Komunità minn pajjiż terz bil-baħar jew bl-ajru u hija kkunsinnata b' dokument singolu tat-trasport bl-istess metodu tat-trasport, mingħajr trasbord, lil xi port jew ajruport ieħor fil-Komunità, din għandha tiġi ppreżentata lid-dwana, fis-sens ta' l-Artikolu 40 tal-kodiċi, biss fil-port jew l-ajruport fejn hija tinħatt jew tiġi trasbordata.

Sezzjoni 2

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal bagalji fil-kabina jew bagalji fl-istiva tal-vjaġġaturi

Artikolu 190

Għall-iskopijiet ta' din is-sezzjoni:

(a) Ajruport tal-Komunità jfisser kull ajruport li jinsab fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b) ajruport internazzjonali tal-Komunità jfisser kull ajruport tal-Komunità li, wara li jkun ġie hekk awtoriżżat mill-awtoritajiet kompetenti, jkun approvat għal traffiku bl-ajru ma' pajjiżi terzi;

(ċ) titjira intra-Komunitarja tfisser il-moviment ta' inġenju ta' l-ajru bejn żewġ ajruporti tal-Komunità, mingħajr inżul, li ma tibdiex minn jew ma tispiċċax f'ajruport li mhumiex tal-Komunità;

(d) Port tal-Komunità ifisser kull port li jinsab fit-territorju doganali tal-Komunità;

(e) vjaġġ intra-Komunitarju bil-baħar jfisser il-moviment bejn żewġ portijiet tal-Komunità mingħajr waqfien intermedjarju, ta' bastiment li jbaħħar regolarment bejn żewġ portijiet jew iktar speċifikati tal-Komunità;

(f) dgħajjes għall-passatemp ifissru dgħajjes privati ntiżi għal vjaġġi li l-itenerarju tagħhom jiddependi mix-xewqat ta' l-utent;

(f) inġenji ta' l-ajru għat-turisti jew għan-negozju jfissru inġenji ta' l-ajru privati ntiżi għal vjaġġi li l-itenerarju tagħhom jiddependi mix-xewqat ta' l-utent;

(h) bagalji jfissru l-merkanzija kollha ttrasportata, bi kwalunkwe mezz, mill-persuna tul dan il-vjaġġ.

Artikolu 191

Għall-iskopijiet ta' din is-sezzjoni, fil-każ ta' vjaġġi bl-ajru, bagalji għandhom jitqiesu bħala:

- bagalji ta' l-istiva jekk ikunu ġew ikkontrollati fl-ajruport tat-tluq u mhumiex aċċessibbli għall-persuna tul it-titjira u lanqas, meta rilevasnti, waqt waqfiet imsemmija fl-Artikoli 192(1) u (2) u 194 (1) u (2) ta' dan il-kapitolu,

- bagalji fil-kabina jekk il-persuna teħodhom magħha fil-kabina ta' l-inġenju l-ajruplan.

Artikolu 192

Kull kontrolli u kull formalità applikabli għal:

1. bagalji fil-kabina jew fl-istiva ta' persuni li jkollhom titjira f' inġenju ta' l-ajru li jiġi minn ajruport li ma jkunx fil-Komunità u li, wara waqfa f'ajruport tal-Komunità, ikompli sejjer lejn ajruport iehor tal-Komunità, għandu jitwettaq f' dan l-aħħar ajruport sakemm huwa ajruport Komunitarju internazzjonali; f'dan il-każ, il-bagalji għandhom ikunu soġġetti għar-regoli applikabli għall-bagalji ta' persuni ġejjin minn pajjiżi terzi meta l-persuna li ġġorr dawkn il-bagalji ma tkunx tista' tipprova l-istatus Komunitarju tal-merkanzija kontenuta fihom għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti;

2. il-bagalji fil-kabina jew fl-istiva ta' persuni fuq titjira f' inġenju ta' l-ajru li jieqaf f'ajruport fil-Komunità qabel ma jkompli lejn ajruport li mhux tal-Komunità, għandu jsir fl-ajruport tat-tluq sakemm dan ikun ajruport Komunitarju internazzjonali; f'dan il-każ, il-bagalji tal-kabina jistgħu ikunu soġġetti għal kontroll fl-ajruport Komunitarju fejn l-ajruplan jieqaf, sabiex jiġi aċċertat li l-merkanzija fihom tikkonforma mal-kondizzjonijiet għal moviment ħieles fil-Komunità;

3. Il-bagalji ta' persuni li jagħmlu użu minn servizz marittimu ipprovdut mill-istess bastiment u li jinvolvi vjaġġi suċċessivi ta' tluq minn, li jiefqu fi jew jispiċċaw f' port non-Komunitarju għandu jitwettaq fil-port li fih il-bagalji in kwistjoni jitgħabbew jew jinħattu skond ma jkun il-każ.

Artikolu 193

Kull kontroll u kull formalità applikabbli għal bagalji ta' persuni abbord:

1. dgħajjes ta' passatemt, għandu jitwettaq f'kull port tal-Komunità, independentament mill-oriġini jew id-destinazzjoni ta' dawn id-dgħajjes;

2. ajruplani tat-turisti jew tan-negozju, għandu jitwettaq:

- fl-ewwel ajruport tal-wasla li jkun arjuport Komunitarju internazzjonali, għal titjiriet li jkunu ġejjin minn ajruporti li ma jkunux fil-Komunità, meta l-inġenju ta' l-ajru, wara waqfa, jibqa' sejjer lejn ajruport ieħor tal-Komunità,

- fl-aħħar ajruport internazzjonali tal-Komunità, għal titjiriet ġejjin minn ajruport tal-Komunità meta l-inġenju ta' l-ajru, wara waqfa, ikompli sejjer lejn ajruport mhux fil-Komunità.

Artikolu 194

1. Meta l-bagalji jaslu f'ajruport tal-Komunità abbord inġenju ta' l-ajru li jkun ġej minn ajruport mhux fil-Komunità jkunu trasferiti f'dak l-ajruport tal-Komunità, lejn ajruplan li jibqa' sejjer fuq titjira intra-Komunitarja:

- kull kontroll u kull formalità applikabbli għal bagalji fl-istiva għandhom jitwettqu fl-ajruport tal-wasla tat-titjira intra-Komunitarja sakemm l-ajruport ta' l-aħħar huwa ajruport Komunitarju internazzjonali,

- il-kontrolli kollha fuq bagalji li jiżammu fil-kabina għandhom jitwettqu fl-ewwel arjuport Komunitarju internazzjonali; kontrolli addizzjonali jistgħu jitwettqu fl-ajruport tal-wasla tat-titjira intra-Komunitarja, biss f'każijiet eċċezjonali meta jkun neċessarju wara kontrolli fuq il-bagalji fl-istiva,

- konrolli fuq il-bagalji fl-istiva jistgħu jitwettqu fl-ewwel ajruport tal-Komunità biss f'każijiet eċċezzjonali meta ikun neċessarju wara kontrolli fuq il-bagalji li jkunu fil-kabina.

2. Meta l-bagalji jitgħabbew f'ajruport tal-Komunità fuq inġenju ta' l-ajru li jkun sejjer fuq titjira intra-Komunitarja għal trasferiment f' ajruport ieħor tal-Komunità, għal inġenju ta' l-ajru li d-destinazzjoni tiegħu hija ajruport non-Komunitarju:

- kull kontroll u kull formalità applikabbli għal bagalji li jkunu fl-istiva għandu jitwettaq fl-ajruport tat-tluq tat-titjira intra-Komunitarja, sakemm dak l-ajruport ikun ajruport Komunitarju internazzjonali,

- il-kontrolli kollha fuq bagalji li jiżammu fil-kabina għandhom jitwettqu fl-aħħar arjuport Komunitarju internazzjonali; kontrolli minn qabel fuq dawn il-bagalji jistgħu jitwettqu fl-ajruport tat-tluq ta' titjira intra-Komunitarja, biss f'każijiet eċċezjonali meta jkun neċessarju minħabba kontrolli fuq il-bagalji fl-istiva,

- konrolli addizzjonali fuq il-bagalji fl-istiva jistgħu jitwettqu fl-aħħar ajruport tal-Komunità biss f'każijiet eċċezzjonali meta jkun neċessarju minħabba kontrolli fuq il-bagalji li jkunu fil-kabina

3. Kull kontroll u kull formalità applikabbli għal bagalji li jaslu f'ajruport tal-Komunità abbord titjita li ssir fuq skeda jew li tkun charter minn ajruport li ma jkunx fil-Komunità u ittrasferiti, f'dak l-ajruport tal-Komunità, lejn inġenju ta' l-ajru turistiku jew tan-negozju li jkun sejjer fuq titjira intra-Komunitarja għandhom jitwettqu fl-ajruport tal-wasla tat-titjira bi skeda jew charter.

4. Kull kontroll jew kull formalità applikabbli għal bagalji li jkunu mgħobbija f'ajruport tal-Komunità fuq ajruplan turistiku jew tan-negozju li jkun sejjer fuq titjira intra-Komunitarja għal trasferiment, f' ajruport ieħor tal-Komunità, għal titjira bi skeda jew charter li d-destinazzjoni tagħha tkun ajruport mhux-Komunitarju, għandhom jittwettqu fl-ajruport tat-tluq tat-titjira bi skeda jew charter.

5. L-Istati Membri jistgħu iwettqu il-kontrolli f'ajruport internazzjonali tal-Komunità meta t-trasferiment tal-bagalji fl-istiva iseħħ fuq il-bagalji:

- ġejjin minn ajruport li mhux fil-Komunità u ttrasferiti f'ajruport Komunitarju internazzjonali għal inġenju ta' l-ajru li jkun sejjer lejn ajruport internazzjonali fl-istess terrirorju nazzjonali,

- ikunu ġew mgħobbija fuq inġenju ta' l-ajru f' ajruport internazzjonali għal trasferiment lejn ajruport internazzjonali ieħor fl-istess territorju nazzjonali għal fuq inġenju ta' l-ajru li jkun sejjer lejn ajruport li mhuweix fil-Komunità.

Artikolu 195

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jassiguraw li:

- mal-wasla, il-persuni ma jistgħux jittrasferixxu merkanzija qabel ma jitwettqu kontrolli fuq il-bagalji fil-kabina mhux koperti bl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91 [10],

- mat-tluq, il-persuni ma jkunux jistgħu jitrasferixxu l-merkanzija wara li jkunu twettqu kontrolli fuq il-bagalji fil-kabina mhux koperti bl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91,

- mal-wasla, l-arranġamenti approprjati jkunu saru biex jipprevjenu kul trasferiment ta' merkanzija qabel ma jkunu twettqu kontrolli fuq il-bagalji li kienu fl-istiva mhux kopertibl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3925/91.

- mat-tluq, l-arranġamenti approprjati jkunu saru biex ma jitħalliex trasferiment ta' merkanzija wara li jkunu twettqu kontrolli fuq bagalji fl-istiva mhux koperti bl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91

Artikolu 196

Bagalji fl-istiva rreġistrati f' ajruport Komunitarju għandhom jiġu identifikati b' tikketta mwaħħla fl-ajruport ikkonċernat. Kampjun tat-tikketta u l-karatteristiċi tekniċi jintwerew fl-Anness 30.

Artikolu 197

Kull Stat Membru għandu jforni lill-Komunità b'lista ta' ajruporti li jikkorrispondu għad-definizzjoni ta' "ajruport Komunitarju internazzjonali" kif mogħtija fl-Artikolu 190(b). Il-Kummissjoni għandha tippublika din il-lista fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, Serje C.

IT-TITOLU VII

DIKJARAZZJONIJIET DOGANALI - PROĊEDURA NORMALI

IL-KAPITOLU 1

Dikjarazzjonijiet doganali bil-miktub

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 198

1. Meta dikjarazzjoni doganali tkopri żewġ artikoli jew iktar, id-dettalji li jirrigwardaw kull artikolu għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu dikjarazzjoni separata.

2. Il-Partijiet komponenti ta' impjant industrijali li jaqa' taħt Kodiċi NM waħda għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu partita waħda ta' merkanzija.

Artikolu 199

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli ta' dispożizzjonijiet penali il-preżentazzjoni fl-uffiċju doganali ta' dikjarazzjoni ffermata mid-dikjarant jew ir-rappreżentant tiegħu għandha tirrendih responsabbli skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ għal:

- l-eżatezza ta' l-informazzjoni mgħotija fid-dikjarazzjoni,

- l-awtentiċità tad-dokumenti mehmuża,

u

- konformità ma' l-obbligi kollha li jirrelataw mad-dħul tal-merkanzija in kwistjoni taħt il-proċedura kkonċernata.

Artikolu 200

Dokumenti li jkunu mad-dikjarazzjoni għandhom jinżammu mill-awtoritajiet doganali sakemm l-awtoritajniet imsemmija ma jipprovdux xort' oħra jew sakemm id-dikjarant ma jeħtieġhomx għal operazzjonijiet oħrajn. F'dan il-każ ta' l-aħħar l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jassiguraw li d-dokumenti in kwistjoni ma jistgħux sussegwentement jintużaw ħlief fir-rigward tal-kwantità jew il-valur tal-merkanzija li għaliha jibqgħżu validi.

L-Artikolu 201

1. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju doganali fejn tkun ġiet ippreżentata il-merkanzija. Tista' tiġi ppreżentata malli ssir din il-preżentazzjoni.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw li d-dikjarazzjoni tiġi ippreżentata qabel ma d-dikjarant ikun f'qgħada li jippreżenta l-merkanzija. F'dan il-każ, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabilixxu terminu li għandu jiġi determinat skond iċ-ċirkostanzi, għall-preżentazzjoni tal-merkanzija. Jekk il-merkanzija ma tkunx għadha ġiet ipppreżentata fiot-terminu, id-dikjarazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ma ġietx ippreżentata.

3. Meta dikjarazzjoni tkun ġiet ippreżentata qabel ma l-merkanzija li tirrelata għaliha tkun waslet fl-uffiċju dognali jew f' post ieħor deskritt mill-awtoritajiet doganali, tista tiġi aċċettata biss wara li l-merkanzija in kwistjoni tkun ġiet ippresentata lid-dwana.

Artikolu 202

1. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju doganali kompetenti fil-jiem u s-sigħat li fihom ikunu miftuħin.

Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq it-talba tad-dikjarant u a spejjeż tiegħu, jawtorizzaw illi d-dikjarazzjoni tkun ippreżentata barra minn dawk il-ġranet u s-sigħat.

2. Kull dikjarazzjoni ipprżentata lill-uffiċjali ta' fl-uffiċju doganali f'kull post ieħor li jkun indikat kif dovut għal dak l-iskop bi ftehim bejn l-awtoritajiet doganali u l-persuna kkonċernata għandha titqies bħala li tkun ġiet ippreżentata fl-imsemmi uffiċju.

Artikolu 203

Id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tkun imniżżla fuqha.

Artikolu 204

L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu jew jeħtieġu li il-korrezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 65 tal-Kodiċi isiru bil-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni ġdida maħsuba biex tissostitwixxi d-dikjarazzjoni oriġinali. F'dak il-każ, id-data rilevanti għad-determinazzjoni ta' kull dazju pagabbli u għall-applikazzjoni ta' kull dispożizzjoni oħra li tirregola l-proċedura doganali in kwistjoni għandha tkun id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni oriġinali. li jkollhom jitħalsu u għall applikar ta' xi dispożizzjonijiet oħra li jirregolaw il-proċedura doganali f'dak il-każ għandu jkun il-jum li fieħ tkun ġiet aċċettata id-dikjarazzjoni oriġinali.

Sezzjoni 2

Formoli li għandhom jintużaw

Artikolu 205

1. Il-mudell uffiċjali għal dikjarazzjonijiet bil-miktub lid-dwana bi proċedura normali, għall-iskopijiet tat-tqiegħed tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali jew għal esportazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 182(3) tal-Kodiċi, għandu jkun id-Dokument Amministrattiv Singolu.

2. Formoli oħrajn jistgħu jintużaw għal dan l-iskop meta d-dispożizzjonijiet tal-proċedura doganali in kwistjoni jippermettu dan.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jipprekludu:

- ir-rinunzja tad-dikjarazzjoni bil-miktub kif preskritt fl-Artikoli 225 sa 236 għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, għall-esportazzjoni jew għall-importazzjoni temporanja,

- ir-rinunzja mill-Istati Membri għall-formola msemmija fil-paragrafu 1 meta d-dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-Artikoli 237 u 238 fir-rigward ta' kunsinni ta' ittri jew pakki bil-posta japplikaw.

- l-użu ta' formoli speċjali biex jiffaċilitaw id-dikjarazzjoni f'każijiet speċifiċi, meta l-awtoritajiet doganali jippermettu dan,

- ir-rinunzja mill-Istati Membri għall-formola msemmija fil-paragrafu 1 fil-każ ta' ftehim eżistenti jew futuri jew arranġamenti konklużi bejn l-amministrazzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar bil-ħsieb ta' simplifikazzjoni akbar ta' formalitajiet fil-kummerċ kollu jew parti minnu bejn dawk l-Istati Membri,

- l-użu mill-persuni kkonċernati ta' listi tat-tagħbija għat-tkomplija tal-formalitajiet Komunitarji ta' transitu fil-każ ta' kunsinni komposti minn iktar minn tip wieħed ta' merkanzija,

- l-istampar tad-dikjarazzjonijiet u dokumenti ta' l-esportazzjoni, transitu jew importazzjoni li jiċċertifikaw l-istatus Komunitarju ta' merkanzija li mhijiex qed tiġi spustjata taħt proċedura Komunitarja ta' transitu permezz ta' sistemi ta' pproċessar tad-data uffiċjali jew privati, jekk neċessarju fuq karta komuni, taħt kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri,

- dispożizzjoni mill-Istati Membri fis-sens li meta sistema kompjuterizzata li tipproċessa dikjarazzjonijiet hija wżata, id-dikjarazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1, tista' tieħu forma tad-Dokument Amministrattiv Singolu stampat b' dik is-sistema.

4. Meta l-formalitajiet huma kompletati bl-użu ta' kompjuters pubbliċi jew privati li jistampaw ukoll id-dikjarazzjonijiet, l-awtoritajiet doganali jistgħu jipprovdu li:

- il-firma bil-miktub tista' tiġi sostitwita b' teknika oħra ta' identifikazzjoni li tista' tkun ibbażata fuq l-użu tal-kodiċijiet u li jkollha l-istess konsegwenzi legali bħall-firma bil-miktub. Din il-faċilità għandha tingħata biss jekk il-kondizzjonijiet tekniċi u amministrattivi stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ikunu sodisfatti,

- id-dikajarazzjonijiet hekk ippreżentati jistgħu jiġu awtentikati direttament b'dawk is-sistemi, minflok l-applikazzjoni mawali jew mekkanika tat- timbru ta' l-uffiċju doganali u l-firma ta' l-uffiċjal kompetenti.

5. Meta fil-leġislazzjoni Komunitarja, issir referenza għal dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, ir-riesportazzjoni jew importazzjoni jew dikjarazzjoni li tqiegħed il-merkanzija taħt proċedura doganali oħra, l-Istati Membri ma jistgħux jeħtieġy dokumenti amministrattivi oħrajn għajr dawk li huma:

- espressament maħluqha minn atti Komunitarji jew previsti b' dawn l-atti,

- meħtieġa minn konvenzjonijiet internazzjonali li huma kompatibbli mat-Trattat,

- meħtieġa minn operaturi biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw, fuq talba tagħhom, għal vantaġġ jew faċilità speċifika,

- meħtieġa, b' rigward dovut għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, għall-implimentazzjoni ta' regolaemtni speċifiċi li ma jistgħux jiġu mplimentati biss bl-użu tad-dokument imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 206

Il-formula tad-Dokument Amministrattiv Singolu għandha, meta neċessarju, tintuża wkoll tul il-perijodu transitorju kif stabbilit fl-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall in konnessjoni mal-kummerċ bejn il-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985 u Spanja u l-Portugall u bejn dwak iż-żewg Stati Membri msemmija l-aħħar f'merkanzija li tkun għadha soġġetta għal ċerti dazji u piżijiet doganali li jkollhom l-istess effett jew li jibqgħu soġġetti għal miżuri oħrajn stabbiliti bl-Att ta' l-Adeżjoni.

Għall-iskopijiet ta' l-ewwel paragrafu, il-kopja 2 jew meta applikabli il-kopja 7 tal-formoli wżati għal kummerċ ma' Spanja u l-Portugall jew għal kummerċ bejn dawk l-Istati Membri għandhom jinqerdu.

Għandha wkoll tintuża għal kummerċ f'merkanzija Komunitarja bejn partijiet fit-territorju doganali tal-Komunità li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE [11] u għal partijiet ta' dak it-territorju fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx, jew fil-kummerċ bejn partijiet ta' dak it-territorju fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx.

Artikolu 207

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 205(3), l-amministrazzjonijiet doganali ta' l-Istati Membri jistgħu b'mod ġenerali, għall-iskop li jikkompletaw formalitajiet ta' l-esportazzjoni jew ta' l-importazzjoni, jiddispensaw mill-produzzjoni ta' kopja waħda jew aktar tad-Dokument Amministrattiv Singolu intiż għall-użu mill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru, sakemm dik l-informazzjoni tkun disponibbli fuq media oħra.

Artikolu 208

1. Id-Dokument Amministrattiv Singolu għandu jiġi ppreżentat f'sub-settijiet li jkun fihom numru ta' kopji meħtieġa għall-iffinaliżżar tal-formulitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura doganali li taħtha jkunu tqiegħdu l-oġġetti.

2. Meta l-proċedura Komunitarja ta' transitu jew il-proċedura ta' transitu komuni huma ppreċeduti jew segwiti bi proċedura doganali oħra, mazz li jikkontjeni n-numru ta' kopji meħtieġa għall-kompletazzjoni tal-formalitajiet li jirrigwardaw il-proċedura ta' transitu u l-proċedura preċedenti jew ta' wara jista' jiġi ppreżentat.

3. Il-mazzijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jittieħdu minn:

- jew il-mazz sħiħ ta' tmien kopji, skond il-kampjun fl-Anness 31,

- jew, partikolarment fil-każ ta' produzzjoni permezz ta' sistema kompjuterizzata għall-ipproċessar ta' dikjarazzjonijiet, żewġ settijiet suċċessivi ta' erba' kopji, skond il-kampjun fl-Anness 32.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 205(3), 222 sa 224 jew 254 sa 289, il-formoli tad-dikjarazzjoni jistgħu jiġu ssuplimentati, meta approprjat, b'formola ta' kontinwazzjoni waħda jew aktar ippreżentata f'mazez li jkun fihom il-kopji ta' dikjarazzjoni meħtieġa biex jikkompletaw il-formalitajiet li jirrigwardaw il-proċedura doganali li taħtha il-merkanzija għandha titqiegħed. Dawk il-kopji meħtieġa sabiex jikkompletaw il-formalitajiet li jirrigwardaw il-proċeduri doganali preċedenti jew sussegwenti jistgħu jiġu annessi meta approprjat.

Il-mazez ta' kontinwazzjoni għandhom jittieħdu minn:

- jew sett ta' tmien kopji, skond il-mudell li jinsab fl-Anness 33,

- jew żewġ settijiet ta' erba' kopji, skond il-mudell li jinsab fl-Anness 34,

Il-formoli ta' kontinwazzjoni għandhom jagħmlu parti integrali mid-Dokument Amministrattiv Singolu li jkunu mehmuża miegħu.

5. B' deroga mill-paragrafu 4, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabilixxu li l-formoli ta' kontinwazzjoni m' għandhomx jintuzaw meta tintuża sistema kompjuterizzata biex tipproduċi dawk id-dikjarazzjonijiet.

Artikolu 209

1. Meta l-Artikolu 208(2) huwa applikat, kull parti nvoluta għandha tkun responsabbli biss fir-rigward tad-dettalji li jirrelataw għall-proċedura li għaliha jkun applika bħala dikjarant, prinċipal jew bħala r-rappreżentant ta' wieħed minn dawn.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, meta d-dikjarant juża Dokument Amministrattiv Singolu maħruġ tul il-proċedura doganali preċedenti, hu għandu jkun meħtieġ, qabel il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni, li jivverifika l-eżattezza tad-dettalji eżistenti għall-kaxxi li għalihom huwa responsabbli u l-applikabilità tagħhom għall-merkanzija in kwistjoni u l-proċedura applikata għal, u biex tissupplimentahom kif neċessarju.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, id-dikjarant għandu immedjatament jinforma lill-uffiċju doganali fejn id-dikjarazzjoni tkun ġiet ippreżentata b' kull diskrepanza misjuba bejn il-merkanzija u d-dettalji eżistenti. F'dan il-każ id-dikjarant għandu imbagħad iħejji d-dikjarazzjoni tiegħu fuq kopji ġodda tad-Dokument Amminsitrattiv Singolu.

Artikolu 210

Meta d-Dokument Amministrattiv Singolu jintuża biex ikopri diversi proċeduri doganali suċċessivi, l-awtoritajiet doganali għandhom jaċċertaw irwieħhom li d-dettalji magħtija fid-dikjaraazzjonijiet li jirrigwardaw il proċeduri varji in kwistjoni jaqblu bejniethom.

Artikolu 211

Id-dikjarazzjoni għandha titfassal f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità li tkun aċċettabli għall-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn jitwettqu il-formalitajiet.

Jekk neċessarju, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni jistgħu jeħtieġu mid-dikjarant jew mir-rappreżentant tiegħu f'dak l-Istat Membru, traduzzjoni tad-dikjarazzjoni f'lingwa oħra uffiċjali jew waħda minn dawk il-lingwi uffiċjali ta' dan ta' l-aħħar. It-traduzzjoni għandha tissostitwixx d-dettalji korrispondenti fid-dikjarazzjoni in kwistjoni.

B' deroga mis-subparagrafu preċedenti, id-dikjarazzjoni għandha titfassal f'lingwa uffiċjali tal-Komunità aċċettabli għall-Istat Membru tad-destinazzjoni fil-każijiet kollha meta d-dikjarazzjoni fl-Istat Membru ta' l-aħħar tkun magħmula fuq kopji barra minn dawk inizjalment ippreżentati lill-uffiċju doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq.

Artikolu 212

1. Id-Dokument Amministrattiv Singolu għandu jiġi kompletat skond in-nota ta' spjegazzjoni fl-Anness 37 u xi regoli addizzjonali kif stabbilit f'leġislazzjoni oħra Komunitarja.

2. L-awtoritajiet doganali għandhom jassiguraw li l-utenti għandhom aċċess għal kopji tan-nota ta' spjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3. L-amministrazzjonijiet doganali ta' kull Stat Membru jistgħu, jekk neċessarju, jissuplimentaw in-nota ta' spjegazzjoni.

Artikolu 213

Il-kodiċijiet li għandhom jintużaw fil-mili tal-formoli msemmija fl- l-Artikolu 205(1) huma elenkati fl-Anness 38.

Artikolu 214

F' każijiet meta r-regoli jeħtieġu kopji supplimentari tal-formola msemmija fl-Artikolu 205(1), id-dikjarant jista' juża folji addizzjonali jew fotokopji tal-fromola msemmija għal dan l-iskop.

Dawn il-folji addizzjonali jew fotokopji għandhom jiġu ffirmata mid-dikjarant, ippreżentati lill-awtoritajiet doganali u kontrofirmati minn dawn ta' l-aħħar bl-istess kondizzjonijiet bħad-Dokument Amministrattiv Singolu. Għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet doganali bħallikieku kienu dokumenti oriġinali sakemm il-kwalità u l-leġibilità tagħhom jitqiesu sodisfaċenti mill-awtoritajiet imsemmija.

Artikolu 215

1. Il-formoli msemmija fl-Artikolu 205(1) għandhom jiġu stampati fuq karta saħħara għal skopijiet ta' kitba u li tiżen mill-inqas 40 g/m2. Il-karta għandha tkun opaka biżżejjed biex l-informazzjoni fuq naħa minnhom ma taffettwax il-leġibilità ta' l-informazzjoni fuq in-naħa l-oħra u r-reżistenza tagħha għandha tkun tali li b' użu normali la titqatta' u lanqas titkemmex faċilment.

Il-karta għandha tkun bajda għall-kopji kollha. Madankollu, fil-kopji wżati għal transitu fil-Komunità (1, 4, 5 u 7), kaxxi 1 (l-ewwel u t-tielet suddiviżjonijiet), 2, 3, 4, 5, 6, 8, 15, 17, 18, 19, 21, 25, 27, 31, 32, 33 (l-ewwel suddiviżjoni fuq ix-xellug), 35, 38, 40, 44, 50, 51, 52, 53, 55 u 56 għandu jkollhom sfond aħdar.

Il-formuli għandhom jiġu stampati b'linka ħadra.

2. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier oriżżontalment u wieħed minn sitta ta' pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed-minn-għaxra ta' pulzier orriżżontalment.

3. L-immarkar bil-kulur tal-kopji differenti għandu jsir bil-mod li ġej:

(a) fuq formoli li jikkonformaw mal-mudelli fl-Annessi 31 u 33:

- il-kopji 1, 2 3 u 5 għandu jkollhom fit-tarf tan-naħa tal-lemin marġini kontinwu, ikkulurit rispettivament bl-aħmar, bl-aħdar, bl-isfar u bl-ikħal,

- il-kopji 4, 6, 7 u 8 għandu jkollhom it-tarf tan-naħa tal-lemin marġini interrott, ikkulurit rispettivament bl-ikħal, bl-aħmar, bl-aħdar u bl-isfar;

(b) fuq il-formoli li jikkonformaw mal-mudelli fl-Annessi 32 u 34, il-kopji 1/6, 2/7, 3/8 u 4/5 għandu jkollhom fuq it-tarf tan-naħa tal-lemin marġini kontinwu u fuq il-lemin ta' din marġini interrott ikkulurit rispettivament bl-aħmar, bl-aħdar, bl-isfar u bl-ikħal.

Il-wisa' ta' dawn il-marġini għandu jkun ta' bejn wieħed u ieħor 3 mm. Il-margini interrott għandu jinkludi serje ta' kwadri b' kejl fil-ġenb ta' 3 mm kull wieħed isseparat bi 3 mm.

4. Il-kopji li fuqhom ikun hemm id-dettalji fil-formoli murija fl-Annessi 31 u 33 għandhom jidhru bi proċess ta' kkuppjar awtomatiku jidhru fl-Anness 35.

Il-kopji li fuqhom ikun hemm id-dettalji fil-formoli murija fl-Annessi 32 u 34 għandhom jidhru bi proċess ta' kkuppjar awtomatiku jidhru fl-Anness 36.

5. Il-formoli għandhom ikunu ta' daqs 210 x 297 mm b'konċessjoni massima fit-tul ta' 5 mm inqas u 8 mm aktar.

6. L-amministrazzjonijiet doganali ta' l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-formoli juru l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li tgħin biex l-istampatur ikun identifikat. Jistgħu wkoll jagħmluha kondizzjoni li l-istampar tal-formoli jiddependi fuq approvazzjoni teknika.

Sezzjoni 3

Dettalji meħtieġa skond il-proċedura doganali kkonċernata

Artikolu 216

1. Il-lista massima ta' kaxxi li għandhom jintużaw għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul għal xi proċedura doganali partikolari li tuża d-Dokument Amministrattiv Singolu tinsab fl-Anness 37.

2. L-Anness 37 jikkontjeni ukoll il-lista minima ta' kaxxi li ghandom jintużaw għad-dikjarazzjoni tad-dħul għal proċedura doganali partikolari.

Artikolu 217

Id-dettalji meħtieġa meta xi waħda mill-formoli msemmija fl-Artikolu 205(2) tkun użata, jiddependu mill-formola in kwistjoni. Għandhom ikunu issuplimentati fejn approprjat bid-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-proċedura doganali in kwistjoni.

Sezzjoni 4

Dokumenti li għandhom jakkompanjaw id-dikjarazzjoni doganali

Artikolu 218

1. Id-dokumenti li ġejjin għandhom jakkompanjaw id-dikjarazzjoni doganali għal-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera:

(a) il-fattura li a bażi tagħha il-valur doganali tal-merkanzija huwa dikjarat, kif meħtieġ taħt l-Artikolu 181;

(b) meta huwa meħtieġ skond l-Artikolu 178, id-dikjarazzjoni tad-dettalji għall-istima tal-valur doganali tal-merkanzija dikjarata, infassal skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu msemmi;

(ċ) id-dokumenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti preferenzjali tariffarji jew miżuri oħrajn li jidderogaw mir-regoli legali applikabbli għall-merkanzija dikjarata;

(d) id-dokumenti l-oħrajn kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rilaxx għal-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija dikjarata.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu dokumenti tat-trasport jew dokumenti relatati mal-proċedura doganali preċedenti, kif approprjat, li jiġu ppreżentati meta d-dikjarazzjoni hija ppreżentata.

Meta partita waħda hija ppreżentata f' żewġ pakki jew iktar, tista' wkoll teħtieġ il-produzzjoni ta' lista ta' l-ippakkjar jew dokument ekwivalenti8 li jindika l-kontenut ta' kull pakkett.

3. Madanakollu, meta l-merkanzija tikkwalifika għal doveri taħt l-aArtikolu 81 tal-Kodiċi, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 (b) u (ċ) m'għandhomx ikunu meħtieġa.

Barra minnhekk, meta l-merkanzija tikkwalifika għal eżenzjoni mid-dazju ta' l-importazzjoni, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 (a), (b) u (ċ) m' hemmx għalfejn ikunu meħtieġa sakemm l-awtoritajiet doganali ma jikkunsidrawhx neċessarju għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tad-disposizjzonijiet li jirregolaw ir-rilaxx tal-merkanzija in kwistjoni għal ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 219

1. Id-dikjarazzjoni ta' transitu għandu jkollha magħha id-dokument ta' trasport. L-uffiċju tat-tluq jista' jiddispensa mill-ħtieġa tal-preżentazzjoni ta' dan id-dokument fiż-żmien tat-tlestija tal-formalitajiet. Madanakollu, id-dokument tat-trasport għandu jiġi ppreżentat fuq talba ta' l-uffiċju doganali jew kull awtorità oħra kompetenti matul it-trasport.

2. Mingħajr preġudizzju għal xi miżuri ta' simplifikazzjoni applikabbli, id-dokument doganali ta' l-esportazzjoni/l-espedizzjoni jew ir-riesportazzjoni tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità jew kull dokument ta' effett ekwivalenti għandu jiġi ppreżentat fl-uffiċju tat-tluq bid-dikjarazzjoni ta' transitu li jirrelata għaliha.

3. L-awtoritajiet doganali jistgħu, meta approprjat, jeħtieġu l-preżentazzjoni tad-dokument li jkollu x'jaqsam mal-proċedura doganali preċedenti.

Artikolu 220

1. Id-dokumenti li għandhom ikunu mad-dikjarazzjoni tad-dħul għal proċedura doganali b'impatt ekonomiku, ħlief għal proċedura ta' pproċessar 'il barra, għandhom ikunu kif ġej:

(a) id-dokumenti stabbiliti fl-Artikolu 218, ħlief fil-każijiet tad-dħul għal-proċedura ta' magażinaġġ doganali f' maħżen barra minn dak tat-tip D;

(b) l-awtorizzazzjoni għall-proċedura doganali in kwistjoni jew kopja ta' l-aplikazzjoni għal awtorizzazzjoni meta it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 556(1) ikun japplika, ħlief f' każijiet ta' dħul għal proċedura ta' magażinaġġ doganali jew meta japplikaw l-Artikoli 568(3), 656 (3) jew 695 (3).

2. Id-dokumenti li jakkompanjaw id-dikjarazzjoni tad-dħul għall-proċedura ta' pproċessar 'il barra għandhom ikunu kif ġej:

(a) id-dokumenti stabiliti fl-Artikolu 221;

(b) l-awtorizzazzjoni għall-proċedura jew kopja ta' l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni meta it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 751(1) ikun japplika, ħlief meta Artikolu l-760 (2) ikun japplika.

3. L-Artikolu 218(2) għandu japlika għal dikjarazzjonijiet tad-dħul għal kull proċedura doganali b'impatt ekonomiku.

4. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 (b) u 2 (b) jinżammu għad-disposizjoni tagħhom minflok jakkompanjaw id-dikjarazzjoni.

Artikolu 221

1. Id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni jew riesportazzjoni għandu jkollha magħha d-dokumenti kollha neċessarji għall-applikazzjoni korretta tad-dazji ta' l-esportazzjoni u tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-esportazzjoni tal-merkanzija in kwistjoni.

2. L-Artikolu 218(2) għandu japplika għal dikjarazzjonijiet ta' esportazzjoni jew riesportazzjoni.

IL-KAPITOLU 2

Dikjarazzjonijiet doganali kompjuterizzati

Artikolu 222

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lid-dikjarant li jissostitwixxi d-dettalji kollha jew parti minnhom tad-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Anness 37 billi jibgħatu lill-uiffiċju doganali indikat għal dak l-iskop, bil-ħsieb li jipproeċessaw bil-kompjuter, data kodifikata, jew data fi kwalunkwe forma oħra speċifikat minn dawk l-awtoritajiet, li jikkorrispondu għad-dettalji meħtieġa għal dikjarazzjoni bil-miktub.

2. L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet li taħthom id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbgħatu.

Artikolu 223

L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtoriżżaw l-użu tal-kompjuters, inter alia, kif ġej:

- huma jistgħu jistipulaw li id-data neċessarja għat-tlestija tal-formalitajiet in kwistjoni għandha tiġi iskritta fis-sistemi kompjuteriżżati tagħhom ta' l-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet, mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni miktuba.

- jistgħu jipprovdu li d-dikjarazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 205(1) għandha tiġi kkostitwita bid-dħul tad-data fil-kompjuter jekk dokument li jikkoerspondi għad-dikjarazzjoni ma jiġix ippreżentat.

Artikolu 224

1. Mela l-formalitajiet ikunu ffinaliżżati bl-użu ta' sistemi ta' kompjuter pubbliċi jew privati, l-awtoritajiet doganali għandhom jawtoriżżaw persuni li jitolbu hekk biex jissostitwixxu l-firma bil-miktub b' strument paragunabbli ta' identifikazzjoni, li jista' jkun ibbażat fuq l-użu ta' kodiċijiet, u li jkollu l-istess konsegwenzi legali bħall-firma bil-miktub.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-persuni kkonċernati biex jippreparaw u jitrażmettu bil-kompjuter kompletament jew parzjalment id-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikoli 218 sa 223.

3. Il-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jingħataw biss jekk il-kundizzjonijiet tekniċi u amministrattivi stabbiliti mill-awtoritajiet doganali jkunu sodisfatti.

IL-KAPITOLU 3

Dikjarazzjonijiet doganali magħmula bil-fomm jew b'xi metodu ieħor

Sezzjoni 1

Dikjarazzjonijiet bil-fomm

Artikolu 225

Dikjarazzjonijiet doganali jistgħu isiru bil-fomm għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija li ġejja:

(a) merkanzija ta' natura non-kummerċjali:

- li tkun fil-bagalji personali ta' vjaġġaturi, jew

- mibgħuta lil individwi privati, jew

- f' każijiet oħrajn ta' mportanza negliġibbli, meta dan ikun awtorizzat mill-awtoritajiet doganali;

(b) merkanzija ta' natura kummerċjali sakemm:

- il-valur totali għal kull kunsinna u għal kull dikjarant ma jeċċedix l-għatba statistika stabbilita fid-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ, u

- il-kunsinna mhijiex parti minn sensiela regolari ta' kunsinni simili, u

- il-merkanzija mhijiex qed tiġi trasportata bi trasportatur indipendenti bħala parti minn moviment ta' trasport akbar;

(ċ) il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 229, meta din tikkwalifika għal eżenzjoni bħala merkanzija irritornata;

(d) il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 230(b) u (ċ).

Artikolu 226

Dikjarazzjonijiet doganali jistgħu isiru bil-fomm għal esportazzjoni ta':

(a) merkanzija ta' natura non-kummerċjali:

- li tkun fil-bagalji personali ta' vjaġġatur, jew

- mibgħuta minn individwi privati;

(b) il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 225(b).

(ċ) il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 231(b) u (ċ).

(d) merkanzija oħra f' każijiet ta' importanza ekonomika negliġibbli, meta dan huwa awtorizzat mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 227

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jipprovdu illi l-Artikoli 225 u 226 ma japplikawx meta l-persuna li tkun qiegħda tillibera l-merkanzija tkun taġixxi f'isem persuna oħra fil-kapaċità tagħha ta' aġent doganali.

2. Meta l-awtoritajiet doganali ma jkunux sodisfatti li d-dettalji iddikjarati huma eżatti jew li huma kompleti, jistgħu jeħtieġu dikjarazzjoni bil-miktub.

Artikolu 228

Meta l-merkanzija dikjarati bil-fomm lid-dwana skond l-Artikoli 225 u 226 hija soġġetta għal dazju ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu rċevuta lill-persuna kkonċernata għall-ħlas tad-dazju dovut.

Artikolu 229

1. Dikjarazzjonijiet doganali jistgħu isiru bil-fomm għall-importazzjoni temporanja tal-merkanzija li ġejja, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 696:

(a) - annimali u tagħmir elenkati fl-Artikolu 685,

- listi ta' pakketti elenkati fl-Artikolu 679,

- tagħmir għal-produzzjonijiet u x-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni u vetturi speċifikament addattati għall-użu għall-iskopijiet ta' hawn fuq u l-apparat tagħhom importat minn organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati stabbilitibarra t-territorju doganali tal-Komunità u approvati mill-awtoritajiet doganali li joħorġu l-awtorizzazzjoni għal proċedura ta' l-importazzjoni ta' dak it-tagħmir u vetturi,

- strumenti u apparat neċessarju għat-tobba biex jipprovdu assistenza lill-pazjenti li jkunu jistennew trapjant ta' organi skond l-Artikolu 671(2)(ċ);

(b) il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 232;.

(ċ) merkanzija oħra, meta din tkun awtorizzata mill-awtoritajiet doganali.

2. Il-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 tista' wkoll tkun soġġetta għal dikjarazzjoni bil-fomm għal riesportazzjoni ta' rilaxx ta' proċedura temporanja ta' importazzjoni.

Sezzjoni 2

Dikjarazzjonijiet doganali magħmula bi kwalunkwe att ieħor

Artikolu 230

Dawn li ġejjin, meta mhux espressament dikjarati lid-dwana, għandhom jitqiesu li ġew dikjarati għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera bl-att imsemmi fl-Artikolu 233:

(a) merkanzija ta' natura mhux kommerċjali li tkun tinsab fil-bagalji personali ta' vjaġġaturi intotolati għal eżenzjoni skond il-Kapitolu I, Titolu XI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 [12], jew bħala merkanzija mibgħuta lura;

(b) merkanzija ntitolata għal eżenzjoni skond il-Kapitolu I, Titoli IX u X tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83;

(ċ) mezzi tat-trasport intitolati għal eżenzjoni bħala merkanzija mibgħuta lura;

(d) merkanzija impurtata fil-kuntest ta' traffiku ta' mportanza negliġibbli u eżentata mill-ħtieġa li tkun imwassla fl-uffiċju doganali skond l-Artikolu 38(4) tal-Kodiċi, sakemm ma tkunx soġġetta għal dazju ta' l-importazzjoni.

Artikolu 231

Dawn li ġejjin, meta ma jkunux espressament dikjarati lid-dwana, għandhom jitqiesu li ġew dikjarati għal esportazzjoni bl-att imsemmi fl-Artikolu 233(b):

(a) merkanzija ta' natura mhux-kummerċjali li ma tkunx soġġetta għal dazju ta' esportazzjoni u li tkunu tinsab fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi;

(b) mezzi tat-trasport irreġistrati fit-territorju doganali tal-Komunità u maħsuba għal importazzjoni mill-ġdid;

(ċ) merkanzija msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83;

(d) merkanzija oħra f' każijiet ta' importanza ekonomika negliġibbli, meta dan huwa awtorizzat mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 232

1. Dawn li ġejjin, meta mhux dikjarati lid-dwana bil-miktub jew bil-fomm, għandhom jitqiesu li kienu dikjarati għal importazzjoni temporanja bl-att imsemmi fl-Artikolu 233, skond l-Artikoli 698 u 735:

(a) effetti personali tal-vjaġġaturi u merkanzija importata għal skopijiet ta' sport elenkati fl-Artikolu 684;

(b) mezzi tat-trasport elenkati fl-Artikoli 718 sa 725.

2. Meta dawn ma jkunux iddikjarati lid-dwana bil-kitba jew bil-fomm, il-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkunsidrata li kienet dikjarata għal riesportazzjoni billi jwettqu l-proċedura ta' importazzjoni temporanja bl-att imsemmi fl-Artikolu 233.

Artikolu 233

Għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 230 sa 232, l-att li huwa kkunsidrat bħala dikjarazzjoni doganali jista' jsir bil-mezzi li ġejjin:

(a) fil-każ ta' merkanzija mwassla f'uffiċju doganali jew f'xi post ieħor indikat jew approvat skond l-Artikolu 38(1)(a) tal-Kodiċi:

- li tgħaddi mill-passaġġ l-aħdar jew "xejn x' jiġi dikjarat" fl-uffiċji doganali meta is-sistema ta' żewġ passaġġi tkun tintuża,

- li tgħaddi minn uffiċju doganali li ma joperax is-sistema ta' żewġ passaġġi mingħajr ma jagħmel dikjarazzjoni doganali spontanjament;

- titwaħħal tikketta "xejn x' jiġi dikjarat" jew disk ta' dikjarazzjoni doganali mal-windscreen ta' vetturi tal-passiġġieri meta dan huwa previst fid-dosiposizzjonijiet nazzjonali;

(b) fil-każ ta' eżenzjoni mill-obbligu li titwassal il-merkanzija lid-dwana skond id-dispisizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 38(4) tal-Kodiċi, fil-każ ta' esportazzjoni skond l-Artikolu 231 u fil-każ ta' riesportazzjoni skond l-Artikolu 232(2):

- il-att uniku tal-qsim tal-fruntiera ta' territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 234

1. Meta l-kondizzjonijiet ta' l-Artikoli 230 sa 232 jkunu sodisfatti, il-merkanzija għandha tiġi kkunsidrata li ġiet ippreżentata lid-dwana fis-sens ta' l-Artikolu 63 tal-Kodiċi, u d-dikjarazzjoni titqies aċċettata u r-rilaxx mogħti, fil-ħin meta l-att imsemmio fl-Artikolu 233 jitwettaq.

2. Meta kontroll juri li l-att imsemmi fl-Artikolu 233 jkun twettaq imma il-merkanzija mportata jew maħruġa ma tissodisfaxil-kondizzjonijiet fl-Artikoli 230 sa 232, il-merkanzija kkonċernata għandha titqies bħala li ġiet importata jew esportata illeglament.

Sezzjoni 3

Dispożizzjonijiet komuni għal Sezzjonijiet 1 u 2

Artikolu 235

Id-diposizzjonijiet ta' l-Artikoli 225 sa 232 m'għandhomx japplikaw għal merkanzija li fir-rigward tagħha huwa mitlub il-ħlas ta' rifużjonijiet jew ammonti oħrajn jew il-ħlas lura ta' dazji, jew li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni jew għal xi formalità oħra speċjali.

Artikolu 236

Għall-iskopijiet ta' Sezzjonijiet 1 u 2, "vjaġġatur" ifisser:

A. Ma' l-importazzjoni:

1. kull persuna li tidħol temporanjament fit-territorju doganali tal-Komunità, u li ma tkunx normalment residenti hemm, u

2. kull persuna li terġa' lura lejn territorju doganali tal-Komunità fejn hi tkun normalment residenti, wara li tkun għamlet żmien f'pajjiż terz;

B. Ma' l-esportazzjoni:

1. kull persuna li tħalli temporanjament it-territorju doganali tal-Komunità fejn hi normalment residenti, u

2. kull persuna li titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità wara li tkun qagħdet hemm temporanjament, li ma tkunx normalment residenti hemm.

Sezzjoni 4

Traffiku postali

Artikolu 237

1. Il-kunsinni postali li ġejjin għandhom jitqiesu li ġew dikjarati lid-dwana:

A. għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera:

(a) fiż-żmien meta jkunu introdotti fit-territorju doganali tal-Komunità:

- kartolini u ittri li jkun fihom messaġġi personali biss,

- ittri bil-braille,

- materjal stampat li ma jkunx soġġett għal dazju ta' l-importazzjoni, u

- il-kunsinni l-oħrajn kollha mibgħuta bil-posta ta' l-ittri jew tal-pakketti li huma eżenti mill-obbligu li jintbgħatu lid-dwana skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 38(4) tal-Kodiċi;

(b) fil-ħin meta jiġu ippreżentati lid-dwana:

- kunsinni mibgħuta bil-posta ta' l-ittri jew tal-pakketti barra minn dawk imsemmija f' (a), sakemm ikollhom magħżhom dikjarazzjoni C1 u/jew C2/CP3;

B. għal esportazzjoni:

(a) fil-ħin li jiġu aċċettati mill-awtoritajiet postali, fil-każ ta' kunsinni bil-posta ta' l-ittri jew tal-pakki li mhumiex soġġetti għal dazji ta' l-esportazzjoni;

(b) fil-ħin tal-preżentazzjoni tagħhom lid-dwana, fil-każ ta' kunsinni mibgħuta bil-posta ta' l-ittri jew pakki postali li huma soġġetti għal dazji ta' l-esportazzjoni, sakemm ikollhom magħhom dikjarazzjoni C1 u/jew C2/CP3

2. Id-destinatarju, fil-każijiet imsemija fil-paragrafu 1, u l-kunsinnatur, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1B, għandhom jiġu kkunsidrati bħala d-dikjarant u, meta applikabbli, id-debitur L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrikjedu li l-amministrazzjoni postali titqies bħala d-dikjarant u, meta applikabbli, id-debitur.

3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, merkanzija mhux soġġetta għal dazju għandha titqies li kienet ġiet ippreżentata lid-dwana fis-sens ta' l-Artikolu 63 tal-Kodiċi, u d-dikjarazzjoni doganali li kienet aċċettata u r-rilaxx mogħti:

(a) fil-każ ta' importazzjonijiet, meta l-merkanzija hija kkunsinnata lid-destinatarju;

(b) fil-każ ta' esportazzjonijiet, meta l-merkanzija hija aċċettata mill-awtoritajiet postali.

4. Meta kunsinna mibgħuta bil-posta ta' l-ittri jew pakki postali li mhijiex eżentata mill-obbligu li tintbgħat lid-dwana skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 38(4) tal-Kodiċi hija ppreżentata mingħajr dikjarazzjoni Ci 1/jew C2/CP3 jew meta din id-dikjarazzjoni mhijiex kompleta, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-forma li fiha d-dikjarazzjoni doganali għandha ssir jew tiġi ssupplimentata.

Artikolu 238

L-Artikolu 237 m'għandux japplika:

- għal kunsinni li jkun fihom merkanzija għal skopijiet kummerċjali ta' valur aggregat li jeċċedi l-għatba statistika kif stabbilita mid-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ; l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabilixxu egħtiebi ogħla,

- il-kunsinni li jikkonjenu merkanzija għal għal skopijiet kummerċjali li jifformaw parti minn sensiela regolari ta' operazzjonijiet simili,

- meta d-dikjarazzjoni doganali ssir bil-miktub, bil-fomm jew bl-użu ta' teknika ta' l-ipproċessar tad-data,

- għal kunsinna li tikkontjeni merkanzija msemmija fl-Artikolu 235.

IT-TITOLU VIII

L-EŻAMI TAL-MERKANZIJA; IL-KONKLUŻJONIJIET TA' L UFFIĊJU DOGANALI U MIŻURI OĦRA MEĦUDA MILL-UFFIĊJU DOGANALI

Artikolu 239

1. Il-merkanzija għandha tiġi eżaminata fil-postijiet indikati u tul is-sigħat indikati għal dak l-iskop mill-awtoritajiet doganali.

2. Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq talba tad-dikjarant, jawtorizzaw l-eżami ta' merkanzija f' postijiet jew f' ħinijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Kull spiża nvoluta għandha titbgħata mid-dikjarant.

Artikolu 240

1. Meta l-awtoritajiet doganali jagħżlu li jeżaminaw il-merkanzija huma għandhom jinfurmaw b' dan lid-dikjarant jew lir-rappreżentant tiegħu.

2. Meta jiddeċiedu li jeżaminaw parti biss mill-merkanzija, l-awtoritajiet doganali għandhom jinfuramw lid-dikjarant jew lir-rappreżentant tiegħu liema oġġetti jixtiequ jeżaminaw. L-għażla ta' l-awtoritajiet doganali tkun finali.

Artikolu 241

1. Id-dikjarant jew il-persuna indikata minnu biex ikun preżenti waqt l-eżami tal-merkanzija għandhom jagħtu lill-awtoritajiet doganli l-assistenza meħtieġa biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tagħhom. Jekk l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw li l-assistenza mogħtija ma tkunx sodisfaċenti, huma jistgħu jeħtieġu li d-dikjarant jindika persuna oħra li tkun tista' tagħti l-assistenza neċessarja.

2. Meta d-dikjarant jirrifjuta li jkun preżenti waqt l-eżami tal-merkanzija jew li jindika persuna li tkun tista' tagħti assistenza li l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw neċessarja, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jistabilixxu terminu perentorju biex jikkonforma ruħu, sakemm ma jikkunsidrawx li jistgħu jgħaddu mingħajr dan l-eżami.

Jekk, meta jiskadi t-terminu perentorju, d-dikjarant ma jkunx ikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-awtoritajiet doganali, dawn, għall-iskop li japplikaw l-Artikolu 75(a) tal-Kodiċi, għandhom jipproċedu bl-eżami tal-merkanzija, għar-riskju u l-ispiża tad-dikjarant, u jagħmlu użu jekk neċessarju tas-servizz ta' xi espert jew ta' xi persuna oħra maħtura skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

3. Il-konklużjonijiet li jagħmlu l-awtoritajiet doganali tul l-eżami mwettaq skond il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandu jkollhom l-istess validità daqs li kieku l-eżami sar fil-preżenza tad-dikjarant.

4. Minflok il-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom l-għażla li jqisu dikjarazzjoni invalida meta jkun jidher ċar li r-rifjut tad-dikjarant li jkun preżenti waqt l-eżami tal-merkanzija jew li jinnomina persuna li tkun kapaċi li tagħti l-assistenza neċessarja la jfixkel u lanqas ma jipprova jfixkel, lil dawk l-awtoritajiet milli jsibu li inkisru r-regoli li jirregolaw id-dħul tal-merkanzija għal proċedura doganali ikkonċernata, u lanqas ma jevadi, jew ifittex li jevadi, d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 66(1) jew ta' l-Artikolu 80(2) tal-Kodiċi.

Artikolu 242

1. Meta l-awtoritajiet doganali jiddeċiedu li jieħdu kampjuni, huma għandhom jinfurmaw lid-dikjarant jew lir-rappreżentant tiegħu.

2. Il-Kampjuni għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet doganali innifishom. Madankollu, huma jistgħu jitolbu li dan isir taħt is-sorveljanza tagħhom mid-dikjarant jew minn persuna indikata minnu.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu skond il-metodi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

3. Il-kwantitajiet meħudha bħala kampjuni m'għandhomx jeċċedu dawk meħtieġa għall-analiżi jew għal eżami aktar iddettaljat, inkluża il-possibilità ta' analiżi ta' verifika.

Artikolu 243

1. Id-dikjarant jew il-persuna nominata minnu biex tkun preżenti meta jittieħdu l-kampjuni għanshom jagħtu lill-awtoritajiet doganali l-assistenza kollha meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-operazzjoni.

2. Meta d-dikjarant jirrifjuta li jkun preżenti waqt li jittieħdu l-kapjuni jew li jindika persuna biex tattendi, jew meta jonqos milli jagħti lill-awtoritajiet doganali l-assistenza kollha neċessarja biex tiffaċilita l-operazzjoni, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 241(1), (2) u (3) għandhom japplikaw.

Artikolu 244

Meta l-awtoritajiet doganali jieħdi kampjuni għal analiżi jew ezami aktar iddetaljat, huma għandhom jawtorizzaw ir-rilaxx tal-merkanzija in kwistjoni mingħajr ma jistennew ir-riżultati ta' l-analiżi jew ta' l-eżami, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oħra biex ma jsirx hekk, u sakemm, meta kien hemm jew x' aktarx li jkun hemm debitu doganali, id-dazji in kwistjoni diġà ġew iskritti fil-kontijiet u tħallsu jew ġew garantiti.

Artikolu 245

1. Il-kwantitajiet meħudha mill-uffiċju doganali bħala kampjuni m'għandhomx jittnaqqsu mill-kwantità dikjarata.

2. Meta esportazzjoni jew dikjarazzjoni ta' pproċessar 'il barra tkun ikkonċernata, id-dikjarant għandu jkun awtorizzat meta ċ-ċirkostanza jippermettu, li jissostitwixxi l-kwantitajiet ta' merkanzija meħuda bħala kampjuni minn merkanzija identika, sabiex issir il-kunsinna.

Artikolu 246

1. Sakemm mhux meqruda bl-analiżi jew b'eżami aktar iddetaljat, il-kampjuni meħudha għandhom jingħataw lura lid-dikjarant fuq it-talba u l-ispiża tiegħu sakemm ma jkollhomx jinżammu iktar mill-awtoritajiet doganali, b' mod partikolari wara li l-mezzi kollha ta' appell tad-dikjarant kontra d-deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali a bażi tar-riżultati ta' dik l-analiżi jew eżami iktar iddettaljat ikunu ġew eżawsti.

2. Meta d-dikjarant ma jitlobx biex jingħataw lura kampjuni, dawn jistgħu jew jinqerdu jew jinżammu mill-awtoritajiet doganali. F'każijiet speċifiċi, madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li d-dikjarant jirtira dawk il-kampjuni li jibqgħu.

Artikolu 247

1. Meta l-awtoritajiet doganali jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti li jkun hemm magħhom jew jeżaminaw il-merkanzija, għandhom jindikaw, mill-inqas fil-kopja tad-dikjarazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet imsemmija, jew f' dokument mehmuż magħhom, il-bażi u r-riżultati ta' kull verifika jew eżami ta' dan it-tip. Fil-każ ta' eżami parzjali tal-merkanzija, għandhom jingħataw ukoll dettalji tal-kunsinna eżaminata.

Meta approprjat, l-awtoritajiet doganali għandhom ukoll jindikaw fid-dikjarazzjoni li d-dikjarant jew ir-rappreżentant tiegħu kienu assenti.

2. Jekk ir-riżultat tal-verifika tad-dikjarazzjoni u d-dokumenti li jkun hemm magħha jew l-ezami tal-merkanzija ma jkunux skond id-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw, mill-anqas fuq il-kopja tad-dikjarazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet imsemmija, jew f' dokumentmehmuż magħhom, id-dettalji li għandhom jitqiesu għall-iskopijiet ta' l-impożizzjoni ta' piżijiet fuq il-merkanzija in kiwstjoni, u, meta approprjat, ta' xi rifużjonijiet jew ammonti oħra pagabbli ma' l-esportazzjoni, u għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet oħrajn li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha l-merkanzija hija iskritta.

3. Ir-riżultati ta' l-awtoritajiet doganali għandhom jindikaw, meta approprjat, il-mezz ta' identifikazzjoni adottat.

Dawn għandhom jiġu datati u jkollhom id-dettalhu meħtieġa biex jidentifikaw l-uffiċjal li joħroġhom.

4. Meta l-awtoritajiet doganali la jivverifikaw id-dikjarazzjoni u lanqas ma jeżaminaw il-merkanzija, ma jkunx hemm bżonn li jikkontrofirmaw id-dikjarazzjoni jew id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 248

1. L-għoti tar-rilaxx għandu jikkawża l-iskrizzjoni fil-kontijiet tad-dazji ta' l-importazzjoni determinati skond id-dettalji fid-dikjarazzjoni. Meta l-awtoritajiet doganali jikkonsidraw li mill-kontrolli li huma jkunu wettqu jirriżulta li jista' jiġi stmat ammont ta' dazju ta' importazzjoni ogħla minn dak li jirriżulta mid-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni, għandhom jeħtieġu wkoll id-depożitu ta' garanzija suffiċjenti biex tkopri d-differenza bejn l-ammont skond id-dettalji fid-dikjarazzjoni u l-ammont li jista' finalment jitħallas fuq il-merkanzija. Madankollu, id-dikjarant jista' jitlob l-iskrizzjoni immedjata fil-kontijiet ta' l-ammont ta' dazji li għalihom il-merkanzija tista' finalment tkun soġġetta flok ma jiddepożita l-garanzija.

2. Meta, a bażi tal-kontrolli li jkunu għamlu, l-awtoritajiet doganali jagħmlu stima ta' l-ammont ta' dazju differenti mill-ammont li jirriżulta mid-dettalji fid-dikjarazzjoni, ir-rilaxx tal-merkanzija jista' jagħti lok għal iskrizzjoni immedjata fil-kontijiet ta' l-ammont hekk stmat.

3. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom dubju dwar jekk japplikawx xi projbizzjoni jew xi restrizzjoni u dan ma jistax jiġi riżolt sakemm ir-riżultati tal-kontrolli li l-awtoritajiet ikunu wettqu ikunu disponibbli, il-merkanzija in kwistjoni ma tistax tiġi rilaxxata.

Artikolu 249

1. L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-forma tar-rilaxx, b' kont meħud tal-post li fih il-merkanzija tkun tinsab u ta' l-arranġament speċjali għas-sorveljanza tagħhom.

2. Meta d-dikjarazzjoni ssir bil-miktub, referenza għar-rilaxx u d-data tagħha għandha ssir fid-dikjarazzjoni jew, meta applikabbli, dokument mehmuż, u kopja tagħha għandha tintbgħat lura lid-dikjarant.;

Artikolu 250

1. Meta l-awtoritajiet doganali ma jkunux jistgħu jagħtu rilaxx għal xi waħda mir-raġunijiet speċifikati fit-tieni jew fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 75(a) tal-Kodiċi, huma għandhom jagħtu lid-dikjarant terminu biex jirregolarizza is-sitwazzjoni tal-merkanzija.

2. Meta, fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-teni inċiż ta' l-Artikolu 75(a) tal-Kodiċi, id-dikjarant ma jkunx ippreżenta d-dokumenti meħtieġa fit-terminu msemmi fil-paragrafu 1, id-dikjarazzjoni in kwistjoni għandha titqies invalida u l-uffiċju doganali għandu jikkanċellaha. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 66(3) tal-Kodiċi għandhom japplikaw.

3. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 75(a) tal-Kodiċi, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura meħuda taħt l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 66(1) jew l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, meta d-dikjarant la jkun ħallas u lanqas iggarantixxa d-dazji dovuti fit-terminu msemmio fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali jistgħu jibdew il-formalitajiet preliminari għall-bejgħ ta' merkanzija. F'dan il-każ il-merkanzija għandha tinbiegħ sakemm il-kondizzjonijiet meħtieġa ma jkunux ġew sodisfatti fl-intervall, jekk neċessarju bil-bejgħ sfurzat meta l-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-awtoritajiet in kwistjoni tippermetti hekk.. L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-dikjarant b'dan.

L-awtoritajiet doganali jistgħu, għas-sogru u l-ispejjeż tad-dikjarant, jitrasferixxu l-merkanzija in kwistjoni għal postijiet speċjali taħt is-sorveljanza tagħhom.

Artikolu 251

B' deroga mill-Artikolu 66(2) tal-Kodiċi, dikjarazzjoni doganali tista' tiġi invalidata wara li l-merkanzija tkunu ġiet rilaxxati, kif previst hawn taħt:

1. meta jkun stabbilit li l-merkanzija ġiet dikjarata bi żball għal proċedura doganali li teħtieġ il-ħlas ta' dazji ta' l-importazzjoni minflok ma titqiegħed taħt proċedura dopganali oħra, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddikjaraw invalida d-dikjarazzjoni jekk issir talba għal dan l-iskop fi żmien tlett xhur mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni sakemm:

- kwalunkwe użu tal-merkanzija ma jkunx kiser il-kondizzjonijiet tal-proċedura doganali li taħhom suppost kellha titqiegħed,

- meta l-merkanzija ġiet dikjarata, kienet intiża biex titqiegħed taħt proċedura doganali oħra, li l-ħtiġiet kollha tagħha kienu sodisfatti, u

- il-merkanzija hija immedjatament introdotta għall-proċedura doganali li għaliha kienet attwalment intiża.

Id-dikjarazzjoni li tqiegħed il-merkanzija taħt il-proċedura doganali ta' l-aħħar għandha tidħol fis-seħħ mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni invalida.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li t-terminu ta' tlett xhur jinqabeż f'każijiet eċċezjonali li jkunu sostanzjati kif dovut.

2. meta l-merkanzija tkun ġiet dikjarata għal esportazzjoni jew għall-proċedura ta' proċess 'il barra, id-dikjarazzjoni għandha tkun dikjarata invalida sakemm:

(a) fil-każ ta' merkanzija li tkun soġġetta għal dazju fuq l-esportazzjoni, għal applikazzjoni ta' ħlas lura tad-dazju ta' l-importazzjoni, għal rifużjonijiet jew għal ammonti oħrajn ta' l-esportazzjoni jew għal miżuri speċjali oħra ta' l-esportazzjoni:

- id-dikjarant jipprovdi lill-uffiċju doganali ta' l-esportazzjoni bi prova li l-merkanzija ma tkunx ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità,

- id-dikjarant jibgħat lura lill-imsemmi uffiċju il-kopji kollha tad-dikjarazzjoni doganali, flimkien ma' xi dokumenti oħra maħruġa lilu fuq l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni,

- id-dikjarant jipprovdi lill-uffiċju doganali ta' l-esportazzjoni bi prova li kull rifużjoni u ammont ieħor mogħti av bażi tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għall-merkanzija in kwistjoni jkunu tħallsu lura jew li jkunu ttieħdu l-miżuri neċessarji mid-dipartimenti kkonċernati biex jassiguraw li ma jitħallsux, u

- id-dikjarant, skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ, jikkonforma ma' kull obbligu ieħor stabbilit mill-uffiċju doganali ta' l-esportazzjoni biex tiġi regolarizzata l-pożizzjoni tal-merkanzija.

L-Invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tinvolvi l-kanċellazzjoni ta' kull aġġustament magħmul fuq liċenza ta' l-esportazzjoni jew ċertifikat ta' ffissar bil-quddiem ippreżentat bħala sostenn għad-dikjarazzjoni.

Meta l-merkanzija dikjarata għall-esportazzjoni tkun meħtieġa li tħallu t-territorju doganali tal-Komunità sa it-terminui għandu jinvolvi d-dikjarazzjoni ta' invalidità rilevanti;

(b) fil-każ ta' merkanzija oħra, l-uffiċju doganali ta' l-esportazzjoni jkun ġie infurmat skond l-Artikolu 796 li l-merkanzija dikjarati ma jtkunx ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità.

3. Sa fejn ir-riesportazzjoni tal-merkanzija tinvolvi l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni, (2) ta' fuq għandu japplika mutatis mutandis.

4. Meta l-merkanzija Komunitarja tkun tqiegħdet taħt il-proċedura Komunitarja ta' magażżinaġġ fis-sens ta' l-Artikolu 98(1)(b) tal-Kodiċi, l-invalidità tad-dikjarazzjoni għad-dħul ta' dik il-proċeura tista' tintalab u ssir sakemm il-miżuri previsti fil-leġislazzjoni rilevanti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mat-trattament jew l-użu preskritt ikunu ttieħdu

Jekk, meta jiskadi t-terminu stabbilit għall-merkanzija biex tibqa' taħt il-proċedura doganali ta' magażżinaġġ, ebda applikazzjoni ma tkun saret biex jingħataw it-trattament jew l-użu previsrt fil-leġislazzjoni rilevanti, l-awtoritajiet doganalu għandhom jieħdu l-miżuri previsti f' dik il-leġislazzjoni.

Artikolu 252

Meta l-awtoritajiet doganali ibigħu l-merkanzija skond l-Artikolu 75 tal-Kodiċi, dan għandu jsir skond l-Artikolu 188.

IT-TITOLU IX

PROĊEDURI SIMPLIFIKATI

IL-KAPITOLU 1

Definizzjonijiet

Artikolu 253

1. Il-proċedura għal dikjaraazzjonijiet mhux kompġleti għandha tippermetti lill-awtoritajiet doganali biex jaċċettaw, f' każ ġustifikat kif dovut, dikjarazzjoni li ma tikkontjenix id-dettalji kollha meħtieġa, jew li ma jkollhiex magġha id-dokumenti mkollha neċessarji għall-proċeura doganali in kwistjoni.

2. Il-proċedura simplifikata tad-dikjarazzjoni għandha tippermettui li l-merkanzija tiġi iskritta għall-proċeura doganali in kwistjoni fuq preżentazzjonui ta' dikjarazzjoni simplifikata bi preżentazzjoni sussegwenti ta' dikjarazzjoni supplimentari li tista' tkun ta' natura ġenerali, perjodika jew rikapitulattiva, kif approprjat.

3. Il-proċedura lokali ta' rilaxx għandha tippermetti biex l-iskrizzjoni tal-merkanzija għall-proċedura doganali in kwistjoni titwettaq fil-lokal tal-persuna kkonċernata jew f' postijiet oħrajn indikati jew approvati mill-awtoritajiet doganali.

KAPITOLU 2

Dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

Sezzjoni 1

Dikjarazzjonijiet inkompleti

Artikolu 254

Dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li fuq talba tad-dikjarant l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw mingħajr ma dawn ikun fihom ċerti dettalji imsemmija fl-Anness 37 għandu jkun fihom mill-anqas id-dettalji msemmija fil-Kaxxa 1 (l-ewwel u t-tieni suddiviżjonijiet), 14, 21, 31, 37, 40 u 54 tad-Dokument Amministrattiv Singolu u:

- deskrizzjoni tal-merkanzija f'termini li jkunu biżżejjed eżatti biex l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeterminaw immedjetament u mingħajr ambigwità l-intestatura jew is-subintestatura tan-nomenklatura magħquda f'dak il-każ,

- meta l-merkanzija tkun soġġetta għal dazji ad valorem, il-valur tagħhom għal skopijiet doganali, jew, meta jkun jidher li d-dikjarant ma jkunx f'qagħda li jiddikjara dan il-valur, indikazzjoni provviżorja tal-valur li huwa kkunsidrat aċċettabbli mill-awtoritajiet diganali, b' kont meħud b' mod partikolari ta' l-informazzjoni disponibbli lid-dikjarant,

- kull dettall ieħor li l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw neċessarju biex tkun identifikata l-merkanzija, biex jiġu mplimentati d-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u biex jiġi determinat l-ammont ta' kull garanzija meħtieġa qabel ma l-merkanzija tiġi rilaxxata.

Artikolu 255

1. Id-Dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw fuq talba tad-dikjarant mingħajr ma jkollhom magħhom xi wħud mid-dokumenti ta' sostenn neċessarji għandu jkollhom magħhom għall-inqas dawk id-dokum, enti li għandhom jiġu ppreżentati qabel ma l-merkanzija dikjarata tkun tista' tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, dikjarazzjoni li ma jkollhiex magħha dokument wieħed jew iktar meħtieġ qabel ma l-merkanzija tkun tista' tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera tista' tiġi aċċettata ladarba jiġi stabbilit għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali li:

(a) id-dokument ikkonċernat ikun jeżisti u jkun validu;

(b) ma seta jiġi anness mad-dikjarazzjoni għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tad-dikjarant;

(ċ) kll dewmien fl-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni kien jipprvjeni r-rilaxx tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera jew jagħmilha soġġetta għal rata ogħal ta' dazju.

Data li tirrelata għal dokumenti neqsin għandha fil-każijiet kollha tkun indikata fid-dikjarazzjoni.

Artikolu 256

1. It-terminu mogħti mill-awtoritajiet doganali lid-dikjarant għall-komunikazzjoni ta' dettalji jew il-preżentazzjoni ta' dokumenti nieqsa meta d-dikjarazzjoni kienet aċċettata ma jistax ikun itwal minn xahar mid-data ta' din l-aċċettazzjoni.

Fil-każ ta' dokument meħtieġ għall-impożizzjoni ta' dazju ta' l-importazzjoni b' rata imnaqqas jew żero, meta l-awtoritajiet doganali jkollhom raġuni biex jaħsbu li l-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni inkompleta tista' tikkwalifika għal dan id-dazju mnaqqas jew żero, jista' jingħata terminu ieħor, fuq talba ta' l-applikant, għall-preżentazzjoni tad-dokument in kwistjoni. Dan it-terminu addizzjonali ma jistax jeċċedi tlett xhur.

Meta d-dettalji neqsin għandhom jiġu kkomunikati jew dokumenti ippreżentati jikkonċernaw valur doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu, meta dan ikun assolutament neċessarju, jistabilixxu terminu itwal jew jestendu it-terminu stabbilit qabel. Il-terminu totali permess għandu jieħu kont tat-termini preskritti fis-seħħ.

2. Meta ikun hemm kwota jew limitu massimu għal merkanzija li tieħu dazju imnaqqas jew żero rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera biss dik il-merkanzija illi magħha ikun ingħata id-dokument attwalment illi fuqu jiddependi l-għoti ta' rata imnaqqsa jew żero, tista' tkun imputata għal kwoti jew limiti tariffarji. Id-doument għandu fi kwalunkwe każ jiġi ppreżentat:

- qabel id-data li fiha miżura tal-Komunità tistabilixxi mil-ġdid l-imposta ta' dazji normali ta' l-importazzjoni, fil-każ ta' limiti tariffarji,

- qabel ma jintlaħħqu l-limiti stabbiliti, fil-każ ta' kwoti tariffarji.

3. Salvi l-paragrafi 1 u 2, id-dokument li fuq il-preżentazzjoni tiegħu huwa kkondizzjonat l-għoti ta' rata mnaqqsa jew żero jista' jiġi ppreżentat wara d-data ta' l-iskadenza tiegħu għall-perjodu li għalih kienet stabbilita r-rata mnaqqsa jew żero, sakemm id-dikjarazzjoni fir-rigward tal-merkanzija in kwistjoni kienet aċċettata qabel dik id-data.

Artikolu 257

1. L-aċċettazzjoni ta' l-awtoritajiet doganali ta' dikjarazzjoni inkompleta m'għandhiex tipprevjeni jew tirritarda ir-rilaxx tal-merkanzija hekk dikjarata, sakemm ma jeżistux raġunijiet oħrajn għal dan. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 248, ir-rilaxx għandu jsir skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 hawn taħt.

2. Meta l-preżentazzjoni tardiva ta' dettalji ta' dokument ta' sostenn li kien nieqes fil-ħin meta dikjarazzjoni ġiet aċċetatta ma jistaw jinfluwenzaw dazji li għalihom il-merkanzija koperta bid-dikjarazzjoni msemmija hija soġġetta, l-awtoritajiet doganali għandhom immedjatament jagħmlu iskrizzjoni fil-kontijiet tagħhom tas-somma pagabbli, ikkalkolata bħas-soltu.

3. Meta, skond l-tikolu 254, id-dikjarazzjoni jkun fiha indikazzoni provviżorja ta' valur, l-awtoritajiet doganali għandhom:

- jagħmlu iskrizzjoni fil-kontijiet ta' l-ammont ta' dazju stabbilit fuq il-bażi ta' din l-indikazzjoni,

jeħtieġu, jekk neċessarju, il-preżentazzjoni ta' garanzija adegwata biex tkopri id-differenza bejn dak l-ammont u l-ammont li għalih hija fl-aħħar mill-aħħar soġġetta il-merkanzija.

4. Meta, f'ċirkostanzi barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 3, il-preżentazzjoni tard ta' dettalji jew ta' dokument ta' sostenn nieqes fil-ħin meta hija aċċettata dikjarazzjoni tista' taffettwa l-ammont ta' dazji li għalihom hija soġġetta l-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni msemmija:

(a) jekk il-preżentazzjoni tard ta' xi dettalji jew dokument nieqsa jistgħu iwasslu għall-applikazzjoni ta' dazju b;'rata mnaqqsa, l-awtoritajietd oganali għandhom:

- immedjetament jagħmlu iskrizzjoni fil-kontijiet tad-dazji ta' l-importazzjoni pagabbli b'rata mnaqqsa,

- jeħtieġu il-preżentazzjoni ta' garanzija li tkopri d-differenza bejn dik is-somma u s-somma li kienet tkun pagabbli kieku d-dazji ta' l-importazzjoni fuq il-merkanzija in kwistjoni jiġu kkalkolati bir-rata normali;

(b) jekk il-preżentazzjoni tard ta' xi dettalji jew dokument nieqsa tista' twassal għall-ammissjoni ta' merkanzija b' eżenzjoni totali minn dazji, l-awtoritajiet doganali għandhom jeħtieġu il-preżentazzjoni ta' garanzija li tkopri l-ammont li kien ikun pagabbli kieku d-dazji kienu imposti bir-rata normali.

5. Mingħajr preġudizzju għal kull bidla sussegwenti li tista' tinqala' bħala riżultat tad-determinazzjoni finali tal-valur doganali, id-dikjarant għandu jkollu l-għażla, li minflok garanzija, jitlob l-iskrizzjoni immedjata fil-kontijiet:

- meta t-tieni inċiż tal-paragrafu 3 jew it-tieni inċiż tal-paragrafu 4 (a) ikunu japplikaw, għall-ammonti ta' dazju li għalihom il-merkanzija tista' finalment tkun soġġetta, jew

- meta l-paragrafu 4 (b) ikun japplika, ta' l-ammont ta' dazji kkalkulati bir-rata normali.

Artikolu 258

Jekk, meta jiskadi t-terminu msemmi fl-Artikolu 256, id-dikjarant ma jkunx ippreżenta d-dettalji neċessarji għad-determinazzjoni finali tal-valur doganali tal-merkanzija, jew iklun naqas milli jippreżenta id-dettalji jew id-dokumenti nieqsa, l-awtoritajiet doganau għandhom immedjatament jagħmlu iskrizzjoni fil-kontijiet bħala dazji li għalihom il-merkanzija in kwistjoni hi soġġetta l-ammont ta' garanzija mogħti skond id-dispożizzjonijiet tat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 257(3), it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 257(4)(a) jew l-Artikolu 257(4)(b).

Artikolu 259

Dikjarazzjoni inkompleta li tkun aċċettata bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 254 sa 257 tista' jew tiġi kompletata mid-dikjarant jew, bi ftehim ma' l-awtoritajiet doganali, tiġi sostitwita b'dikjarazzjoni oħra konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 62 tal-Kodiċi.

Fiż-żewġ każijiet, id-data operattiva għall-iffissar ta' kull dazju u l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħrajn li jirregolaw ir-rilaxx ta' merkanzija għal ċirkolazzjoni libera għandha tkun id-data ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni inkompleta.

Sezzjoni 2

Proċedura ta' dikjarazzjoni simplifikata

Artikolu 260

1. Id-dikjarant għandu, fuq talba bil-miktub li jkun fiha l-informazzjoni kollħa neċessarja, ikun awtorizzat skond il-kondizzjonijiet u l-mod stabbilit fl-Artikoli 261 u 262, jagħmel dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera f'forma simplifikata meta l-merkanzija tiġi ppreżentata lid-dwana.

2. Din id-dikjarazzjoni simplifikata tista' ssir fil-forma

- jew ta' dikjarazzjoni inkompleta fuq Dokument Amministrattiv Singolu, jew

- ta' dokument amministrattiv jew kummerċjali, li jkollu miegħu talba għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

Għandu jkollu mil-inqas id-dettalji neċessarji għal identifikazzjoni tal-merkanzija.

3. Meta ċ-ċirkostanzi jippermettu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li t-talba għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera imsemmija fit-tieni inċiż tal-paragarafu 2 tkun sostitwita b'talba ġenerali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rilaxx li għandhom iseħħu f' perjodu determinat. Referenza għall-awtorizzazzjoni mogħtija bi tweġiba għal din it-talba ġenerali għandha tiġi iskritta fuq dokument kummerċjali jew amministrattiv li jkun ippreżentat skond il-paragrafu 1.

4. Id-dikjarazzjoni simplifikata għandu jkollha magħha id-dokumenti kollha li l-preżentazzjoni tagħhom tista' tkun meħtieġa ħalli biex jinkiseb ir-rilaxx tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera. L-Artikolu 255(2) għandu japplika.

5. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 278.

Artikolu 261

1. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 260 għandha tingħata lid-dikjarant bil-kondizzjoni li jkun possibli li jiġi garantit kontroll effettiv tal-konformità mal-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjo nijiet jew dispożizzjonijiet oħrajn li jirregolaw ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fuq importazzjonijiet.

2. Din l-awtorizzazzjoni għandha in prinċipju tiġi rijutata meta l-persuna li tkun għamlet it-talba:

- tkun kisret serjament jew ripetutament regoli doganali,

- tiddikjara il-merkanzija għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera okkażjonalment biss.

Tista' tkun irrifjutata meta l-persuna in kwistjoni tkun qed taġixxi f'isem persuna oħra li tiddikjara l-merkanzija għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera okkażjonalment biss.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tal-Kodiċi, l-awtorizzazzjoni tista' tiġi revokata meta l-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 joriġinaw.

Artikolu 262

1. L-awtorizzazzjoni imsemmija fl-Artikolu 260 għandha:

- tindika l-uffiċju/i doganali kompetenti biex jaċċettaw dikjarazzjonijiet simplifikati,

- tispeċifika l-forma u l-kontenut tal-dikjarazzjonijiet simplifikati,

- tispeċifika l-merkanzija li tapplika għaliha u d-dettalji li għandhom jidhru fuq id-dikjarazzjoni simplifikata għall-iskopijiet ta' l-identifikazzjoni tal-merkanzija,

- tagħmel referenza għall-garanzija li għandha tiġi ppreżentata mill-persuna kkonċernata biex tkopri kull debitu doganali li jista' jirriżulta.

Għandha wkoll tispeċifika l-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet supplimentari, u għandha tistabilixxi t-termini li fihom dawn għandhom jiġu ppreżentati ma' l-awtoritajiet doganali indikati għal dan l-iskop.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu iwarrbu il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni supplimentari meta id-dikjarazzjoni simplifikata tkun tikkonċerna merkanzija li l-valur tagħha jkun taħt l-għatba statistika stabbilita mid-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ u d-dikjarazzjoni simplifikata tkun diġà tikkontjeni l-informazzjoni kollha meħtieġa għal rilaxx għal ċirkjolazzjoni libera.

Sezzjoni 3

Proċedura għar-rilaxx lokali

Artikolu 263

L-Awtorizzazzjoni għall-użu ta' proċedura għal rilaxx lokali għandha tingħata skond il-kondizzjonijiet u bil-mod kif stabbilit fl-Artikoli 264 sa 266 lil kull persuna li tixtieq li jkollha merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fil-post tiegħu jew fil-postijiet l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 253 u li tissottometti lill-awtoritajiet doganali talba bil-miktub għal dan l-iskop li tikkontjeni d-dettalji kollha neċessarji biex tingħata l-awtorizzazzjoni:

- fir-rigward ta' merkanzija soġġetta jew għall-proċedura ta' transitu Komunitarja jew komuni u li għaliha il-persuna msemmija fuq hija awtorizzata biex tuża l-proċeduri simplifikati li għandhom jitwettqu fl-uffiċju tad-destinazzjoni skond l-Artikoli 406 sa 409,

- fir-rigward ta' merkanzija qabel imqiegħda taħt proċedura doganali b' impatt ekonomiku, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 278,

- fir-rigward ta' merkanzija li, wara li ġiet ippreżentata lid-dwana skond l-Artikolu 40 tal-Kodiċi, hija kkunsinnata lil dawk l-istabbilimenti jew postijiet skond proċedura ta' transitu barra minn dik imsemmija fl-ewwel inċiż,

- fir-rigward ta' merkanzija li tinġjieb fit-territorju doganali tal-Komunità b' eżenzjoni mill-ħtieġa li tiġi ppreżentata lid-dwana, skond l-Artikolu 41(b) tal-Kodiċi.

Artikolu 264

1. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 263 għandha tingħata sakemm:

- ir-reġistri ta' l-applikant jippermettu lill-awtoritajiet doganali jwettqu kontrolli effettivi, b' mod partikolari kontrolli retrospettivi,

- huwa possibbli li tiggarantixxi kontroll effettiv fuq il-konformità mal-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet jew kull dispożizzjoni oħra li tirregola rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' importazzjoni.

2. L-Awtorizzazzjoni għandha bħala prinċipju tkun irrifjutata meta l-applikant:

- ikun kiser serjament jew ripetutament regoli doganali,

- ikun iddikjara l-merkanzija għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera okkażjonalment biss.

Artikolu 265

1. Mingħajr peġudizzju għall-Artikolu 9 tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali jistgħu iżommu milli jirrevokaw l-awtorizzazzjoni meta:

- min hu fil-pussess jissodisfa l-obbligi tiegħu fi kwalunkwe terminu stabbilit minnhom, jew

- in-nuqqas li jiġi sodisfatt obbligu ikun mingħajr ebda konsegwenza reali għall-operazzjoni korretta tal-proċedua.

2. L-Awtorizzazzjoni għandha bħala prinċipju tiġi revokata meta l-każ imsemmi fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 264(2) jirriżulta.

3. Awtorizzazzjoni tista' tkun irrevokata meta l-każ imsemmi fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 264(2) jirriżulta.

Artikolu 266

1. Sabiex l-awtoritajiet doganali ikunu sodisfatti dwar it-tmexxija proprja ta' l-operazzjonijiet, il-persuna fil-pussess ta' l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 263 għandha, mal-wasla tal-merkanzija fil-post indikat għal dak l-iskop:

(a) tinnotifika kif xieraq lill-awtoritajiet doganali b'dik il-wasla fil-forma u l-mod speċifikat minnhom għall-iskop li jiġi ottenut ir-rilaxx tal-merkanzija;

(b) tinserixxi l-merkanzija imsemmija fir-reġistri tagħha. Din l-iskrizzjoni għandha tiġi sostitwita bi kwalunkwe formalità oħra li tagħti l-istess garanziji mitluba mill-awtoritajiet doganali. L-iskrizzjoni għandha tindika d-data li fiha ssir u d-dettalji neċessarji għall-identifikazzjoni tal-merkanzija;

(ċ) tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet doganali d-dokumenti kollha li l-preżentazzjoni tagħhom tistaż tkun meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rilaxx ta' merkanzija għal ċirolazzjoni libera.

2. Bil-kondizzjoni li l-kontrolli fuq it-tmexxija sewwa ta' operazzjonijiet mhumiex b' hekk influwenzati, l-awtoritajiet doganali jistgħu:

(a) jippermettu li n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 (a) tidħol fis-seħħ malli il-wasla tal-merkanzija tkun imminenti;

(b) f'ċerti ċirkostanzi speċjali, meta n-natura tal-merkanzija in kwistjoni u t-turnover rapidu jiggarantixxu hekk, jeżentaw lill-persuna fil-pussess mill-awtorizzazzjoni għall-ħtieġa ta' notifika lill-uffiċju doganali kompetenti ta' kull wasla ta' merkanzija, sakemm iforni lill-uffiċju msemmi bl-informazzjoni kollha li jikkonsuidra neċessarja sabiex ikun jista' jeżerċita d-dritt li jeżamina l-merkanzija jekk ikun il-każ.

F'dan il-każ, l-iskrizzjonital-merkanzija fir-reġistri tal-persuna kkonċernata għandha tkun ekwivalenti għal rilaxx.

Artikolu 267

L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 263 għandha tistabilixxi ir-regoli speċifiċi għall-operazzjoni tal-proċedura u b' mod partikolari għandha tistipula:

- il-merkanzija li tapplika għalihom,

- il-forma ta' l-obbligi msemmija fl-Artikolu 266 u r-referenza għall-garanzija li għandha tiġi provduta mill-persuna kkonċernata,

- il-ħin tar-rilaxx tal-merkanzija,

- il-limitu taż-żmien li fih id-dikjarazzjoni supplementari għandha tiġi ppreżentata mal-uffiċju doganali kompetenti indikat għal dak l-iskop,

- il-kondizzjonijiet li taħthom il-merkanzija għandha tiġi koperta minn dikjarazzjonijiet ġenerali, perjodiċi jew rikapitulattivi, kif approprjat.

IL-KAPITOLU 3

Dikjarazzjonijiet għal proċedura doganali b'impatt ekonomiku

Sezzjoni 1

Iskrizzjoni għal proċedura doganali b'impatt ekonomiku

Sub-sezzjoni 1

Iskrizzjoni għall-proċedura ta' magazzinaġġ doganali

A. Dikjarazzjonijiet inkompleti

Artikolu 268

1. Id-Dikjarazzjonijiet għall-proċedura ta' maġazzinaġġ doganali li l-uffiċju doganali ta' iskrizzjoni jista' jaċċetta fuq it-talba tad-dikjarant mingħajr ma jkun fihom xi dettalji imsemmija fl-Anness 37 għandu jkollhom mill-inqas id-dettalji neċessarji għall-identifikazzjoni tal-merkanzija li għalihom tirrelata din id-dikjarazzjoni, inkluża l-kwantità tagħhom.

2. L-Artikoli 255, 256 u 259 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal dikjarazzjonijiet għall--proċedura tal-prodotti agrikoli Komunitarji msemmija fl-Artikoli 529 sa 534.

B. Proċedura ta' dikjarazzjoni simplifikata

Artikolu 269

1. Id-dikjarant għandu, fuq talba, ikun awtorizzat skond il-kondizzjonijiet u l-mod stabbiliti fl-Artikolu 270, li jagħmel dikjarazzjoni għall-iskrizzjoni għal proċedura simplifikata meta l-merkanzija tiġi ppreżentata lid-dwana.

Din id-dikjarazzjoni simplifikata tista' tkun fil-forma:

- jew ta' dikjarazzjoni inkompleta tat-tip imsemmi fl-Artikolu 268, jew

- ta' dokument amministrattiv jew kummerċjali, li jkollu miegħu talba għall-iskrizzjoni għall-proċedura;

Għandu jkun fiha id-dettalji imsemmija fl-Artikolu 268(1).

2. Meta din il-proċedura tkun applikata f'magazzinaġġ tat-tip D id-dikjarazzjoni simplifikata għandha tinkludi wkoll in-natura tal-merkanzija kkonċernati, b'dettalji suffiċjenti sabiex tista' ssir il-klassifika immedjata u mhux ambigwa, u l-valur doganali tagħha.

3. Il-proċedura tal-paragrafu 1 m'għandiex tapplika għal magażinaġġ tat-tip B u F lanqas għad-dħul tal-prodotti agrikoli Komunitarji msemmija fl-Artikoli 529 sa 534 għall-proċedura f' kull tip ta' magażżinaġġ.

Artikolu 270

1. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 269(1) għandha ssir bil-miktub u jkun fiha id-dettalji kollha neċessarji biex tingħata l-awtorizzazzjoni.

Meta ċ-ċirkostanzi jippermettu, l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 269(1) tista' tiġi sostitwita b' talba ġenerali fir-rigward ta' operazzjonijiet li għandhom iseħħu f' perjodu determinat.

F'dan il-każ l-applikazzjoni għandha ssir taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 497 sa 502 u għandha tkun sottomessa ma' l-applikazzjoni għal operat tal-magażinaġġ doganali jew bħala modifika għall-awtorizzazzjoni inizjali, lil l-awtorità ddoganali li ħarġet l-awtorizzazzjoni għall-proċedura.

2. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 269(1) għandha tingħata lill-persuna kkonċernata sakemm il-kondotta proprja ta' l-operazzjonijiet tagħha ma tkunx b'hekk affetwata.

3. Din l-awtorizzazzjoni għandha bi prinċipju tkun irrifjutata meta:

- il-garanziji neċessarji għat-twettieq sewwa ta' l-operazzjonijiet ma jingħatawx,

- il-persuna kkonċernata tinserixxi merkanzija għall-proċedura okkażjonalment biss,

- il-persuna kkonċernata tkun kisret serjament jew ripetutament regoli doganali,

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tal-Kodiċi, l-awtorizzazzjoni tista' tiġi revokata meta jirriżultaw il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 271

L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 269(1) għandha tistabilixxi r-regoli speċifiċi għall-operazzjoni tal-proċedura, inklużi:

- l-uffiċju/i ta' iskrizzjoni għall-proċedura,

- il-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet simplifikati,

M' hemmx bżonn li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni supplimentari

Ċ. Il-Proċedura lokali għar-rilaxx

Artikolu 272

1. L-Awtorizzazzjoni għal użu ta' proċedura ta' rilaxx lokali għandha tingħata skond il-kondizzjonijiet u bil-mod stabilit fil-paragrafu 2 u l-Artikoli 273 u 274.

2. L-Artikolu 269(2) u l-Artikolu 270 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 273

1. Sabiex l-awtoritajiet doganali ikunu jistgħu jassiguraw li l-operazzjonijiet isiru sewwa, il-persuna fil pussess ta' l-awtorizzazzjoni għandha, mal-wasla tal-merkanzija fil-post indikat għal dak l-iskop:

(a) tinnotifika kif dovut din il-wasla lill-uffiċju ta' sorveljanza fil-forma u l-manjiera speċifikata minnha;

(b) tagħmel iskrizzjonijiet fir-reġistri tal-ħażniet;

(ċ) iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-uffiċju ta' sorveljanza id-dokumenti kollha li jikkonċernaw id-dħul tal-merkanzija għall-proċedura.

L-iskrizzjoni fir-reġistri tal-ħażniet imsemmija f' (b) għandha tikkontjeni mill-inqas uħud mid-dettalji użati għall-identifikazzjoni tal-merkanzija kommerċjalment, inkluża l-kwantità tagħhom.

2. L-Artikolu 266(2) għandu japplika.

Artikolu 274

L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 272(1) għandha tistabilixxi ir-regoli speċifiċi għall-operazzjoni tal-proċedura u għandha tispeċifika b'mod partikolari:

- il-merkanzija li tapplika għaliha,

- il-forma ta' l-obbligi imsemmija fl-Artikolu 273,

- il-ħin tar-rilaxx tal-merkanzija.

M' hemmx bżonn li tkun meħtieġa dikjarazzjoni supplimentari.

Sub-sezzjoni 2

L-iskrizzjoni għall-iproċessar 'il ġewwa, l-ipproċessar taħt kontroll doganali jew proċeduri ta' importazzjoni temporanja.

A. Dikjarazzjonijiet inkompleti

Artikolu 275

1. Id-Dikjarazzjonijiet għad-dħul ta' proċedura doganali b'impatt ekonomiku barra mill-ipproċessar 'il barra u l-magażżinaġġ doganali li l-uffiċju doganali tad-dħul għall-proċedura jista' jaċċetta fuq it-talba tad-dikjarant mingħajr ma jkun fihom xi dettalji msemmija fl-Anness 37 jew mingħajr ma jkollhom magħhom ċerti dokumenti imsemmija fl-Artikolu 220 għandhom jikkontjenu għall-inqas id-dettalji msemmija fil-Kaxex 14, 21, 31, 37, 40 u 54 tad-Dokument Amministrattiv Singolu u fil-Kaxxa 44, ir-referenza għall-awtorizzazzjoni jew: fl-Artikolu 230 għandhom ikun fihom mill-anqas il-partikularitajiet li hemm referenza dwarhom f'Kaxxa 14, 21, 31, 37, 40 u 54 tad-Dokument Amministrattiv Singolu u f'Kaxxa 44, ir-referenza tal-awtorizzazzjoni jew:

- ir-referenza għat-talba, meta it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 556(1), japplika, jew

- l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 568(3), 656 (3) jew 695 (3) meta tista' tiġi inserita f' din il-kaxxa meta l-proċeduri simplifikati għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni huma applikabbli.

2. L-Artikoli 255, 256 u 259 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3. Fil-każijiet taż iskrizzjoni għall-proċedura ta' l-ipproċessar 'il ġewwa, is-sistema ta' rimbors, l-Artikoli 257 u 258 għandhom ukoll japplikaw mutatis mutandis.

B. Dikjarazzjoni simplifikata u proċeduri għar-rilaxx lokali

Artikolu 276

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 260 sa 267 u ta' l-Artikolu 270 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dik il-merkanzija dikjarata għall-proċeduri doganali b' impatt ekonomiku koperti minn dik is-subsezzjoni.

Sub-sezzjoni 3

Merkanzija ddikjarata għall-proċedura ta' pproċessar 'il barra

Artikolu 277

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 279 sa 289 li japplikaw għal merkanzija dikjarati għall-esportazzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għal merkanzija dikjarati għall-esportazzjoni taħt il-proċedura ta' pproċessar 'il barra.

Sezzjoni 2

Il-verifika ta' proċedura doganali b'impatt ekonomiku

Artikolu 278

1. F'każijiet ta' verifika ta' proċedura doganali b'impatt ekonomiku barra mill-ipproċessar' il barra u l-proċeduri ta' magażżinaġġ doganali, il-proċeduri simplifikati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, esportazzjoni u riesportazzjoni jistgħu jiġu applikati. Fil-każ ta' riesportazzjoni, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 279 sa 289 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2. Il-proċeduri simplifikati msemmija fl-Artikoli 254 sa 267 għandhom jiġu applikati għar-rilaxx ta' merkanzija għal ċirkolazzjoni libra taħt ilġ-proċedura ta' pproċessar 'il barra.

3. F'każijiet ta' verifika tal-proċedura ta' magażżinaġġ doganali, il-proċeduri simplifikati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, esportazzjoni jew riesportazzjoi jistgħu jiġu applikati.

Madankollu:

(a) għal merkanzija iskritta għall-proċedura ta' magażżinaġġ tat-tip F ebda proċedura simplifikata ma tista' tiġi awtorizzata;

(b) għal merkanzija iskritta għall-proċeura ta' magażżinaġġ tat-tip B biss dikjarazzjonijiet inkompleti u l-proċedura ta' dikjarazzjoni simplifikata għandhom japplikaw;

(ċ) il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għal magażżinaġġ tat-tip D għandu jinvolvi l-applikazzjoni awtomatika tal-proċedura lokali ta' rilaxx għall-ċirkolazzjoni libera.

Madankollu, f' każijiet meta il-persuna kkonċernata tixtieq li tibbenefika mill-applikazzjoni ta' partiti ta' piżijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mingħajr eżami fiżiku tal-merkanzija, din il-proċedura ma tistax tiġi applikata. F'dan il-każ, proċeduri oħra li jinvolvu l-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana jistgħu jintużaw;

(d) l-ebda proċedura simplifikata m'għandha tapplika għal merkanzija agrikola Komunitarja iskritta għall-proċedura ta' magażżinaġġ doganali skond l-Artikoli 529 sa 534.

IL-KAPITOLU 4

Dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni

Artikolu 279

Il-formalitajiet li għandhom jitwettqu fl-uffiċju doganali ta' l-esportazzjoni kif previst fl-Artikolu 792 jistgħu jiġu simplifikati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 793 u 796 għandhom japplikaw għal dan il-Kapitolu.

Sezzjoni 1

Dikjarazzjonijiet inkompleti

Artikolu 280

1. Id-Dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni li l-uffiċju doganali jista' jaċċetta, fuq talba tad-dikjarant, mingħajr ma dawn ikun fihom ċerti dettalji msemmija fl-Anness 37 għandu jkun fihom mill-anqas dettalji msemmija fil-kaxex 1 (l-ewwel suddiviżjoni), 2, 14, 17, 31, 33, 38, 44 u 54 tad-Dokument Amministrattiv Singolu u:

- meta l-merkanzija tkun soġġetta għal dazji ta' l-esportazzjoni jew soġġetta għal xi miżuri oħra previsti mill-politika agrikola komuni, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni kif suppost ta' dawn id-dazji jew miżuri,

- kull informazzjoni oħra li titqies neċessarja sabiex tidentifika l-merkanzija, tapplika d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-esportazzjoni tagħha jew tiddetermina l-ammont ta' kull garanzija meħtieġa qabel ma l-merkanzija tista' tiġi esportata.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarant biex ma jimliex il-kaxex 17 u 33 bil-kondizzjoni li hu jiddikjara li l-esportazzjoni tal-merkanzija in kwistjoni ma tkunx soġġetta għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet u li l-awtoritajiet doganali ma jkollhom raġuni li jiddubitaw dan u d-deskrizzjoni tal-merkanzija tippermetti li l-klassifika tan-nomenklatura magħquda tiġi determinata immedjatament u mingħajr ambigiwità

3. Il-Kopja Nru 3 għandha tinkludi waħda minn dawn il-kitbiet li ġejjin fil-kaxxa 44:

- Exportación simplificada

- Forenklet udførsel

- Vereinfachte Ausfuhr

- Απλουστευμένη εξαγωγή

- Simplified exportation

- Exportation simplifiée

- Esportazione semplificata

- Vereenvoudigde uitvoer

- Exportação simplificada.

4. L-Artikoli 255 sa 259 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 281

Meta l-Artikolu 789 japplika, id-dikjarazzjoni supplimentari jew ta' sostituzzjoni tista' tiġi ppreżentata fl-uffiċju doganali responsabbli għal-post fejn huwa stabilit l-esportatur. Meta is-subkuntrattur huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor barra minn dak fejn ikun stabbilit l-esportatur, din il-possibilità għandha tapplika biss bil-kondizzjoni li sar ftehim bejn l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membru kkonċernati.

Id-dikjarazzjoni inkompleta għandha tinkludi l-uffiċju fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni supplimentari. L-uffiċju doganali fejn id-dikjarazzjoni inkompleta hija ppreżentata għandu jibgħat kopju Nri 1 u 2 lill-uffiċju doganali fejn id-dikjarazzjoni supplimentari jew id-dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni jiġu ppreżentati.

Sezzjoni 2

Proċedura ta' dikjarazzjoni simplifikata

Artikolu 282

1. Fuq talba bil-miktub li tkun tikkontjeni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tingħata l-awtorizzazzjoni, id-dikjarant għandu jkun awtorizzat, taħt il-kondizzjonijiet u bil-mod stabbilit fl-Artikoli 261 u 262 applikati mutatis mutandis, li jagħmel dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni f' forma simplifikata meta l-merkanzija tiġi ppreżentata lid-dwana.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 288, id-dikjarazzjoni simplifikata għandu jkollha l-forma ta' Dokument Amministrattiv Singolu inkomplet li jkun fih mill-anqas id-dettalji neċessarji għall-identifikazzjoni tal-merkanzija. Il-Paragrafi 3 u 4 ta' l-Artikolu 280 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Sezzjoni 3

Proċedura lokali għar-rilaxx

Artikolu 283

Fuq talba bil-miktub, l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' proċedura lokali ta' rilaxx għandha tingħata taħt il-kondizzjonijiet u bil-mod stabbiliti fl-Artikolu 284 lil kull persuna, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsemmija bħala esportatur approvat li tixtieq twettaq proċeduri ta' esportazzjoni fl-istabbiliment tagħha jew f' xi postijiet oħra indikati jew approvati mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 284

L-Artikoli 264, u 265 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 285

1. Sabiex l-awtoritajiet doganali ikunu sodisfatti dwar it-tmexxija tajba ta' l-operazzjonijiet, l-esportatur approvat għandu, qabel ma titneħħa l-merkanzija mill-postijiet imsemmija fl-Artikolu 283:

(a) jinnotifika kif dovut lill-awtoritajiet doganali b'din it-tneħħija fil-forma u l-mod speċifikat minnhom għall-iskop li jiġi ottenut rilaxx tal-merkanzija;

(b) jinserixxi l-merkanzija msemmija fir-reġistri tiegħu. Din l-iskrizzjoni tista' tiġi sostitwita b' xi formalità oħra li toffri garanziji simili stabbiliti mill-awtoritajiet doganali. L-iskrizzjoni għandha tindika id-data li fiha ssir u d-dettalji neċessarji għall-identifikazzjoni tal-merkanzija;

(ċ) iqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet doganali id-dokumenti kollha li l-preżentazzjoni tagħhom tista' tkun meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-esportazzjoni tal-merkanzija.

2. F'ċerti ċirkostanzi partikolari ġġustifikati min-natura tal-merkanzija in kwistjoni u r-ritmu mgħaġġel ta' l-operazzjonijiet ta' esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu jeżentaw lill-esportatur approvat mill-ħtieġa li jinforma lill-uffiċju doganali kompetenti b'kull tneħħija ta' merkanzija, sakemm iforni lill-uffiċju imsemmi bl-informazzjoni kollha li hu jħoss neċessarju biex ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu li jeżamina l-merkanzija jekk ikun hemm bżonn.

F'dan il-każ, l-iskrizzjoni tal-merkanzija fir-reġistri ta' l-esportatur approvat għandha tkun ekwivalenti għal rilaxx.

Artikolu 286

1. Għall-verifika li l-merkanzija tkun attwalment telqet mit-territorju doganali tal-Komunità, il-Kopja Nru 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu għandha tintuża bħala prova ta' ħruġ.

L-awtorizzazzjoni għandha tistipula li l-Kopja Nru 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu tiġi awtentikata bil-quddiem.

2. L-Awtentikazzjoni minn qabel tista' ssir b' wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) il-kaxxa A tista' tiġi ttimbrata bil-quddiem bit-timbru ta' l-uffiċju doganali kompetenti, u iffirmata minn uffiċjal ta' dak l-uffiċju;

(b) l-esportatur approvat jista jittimbra d-dikjarazzjoni billi juża timbru speċjali li jkun jikkonforma mal-mudel li jidher fl-Anness 62.

L-istampa ta' dan it-timbru tista' tkun stampata minn qabel fuq il-formoli meta l-istampar jiġi fdat f' idejn stampatur approvat għal dak l-iskop.

3. Qabel ma titlaq din il-merkanzija l-esportatur approvat għandu:

- iwettaq il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 285;

- jindika fuq il-Kopja Nru 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu ir-referenza għall-iskrizzjoni tiegħu u d-data li fiha jkun sar dan.

4. Il-Kaxxa 44 tal-Kopja Nru 3, mimlija skond il-paragrafu 2, għandha tinkludi:

- in-numru ta' l-awtorizzazzjoni u l-isem ta' l-uffiċju doganali li joħroġha;

- waħda mill-kitbiet imsemmija fl-Artikolu 280(3).

Artikolu 287

1. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 283 għandha tistabilixxi ir-regoli speċifiċi għall-operazzjoni tal-proċedura u b' mod partikolari għandha tistabilixxi:

- il-merkanzija li tapplika għaliha,

- il-forma ta' l-obbligi msemmija fl-Artikolu 285,

- il-ħin tar-rilaxx tal-merkanzija,

- il-kontenut tal-Kopja Nru 3 u l-mezzi li permezz tagħhom għandu jiġi vvalidat,

- il-proċedura għall-presentazzjoni tad-dikjarazzjoni supplimentari u t-terminu li fih għandha tiġi ppreżentata.

2. L-awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-obbligazzjoni mill-esportatur approvat li jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jassigura is-salvagwardja tat-timbru speċjali jew tal-formoli li jkollhom stampat it-timbru ta' l-uffiċju doganali ta' l-eportazzjoni jew l-istampa tat-timbru speċjali.

Sezzjoni 4

Dispożizzjonijiet komuni għas-Sezzjonijiet 2 u 3

Artikolu 288

1. Minflok id-Dokument Amministrattiv Singolu, Stati Membri jistgħu jippermettu li dokument kummerċjali jew amministrattiv jew kull mezz ieħor jiġu wżati meta l-operazzjoni kollha ta' l-esportazzjoni titwettaq fit-territorju ta' Stat Membru wieħed, jew kull meta din il-possibiltà tkun prevista permezz ta' ftehim konkluż bejn l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri ikkonċernati.

2. Id-dokument jew il-mezz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom mill-inqas id-dettalji neċessarji għall-identifikazzjoni tal-merkanzija u wkoll waħda mill-iskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 280(3) u għandu jkollha magħha talba għall-esportazzjoni.

Meta ċ-ċirkostanzi jippermettu, l-awtoritajiet doganali jistgħu iħallu li din it-talba tiġi sostitwita b' talba globali li tkopri l-operazzjonijiet ta' esportazzjoni li jsiru matul perjodu partikolari. Referenza għall-awtorizzazzjoni għandha ssir fuq id-dokument jew il-mezz in kwistjoni.

3. Id-Dokument kummerċjali jew amministrattiv għandu jservi ta' prova tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità bl-istess mod bħall-Kopja Nru 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu. Meta jintużaw mezzi oħrajn, l-arranġamenti għall-iskrizzjoni tal-ħruġ għandhom jiġu definiti, meta approprjat, bi ftehim konkluż bejn l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri ikkonċernati.

Artikolu 289

Meta l-operazzjoni kollha ta' l-esportazzjoni isseħħ fit-territorju ta' Stat Membru wieħed, dak l-Istat Membru jista', b'żieda mal-proċeduri msemmija fis-Sezzjonijiet 2 u 3 u waqt li jassigura konformità mal-politika Komunitarja, jipprovdi għal simplifikazzjonijiet oħrajn.

PARTI II

TRATTAMENT JEW UŻU APPROVATI MID-DWANA

IT-TITOLU I

RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI LIBERA

IL-KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 290

1. Meta l-merkanzija Komunitarja hija esportata taħt carnet ATA in konformità ma' l-Artikolu 797, dik il-merkanzija tista' tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera abbażi tal-carnet ATA.

2. F'dan il-każ, l-uffiċju fejn il-merkanzija hija rilaxxata għal ċirkolazzjoni ibera għandu jwettaq il-formalitajiet li ġejjin:

(a) jivverifika l-informazzjoni mogħtija fil-kaxxi A sa G tal-kont ta' ri-importazzjoni;

(b) jimla l-mamma u l-kaxxa H tal-folja tar-ri-importazzjoni;

(ċ) iżomm il-fattura tar-ri-importazzjoni.

3. Meta l-formalitajiet li jivverifikaw operazzjoni ta' esportazzjoni temporanja fir-rigward ta' merkanzija Komunitarja jitwettqu f' uffiċju doganali ieħor barra minn dak fejn il-merkanzija tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità, il kunsinna tal-merkanzija minn dak l-uffiċju għall-uffiċju fejn il-formalitajiet imsemmija jitwettqu m' għandha teħtieġ ebda formalità.

IL-KAPITOLU 2

L-Ammissjoni ta' merkanzija bi trattament ta' tariffa favorevoli għar-raġuni ta' l-użu finali tagħhom

Sezzjoni 1

Merkanzija barra minn żwiemel għall-qatla

Artikolu 291

1. L-ammissjoni ta' merkanzija imdaħħla għal ċirkolazzjoni libera bi trattament ta' tariffa favorevoli għar-raġuni ta' l-użu finali tagżħha għandha tkun soġġetta għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bil-miktub lill-persuna li timporta l-merkanzija jew li jkollha l-merkanzija mportata għal ċirkolazzjoni libera.

2. L-awtorizzazzjoni msemmija għandha tinħareġ fuq talba bil-miktub tal-persuna kkonċernata mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn il-merkanzija tkun dikjarata għal ċirkolazzjoni libera.

3. Fil-każ ta' merkanzija elenkata fl-Anness 39, it-talba għandu jkollha inter alia l-informazzjoni li ġejja:

(a) deskrizzjoni qasira ta' l-impjant li għandu jintuża għat-trattament propost;

(b) in-natura tat-trattament propost;

(ċ) it-tip u l-kwantità tal-merkanzija li għandha tintuża;

(d) meta Noti Addizjonali 4 (n) u 5 għall-Kapitolu 27 tan-nomenklatura magħquda japplikaw, it-tip, il-kwantità u d-deskrizzjoni tariffarja tal-merkanzija ottenuta.

4. Il-persuna kkonċernata għandha tippermetti lill-awtoritajiet doganali li jintraċċaw il-merkanzija għas-sodisfazzjon tagħhom fl-istabbiliment jew l-istabbilimenti ta' l-impriża matul l-ipproċessar tagħha.

Artikolu 292

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jillimitaw il-perjodu tal-validità ta' l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 291.

2. Meta awtorizzazzjoni tiġi revokata id-detentur għandu jħallas immedjatament id-dazji ta' l-importazzjoni, stabbiliti skond l-Artikolu 208 tal-kodiċi, fir-rigward ta' dik il-merkanziua li tkun għadha ma ingħatatx lill-użu finali preskritt.

Artikolu 293

Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun obbbligat:

(a) li juża l-merkanzija għall-użu finali preskritt;

(b) li jzomm reġistri li jippermettu lill-awtoritajiet doganali iwettqu kull kontroll li jqisu neċessarju biex jassiguraw li l-merkanzija hija infatti mqiegħda għall-użu finali preskritt u iżomm dawn ir-reġistri.

Artikolu 294

1. Il-merkanzija kollha għandha tintuża għall-użu finali preskritt fi żmien sena mid-data li fiha d-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera kienet aċċettata mill-awtoritajiet doganali.

2. Fil-każ tal-merkanzija elenkata fl-Anness 40, Parti 2, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ħames snin.

3. Il-perijodi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu estiżi mill-awtoritajiet doganali jekk il-merkanzija ma tkunx intużat għall-użu finali preskritt minħabba jew ċirkostanzi mhux previsti jew forza maġġuri jew minħabba eżiġenzi inerenti fix-xogħol jew l-ipproċessar tal-merkanzija.

4. Fil-każ ta' merkanzija elenkata fl-Anness 39, il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ħlief meta provdut xort' oħra fin-Noti Addizzonali 4 (n) u 5 tal-Kapitolu 27 tan-nomeniklatura magħquda.

Artikolu 295

1. Il-merkanzija għandha tiġi kkunsidrata li ntużat għall-użu finali inkwistjoni:

1. fil-każ ta' merkanzija li tista' tintuża darba biss, meta l-merkanzija kollha tkun intużat għall-użu finali preskritt skond it-termini stabbiliti;

2. fil-każ ta' merkanzija li tista' tintuża ripetutament, sentejn wara li l-ewwel tintuża għall-użu preskritt; id-data ta' l-ewwel destinazzjoni għandha tiġi iskritta fir-reġistri msemmija fl-Artikolu 293(b); madankollu:

(a) materjali elenkati fl-Anness 40, il-Parti 1, użati minn linji ta' l-ajru għall-manutenzjoni u t-tiswija ta' l-inġenji ta' l-ajru tagħhom jew skond il-kondizzjonijiet ta' ftehim ta' skambju jew għall-bżonnijiet tagħhom proprji għandhom jiġu kkunsidrati li ntużaw għal dak l-użu finali fil-ħin ta' l-ewwel destinazzjoni tagħhom għall-użu preskritt;

(b) partijiet ta' vetturi għall-assemblaġġ għandhom jiġu kkunsidrati li ntużaw għal dak l-użu finali meta l-vetturi huma trasferiti lil persuni oħrajn;

(ċ) merkanzija elenkata fl-Anness 40, il-Parti 1, intiża għal ċerti klassijiet ta' inġenji ta' l-ajru għall-iskopijiet tal-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, il-konverżjoni jew it-tagħmir tagħhom għandha tiġi kkunsidrata li intużat għal dak l-użu finali meta l-inġenju ta' l-ajru huwa trasferit lil persuna barra mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jew magħmula disponibbli għal darba oħra lis-sid tagħha, inter alia wara l-manutenzjoni, t-tiswija jew il-konverżjoni;

(d) merkanzija msemmija fl-Anness 40, il-Parti 2, intiża għal ċerti klassijiet ta' bastimenti jew għal pjattaformi ta' tħaffir jew produzzjoni għall-iskopijiet tal-kostruzzjoni, t-tiswija, l-manutenzjoni, il-konverżjoni, l-armar jew it-tagħmir tagħhom għandha tiġi kkunsidrata li intużat għal dak l-użu finali meta l-bastiment jew il-pjattaforma ta' tħaffir jiġi trasferit lil persuna barra mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jew magħmula disponibbli għal darb' oħra lis-sid tagħżha, inter alia wara il-manutenzjoni, t-tiswija jew il-konverżjoni;

(e) merkanzija semmija fl-Anness 40, il-Parti 2, fornita direttament abbord għall-iskopijiet ta' tagħmir għandha tiġi kkunsidrata li intużat għal użu finali fil-ħin ta' din il-fornitura;

(f) inġenji ta' l-ajru ċivili għandhom jiġu kkunsidrati li ntużaw għal użu finali meta huma rreġistrati fir-reġistri pubbliċi peskritti għal dak l-iskop.

2. Ir--rimi u l-iskart li jibqa' mix-xogħol jew l-ipproċessar tal-merkanzija u telf dovut għal raġunijiet naturali għandu jiġi ikkunsidrat bħala merkanzija li intużat għall-użu finali.

Artikolu 296

1. F' każijiet ta' neċessità sostanzjati kif dovut mid-detentur ta' la-wtorizzazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu l-merkanzija msemmija f'din is-Sezzjoni li tinħażen ma' merkanzija ta' l-istesss tip u kwalità li jkollha l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi.

Meta l-merkanzija tinħażen b' dan il-mod din is-Sezzjoni għandha tapplika għal kwalità ta' merkanzija ekwivalenti għal dik rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera skond din is-Sezzjoni.

2. B' deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li l-merkanzija elenkata fl-Anness 39 rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera skond din is-Sezzjoni tinħażen f taħlita ma' merkanzija oħra elenkata f' dak l-Anness jew ma' żjut krudi tal-petroleum li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 27090000.

3. Il-ħażna mħallta ta' merkanzija msemmija fil-paragrafu 2 li hijiex ta' l-istess tip u kwalità u li ma jkollhiex l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi tista' titħalla biss meta t-taħlita kollha ttkun se tiġi trattata b' waħda mit-trattamenti msemmija fin-Noti Addizzjonali 4 u 5 tal-kapitolu 27 tamn-nomenklatura magħquda.

Artikolu 297

1. Meta l-merkanzija tiġi trasferita fil-Komunità, id-destinatarju għandu jkollu awtorizzazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 291.

2. B' deroga mill-Artikolu 294, il-merkanzija kollha għandha tkun intużat għall-użu finali preskritt fis-sena tad-data tat-trasferiment; madankollu, dan it-terminu jista' jiġi estiż kif previst fl-Artikolu 294(3).

Artikolu 298

1. Meta l-merkanzija koperta bl-Artikolu 297 tiġi kunsinnata minn Stat Membru wieħed għal ieħor, il-kopja ta' kontroll T5 prevista fl-Artikoli 471 sa 495 għandha tintuża, soġġetta għal proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 8.

2. Il-kunsinnatur għandu jimla l-kopja ta' kontroll T5 f'sitt kopji (waħda oriġinali u ħames kopji). Il-kopji għandhom jiġu enumerati b' mod approprjat.

Il-kopja tal-kontroll T5 għandha tinkludi:

- f'kaxxa A ("Office of departure") - (uffiċju tat-tluq), l-uffiċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tat-tluq,

- fil-kaxxa 2, l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tal-kunsinnatur,

- fil-kaxxa 8, l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tad-destinatarju,

- fil-kaxxa "Important note" (nota importanti) - (taħt il-kaxxa 14 "Dikjarant/Rappreżentant"), għandu jiġi inserit it-tielet inċiż, bejn iż-żewġ inċiżi preżenti li jinqara "fil-każ ta' merkanzija kunsinnata taħt kontroll ta' l-użu finali", il-kunsinnatur indikat hawn taħt',

- fil-kaxxi 31 u 33, rispettivament, id-deskrizzjoni tal-merkanzija fil-ħin tal-kunsinna, inkluż in-numnru ta' partitit, u l-kodiċi ta' nomenklatura magħquda rulevanti,

- fil-kaxxa 38, il-massa netta tal-merkanzija,

- fil-kaxxa 103, il-kwantità netta tal-merkanzija bil-kliem,

- f'kaxxa 104, salib fil-kaxxa "Oħrajn (tispeċifika)", u b'-ittri kapitali wieħed milli ġej:

- DESTINO ESPECIAL: MERCANCÍAS QUE DEBEN PONERSE A DISPOSICIÓN DEL CESIONARIO [REGLAMENTO (CEE) No 2454/93, ARTÍCULO 298],

- SÆRLIGT ANVENDELSESFORMÅL: SKAL STILLES TIL RÅDIGHED FOR ERHVERVEREN (FORORDNING (EØF) Nr. 2454/93, ARTIKEL 298),

- BESONDERE VERWENDUNG: WAREN SIND DEM ÜBERNEHMER ZUR VERFÜGUNG ZU STELLEN (ARTIKEL 298 DER VERORDNUNG (EWG) Nr. 2454/93),

- ΕΙΔΙΚΟΣ ΠΡΟΟΡΙΣΜΟΣ: ΕΜΠΟΡΕΥΜΑΤΑ ΠΟΥ ΠΡΕΠΕΙ ΝΑ ΤΕΘΟΥΝ ΣΤΗ ΔΙΑΘΕΣΗ ΤΟΥ ΕΚΔΟΧΕΑ [ΚΑΝΟΝΙΣΜΟΣ (ΕΟΚ) αριθ. 2454/93, ΑΡΘΡΟ 298],

- END-USE: GOODS TO BE PLACED AT THE DISPOSAL OF THE TRANSFEREE (REGULATION (EEC) No 2454/93, ARTICLE 298),

- DESTINATION PARTICULIÈRE: MARCHANDISES À METTRE À LA DISPOSITION DU CESSIONNAIRE [RÈGLEMENT (CEE) No 2454/93, ARTICLE 298],

- DESTINAZIONE PARTICOLARE: MERCI DA METTERE A DISPOSIZIONE DEL CESSIONARIO [REGOLAMENTO (CEE) N. 2454/93, ARTICOLO 298],

- BIJZONDERE BESTEMMING: GOEDEREN TER BESCHIKKING TE STELLEN VAN DE CESSIONARIS (VERORDENING (EEG) Nr. 2454/93, ARTIKEL 298),

- DESTINO ESPECIAL: MERCADORIAS A PÔR À DISPOSIÇÃO DO CESSIONÁRIO [REGULAMENTO (CEE) N.o 2454/93, ARTIGO 298.o];

- fil-kaxxa 106,

(a) f'każijiet meta l-merkanzija tkun ġiet maħduma jew ipproċessata wara li tqiegħdet f' ċirkolazzjoni libera, id-deskrizzjoni tal-merkanzija fil-ħin tar-rilaxx tagħha għal ċirkolazzjoni libera u l-kodiċi NM approprjat;

(b) in-numru rreġistrat u d-data tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u l-isem u l-indirizz ta' l-uffiċju doganali fejn tkun saret id-dikjarazzjoni.

- fil-kaxxa E, fuq in-naħa ta' wara tal-formola. (Għall-użu mill-Istat Membru tat-tluq'):

- l-uffiċju doganali kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni,

- id-data tal-kunsinna tal-merkanzija.

3. Il-kunsinnatur għandu jżomm l-ewwel kopja fir-reġistri previsti fl-Artikolu 293(b) u, qabel ma l-merkanzija tintbgħat, jittrasmetti it-tieni u t-tielet kopji lill-uffiċju doganli kompetenti bil-mod deskritt mill-uffiċju. Huwa għandu jibgħat ir-raba' u l-ħames kopji u l-oriġinal mal-merkanzija lid-destinatarju. L-uffiċju doganali kompetenti għandu jżomm it-tieni kopja fir-reġistri tiegħu u għandu jibgħat it-tielet kopja lill-uffiċju doganali kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinatarju.

4. Malli jirċievi l-merkanzija, id-destinatarju għandu jagħmel l-iskrizzjoni tagħha fir-reġistri previsti fl-Artiko9lu 293 (b), li magħhom għandu jehmiż l-oriġinali; ir-raba'o kopja għanndha tintbgħat mingħajr dewmien lill-uffiċċju doganali kompetenti ta' l-Istat Membru tad-detsinazzjoni bil-mid kif preskritt minn dak l-Istat Membru b' indikazzjoni tad-data tal-wasla. Id-destinatarju għandu jinnotifika immedjatament lid-dwana b'kull eċċess, nuqqas, sostituzzjoni jew irregolarità oħra. B'żieda ma dan, għandu jibgħat il-ħames kopja lill-kunsinnatur.

5. L-obbligi tal-kunsinnatur taħt dan il-kapitolu għandhom jgħaddu fuq id-destinatarju fid-data msemmij fil-paragrafu 4. Sa dak il-ħin, dawn l-obbligi għandhom jibqgħu ir-responsabbiltà tal-kunsinnatur.

6. Il-Merkanzija ikkunsinnata skond il-proċedura stabbilita f' dan l-Artikolu la għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju tat-luq u lanqas fl-uffiċju tad-destinazzjoni.

7. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw l-istess għal merkanzija li tul it-trasport bejn żewġ punti fil-Komunità taqsam it-territorju ta' pajjiż ta' l-EFTA u hija kkunsinnata mill-ġdid minn dak il-pajjiż.

8. L-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq u l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom iwettqu kontrolli perjodiċi fl-istabbiliment tal-kunsinnatur u d-destinatarju rispettivament. Il-kunsinnatur u d-destinatarju għandhom jikkooperaw f' dan u jagħtu kull informazzjoni mitluba.

L-Artikolu 299

1. B' deroga mill-Artikolu 298, il-Kopja tal-Kontroll T5 m' hemmx għalfejn tintuża għat-trasport ta' materjali għall-manutenzjoni jew it-tiswija ta' inġenji ta' l-ajru jew skond il-kondizzjonijiet ta' ftehim ta' skambju jew għall-bżonnijiet proprji tal-linji ta' l-ajru, minn linji ta' l-ajru involuti fit-traffiku internazzjonali.

F'dan il-każ il-merkanzija għandha tiġi trasportata taħt polza ta' kargu jew dokument ekwivalenti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu ta' l-ajru 298 (6).

2. Il-polza ta' kargu ta' l-ajru jew dokument ekwivalenti għandu għall-inqas jikkontjeni id-dettalji li ġejjin:

(a) l-isem tal-linja ta' l-ajru li tagħmel il-kunsinna;

(b) l-isem ta' l-ajruport tat-tluq;

(ċ) l-isem tal-linja ta' l-ajru li tirċievi;

(d) l-isem ta' l-ajruport tad-destinazzjoni;

(e) id-deskrizzjoni tal-materjali;

(f) in-numru ta' artikoli.

Id-dettalji msemmija fis-subparagrafu preċedenti jistagħu, alternattivament, jingħataw f' forma kodifikata jew b' referenza għal dokument mehmuż.

3. Il-polza ta' kariku ta' l-ajru jew dokument ekwivalenti għandu jkollha fuq il-faċċata tagħha waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin b' ittri kapitali bħal stampati:

- DESTINO ESPECIAL,

- SÆRLIGT ANVENDELSESFORMÅL,

- BESONDERE VERWENDUNG,

- ΕΙΔΙΚΟΣ ΠΡΟΟΡΙΣΜΟΣ,

- END-USE,

- DESTINATION PARTICULIÈRE,

- DESTINAZIONE PARTICOLARE,

- BIJZONDERE BESTEMMING,

- DESTINO ESPECIAL.

4. F'kull Stat Membru kull linja ta' l-ajru li tikkunsinna jew tirċievi l-materjali imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet doganali kompetenti għall-iskopijiet ta' kontroll ir-reġistri previsti fl-Artikolu 293(b)

5. Il-linja ta' l-ajru li tagħmel il-kunsinna għandha żżomm kopja tal-polza ta' kargu ta' l-ajru jew tad-dokument ekwivalenti bħala parti mir-reġistri tagħha u għandha, bil-mod preskritt mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq tagħmel disponibbli kopja oħra għall-uffiċju doganali kompetenti.

Il-linja ta' l-ajru li tirċievi il-kunsinna għandha żżomm kopja tal-polza ta' kargu ta' l-ajru jew tad-dokument ekwivalenti bħala parti mrireġistri tagħha u għandha, bil-mod preskritt mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni, tippreżenta kopja oħra lill-uffiċju doganali kompetenti.

6. Il-materjali intatti u l-kopji tal-polza ta' kargu ta' l-ajru jew tad-dokument ekwivalenti għandhom jingħataw lill-linja ta' l-ajru li tirċievi fil-postijiet speċifikati mill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru ta' residenza tal-linja ta' l-ajru. Il-materjali għandhom, b'żieda ma' dan, jiġu iskritti fir-reġistri speċifikati fl-Artikolu 293(b).

Il-kunsinna tal-materjali u l-kopji tal-polza tal-kargu ta' l-ajru jew tad-dokument ekwivalenti u l-iskrizzjoni msemmija fis-subparagrafu preċedenti għandhom isiru fi żmien ħamest ijiem mid-data ta' tluq ta' l-inġenju ta' l-ajru li jittrasporta l-materjali.

7. L-obbligi li joħorġu minn dan l-Artikolu għandhom jgħaddu mil-linja tal-ajru li tagħmel il-kunsinna għal-linja ta' l-ajru li tirċievi fil-ħin meta il-materjali intatti u l-kopji tal-polza tal-kargu ta' l-ajru jew tad-dokument ekwivalenti jingħataw lil ta' l-aħħar.

Artikolu 300

It-trasferimenti kollha fi Stat Membru għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet doganali. Il-forma tan-notifika, it-terminu li fih għandha ssir u kull ħtieġa oħra għandhom jiġu determinati mill-awtoritajiet imsemmija. In-notifika għandha tiddikjara b'mod ċar id-data tat-trasferiment tal-merkanzija.

B'effett minn din id-data id-destinatarju għandu jassumi l-obbligi li joħorġu minn din is-Sezzjoni fir-rigward tal-merkanzija trasferita.

Artikolu 301

1. Fuq it-talba tad-detentur ta' awtorizzazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 291, l-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw, bil-kondizzjonijiet li huma għandhom jiddeterminaw, il-postijiet, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħa" bażijiet operazzjonali fuq l-art', li fihom il-merkanzija elenkata fl-Anness 40, il-Parti 2, is-Sezzjoni B, jistgħu jinħażnu jew jiġu soġġetti għal operazzjonijiet ta' kull tip.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 298, l-ebda formalità barra mill-iskrizzjoni approprjata fir-reġistri previsti fl-Artikolu 293(b) ma għandha tapplika għall-ispustjar tal-merkanzija imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) mill-bażijiet operazzjonali fuq l-art lejn il-pjattaformi, sew jekk ikunu 'il ġewwa sew jekk 'il barra mill-ibħra territorjali, u viċi versa;

(b) meta applikabbli, minn bażijiet operazzjonali fuq l-art għall-punt ta' tagħbija tal-merkanzija għall-pjattaformi u mill-punt li fih il-merkanzija tinħatt mill-pjattaforma għall-bażijiet operazzjonali fuq l-art;

(ċ) mil-post tat-tagħbija għall-pjattaformi, sew jekk huma 'il ġewwa mill-ibħra sew jekk 'il barra mill-ibħra territorjali, f' każijiet meta l-merkanzija hija mgħobbija għal kunsinna fuq il-pjattaformi mingħajr ma tgħaddi minn bażijiet operazzjonali fuq –art, u viċi versa;

(d) bejn pjattaformi, kemm jekk huma 'il ġewwa u kemm jekk 'il barra mill-ibħra territorjali.

Artikolu 302

1. L-awtoritajiet doganali m'għandhomx japprovaw l-użu ta' merkanzija barra milli kif provdut bit-trattament favorevoli tariffarju imsemmi fl-Artikolu 291, sakemm id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni ma jkunx jista' jistabilixxi għas-sodisfazzjon tagħhom li kien impossibbli għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu maċ-ċirkostanzi li jinsab fihom jew għall-merkanzija proprja biex il-merkanzija titqiegħed għall-użu finali preskritt.

2. B' deroga mill-paragrafu 1, fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Anness 40, Partijiet 1 u 2, l-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw l-użu tal-merkanzija barra minn kif previst għal dan it-trattament tariffarju favorevoli jekk jikkunsidraw li dan huwa ġustifikat għal raġunijiet ekonomiċi.

3. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafi preċedenti għandha tkun kondizzjonata għal li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jħallas l-ammont ta' dazji ta' l-importazzjoni stabbiliti skond l-Artikolu 208 tal-kodiċi.

Artikolu 303

1. L-awtoritajiet doganali m'għandhomx japprovaw l-esportazzjoni tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità jew il-qerda tal-merkanzija taħt is-sorveljanza doganali sakemm id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni ma jkunx jista' jistabilixxi għas-sodisfazzjon tagħhom li ma setax ikun possibli għal raġunijiet taċ-ċirkostanzi li jinsab fihom jew għall-merkanzija proprja biex il-merkanzija titqiegħed għall-użu finali preskritt.

Meta l-esportazzjoni tal-merkanzija mit-territorju doganali Komunitarju tkun approvata, il-merkanzija għandha titqies bħala li mhix tal-Komunità mill-ħin ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni.

Meta jkunu kkonċernati prodotti agrikoli, il-kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Singolu għandu jkun fiha waħda minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin miktuba b'ittri kapitali:

- DESTINO ESPECIAL: MERCANCÍAS PREVISTAS PARA LA EXPORTACIÓN [REGLAMENTO (CEE) N° 2454/93, ARTÍCULO 303]: APLICACIÓN DE LOS MONTANTES COMPENSATORIOS MONETARIOS Y RESTITUCIONES AGRARIAS EXCLUIDA,

- SÆRLIGT ANVENDELSESFORMÅL: VARER BESTEMT TIL UDFØRSEL I (FORORDNING (EØF) Nr. 2454/93, ARTIKEL 303): ANVENDELSE AF MONETÆRE UDLIGNINGSBELØB OG LANDBRUGSRESTITUTIONER ER UDELUKKET,

- BESONDERE VERWENDUNG: ZUR AUSFUHR VORGESEHENE WAREN (ARTIKEL 303 DER VERORDNUNG (EWG) Nr. 2454/93): ANWENDUNG DER WÄHRUNGSAUSGLEICHSBETRÄGE UND LANDWIRTSCHAFTLICHEN AUSFUHRERSTATTUNGEN AUSGESCHLOSSEN,

- ΕΙΔΙΚΟΣ ΠΡΟΟΡΙΣΜΟΣ: ΕΜΠΟΡΕΥΜΑΤΑ ΠΟΥ ΠΡΟΟΡΙΖΟΝΤΑΙ ΓΙΑ ΕΞΑΓΩΓΗ [ΚΑΝΟΝΙΣΜΟΣ (ΕΟΚ) αριθ. 2454/93, ΑΡΘΡΟ 303]: ΑΠΟΚΛΕΙΕΤΑΙ Η ΕΦΑΡΜΟΓΗ ΤΩΝ ΝΟΜΙΣΜΑΤΙΚΩΝ ΕΞΙΣΩΤΙΚΩΝ ΠΟΣΩΝ ΚΑΙ ΤΩΝ ΓΕΩΡΓΙΚΩΝ ΕΠΙΣΤΡΟΦΩΝ,

- END-USE: GOODS DESTINED FOR EXPORTATION (REGULATION (EEC) No 2454/93, ARTICLE 303). MONETARY COMPENSATORY AMOUNTS AND AGRICULTURAL REFUNDS NOT APPLICABLE,

- DESTINATION PARTICULIÈRE: MARCHANDISES PRÉVUES POUR L'EXPORTATION [RÈGLEMENT (CEE) N° 2454/93, ARTICLE 303]: APPLICATION DES MONTANTS COMPENSATOIRES MONÉTAIRES ET RESTITUTIONS AGRICOLES EXCLUE,

- DESTINAZIONE PARTICOLARE: MERCI PREVISTE PER L'ESPORTAZIONE [REGOLAMENTO (CEE) N. 2454/93, ARTICOLO 303]: APPLICAZIONE DEI MONTANTI COMPENSATORI MONETARI E RESTITUZIONI AGRICOLE ESCLUSA,

- BIJZONDERE BESTEMMING: VOOR UITVOER BESTEMDE GOEDEREN (VERORDENING (EEG) Nr. 2454/93, ARTIKEL 303): TOEKENNING VAN MONETAIRE COMPENSERENDE BEDRAGEN EN LANDBOUWRESTITUTIES UITGESLOTEN,

- DESTINO ESPECIAL: MERCADORIAS PREVISTAS PARA A EXPORTAÇÃO [REGULAMENTO (CEE) N.° 2454/93, ARTIGO 303.o]: APLICAÇÃO DOS MONTANTES COMPENSATÓRIOS MONETARIOS E RESTITUIÇÕES AGRÍCOLAS EXCLUÍDA.

2. B' deroga mill-paragrafu 1, fil-każ tal-merkanzija elenkata fl-Anness 40, Partijiet 1 u 2, l-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw l-esportazzjoni tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità meta din tkun iġġustifikata għal raġunijiet ekonomiċi.

3. Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika għal merkanzija maħżuna f' taħlita kif imsemmi fl-Artikolu 296(3) sakemm it-taħlita kollha ma tkunx esportata jew meqruda.

Artikolu 304

1. Meta d-dazju ta' l-importazzjoni applikabli taħt l-arranġamenti għal użu finali tal-merkanzija għal użu finali speċifiku ma jkunx iktar baxx minn dak li kieku kienikun applikabbli għal-merkanzija, il-merkanzija msemmija għandha tiġi kklassifikata fil-kodiċi NM b' referenza għall-użu finali u din is-Sezzjoni m' għandhiex tapplika.

2. Din is-sezzjoni m'għandiex tapplika għall-merkanzija elenkata fl-Anness 41.

Sezzjoni 2

Żwiemel għall-qatla

Artikolu 305

1. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' żwiemel intiżi għall-qatla li jidħlu taħt il-kodici NM 01011910 għandha tkun soġġetta għal kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) għoti ta' ġaranzija li tkopri id-debitu doganali li aktarx ikun involut, skond l-Artikolu 208 tal-Kodiċi; u

(b) identifikazzjoni ta' kull żiemel, fil-waqt tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għas-sodisfazzjon ta' l-uffiċju doganali, b'marka ċara u li ma titħassarx li ssir mit-tqaxxir ta' xagħar, permezz ta' mqass jew b'mod ieħor, minn fuq l-ispalla tax-xellug, inkluża l-marka X biex tindika li ż-żiemel ikun intiż għal qatla u numru biex iż-żiemel ikun jista' jiġi identifikat mil-waqt tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera sal-waqt tal-qatla.

2. Id-dettalji tal-marki għandhom jintwerew fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx taż-żwiemel għal ċirkolazzjoni libera. Kopja tad-dikjarazzjoni għandha takkompanja ż-żwiemel u għandha tasal għand l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 308(1).

3. L-obbligi tad-dikjarant huma dawk imsemmija fl-Artikolu 293.

Artikolu 306

1. Wara r-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera, iż-żwiemel li għandhom jinqatlu, għandhom jittieħdu direttament, permezz ta' trasport issiġġilat kif dovut mill-uffiċju doganali, lejn biċċerija rikonoxxuta mill-awtoritajiet doganali (mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-ksur u t-tibdil tas-siġilli f'każijiet ta' emerġenza).

2. Mal-wasla fil-biċċerija, il-vettura għandu jitneħħielha s-siġġil u ż-żwiemel jinħattu fil-preżenza ta' l-awtorità kompetenti.

3. Il-Paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw meta l-uffiċċju doganali fejn ikun ingħata ir-rilaxx ikun fil-biċċerija, jekk iż-żwiemel jitqiegħdu immedjatament taħt il-kontroll ta' l-awtorità msemmija fl-Artikolu 308(1).

Barra minn dan, meta l-uffiċju doganali fejn jingħata r-ralaxx ikun fil-qrib immedjat tal-biċċerija, l-awtoritajiet doganali, minflok li jużaw siġilli, jistgħu jieħdu miżuri ta' sorveljanza xierqa biex jassiguraw li ż-żwiemel ikunu trasferiti direttament lejn il-biċċerija u jitqiegħdu taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità msemmija fl-Artikolu 308(1).

Artikolu 307

Jekk iż-żiemel ma jkunx jista' jiġi identifikat mal-wasla fil-biċċerija, jew jekk ma jkunx hemm konformità ma' l-Artikolu 306, l-awtorità kompetenti għandha immedjetament tinforma lill-uffiċju doganali kompetenti, li għandu jieħu il-miżuri neċessarji.

Artikolu 308

1. Prova li ż-żwiemel ikunu nqatlu għandha tiġi fornita fil-forma jew ta' ċertifikat maħruġ mill-awtorità li tkun ingħatat is-setgħa li tagħmel dan jew permezz ta' kontro firma miżjuda minn dik l-awtorità mal-kopja tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 305(2), li tistabilixxi li l-annimali maqtula huma dawk imsemmija fid-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera.

2. Fi żmien 30 ġurnata mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera, il-prova tal-qatla għandha tasal fl-uffiċju doganali fejn id-dikjarazzjoni msemmija kienet ġiet ippreżentata jew direttament mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 jew permezz tad-dikjarant, skond id-deċiżjoni ta' l-Istat Membru in kwistjoni.

IT-TITOLU II

TRANSITU

IL-KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 309

Għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu:

(a) mezzi tat-trasport tfisser, b' mod partikolari:

- kull vettura tat-triq, karru jew semi-karru,

- kull vagun jew karrozza tal-ferrovija,

- kull dgħajsa jew vapur,

- kull inġenju ta' l-ajru,

- kull container fis-sens ta' l-Artikolu 670(g);

(b) l-uffiċju tat-tluq ifisser:

l-uffiċju doganali fejn tibda l-operazzjoni tat-transitu Komunitarja;

(ċ) uffiċju ta' transitu jfisser:

- l-uffiċju doganali fil-post tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità meta l-kunsinna tkun qiegħda titlaq minn dak it-territorju waqt operazzjoni ta' transitu Komunitarja minn fruntiera bejn Stat Membru u pajjiż terz,

- l-uffiċju doganali fil-punt tad-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità meta l-merkanzija tkun qasmet it-territorju ta' pajjiż terz waqt operazzjoni ta' transitu Komunitarja;

(d) l-uffiċju tad-destinazzjoni ifisser:

l-uffiċju doganali fejn il-merkanzija imqiegħda taħt proċedura ta' transitu Komunitarja għandha tiġi ppreżentata biex l-operazzjoni ta' transitu Komunitarja tkun kompluta.

(e) uffiċju tal-garanzija jfisser:

l-uffiċju doganali fejn garanzija komprensiva jew ta' rata uniformi hija ppreżentata.

IL-KAPITOLU 2

Il-qasam ta' l-applikazzjoni

Artikolu 310

1. Merkanzija Komunitarja:

- li tkun għaddiet minn formalitajiet doganali għall-esportazzjoni bl-iskop li jingħataw rifużjonijiet ma' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi skond il-politika agrikola komuni,

jew

- li fir-rigward tagħha il-ħlas lura jew remissjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni jkun ikkondizzjonat bir-riesportazzjoni tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità jew titqiegħed f' magażżinaġġ doganali, żona franka jew magażinaġġ liberu jew taħt kull proċedura doganali barra minn rilaxx għal ċirkolazzjoni libera,

jew

- li tkun rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera skond il-proċedura ta' proċessar 'il ġewwa, sistema ta' rimbors, bil-ħsieb ta' esportazzjoni iktar tard fil-forma ta' prodotti kompensatorji u li għaliha applikazzjoni ta' ħlas lura tista' tiġi ppreżentata skond l-Artikolu 128 tal-kodiċi, u l-persuna kkonċernata jkollha l-intenzjoni li tissottometti din l-applikazzjoni,

jew

- li tkun soġġeta għal sistema ta' imposti u taxxi għal-esportazzjoni, u tkun għaddiet minn formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi taħt il-politika agrikola komuni,

jew

- li tiġi minn ħażniet ta' intervent, hija soġġeta għġal miżuri ta' kontroll ta' l-użu u/jew tad-destinazzjoni, u tkun għaddiet minn formalitajiet doganali ma;' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi taħt il-politika agrikola komuni,

għandha tiġi spustjata taħt proċedura Komunitarja ta' transitu estern skond l-Artikolu 91(1)(b) tal-kodiċi.

2. Merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 li ma tkunx telqet mit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiġi trattata bħala merkanzija Komunitarja sakemm ikun iċċertifikat li d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, il-formalitajiet doganali li jirrigwardaw il-miżuri Komunitarji li kienu jeħtieġu li l-merkanzija tħalli t-territorju doganali msemmi, u l-effetti kollha ta' dawk il-formalitajiet ikunu ġew ikkanċellati

Artikolu 311

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 310(1), il-merkanzija Komunitarja li hija kkunsinnata:

(a) minn punt fit-territorju doganali tal-Komunità għal ieħor mit-territorju ta' pajjiżi ta' l-EFTA wieħed jew aktar;

(b) taħt metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva intiżi, matul perjodu transitorju, biex jassiguraw il-moviment liberu, fil-kummerċ bejn il-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985 u Spanja jew il-Portugall, u l-kummerċ bejn dawk iż-żewġ Stati Membri, ta' merkanzija li għadha ma tibbenefikax mill-abolizzjoni totali ta' dazji doganali jew miżuri oħrajn stabbiliti fl-Att ta' l-Adeżjoni;

(ċ) - minn parti mit-territorju doganali fil-Komunità meta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE japplikaw, lejn parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità meta dispożizzjonijiet imsemmija ma japplikawx, jew,

- minn parti mit-territorju doganali fil-Komunità meta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE ma japplikawx, lejn parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità fejn id-dispożizzjonijiet imsemmija japplikaw, jew,

- minn parti mit-territorju doganali fil-Komunità meta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE ma japplikawx, lejn parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità fejn l-imsemmija dispożizzjonijiet ma japplikawx anqas,

għandha tiġi spustjata taħt proċedura Komunitarja tat-transitu intern.

Artikolu 312

It-trasport ta' merkanzija li tappika għaliha il-proċedura Komunitarja ta' transitu jista' jsir bejn żewġ punti fit-territorju doganali tal-Komunità mit-territorju ta' pajjiż terz barra minn pajjiż ta' l-EFTA skond il-proċedura Komunitarja ta' transitu sakemm dak it-trasport minn dak il-pajjiż terz isir taħt dokument singolu tat-trasport imħejji fi Stat Membru; f'dan il-każ l-operazzjoni tal-proċedura għandha tkun sospiża fit-territorju tal-pajjiż terz.

IL-KAPITOLU 3

L-Istatus Komunitarju tal-merkanzija

Artikolu 313

1. Salvi l-eċċezzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2, il-merkanzija kollha ttrasportata bejn żewġ punti fit-territorju doganali tal-Komunità għandha titqies li tkun merkanzija Komunitarja sakemm ma jiġix stabbilit li ma jkollhiex status Komunitarju.

2. Dawn li ġejjin m'għandhomx jitqiesu bħala merkanzija Komunitarja sakemm ma jiġix stabbilit skond l-Artikoli 314 sa 323 li dawn għandhom status Komunitarju:

(a) merkanzija spustjata b' wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 163(2)(b) sa (e) tal-Kodiċi;

(b) merkanzija spustajata bejn żewġ punti fit-territorju doganali tal-Komunità mit-territorju ta' pajjiż terz;

(ċ) merkanzija ttrasportata:

- bl-ajru minn ajruport ta' pajjiż terz lejn ajruport fit-territorju doganali tal-Komunità,

- bil-baħar minn port f' pajjiż terz lejn port fit-territorju doganali tal-Komunità,

- bil-baħar minn żona libera f'port li jinsab fit-territorju doganali tal-Komunità fejn tkun ittellgħet abbord jew ittrasbordata lejn port ieħor f'dak it-territorju sakemm ma jiġix stabbilit, b' annotazzjoni fid-dokumenti tal-bastiment mill-awtoritajiet doganali, li l-bastiment imsemmi jkun ġie minn parti tal-port mhux inkluża fiż-żona franka;

(d) merkanzija li tkun fil kunsinni mibgħuta minn uffiċju postali li jkun jinsab fit-territorju doganali tal-Komunità, meta tikketta li tkun tikkonforma mal-mudell fl-Anness 42 hija mwaħħla mal-pakketti jew mad-dokumenti li jkun hemm magħhom, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jibgħat huma meħtieġa li jwaħħlu din it-tikketta jew iġiegħluha titwaħħal fuq il-pakketti u mad-dokumenti li jkun hemm magħhom jekk il-merkanzija ma tkunx Komunitarja;

(e) merkanzija ttrasportati bil-baħar minn port fit-territorju doganali tal-Komunità lejn port ieħor f'dak it-territorju, jekk kienet ittrasportata:

- abbord bastiment li jkun ġej minn u jittrasporta merkanzija mgħobbija f'pajjiż terz, li jkun daħal f' port Komunitarju wieħed jew iktar, jew

- abbord bastiment sejjer lejn pajjiż terz u li jittrasporta merkanzija mgħobbija f' port Komunitarju għall-ħatt f'pajjiż terz, li jkun daħal f'port Komunitarju wieħed jew iktar, jew

- abbord bastiment li jkun daħal f'port wieħed jew aktar f'pajjiżi terzi bejn il-port tat-tluq tal-Komunità u l-port Komunitarju tad-destinazzjoni, jew

- abbord bastiment li jasal direttament f'żona franka, jew

- abbord bastiment li jkun daħal f'port fejn ikun hemm żona franka, sakemm ma jiġix stabbilit, permezz ta' annotazzjoni fid-dokumenti tal-bastiment mill-awtoritajiet doganali, li l-bastiment ikun ġie minn parti tal-port li tkun barra miż-żona franka.

3. (a) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 170 tal-Kodiċi, il-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu ikun obbligat li jinforma lill-awtoritajiet doganali tal-port fejn il-merkanzija tinħatt bil-wasla tal-bastiment u jindika minn liema port il-bastiment ikun salpa bit-tagħbija inizjali tiegħu, kif ukoll il-portijiet kollha li jkun daħal fihom jew be ħsiebu jidħol fihom il-bastiment qabel ma jasal fil-port Komunitarju tad-destinazzjoni. Meta mitlub, il-kaptan tal-bastiment għandu jissottometti dokumenti, eż. il-ġurnal t' abbord, in sostenn ta' l-informazzjoni mogħtija.

Jekk l-informazzjoni meħtieġa ma tingħatax għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali fil-port ta' destinazzjoni, il-merkanzija kollha ttrasportata mill-bastiment għandha titqies bħala mhux Komunitarja, sakemm l-istatus Komunitarju tagħha ma jiġix stabbilit skond l-Artikoli 314 sa 323.

(b) Biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skond is-subparagrafu (a), il-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu jista' jippresenta lill-awtoritajiet doganali tal-portijiet Komunitarji fejn il-merkanzija tinħatt kopja ta' nota ta' l-informazzjoni, awtentikata mill-awtoritajiet doganali fil-port tat-tluq fit-territorju doganali tal-Komunità, li tindika il-port ippjanat ta' destinazzjoni u l-portijiet kollha li fihom il-bastiment x' akjtarx li jidħol.

Madankollu, l-użu ta' nota ta' informazzjoni għandu jkun obbligatorju jekk il-bastiment ikun iġorr il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 91(1) tal-Kodiċi.

(ċ) L-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tas-subparagrafi (a) u (b) fir-rigward ta' bastimenti:

- li kjarament, eż. minħabba n-natura u l-estent geografiku ta' l-operazzjonijiet tan-navigazzjoni, ibaħħru biss bejn portijiet tal-Komunità u ma jżurux pajjiżi terzi, jew

- huma operati minn kumpanniji tal-bastimenti li ġew awtorizzati li jużaw il-proċedura simplifikata deskritta fl-Artikolu 448 [13].

Artikolu 314

1. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 313(2)(a) sa (ċ) u (e), l-istatus tal-Komunità tal-merkanzija għandu jiġi stabbilit permezz ta' dokument wieħed jew iktar previst fl-Artikoli 315 sa 318 jew skond il-proċeduri dettaljati previsti fl-Artikoli 319 sa 323.

2. Id-dokument jew il-proċeduri dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jintużaw fir-rigward tal-merkanzija:

(a) li hija intiża għall-esportazzjoni;

jew

(b) li hija koperta bl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 310(1);

jew

(ċ) li tkun f'pakki li ma jkollhomx status Komunitarju;

jew

(d) li ma tkunx direttament trasportati minn Stat Membru għal ieħor.

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala trasportati direttament minn Stat Membru lejn ieħor:

- merkanzija ttrasportati mingħajr ma tgħaddi minn territorju ta' pajjiż terz,

- merkanzija ttrasportati mit-territorju ta' pajjiż terz wieħed jew iktar bil-kondizzjoni li t-trasport minn dawn il-pajjiżi isir taħt dokumnt ta' trasport singolu imħejji fi Stat Membru.

Artikolu 315

1. Prova ta' l-istatus Komunitarju għandha tingħata skond dan l-Artikolu bil-produzzjoni ta' dokument T2L.

2. Id-dokument T2L għandu jsir fuq formola li tikkonforma mal-kopja 4 jew il-kopja 4/5 tal-mudell fl-Annessi 31 u 32.

Il-formola msmmija għandha tiġi ssuplimentata b'formula waħda jew aktar li jikkonformaw mal-kopja 4 jew il-kopja 4/5 tal-mudell fl-Annessi 33 u 34.

Meta l-Istati Membri ma jawtorizzawx l-użu ta' formoli supplimentari meta tintuża is-sistema kompjuterizzata biex jiġu prodotti dikjarazzjonijiet, il-formola għandha tiġi ssupplimentata b'formula waħda jew aktar li tkun konformi mal-kopja 4 jew il-kopja 4/5 tal-mudell fl-Annessi 31 u 32.

3. Il-persuna kkonċernata għandha tikteb is-simbolu "T2L", fis-suddiviżjoni tan-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 tal-formola u s-simbolu "T2L bis" fis-sud-diviżjoni tan-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 ta' kull formola supplimentari wżata.

4. Meta dokument T2L jimtela fir-rigward ta' kunsinna li tinkludi żewġ tipi ta' merkanzija jew aktar, id-dettalji li jirrigwardaw lil dikil-merkanzija jistgħu jiġu iskritti f' lista waħda jew iktar ta' tagħbija fis-sens ta' l-Artikoli 341(2) sa 344 (2) iktar milli f' kaxxi 31 (Pakketti u deskrizzjoni tal-merkanzija', 32 "Nru tal-Partita', 35 (Massa grossa (kg)", u, meta applikabbli, 33 "Kodiċi ta' komodità", 38 "Massa netta (kg)" u 44 "Informazzjoni addizzjonali/dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet" tal-formola wżata għad-dokument T2L.

Meta jintużaw listi tat-tagħbija, il-kaxxi in kwistjoni fuq il-formola wżata għal dokumenti T2L għandhom jinqatgħu.

5. Il-parti ta' fuq tal-kaxxa msemmija fl-Artikolu 342(b) għandha tintuża għas-simbolu "T2L"; il-parti t' isfel ta' dik il-kaxxa hija intiża għal kontrofirma mill-awtoritajiet doganali prevista fl-Artikolu 316(2).

Il-Kolonna "Pajjiż ta' l-espedizzjoni/esportazzjoni" tal-lista tat-tagħbija m'għandhiex timtela.

6. Il-lista tat-tagħbija għandha tiġi ppreżentata fl-istess numru ta' kopji bħad-dokument T2L li jirrelata għalihom.

7. Meta żewġ listi jew aktar tat-tagħbija jintehmżu ma' dokument T2L, dawn il-listi ta' tagħbija għandu jkollhom numru konsekuttiv li jingħata mill-persuna konernata; in-numru tal-listi ta' tagħbija mehmuża għandu jiġi iskritt fil-kaxxa 4 "Listi tat-tagħbija" tal-formola wżata għad-dokument T2L.

Artikolu 316

1. Salvi id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 394, id-dokument T2L għandu jsir f' oriġinal wieħed.

2. Id-Dokument T2L u, meta neċessarju, id-dokument (i) T2L bis għandhom jiġu kontrofirmati mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq fuq talba tal-persuna kkonċernata, Din il-kontrofirma għandu jkun fiha dan li ġej, li għandu, sa fejn possibbli, jidher fil-kaxxa Ċ (uffiċċju tat-tluq) ta' dawk id-dokumenti:

(a) fil-każ tad-dokument T2L, l-isem u t-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq, il-firma ta' l-uffiċjal kompetenti, id-data tal-kontrofirma u jew in-numru tar-reġistrazzjoni jew in-numru tad-dikjarazzjoni tat-tluq meta din ta' l-aħħar tkun neċessarja;

(b) fil-każ ta' dokument T2L bis, in-numru li jidher fuq id-dokument T2L. Dak in-numru għandu jiġi inserit jew permezz ta' timkbru li jinkorpora l-isem ta' l-uffiċju tat-tluq jew bl-idejn. Fil-każ tal-aħħar dan għandu jkollu miegħu it-timbru uffiċjali ta' l-uffiċċju msemmi.

Id-dokumenti għandhom jintbgħatu lura lill-persuna kkonċernata malli l-formalitajiet konnessi mat-tluq tal-merkanzija lill-Istat Membru tad-destinazzjoni ikun ġew sodisfatti.

Artikolu 317

1. Mingħajr preġudizju għall-Artikoli 315 u 316, il-prova ta' l-istatus Komunitarju tal-merkanzija għandha tingħata skond dan l-Artikolu bil-preżentazzjoni tal-fattura jew id-dokument tat-trasport li għandu x'jaqsam mal-merkanzija.

2. Il-fattura jew id-dokument tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-anqas l-isem sħiħ u l-indirizz tal-kunsinnatur, jew tad-dikjarant meta l-kunsinnatur u d-dikjarant ma jkunux l-istess, in-numru u t-tip, il-marki u numri tal-pakketti, id-deskrizzjoni tal-merkanzija, il-massa grossa f'; kilogrammi u, meta neċessarju, in-numru tal-containers.

Id-dikjarant għandu jindika b' mod ċar fuq id-dokument imsemmi is-simbolu "T2L", u miegħu il-firma tiegħu bil-miktub.

3. Il-fattura jew id-dokument tat-trasport, mimli kif suppost u iffirmat mid-dikjarant, għandu, fuq talba tiegħu, jiġi awtentikat mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq. Din l-awtentikazzjoni għandha tinkludi l-isem u t-timbru ta' l-uffiċju tat-tluq, il-firma ta' l-uffiċjal kompetenti, id-data ta' l-awtentikazzjoni u jew in-numru ta' registrazzjoni jew in-numru ta' l-espedizzjoni, jew id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, jekk dik id-dikjarazzjoni hija meħtieġa.

4. Jekk il-valur totali tal-merkanzija Komunitarja koperta mill-fattura jew mid-dokument tat-trasport, mimlija u iffiramti skond il-paragrafu 2 jew l-Artikolu 224(1), ma jeċċedix 10000 ECU, id-dikjarant m'għandux ikun meħtieġ jissottometti dak id-dokument jew fattura għal kontrofirma mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq.

Fil-każ imsemmi fis-subparagrafu preċedenti, il-fattura jew id-dokument tat-trasport għandhom jinkludu, b' żieda mal-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, id-dettalji ta' l-uffiċċju tat-tluq.

5. Dan l-Artikolu għandu japplika biss meta l-fattura jew id-dokument tat-trasport ikollhom x'jaqsmu esklużivament ma' merkanzija Komunitarja.

Artikolu 318

Meta d-dokument użat biex jipprova l-istyatus Komunitarju tal-merkanzija jinħareġ retroattivament għandu jkollu fuqu waħda minn dawn il-frażijiet bl-aħmar:

- Expedido a posteriori,

- Udstedt efterfølgende,

- Nachträglich ausgestellt,

- Εκδοθέν εκ των υστέρων,

- Issued retroactively,

- Délivré a posteriori,

- Rilasciato a posteriori,

- Achteraf afgegeven,

- Emitido a posteriori.

Artikolu 319

1. Meta l-merkanzija tkun ittrasportata permezz ta' carnet TIR jew carnet ATA, id-dikjarant jista', bl-iskop li jipprova l-istatus Komunitarju tal-merkanzija u salv l-Artikolu 314(2), iniżżel b' mod ċar is-simbolu "T2L" fl-ispazju irriservat għad-deskrizzjoni tal-merkanzija, flimkien mal-firma tiegħu, fuq il-fatturi kollha rilevanti tal-carnet użat qabel il-preżentazzjoni lill-uffiċju tat-tluq għall-awtentikazzjoni. Fuq il-fatturi kollha fejn ġie iskritt, is-simbolu "T2L" għandu jiġi awtentikat bit-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq flimkien mal-firma ta' l-uffiċjal kompetenti.

2. Meta l-carnet TIR u l-carnet ATA ikopru kemm merkanzija Komunitarja kif ukoll merkanzija mhux Komunitarja, dawk iż-żewġ kategoriji ta' merkanzija għandhom jintwerew separatament, u s-simbolu "T2L" għandu jiġi iskritt b' tali mod li jirrelata b' mod ċar għall-merkanzija Komunitarja.

L-Artikolu 320

Jekk ikun neċessarju li jiġi stabbilit l-istatus Komunitarju ta' vetturi bil-mutur għat-triq irreġistrati fi Stat Membru, dawn il-vetturi għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom status Komunitarju:

(a) meta jkollhom magħhom il-pjanċi tar-reġistrazzjoni tagħhom u d-dokumenti u d-dettalji tar-reġistrazzjoni murija fuq il-pjanċi u dokumenti msemmija, jistabilixxu, mingħajr ambigwità, l-istatus Komunitarju tagħhom;

(b) f' każijiet oħrajn, skond l-Artikoli 315 sa 323.

Artikolu 321

Jekk ikun neċessarju li jiġi stabbilit l-istatus Komunitarju ta' vaguni tal-merkanzija li jappartjenu għall-kumpanija tal-ferrovija ta' xi Stat Membru, dawn il-vaguni għandhom jitqiesu bħala li għandhom status Komunitarju:

(a) meta n-numru tal-kodiċi u l-marka tal-propjetà (ittri li jiddistigwu) jintwerew fuqhom mingħajr ambigwità jistabilixxu l-istatus Komunitarju tagħhom;

(b) f' każijiet oħrajn, mal-preżentazzjoni ta' wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikoli 315 sa 318.

Artikolu 322

1. Jekk ikun neċessarju li jkun stabbilit l-istatus Komunitarju ta' l-ippakjar użat għat-trasport ta' merkanzija fil-kummerċ intra-Komunitarju li jista jkun identifikat bħala li jappartjeni għal persuna stabbilita fi Stat Membru u jkun qiegħed jintbgħat lura vojt wara użu minn Stat Membru ieħor, l-ippakjar għandu jiġi kkunsidrat li għandu status Komunitarju:

(a) meta tiġi dikjarata bħala merkanzija Komunitarja u ma hemm ebda dubju dwar il-veraċità tad-dikjarazzjoni;

(b) fil-każijiet l-oħrajn, skond l-Artikoli 315 sa 323.

2. Il-faċilità prevista fil-paragrafu 1 għandha tingħata għal kontenituri, ippakkjar, palletti u tagħmir ieħor simili, esklużi containers fis-sens ta' l-Artikolu 670.

Artikolu 323

Jekk ikun neċessarju li jiġi stabbilit l-istatus Komunitarju ta' merkanzija li tkun tinstab f' bagalji li jakkumpanjaw lill-passiġġieri, sakemm ma jkunux intiżi għal użu kummerċjali, għandhom jiġu kkunsidrati li jkollhom status Komunitarju:

(a) meta jiġu dikjarati bħala merkanzija Komunitarja u ma jkun hemm l-ebda dubju dwar il-verità tad-dikjarazzjoni;

(b) f'każijiet oħrajn, skond l-Artikoli 315 sa 322.

Artikolu 324

L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom bi ftehim reċiproku jassistu lil xulxin fil-kontroll ta' l-awtentiċità u l-eżatezza tad-dokumenti u r-regolarità tal-proċeduri iddetaljati li, skond dan il-Kapitolu, jintużaw biex jippruvaw l-istatus Komunitarju tal-merkanzija.

Artikolu 325

Id-Dokument T2M hu hawnhekk stabbilit bħala parti mill-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10(2) tat-Trattat. Għandu jservi bħala prova li qabdiet tal-ħut mgħamula minn dgħajjes ta' Stati Membri li jkunu introdotti fit-territorju doganali tal-Komunità, kemm fi stat naturali, kemm wara li jkun sar fuqhom xi proċess abbord il-bastimenti ta' Stati Membri li ma jneħħix il-prodotti ottenuti mill-qasam ta' l-applikazzjoni tal-Kapitolu 3 jew il-kodiċijiet NM 1504 jew 2301, jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) ta' l-imsemmi Trattat.

Artikolu 326

Il-qabdiet u l-prodotti li jirriżultaw minnhom imsemmija fl-Artikolu 325 għandhom ikunu koperti minn dokument T2M magħmul skond l-Artikoli 329 sa 333 meta:

(a) il-bastiment li għamel il-qabda u, meta approprjat, ipproċessaha abbord, jittrasportaha direttament lejn Stat Membru ieħor barra minn dak tal-bastiment imsemmi;

(b) bastiment li jappartjeni għal Stat Membru, lin fuqu l-qabda kienet trasbordata minn bastiment imsemmi f' (a), jipproċessa l-qabda abbord u jittrasporta il-prodotti li jirriżultaw direttament lejn it-territorju doganali Komunitarju;

(ċ) bastiment barra minn dak imsemmi f' (a) jew (b) li jappartjeni għal Stat Membru, li fuqu il-qabda jew il-prodotti li jirriżultaw ġew trasbordati jittrasporthom direttament lejn it-territorju doganali Komunitarju;

(d) wieħed mill-bastimenti msemmija f' (a), (b) jew (ċ) jittrasporta il-qabda jew il-prodotti li jirriżultaw direttament lejn pajjiż jew territorju barra l-komunità, minn fejn jiġu ittrasportati lejn it-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 327

1. Il-formola għad-dokument T2M għandha tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness 43.

2. L-oriġinal għandu jkun stampata fuq karta mingħajr polpa mekkanika, imħejjija għal skopijiet ta' kitba u li tiżen mill-anqas 55 g/m2. Għandu jkollu sfond ta' disinn guilloche aħdar stampat fuq iż-żewġ naħat, sabiex jikxef kull falsifikazzjoni b' meżżi mekkaniċi jew kimiċi.

3. Il-formoli T2M għandhom ikunu ta' daqs 210 x 297 mm, b'tolleranza ta bejn -5 u + 8 mm li titħalla fit-tul.

4. Il-formoli għandhom jiġu stampati f'lingwa Komunitarja uffiċjali speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jappartjeni għalih il-bastiment.

5. Il-formoli T2M għandhom jiġu llegati f' libretti ta' 10, b' mamma li tinqala u kopja bil-karta saħħara li ma tinqalax għal kull formola. Il-Paġna 2 tal-qoxra tal-ktejjeb għandu jkollha in-noti li jidhru fl-Anness 44.

6. Kull formola T2M għandu jkollha numru konsekuttiv individwali. Dan in-numru għandu jkun l-istess kemm għall-oriġinali kif ukoll għall-kopja.

7. L-Istati Membri jistgħu jitstampaw hums stess il-formoli T2M u jiġbruhom f' libretti, jew jafdaw ix-xogħol ta' l-istampar f'idejn stampaturi approvati minnhom. F'dan il-każ ta' l-aħħar, referenza għall-approvazzjoni għandha tidher fuq il-paġna 1 tal-qoxra ta' kull librett u fuq l-original ta' kull formola. Il-Paġna 1 u l-mamma ta' kull formola għandu jkollhom ukoll l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li biha l-istampatur jista' jiħi identifikat.

8. Il-formoli T2M għandhom jimtlew b'waħda mill-lingwi uffiċjali Komunitarji jew bit-tipa jew b'kitba bl-idejn li tkun tista' tinqara; jekk ta' l-aħħar, bil-linka u b'ittri stampati. L-ebda tħassir jew alterazzjonijiet ma jistgħu isiru. Il-Korrezzjonijiet għandhom isiru billi jinqatgħu il-kliem il-ħżiena u jiżdiedu xi dettalji neċessarji. Dawn il-korrezzjonijiet għandhom ikunu inizjalati mill-persuna li ffirmat id-dikjarazzjoni li tikkontjenihom.

Artikolu 328

Il-librett tal-formoli T2M għandu jinħareġ fuq talba tas-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu mill-awtoritajiet doganali tal-port tar-reġistrazzjoni jew il-port fejn isorġi l-bastiment. Għandu jinħareġ biss meta s-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu ikunu mlew, fil-lingwa tal-formola, il-kaxex 1 u 2 ta' l-oriġinali u l-kopji kollha tal-formoli li jkunu fil-librett. Meta joħorġu l-librett, l-awtoritajiet doganali għandhom jimlew il-kaxxa 3 ta' l-oriġinali u l-kopji kollha tal-formoli fil-librett.

Artikolu 329

Il-kaptan tal-bastiment li jagħmel il-qabda għandu jimla l-kaxex 4, 5 u 8 tal-mamma u l-kopja ta' waħda mill-formoli li jkun hemm fil-librett:

(a) kull meta l-qabdiet jinħattu fi Stat Membru barra inn dak li jappartjeni għalih il-bastiment;

(b) kull meta l-qabdiet jiġu trasbordati lejn bastiment ieħor lijappartjeni għal Stat Membru;

(ċ) kull meta l-qabdiet jinħattu f' pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali Komunitarju.

Artikolu 330

Meta l-qabda tkun ġiet ipproċessata abbord il-bastiment li ikun għamel il-qabda u l-prodotti li jirriżultaw jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1504 jew 2301, il-kaptan tal-bastiment imsemmi għandu jimla l-kaxex 4 sa 8 tal-mamma u l-kopja tad-dokument T2M ikkonċernat u għandu jirreġistra l-ipproċessar fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment.

Artikolu 331

Fil-każ ta' trasbord tal-qabda msemmi fl-Artikolu 329(b) jew tal-prodotti li jirriżultaw imsemmija fl-Artikolu 330, il-kaxxa 9 tal-mamma u l-kopja tad-dokument T2M għandhom wkoll jimtlew u d-dikjarazzjoni tat-trasbord għandha tiġi ffirmata miż-żewġ kaptani involuti. Il-mamma tad-dokument T2M għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment li fuqu il-qabda jew il-prodotti li jirriżultaw jiġu trasbordati, u l-operazzjoni tat-trasbord tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal ta' abbord ta' kull bastiment.

Artikolu 332

Meta l-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 330 isir abbord bastiment ieħor li jappartjeni għal Stat Membru, li fuqu l-qabda ġiet trasbordata, il-kaptan ta' dan il-bastiment għandu jimla l-kaxex 6, 7 u 10 tal-mamma tad-dokument T2M mogħti lilu meta l-qabda ġiet rasbordata u għandu jirreġistra l-ipproċessar fil-ġurnal ta' abbord ta' dan il-bastiment.

Artikolu 333

Fil-każ tat-tieni trasbord tal-qabda msemmija fl-Artikolu 329(b) jew tal-prodotti li jirriżultaw imsemmija fl-Artikolu 330, jew fil-każ ta' trasbord tal-prodotti li jirriżultaw imsemmija fl-Artikolu 332, il-kaxxa 11 ta' l-oriġinal tad-dokument T2M għandha wkoll timtela u d-dikjarazzjoni ta' trasbord għandha tiġi ffirmata miż-żewġ kaptani kkonċernati.

Il-mamma tad-dokument T2M għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment li fuqu l-qabda jew il-prodotti li jirriżultaw jiġu trasbordati, u l-operazzjoni ta' trasbord tiġi rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord ta' kull bastiment.

Artikolu 334

1. Il-mamma tad-dokument T2M imħejjija skond l-Artikolu 329 u, meta approprjat, l-Artikoli 330 sa 333, għandhom jiġu ppreżentati lill-uffiċju doganali fejn il-prodotti li jirriżultaw imsemmija fl-Artikolu 325 li jirrelata għalihom jiġu dikjarati għal dħul għall-proċedura doganali. L-awtoritajiet għandu jkollhom id-dritt għal traduzzjoni. Jistgħu jeħtieġu ukoll, sabiex jiġu kkontrollati l-iskrizzjonijiet fuq id-dokument T2M, il-produzzjoni tad-dokumenti kollha rilevanti, u b'mod partikolari id-dokumenti tan-navigazzjoni tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 326(a), (b) u (ċ).

2. Meta l-qabda jew il-prodotti li jirriżultaw imsemmija fl-Artikolu 325 li jirrelata għalihom id-dokument T2M ikunu nħattu f' pajjiż jew territorju barra l-Komunità, id-dokument imsemmi għandu jkun validu biss jekk ikollu miegħu ċertifikat mill-awtoritajiet doganali ta' dak il-pajjiż jew territorju.

Dan iċ-ċertifikat għandu:

(a) jkollu dikjarazzjoni li l-qabda jew il-prodotti li jirriżultaw li għalihom jirrelata d-dokument kienu taħt kontroll doganali waqt li kienu fil-pajjiż jew it-terriotrju in kwistjoni u ma kien hemm ebda trattament fuqhom ħlief dak neċessarju għall-preservazzjoni tagħhom;

(b) jispeċifika id-dati tal-wasla u tat-tluq tal-qabda jew tal-prodotti li jirriżultaw u l-mezzi tat-trasport użati għar-rikunsinna tagħhom lill-Komunità.

Fol-assenza ta' dan iċ-ċertifikat, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li fih il-qabda jew il-prodotti li jirriżultaw jinħattu jistgħu jaċċettaw kull dokument ieħor rikonoxxut minnhom bħala ta' effett ekwivalenti.

Artikolu 335

1. Meta l-qabda jew il-prodotti li jirriżultaw imsemmija fl-Artikolu 325 ikunu ġew trasportati lejn pajjiż jew territorju barra t-territorju doganli tal-Komunità qabel ma jiġu kkunsinnati f' kunsinni maqsuma lejn it-territorju doganali tal-Komunità, il-mamma tad-dokument T2M imsemmi, magħmul skond l-Artikolu 329, u, meta approprjat, skond l-Artikoli 330 sa 333, għandhom jinżammu fil-pajjiż jew it-territorju msemmi mill-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu. Kopja tad-dokument għandha tintbgħat immedjatament lill-uffiċju doganali fil-port tar-reġistrazzjoni jew fil-port fejn isorġi il-bastiment tas-sajd.

2. Għal kull kunsinna in parti, il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom iħejju estratt tad-dokument T2M, u jużaw għal dan l-iskop formola meħuda minn librett tal-formoli T2M maħruġa skond l-Artikolu 328.

Kull estratt għandu jinkludi referenza għad-dokument oriġinali u, fil-kaxxa 4, indikazzjoni tal-kwantità u n-natura tal-prodotti li jifformaw il-kunsinna in parti.

Dan l-estratt għandu jiġi mmarkat b' mod ċar b'waħda minn dawn il-kliem:

- Extracto,

- Udskrift,

- Auszug,

- Απόσπασμα,

- Extract,

- Extrait,

- Estratto,

- Uittreksel,

- Extracto.

3. Għal kull kunsinna in parti l-oriġinal ta' l-estratt tad-dokument T2M akkompanjat miċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 334(2) għandu jiġi ppreżentat fl-uffiċju doganali ta' l-Istat Membru fejn il-prodotti ikkontenuti fil-kunsinna in parti huma dikjarati għal dħul għal proċedura doganali.

4. L-uffiċju doganali msemmi fil-paragrafu 3 għandu immedjetament jibgħat lill-uffiċju doganali tal-port tar-reġistrazzjoni jew tal-port fejn isorġi l-bastiment tas-sajd kopja ċertifikata ta' l-estratt tad-dokument T2M. Il-kopja msemmija għandha tinkludi referenza għad-dikjarazzjoni doganali fir-rigward tal-proċedura doganali indikata.

5. Id-dokument T2M oriġinali għandu jinżamm sakemm il-prodotti kollha li jirreferi għalihom jingħataw trattament jew użu approvat mid-dwana.

Il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jikteb fil-kaxxa (Rimarki) tal-mamma T2M, fir-rigward ta' kull trattament jew użu ta' dan it-tip, in-numru u n-natura tal-pakketti, il-piż gross (kg) u t-trattament jew l-użu li titqiegħed għalih il-merkanzija. Jekk dan it-trattament jikkonsisti f'kunsinna in parti li tintbgħat lejn il-Komunità skond il-paragrafu 2, in-numru u d-data ta' l-estratt korrispondenti għandu wkoll jingħata. Wara li l-prodotti kollha tal-ħut koperti mid-dokument T2M oriġinali jkunu ingħataw tarttament jew użu approvat mid-dwana dak id-dokument għandu jintbgħat lura immedjatament lill-uffiċju doganali fil-port ta' reġistrazzjoni jew fil-port fejn isorġi il-bastiment tas-sajd.

6. Sabiex jiġi assigurat il-ġbir ta' xi dazji jew piżijiet oħrajn dovuti, l-awtoritajiet doganali ta' l-uffiċju msemmi fil-paragrafu 3 għandhom jippermettu ir-rilaxx tal-prodotti tal-ħut taħt status Komunitarju biss bid-dispożizzjoni ta' granazija. Din il-granzija għandha għandha tiġi rilaxxata bil-kunsens ta' l-uffiċju doganali tal-port ta' reġistrazzjoni jew tal-port fejn isorġi l-bastiment tas-sajd. Dan il-kunsens għandu jingħata mhux aktar tard minn xahar wara l-wasla ta' l-oriġinal tad-dokument T2M imsemmi fil-paragrafu 5.

Artikolu 336

L-Ippakkjar ippreżentat fl-istess ħin bħall-qabda jew il-prodotti li jirriżultaw imsemmija fl-Artikolu 325 li għalih japplika d-dokument T2M għandhom jingħataw trattament intra-Komunitarju biss jekk id-dokument li jipprova l-istatus Komunitarju tagħhom huwa ppreżentat lill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 337

Kull darba li l-bastiment tas-sajd jirritorna għall-port tiegħu ta' reġistrazzjoni jew għall-port fejn isorġi jekk ikun sar użu mit-tluq tiegħu tal-librett tal-formoli T2M, il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu meħtieġa jippreżentaw il-librett fl-uffiċju doganali tal-ħruġ sabiex il-kopji kollha jkunu jistgħu jiġu kkontrollati.

Għandu wkoll jippreżenta il-librett meta meħtieġ mill-awtoritajiet doganali.

Il-librett għandu jiġi rritornat lit-titolari wara kull kontroll sakemm il-formoli kollha ikunu intużaw.

Artikolu 338

Meta l-bastiment li għalih librett tal-fromoli T2M kif imsemmija fl-Artikolu 327 ikun inħareġ jieqaf qabel ma l-formoli kollha jkunu ntużaw li jissodisfa il-kondizzjonijiet rekwiżiti biex il-qabda tingħatya trattament intra-Komunitarju fi Stati Membri oħra il-librett għandu jiġi rritornat immedjatament lill-uffiċju doganali tal-ħruġ.

Artikolu 339

Sabiex id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 325 sa 340 jistgħu jiġu applikati kif xieraq, l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka fil-kontroll ta' l-awtentiċità ta' dokumenti T2M u l-eżattezza tad-dettalji li jkun fihom.

Artikolu 340

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 325 u 326, bastimenti definittivament iskritti fir-reġistri ta' l-awtoritajiet kompetenti f'livell lokali (registros de base) ta' Ceuta jew Melilla m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala bastimenti ta' Stat Membru.

2. L-awtoritajiet doganali fil-port tar-reġistrazzjoni jew fil-port fejn isorġi bastiment tas-sajd definittivament iskritt fir-reġistri ta' l-awtoritajiet kompetenti f' livell lokali (registros de base) ta' Ceuta u melilla m'għandhomx ikunu ntitolati koħorġu libretti tal-formoli T2M għal dan il-bastiment.

3. L-Artikolu 334(2) għandu japplika għal qabdiet tal-ħut u l-prodotti li jirriżultaw minnhom imsemmija fl-Artikolu 326 li jinħattu skond id-dokument T2M f' port ta' Ceuta jew Mellilla għal trasbord u kunsinna lejn it-territorju doganali tal-Komunità. Barra minn hekk, mollijiet speċjali għandhom jitħallew speċifikament għall-ħatt, il-hażna u t-trasbord ta' dawn il-prodotti, li huma separati minn dawk għal prodotti għall-kunsinna lejn destinazzjoni oħra.

KAPITOLU 4

Transitu komunitarju estern

Sezzjoni 1

Proċedura

Artikolu 341

1. Il-merkanzija kollha li għandha tiġi spustajata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern għandha tkun is-suġġett ta' dikjarazzjoni T1 skond din is-sezzjoni. Dikjarazzjoni T1 tfisser dikjarazzjoni fuq formola li tikkorrispondi għall-mudelli fl-Annessi 31 sa 34 u wżata skond in-noti msemmija fl-Annessi 37 u 38.

2. Il-listi tat-tagħbija bbażati fuq il-mudell fl-Anness 45 jistgħu jintużaw skond l-Artikoli 343 sa 345 u l-Artikolu 383 bħala l-parti deskrittiva tad-dikjarazzjonijiet ta' transitu Komunitarji. Dan l-użu m'għandu b' ebda mod jeffetwa l-obbligi fir-rigward ta' kull formalità li marbuta ma' proċedura ta' dispaċċ/esportazzjoni jew kull proċedura fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew fir-rigward tal-formoli wżati għal dawn il-formalitajiet.

Il-lista tat-tagħbija tfisser kull dokument kummerċjali li jikkonforma ma' l-Artikoli 342 sa 345 ma' l-Artikolu 383, u ma' l-Artikoli 386 sa 388.

Artikolu 342

Il-lista tat-tagħbija għandha tinkludi:

(a) l-intestatura "Lista tat-Tagħbija";

(b) kaxxa ta' kejl 70 × 55 mm, maqsuma f'parti ta' fuq ta' kejl 70 × 15 mm fejn għandu jiġi inserit is-simbolu "T" b' warajh waħda mill-firem imsemmija fl-Artikolu 346(1) u parti ta' isfel 70 × 40 mm għar-referenzi msemmija fl-Artikolu 345(3);

(ċ) il-kolonni, f'din l-ordni li ġejja u bl-intestatura kif murija:

- Nru konsekuttiv

- il-marki, n-numri, in-numru u t-tip ta' pakkett; deskrizzjoni tal-merkanzija,

- pajjiż tal-kunsinna/esportazzjoni,

- massa grossa (f'kilogrammi),

- għal użu uffiċjali biss.

Il-wisgħa tal-kolonni tista' tiġi adattata kif neċessarju. Madankollu, il-wisgħa tal-"kolonna intestata "Għal użu uffiċjali biss" m'għandhiex tkun anqas minn 30 mm. Spazji oħra barra minn dawk imsemmija f' (a), (b) u (ċ) hawn fuq, jistgħu wkoll jintużaw."

Artikolu 343

1. Il-faċċata biss tal-formoli tista' tintuża bħala lista tat-tagħbija.

2. Kull partita fil-lista tat-tgħabija għandu jkollha qabilha numru konsekuttiv.

3. Kull partita għandu jkollha warajha, meta approprjat, referenza speċjali meħtieġa mill-leġislazzjoni Komunitarja, b' dmod partikolari fir-rigward tal-politika agrikola komuni, id-dokumenti ippreżentati, u ċertifikati u awtorizzazzjonijiet.

4. Linja oriżżontali għandha tinġibed wara l-aħħar iskrizzjoni u l-ispazji vojta li jibqgħu jinqatgħu sabiex kull addizzjoni sussegwenti tkun impossibbli.

Artikolu 344

1. L-awtoritajiet doganali ta' kull Stat Membru jistgħu jippermettu l-użu bħala listi tat-tagħbija fis-sens ta' l-Artikolu 341 92) ta' listi li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet kollha tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 341(2), u ta' l-Artikolu 342.

L-użu ta' dawn il-listi għandu jitħalla biss meta:

(a) ikunu prodotti minn ditti li r-reġistri tagħhom ikunu bbażati fuq sistema elettronikament integrata jew awtomatika ta' pproċessar ta' data;

(b) ikunu maħsuba u mimlija b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw mingħajr diffikulta mill-awtoritajiet doganali;

(ċ) jinkludu għal kull partita, in-numru, it-tip u l-marki u n-numru ta' pakki, id-deskrizjoni tal-merkanzija, il-pajjiż li bagħtha jew esportaha u l-massa grossa f' kilogrammi.

2. Listi deskrittivi imħejjija għall-iskopijiet tat-twettiq tal-formalitajiet ta' kunsinna esportazzjoni jistgħu ukoll jintużaw bħala listi tat-tagħbija taħt il-paragrafu 1, anke meta dawn il-listi huma prodotti minn ditti li r-reġistri tagħhom mhumiex ibbażati fuq sistema elettronika jew awtomatika ta' pproċessar tad-data.

3. L-awtoritajiet doganali ta' kull Stat Membru jistgħu jippermettu lil ditti li r-reġistri tagħhom ikunu bbażati fuq sistema elettornika jew awtomatika ta' l-ipproċessar tad-data, u li huma diġà permessi skond il-paragrafi 1 u 2 li jużaw listi tat-tagħbija ta' tip speċjali, li jużaw dawn il-listi għal operazzjonijiet ta' transitu Komuniatrju li jinvolvu biss tip wieħed ta' merkanzija meta din il-faċilità tkun neċessarja minħabba il-programmi tal-kompjuter tad-ditti kkonċernati.

Artikolu 345

1. Meta l-prinċipal obbligat juża l-listi tat-tagħbija għal kunsinna li jkun fiha żewġ tipi jew iktar ta' merkanzija, il-kaxxi 15 "Pajjiż li jibgħat/jesporta", 22 "Kodiċi Komunitarja", 35 Massa grossa (kg), 38 massa netta (kg) u meta neċessarju, 44, "Informazzjoni addizzjonali, dokumenti ppreżentati, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet" tal-formola wżata għall-iskopijiet ta' transitu Komunitarju m' għandhomx jintużaw biex juru l-marki u n-numri, in-numru u t-tip tal-pakketti u d-deskrizzjoni tal-merkanzija. F'dan il-każ, formoli supplementari m'għandhomx jintużaw.

2. Il-lista tat-tgħabija għandha tiġi ppreżentata bl-istess numru ta' kopji bħall-formola wżata għal skopijiet tat-transitu Komunitarju li tirrelata għalih.

3. Meta d-dikjarazzjoni tkun irreġistrata, il-lista tat-tgħabija għandu jkollha fuqha l-istess numru ta' reġistrazzjoni bħall-formola wżata għal skopijiet ta' tranżitu Komunitarju li tirrelata għalihom. Dak in-numru għandu jiġi iskritt jew permezz ta' timbru li jinkorpora l-isem ta' l-uffiċju tat-tluq jew bl-idejn. Fil-każ ta' l-aħħar għandu jkollu miegħu it-timbru uffiċjali ta' l-uffiċju tat-tluq.

Il-firma ta' uffiċjal fl-uffiċju tat-tluq m' għandhiex tkun obbligatorja.

4. Meta żewġ listi tat-tagħbija jew aktar, ikunu ma' formola waħda wżata għal skopijiet ta' transitu Komunitarju, kull numru għandu jkollu numru konsekuttiv mogħti mill-prinċipal: in-numru ta' listi ta' tagħbija li jakkompanjaw għandu jintwera fil-kaxxa 4 "Listi ta' tagħbija" tal-formola imsemmija.

5. Dikjarazzjoni fuq formola ta' dokument amministrattiv singolu li jkollha s-simboli "T1" jew "T2" fis-suddiviżjoni tan-naħa tal-lemin ta' kaxxa 1 u jkollha magħha lista ta' tgħabija waħda jew aktar għandha tiġi magħduda bħala ekwivalenti għal dikjarazzjoni ta' tranżitu Komunitarju estern jew intern, skond ma jkun il-każ, għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 341(1) jew l-Artikolu 381.

Artikolu 346

1. Meta l-merkanzija ikollha tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern, il-prinċipal għandu jagħmel iskrizzjoni tas-simbolu "T1" fin-naħa tal-lemin tas-suddiviżjoni tal-kaxxa 1 tal-formola wżata. Meta jintużaw il-formoli supplimentari il-prinċipal għandu jagħmel is-simbolu "T1bis" fis-suddiviżjoni tan-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 tal-formoli supplimentari wżati.

Meta l-Istati Membri ma jawtorizzawx l-użu ta' formoli supplimentari meta tintuża sistema kompjuterizzata għall-produzzjoni ta' dikjarazzjonijiet, il-formola tad-dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarju għandha tiġi ssupplimentata b' formola waħda jew iktar li tikkonforma mal-mudelli fl-Annessi 31 u 32. F'dan il-każ, is-simbolu "T1 bis" għandu jiġi iskritt fis-suddviżjoni tan-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 tal-formola.

2. Id-dikjarazzjoni T1 għandha tkun iffermata mill-prinċipal u mill-anqas tlett kopji tagħha għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċju tat-tluq.

3. Meta il-proċedura transitu Komunitarju fl-Istat Membru tat-tluq issir wara proċedura doganali oħra, għandha ssir referenza fid-dikjarazzjoni T1 għal dik il-proċedura jew għad-dokumenti doganali korrispondenti.

Artikolu 347

1. L-istess mezz ta' trasport jista' jintuża għat-tagħbija tal-merkanzija f' iktar minn uffiċju wieħed ta' tluq u għal ħatt f' iktar minn uffiċju wieħed tad-destinazzjoni.

2. Kull dikjarazzjoni T1 għandha tinkludi biss il-merkanzija mgħobbija jew li għandha titgħabba fuq mezz singolu ta' trasport għal ġarr minn uffiċju wieħed ta' tluq għal uffiċju wieħed tad-destinazzjoni.

Għall-iskopijiet ta l-ewwel subparagrafu, dan li ġej għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi mezz singolu ta' trasport, bil-kondizzjoni li l-merkanzija trasportata għandha tintbgħat flimkien:

(a) vettura tat-triq akkompanjata mill-karru/ijiet jew is-semi-karru/ijiet;

(b) linja ta' karrozzi jew vaguni tal-ferrovija igganċjati;

(ċ) bastimenti li jikkonstitwixxu sensiela waħda;

(d) containers mgħobbija fuq mezz tat-trasport fis-sens ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 348

1. L-uffiċċju tat-tluq għandu jaċċetta u jirreġistra d-dikjarazzjoni T1, jiffissa il-periodu li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni u jieħdu dawk il-miżuri għal identifikazzjoni li jħoss neċessarji.

2. L-uffiċju tat-tluq għandu jagħmel iskrizzjoni tad-dettalji neċessarji fuq id-dikjarazzjoni T1, iżomm il-kopja proprja tiegħu u jirritorna l-oħrajn lill-prinċipal jew lir-rappreżentant tiegħu.

Artikolu 349

1. Bħala regola ġenerali, l-identifikazzjoni tal-merkanzija għandha tiġi assigurata bl-issiġillar.

2. Dawn li ġejjin għandhom jiġu ssiġillati:

(a) l-ispazji li jkun fihom il-merkanzija, meta il-mezz ta' trasport ikun ġie approvat taħt regoli oħra jew rikonoxxuti mill-uffiċju ta' tluq bħala adattati għall-issiġillar;

(b) kull pakkett individwali, fil-każijiet l-oħra.

3. Mezz ta' trasport jista' jiġi rikonoxxut bħala adattat għas-siġillar taħt kondizzjoni li:

(a) is-siġilli jkunu sempliċiment u effetivament imwaħħla magħhom;

(b) ikunu hekk mibnija li ebda merkanzija ma tista' titneħħa jew tiddaħħal mingħajr ma jitħallew traċċi viżibbli ta' tbagħbis jew mingħajr ma jinkisru s-siġilli;

(ċ) li ma jkun fihom l-ebda spazji moħbija fejn tista' tineħba l-merkanzija;

u

(d) l-ispazji irriservati għat-tagħbija jkunu aċċessibli mingħajr diffikulta għal spezzjonar mill-awtoritajiet doganali.

4. L-uffiċċju tat-tluq jista' jiddispensa mill-issiġillar jekk, b' qies għal miżuri oħrajn possibbli għall-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dokument T1 jew fid-dokumenti supplimentari tagħmilhom identifikabbli mingħajr diffikultà.

Artikolu 350

1. Il-merkanzija għandha tiġi ttrasportata taħt kopertura tal-kopji tad-dokument T1 irritornat lill-prinċipal jew lir-rappreżentant tiegħu mill-uffiċju tat-tluq.

2. Kopji tad-dokument T1 għandhom jiġu ppreżentati kif meħtieġ mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 351

Kull Stat Membru għanu jipprovdi lill-Kummissjoni b'lista ta' uffiċji kompetenti biex jittrattaw operazzjonijiet ta' transitu Komunitarji, li tiddikjara il-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 352

1. Il-kunsinna u l-kopji tad-dokument T1 għandhom jiġu ppreżentati f' kull uffiċju ta' transitu.

2. It-trasportatur għandu jagħti nota ta' avviż ta' tranżitu magħmula fuq formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 46 lil kull uffiċju ta' transitu.

3. L-uffiċji tat-tranżitu m'għandhomx jispezzjonaw il-merkanzija sakemm ma jkunx hemm suspett ta' xi irregolarità li tista' twassal għal abbuż.

4. Meta l-merkanzija tkun trasportata permezz ta' uffiċju ta' transitu barra dak imsemmi fid-dokument T1, l-uffiċju msemmi għandu mingħajr dewmien jibgħat nota ta' avviż ta' transitu lill-uffiċju msemmi fid-dokument.

Artikolu 353

Meta l-merkanzija titgħabba jew tinħatt fil-preżenza ta' awtoritajiet doganali intermedji il-kopji tad-dokument T1 irritornati mill-uffiċju(i) tat-tluq għandhom jiġu ppreżentati lil dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 354

1. Il-merkanzija deskritta fid-dokument T1 tista' tiġi trasferita lil mezz ieħor ta' trasport taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandu jsir it-trasferiment, mingħajr il-bżonn ta' dikjarazzjoni ġdida. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw id-dettalji rilevanti fuq id-dokument T1.

2. L-awtoritajiet doganali, b'dawk il-kondizzjonijiet li għandhom jiddeterminaw, jistgħu jawtorizzaw dan it-trasferiment mingħajr is-sorveljanza tagħhom. F'dak il-każ, it-trasportatur għandu jireġistra id-dettalji rilevanti fuq id-dokument T1 u għandu jinforma lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-trasferiment, biex jottjeni l-kontrofirma tagħhom.

Artikolu 355

1. Jekk is-siġilli jinkisru waqt l-operazzjoni tat-trasport għal raġunijiet li ma jkollux kontroll fuqhom it-trasportatur, dan għandu mingħajr dewmien jitlob li jitħejja rapport ċertifikat mill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru li fih jinstab il-mezz ta' trasport. L-awtorità doganali ikkonċernata għandha, jekk possibli, twaħħal siġilli ġodda.

2. Fil-każ ta' inċident li jeħtieġ it-trasferiment għal mezz ieħor ta' trasport, għandu japplika l-Artikolu 354.

3. Fil-każ ta' perikolu imminenti li jinneċessita ħatt immedjat tat-tagħbija kollha jew parti minnha, it-trasportatur jista' jieħu azzjoni fuq l-inizjattiva proprja tiegħu. Għandu jirreġistra din l-azzjoni fid-dokument T1. Il-Paragrafi 1 għandu japplika f'dan il-każ.

4. Jekk, bħala riżultat ta' inċidenti jew sitwazzjonijiet oħra li jinqalgħu tul l-operazzjoni tat-trasport, it-trasportatur ma jkunx f' pożizzjoni li jikkonforma mal-perjodu msemmi fl-Artikolu 348, għandu jinforma lill-awtorità doganali msemmija fil-paragrafu 1 malajr kemm jista' jkun. L-awtorità għandha mbagħad tirreġistra id-dettalji rilevanti fid-dokument T1.

Artikolu 356

1. Il-merkanzija u d-dokument T1 għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċju tad-destinazzjoni.

2. L-uffiċju tad-destinazzjoni għandu jirreġistra fuq il-kopji tad-dokument T1 id-dettalji tal-kontrolli mwettqa u għandu mingħajr dewmien jibgħat kopja lill-uffiċju tat-tluq u jżomm il-kopja l-oħra.

3. Operazzjoni ta' transitu Komunitarja tista' tiġi konkluża f' uffiċju barra minn dak speċifikat fid-dokument T1. Dak l-uffiċju l-ieħor għandu mbgħad isir l-uffiċju tad-destinazzjoni.

4. It-terminu preskritt mill-uffiċju tal-tluq li ma tulu l-merkanzija għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċju tad-destinazzjoni għandu jorbot lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiżi li mit-territorju tagħhom tgħaddi l-operazzjoni ta' transitu Komunitarja u m' għandux jinbidel minn dawk l-awtoritajiet.

5. Meta l-merkanzija hija ppreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni wara l-iskadenza tat-terminu preskritt mill-uffiċju tat-tluq u n-nuqqas ta' konformità ma' dan it-terminu hija dovuta għal ċirkostanzi li mhumiex spjegati għas-sodisfazzjon ta' l-uffiċju tad-destinazzjoni u mihijiex attribbwibbli għat-trasportatur jew il-prinċipal, dan ta' l-aħħar għandu jitqies li ssodisfa t-terminu preskritt.

Artikolu 357

1. Il-persuna li tippreżenta dokument Komunitarju ta' transitu lill-uffiċju tad-destinazzjoni flimkien mal-kunsinna li jirrelata għaliha dak id-dokument tista' tottjeni riċevuta meta mitluba.

2. Il-formola għall-irċevuta li tiċċertifika li dokument ta' tranżitu Komunitarju u l-kunsinna rilevanti ġew ippreżentati fl-uffiċju tad-destinazzjoni għandha tikkonforma mal-mudell fl-Anness 47. Madankollu, l-irċevuta li għandha x'taqsam mad-dokument ta' tranżitu Komunitarju tista' ssir fuq il-mudell fuq il-wara tal-kopja ta' ritorn ta' dak id-dokument.

3. L-ireċevuta għandha timtela minn qabel mill-persuna ikkonċernata. Jista' jkun fiha dettalji oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kunsinna, ħlief fl-ispazju irriservat għall-uffiċju tad-destinazzjoni, imma l-kontrofirma mill-uffiċju tad-destinazzjoni għandha tkun valida għar-rigward tad-dettalji miktuba f'dak l-ispazju.

Artikolu 358

Kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jindika uffiċju ċentrali wieħed jew aktar fejn id-dokumenti għandhom jintbagħtu lura mill-uffiċji kompetenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. L-Istati Membri għandhom, wara li jindikaw dawk l-uffiċji għal dak l-iskop, jinformaw lill-Kummissjoni b' dan u jispeċifikaw il-kategorija tad-dokumenti li għandhom jinbagħtu lura hemm. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

Sezzjoni 2

Garanziji

Sub-sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 359

1. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 94(1) tal-Kodiċi għandha tkun valida fil-Komunità kollha.

2. Il-garanzija għandha tkun komprensiva, u tkopri nurmu ta' operazzjonijiet ta' transitu Komunitarju, jew individwali, li tkun tkopri operazzjoni ta' transitu Komunitarju waħda.

3. Salv l-Artikolu 373(2), il-garanzija għandha tikkonsisti mill-garanzija solidali ta' kull persuna terza fiżika jew ġuridika li tissodisfa il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 195 tal-Kodiċi.

4. Id-dokument tal-garanzija msemmija fil-paragrafu 3 għandu jikkonforma mal-mudell li jinsab fl:

- l-Anness 48, fil-każ ta' garanzija komprensiva,

- l-Anness 49, fil-każ ta' garanzija individwali,

- l-Anness 50, fil-każ ta' garanzija ta' rata uniformi.

5. Meta d-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, b' regolament jew b' azzjoni amministrattiva jew prattika komuni jeħtieġu hekk, kull Stat Membru jista' jippermetti li l-garanzija tkun f'forma differenti, sakemm ikollha l-istess effetti legali bħad-dokument mudell.

Sub-sezzjoni 2

Garanziji komprensivi

Artikolu 360

Meta l-operazzjonijiet ta' transitu estern Komunitarju li jinkludu merkanzija mportata fit-territorju doganali tal-Komunità minn pajjiżi terzi ikunu ġew jew għandhom ikunu is-suġġet ta' informazzjoni speċifika, speċjalment permezz ta' l-applikazzjoni tad-disposizzjonijeit tar-Regolament tal-Kunsill KEE Nru 1468/81 [14], ikun fihom riksju aqwa ta' frodi, l-amministrazzjonijiet doganali ta' l-Istati Membi għandhom bi ftehim mal-Kummissjoni, jieħdu miżuri speċifiċi biex temporanjament jiġi pprojbit l-użu tal-garanzija komprensiva.

Id-deċiżjoni li jiġi pprojbit l-użu tal-garanzija komprensiva mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandha tapplika fir-rigward ta' dawk ta' l-Istati Membri l-oħrajn.

L-amministrazzjonijiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom iżommu lil xulxin u lill-Kummissjoni infurmati bid-deċiżjonijiet meħuda taħt dan l-Artikolu.

Wara sitt xhur il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk jew le il-miżuri meħudha jeħtieġux li jitkomplew jew le.

Artikolu 361

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 360 il-livell ta' garanzija komprensiva għandu jiġi determinat kif ġej:

1. L-ammont tal-garanzija għandu jiġi stabbilit fil-livell mill-inqas 30 % tad-dazji u l-imposti l-oħra pagabbli skond il-proċeduri stabbiliti f'4 hawn taħt.

2. Il-garanzija komprensiva għandha tkun iffissata f'livell ugwali għall-ammont kollu ta' dazji u piżijiet oħra pagabbli, taħt id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu 4 hawn taħt, meta tkun intiża biex tkopri operazzjonijiet ta' transitu Komunitarji esterni li jikkonċernaw il-merkanzija:

- importata fit-territorju doganali tal-Komunità,

- elenkata fl-Anness 53, u

- kienet is-suġġett ta' informazzjoni speċifika mill-Kummissjoni li tikkonċerna operazzjonijiet ta' transitu b' riskju aqwa ta' frodi, b' mod partikolari skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1468/81.

B'dana kollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabilixxu l-ammont tal-garanzija bħala 50 % tad-dazji u l-piżijiet l-oħrajn pagabbli:

għal persuni:

- li jkunu stabbiliti fl-Istat Membru fejn tingħata l-garanzija,

- li jkunu utenti regolari tas-sistema ta' transitu Komunitarju,

- li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tkun tali li huma jistgħu jissodisfaw l-impenni tagħhom, u

- li majkunux ikkommettew xi ksur serju ta' liġijiet doganali jew tat-taxxa.

Jekk dan is-subparagrafu jiġi applikat, l-uffiċju tal-garanzija għandu jagħmel iskrizzjoni fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' garanzija previst fl-Artikolu 362(3) waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

- aplicación del punto 2 del artículo 361 del Reglamento (CEE) no 2454/93,

- anvendelse af artikel 361, nr. 2, i forordning (EØF) nr. 2454/93,

- Anwendung von Artikel 361 Nummer 2 der Verordnung (EWG) Nr. 2454/93,

- Εφαρμογή του άρθρου 361 σημείο 2 δεύτερο εδάφιο του κανονισμού (ΕΟΚ) αριθ. 2454/93,

- application of Article 361 (2) of Regulation (EEC) No 2454/93,

- application de l'article 361 point 2 du règlement (CEE) no 2454/93,

- applicazione dell'articolo 361, punto 2 del regolamento (CEE) n. 2454/93,

- toepassing van artikel 361, punt 2, van Verordening (EEG) nr. 2454/93,

- aplicação do ponto 2 do artigo 361.° do Regulamento (CEE) n.° 2454/93.

3. Meta d-dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarju tinkludi merkanzija oħra barra minn dik koperta bil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu id-dispożizzjonijiet li jirrelataw għall-ammont tal-garanzija għandhom jiġu applikati bħallikieku iż-żewġ kategoriji ta' merkanzija kienu koperti b' dikjarazzjonijiet separati.

B'dana kollu, m'għandux jittieħed kont tal-preżenza ta' merkanzija ta' kwalunkwe kategorija jekk il-kwantità jew il-valur tagħha tkun relattivament insinifikanti.

4. Sabiex japplika dan l-Artikolu, għandha ssir valutazzjoni ta':

- kunsinni tul perjodu ta' ġimgħa,

- id-dazji u piżijiet oħra pagabbli meta jittieħed kont ta' l-ogħla livell ta' taxxa applikabbli f' wieħed mill-pajjiżi kkonċernati.

Din il-valutazzjoni għandha ssir a bażi tad-dokumentazzjoni kummerċjali u ta' kontabilità tal-persuna kkonċernata fir-rigward tal-merkanzija ttrasportata tul is-sena li tkun għaddiet, u l-ammont ottenut imbagħad jinqasam bi 52.

Fil-każ ta' operaturi ġodda l-uffiċju ta' garanzija għandu, in kollaborazzjoni mal-persuna kkonċernata, jagħmel stima tal-kwantità, il-valur u t-taxxi applikabli għall-merkanzija li tkun tiġi ttrasportata tul perjodu partikolari abbażi ta' informazzjoni diġà disponibbli. L-uffiċju ta' garanzija għandu, b'estrapolazzjoni, jiddetermina il-valur probabbli ta' u t-taxxi fuq il merkanzija li għandha tiġi ttrasportata tul perjodu ta' ġimgħa.

L-uffiċju tal-garanzija għandu jwettaq reviżjoni annwali ta' l-ammont tal-garanzija komprensiva, partikolarment a bażi ta' informazzjoni mill-uffiċji tat-tluq, u għandu, jekk xieraq, jaġġusta l-ammont.

Artikolu 362

1. Garanzija komprensiva għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju tal-garanziji.

2. L-uffiċju tal-garanzija għandu jiddetermina l-ammont tal-garanzija, jaċċetta l-obbligu tal-garanti u joħroġ awtorizzazzjoni li tippermetti lill-prinċipal li jwettaq, fil-limiti tal-garanzija, kull operazzjonijiet ta' transitu Komunitarja irrispettivament mill-uffiċju tat-tluq.

3. Kull persuna li tkun otteniet awtorizzazzjoni għandha, suġġett għal kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 363 sa 366, tingħata kopja waħda jew aktar ta' ċertifikat tal-garanzija magħmul fuq formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 51.

4. Referenza għaċ-ċertifikat ta' garanzija għandha ssir f'kull dokument T1.

5. L-uffiċju ta' garanzija jista' jirrevoka l-awtorzzżazzjoni jekk il-kondizzjonijiet li taħthom tkun ħarġet ma jkunux aktar attwali.

Artikolu 363

1. Mal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' garanzija jew fi kwalunkwe żmien tul il-validità tiegħu, il-prinċipal għandu, fuq ir-responsabbiltà proprja jindika fuq in-naħa ta' wara taċ-ċertifkat, il-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmaw f'ismu id-dikjarazzjonijiet ta' transitu Komunitarju. Id-dettalji għandhom jinkludu il-kunjom u l-isem ta' kull persuna awtorizzata flimkien mal-firma ta' dik il-persuna. Kull nomina ta' persuna awtorizzata għandha tkun ikkonfermata bil-firma tal-prinċipal. Il-prinċipal għandu jkun intitolat li fid-diskrezzjoni tiegħu jaqta' l-kaxex li ma jintużawx.

2. Il-prinċipal jista' fi kwalunkwe żmien iħassar l-isem ta' kull persuna awtorizzata min-naħa ta' wara taċ-ċertifikat.

Artikolu 364

Kull persuna li isimha jkun jidher fuq in-naħa ta' wara taċ-ċertifikat tal-garanzija li jkun ippreżentat fl-uffiċju tat-tluq għandha titqies li tkun ir-rappreżentant awtorizzat tal-prinċipal.

Artikolu 365

Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' garanzija m'għandux jeċċedi sentejn. Madankollu, dak il-perjodu jista' jiġi estiż mill-uffiċju tal-garanzija għal perjodu ieħor li ma jeċċedix sentejn.

Artikolu 366

Jekk il-garanzija tkun ikkanċellata, il-prinċipal għandu jkun responsabbli li jirritorna lill-uffiċju tal-garanziji minnufih iċ-ċertifikati validi kollha li jkunu maħruġa lilu.

L-Istati Membri għandhom jgħaddu d-dettalji ta' kull ċertifikat validu li ma jkunx ingħata lura lill- Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dawn.

Sub-sezzjoni 3

Garanziji ta' rata uniformi

Artikolu 367

1. Kull Stat Membru jista' jippermetti lill-garanti li jforni b'dikjarazzjoni garanzija singola għal ammont ta' rata uniformi ta' 7000 ECU, bħala garanzija tal-ħlas tad-dazju u ta' piżijiet oħra li jistgħu ikunu imponibbli matul operazzjonijiet ta' transitu Komunitarju imwettqa taħt ir-responsabbiltà tiegħu, ikun min ikun il-prinċipal. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 368.

2. Il-Garanzija ta' rata uniformi għandha tkun ippreżentata f' uffiċju tal-garanziji.

Artikolu 368

1. Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-uffiċju tat-tluq m'għandux jeħtieg garanzija aktar mill-ammont ta' rata uniformi ta' 7000 ECU għal kull dikjarazzjoni transitu Komunitarju, irrispettivament mill-ammont ta' dazji u piżijiet oħra li jirrelataw għall-merkanzija koperta b'dikjarazzjoni partikolari.

2. Meta, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari għaliha, operazzjoni ta' trasport tinvolvi żieda fir-riskji u għal dik ir-raġuni il-garanzija ta' 7000 ECU tkun bla dubju insuffiċjenti, l-uffiċju tat-tluq jista jeħtieġ garanzija ta' ammont akbar f'multipli ta' 7000 ECU sabiex ikunu garantiti id-dazji li jirrigwardaw il-kwantità totali ta' merkanzija li għandha tintbgħat.

3. It-trasport tal-merkanzija elenkata fl-Anness 52 għandu jikkawża żieda fl-ammont tal-garanzija ta' rata uniformi meta l-kwantità ta' merkanzija ittrasportata teċċedi l-kwantità li tikkorrispondi għall-ammont ta' rata uniformi ta' 7000 ECU.

F'dak il-każ, l-ammont ta' rata uniformi għandu jiżdied għall-multiplu ta' 7000 ECU neċessarju biex tkun garantita l-kwantità ta' merkanzija li għandha tintbgħat.

4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 il-prinċipal għandu jwassal lill-uffiċju tat-tluq il-fatturi ta' garanzija ta' rata uniformi li jikkorrispondu għall-multiplu meħtieġ ta' 7000 ECU.

Artikolu 369

1. Meta d-dikjarazzjoni transitu Komunitarju tinkludi merkanzija oħra barra minn dik murija fil-lista li tinsab fl-Anness 52, id-dispożizzjonijiet ta' garanzija ta' rata uniformi għandhom jiġu applikati bħallikieku iż-żewġ kategoriji ta' merkanzija kienu koperti b' dikjarazzjonijiet separati.

2. B' deroga mill-paragrafu 1, m'għandux jittieħed kont tal-preżenza ta' merkanzija ta' kwalunkwe kategorija jekk il-kwantità jew il-valur ikunu relattivament insinifikanti.

Artikolu 370

1. Aċċettazzjoni mill-uffiċju tal-garanzija ta' l-obbligu tal-garanti għandha tagħti lill-garanti awtorità li joħroġ fattura jew fatturi ta' rata uniformi ta' garanzija skond il-kondizzjonijiet tal-garanzija lil persuni li jkollhomil-ħsieb li jaġixxu bħala prinċipal f' operazzjoni ta' transitu Komunitarja minn uffiċju tat-tluq ta' l-għażla tagħhom.

2. Il-fattura ta' garanzija ta' rata uniformi għandha tikkonforma mal-mudell fl-Anness 54. L-iskrizzjonijiet fuq il-wara ta' dak il-mudell jistgħu, madankollu, jintwerew fuq quddiem, fuq id-dettalji ta' l-individwu jew id-ditta li toħroġ il-fattura, u l-iskrizzjonijiet li ġejjin jibqgħu ma jinbidlux.

3. Il-garanti għandu jkun responsabbli sa ammont ta' 7000 ECU fir-rigward ta' kull fattura ta' garanzija ta' rata uniformi

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 368 u 371 il-prinċipal jista' jwettaq operazzjoni ta' transitu Komunitarja taħt kull garfattura ta' garanzija ta' rata uniformi. Il-kont għandha titwassal lill-uffiċju tat-tluq, fejn tinżamm.

Artikolu 371

Il-garanti jista' joħroġ fatturi ta' garanzija ta' rata uniformi:

- li ma jkunux validi għal operazzjoni ta' transitu Komunitarja fir-rigward ta' merkanzija li hija elenkata fl-Anness 52, u

- li jistgħu jintużaw f'multipli ta' sa seba' fatturi permezz ta' trasport fis-sens ta' l-Artikolu 347(2) għal merkanzija barra minn dik imsemmija fl-inċiż preċedenti.

Għal dan l-iskop il-garanti għandu jimmarka dawn il-fatturi ta' garanzija ta' rata uniformi djagonalment f' ittri kapitali b' waħda minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

- VALIDEZ LIMITADA; APLICACIÓN DEL ARTÍCULO 371 DEL REGLAMENTO (CEE) N° 2454/93,

- BEGRÆNSET GYLDIGHED — ARTIKEL 371, I FORORDNING (EØF) Nr. 2454/93,

- BESCHRÄNKTE GELTUNG — ARTIKEL 371 DER VERORDNUNG (EWG) Nr. 2454/93,

- ΠΕΡΙΟΡΙΣΜΕΝΗ ΙΣΧΥΣ: ΕΦΑΡΜΟΓΗ ΤΟΥ ΑΡΘΡΟΥ 371 ΤΟΥ ΚΑΝΟΝΙΣΜΟΥ (ΕΟΚ) αριθ. 2454/93,

- LIMITED VALIDITY — APPLICATION OF ARTICLE 371 OF REGULATION (EEC) No 2454/93,

- VALIDITÉ LIMITÉE — APPLICATION DE L'ARTICLE 371 DU RÈGLEMENT (CEE) No 2454/93,

- VALIDITÀ LIMITATA — APPLICAZIONE DELL'ARTICOLO 371 DEL REGOLAMENTO (CEE) N. 2454/93,

- BEPERKTE GELDIGHEID — TOEPASSING VAN ARTIKEL 371 VAN VERORDENING (EEG) Nr. 2454/93,

- VALIDADE LIMITADA; APLICAÇÃO DO ARTIGO 371.° DO REGULAMENTO (CEE) N.° 2454/93.

Artikolu 372

Il-kanċellament tal-garanzija għandu jiġi notifikat minnufih lill-Istati Membri l-oħra mill-Istat Membru li tappartjeni għalih il-garanzija rilevanti.

Sub-sezzjoni 4

Garanziji individwali

Artikolu 373

1. Garanzija individwali mogħtija għal operazzjoni ta' transitu Komunitarja singola għandha tkun ippreżentata fl-uffiċju tat-tluq. L-uffiċju tat-tluq għandu jiffissa l-ammont tal-garanzija.

2. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 tista' ssir b' depożitu ta' flus kontanti fl-uffiċju ta' tluq. F'dak il-każ, għandha tiġi rritornata meta d-dokument T1 jiġi rilaxxat fl-uffiċju tat-tluq.

Sub-sezzjoni 5

Dispożizzjonijiet komuni għas-subsezzjonijiet 1 sa 4

Artikolu 374

Il-garanti għandu jinħeles mill-obbligi tiegħu kif previst fl-Artikolu 199(1) tal-Kodiċi u b' żieda għandu jinħeles mill-obbligi tiegħu ma' l-iskadenza ta' perjodu ta' 12-il xahar mid-datat ta' reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni T1 meta ma jkunx ġie mogħti avviż mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru bta' tluq illi d-dokument T1 ma ġiex irrilaxxat.

Meta, tul il-perjodu previst fl-ewwel subparagrafu, il-garanti ikun ingħata avviż mill-awtoritajiet doganali tan-nuqqas ta' rilaxx tad-dokument T1, għandu, b' żieda, jiġi notifikat li qed jiġi jew jista' jkun meħtieġ iħallas l-ammonti li għalihom huwa responsabbli fir-rigward ta' l-operazzjoni ta' transitu Komunitarja in kwistjoni. Din in-notifika għandha tasal għand il-garanti sa mhux iktar tard minn tlett snin wara d-data ta' reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni T1. Meta l-ebda notifika ma tkun saret qabel l-iskadenza tal-limitu taż-żmien, il-garanti għandu bl-istess od jinħeles mill-obbligi tiegħu.

Sub-sezzjoni 6

Id-Dispensa mill-Garanzija

Artikolu 375

1. Għall-iskopijiet ta' l-għoti tad-dispensa mill-garanzija għal operazzjonijiet ta' transitu Komunitarji, l-impenn li għandu jingħata mill-persuna ikkonċernata skond l-Artikolu 95(2)(e) tal-Kodiċi għandu jitfassal skond il-mudell muri fl-Anness 55.

2. Meta d-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, regolament jew azzjoni amministrattiva jew prattika komuni jeħtieġu hekk, kull Stat Membru jista' jesiġi li l-impenn mill-persuna kkonċernata jitħejja fuq formola differenti, bil-kondizzjoni li dan ikollu l-istess effetti ta' rbit bħal dawk ta' l-impenn previst fil-mudell.

Artikolu 376

1. Skond l-Artikolu 95(3) tal-Kodiċi, id-dispensa tal-garanzija m' għandhiex tapplika għal merkanzija:

(a) li l-valur totali tagħha jeċċedi 100000 ECU għal kull kunsinna;

jew

(b) li hija elenkata fl-Anness 56 bħala li tinvolvi aktar riskji.

2. Id-dispensa tal-garanzija m' għandhiex tapplika meta, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 360, l-użu tal-garanzija komprensiva ikun projbit.

Artikolu 377

1. Meta tkun applikata id-dispensa mill-garanzija, għandha ssir referenza għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 95(4) tal-Kodiċi fuq id-dikjarazzjoni ta' transitu T1 korrispondenti.

2. Iċ-ċertifikat tad-dispensa mill-garanzija għandu jikkonforma mal-mudell fl-Anness 57.

3. Mal-ħruġ taċ-ċertifikat tad-dispensa mill-garanzija jew fi kwalunkwe żmien matul il-validità tiegħu, il-prinċipal għandu, fuq ir-responsabbiltà tiegħu proprja, jindika fuq in-naħa ta' wara taċ-ċertifikat il-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet ta' transitu Komunitarji għan-nom tiegħu. Id-dettalji għandhom jinkludu il-kunjom u l-isem ta' kull persuna awtorizzata flimkien mal-firma ta' dik il-persuna. Kull nomina ta' persuna awtorizzata għandha tkun ikkonfermata bil-firma tal-prinċipal. Il-prinċipal għandu jkun intitolat li fid-diskrezzjoni tiegħu jaqta' l-kaxex mhux użati.

Il-prinċipal jista' fi kwalunkwe żmien iħassar l-isem ta' persuna awtorizzata min-naħa ta' wara taċ-ċertifikat.

4. Kull persuna li isimha jkun jidher fuq in-naħa ta' wara taċ-ċertifikat tad-dispensa mill-garanzija li jkun ippreżentat fl-uffiċju tat-tluq għandha titqies bħala r-rappreżentant awtorizzat tal-prinċipal.

5. Il-perijodu ta' validità ta' dispensa mill-garanzija m'għandux jeċċedi sentejn. Madankollu, dan il-perjodu jista' jkun estiż mill-awtoritajiet li jagħtu d-dispensa għal perjodu ieħor li ma jeċċedix sentejn.

6. Jekk id-dispensa mill-garanzija tiġi revokata, il-prinċipal għandu jkun reponsabli minnufih li jibgħat lura lill-awtoritajiet li jkunu taw id-dispensa, iċ-ċertifikati kollha ta' dispensa mill-garanzija maħruġa lilu li jkunu għandhom validi.

L-Stati Membri għandhom jgħaddu d-dettalji ta' kull ċertifikat validu li ma jkunx ġie rritornat lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b' dan.

Sezzjoni 3

Irregolaritajiet; prova ta' regolarità

Artikolu 378

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 215 tal-Kodiċi, meta l-kunsinna ma tkunx ġiet ippreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjopni u l-post ta' l-offiża jew l-irregolarità ma jkunx jista' jiġi stabbilit, dan il-ksur jew irregolarità għandhom jitqiesu bħallikieku saru.

- fl-Istat Membru li jappartjeni għalih l-uffiċju tat-tluq,

jew

- fl-Istat Membru li jappartjeni għalih fil-punt tad-dħul fil-Komunità l-uffiċju ta' transitu, li lilu tkun intbagħtet nota ta' avviż ta' transitu,

sakemm fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 379(2), il-prova ta' l-irregolarità ta' l-operazzjoni tat-transitu jew tal-post fejn il-ksur jew l-irregolarità jkunu attwalment saru tingħata għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali.

2. Meta l-ebda prova bħal din ma tingħata u l-imsemmija ksur jew irregolarità jitqiesu li saru fl-Istat Membru tat-tluq jew fl-Istat Membru tad-dħul kif jidher fl-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż, id-dazji u piżijiet oħra li jirrigwardaw il-merkanzija kkonċernata għandhom jinġabru minn dak l-Istat Membru skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali.

3. Jekk l-Istat Membru fejn il-ksur jew l-irregolarità jkunu saru attwalment jiġi stabbilit qabel l-ikadenza ta' perjodu ta' tlett snin mid-datata' reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni T1, dak l-Istat Membru għandu, skond id-disposizzjonijeit Komunitarji jew nazzjonali, jirkupra d-dazji u piżijiet oħrajn (barra minn dawk imposti, skond it-tieni subparagrafu, bħala riżorsi proprji tal-Komunità) li jirrigwardaw il-merkanzija kkonċernata. F'dan il-każ, ladarba tkun ingħatat il-prova ta' dan l-irkupru, id-dazji u piżijiet oħrajn inizjalment miġbura (barra minn dawk imposti bħala riżorsi proprji tal-Komunità) għandhom jitħallsu lura.

4. Il-garanzija li tkopri l-operazzjoni ta' transitu Komunitarja m'għandiex tkun rilaxxata qabel it-tmiem tat-terminu ta' tlett snin imsemmi qabel jew sakemm id-dazji u l-piżijiet l-oħra applikabbli fl-Istat Membru fejn il-ksur jew l-irregolarità msemmija jkunu attwalment saru ikunu ġew imħallsa.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkumbattu kull ksur jew irregolarità u jimponu penali effettivi.

Artikolu 379

1. Meta kunsinna ma tkunx ġiet ippreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni u l-post fejn il-ksur jew l-irregolarità ikunu saru ma jkunx jista' jiġi stabbilit, l-uffiċju tat-tluq għandu jinnotifika lill-prinċipal b' dan il-fatt malajr kemmjista' jkun u fi kwalunkwe każ qabel l-aħħar tal-11-il xahar wara d-data ta' reġistrazzjzoni tad-dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarja.

2. Il-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tindika, partikolarment, it-terminu li fih il-prova ta' irregolarità ta' l-operazzjoni ta' transitu jew il-post fejn attwalment ikunu saru il-ksur jew l-irregolarità għandha tingħata lill-uffiċju tat-tluq għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali. Dak it-terminu għandu jkun ta' tlett xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-prova msemmija ma tkunx ġiet prodotta sa tmiem it-terminu, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-passi biex jirkupra d-dazji u piżijiet oħra nvoluti. F' każijiet meta dak l-Istat Membru ma jkunx dak li fih l-uffiċju ta' tluq jinstab, dan ta' l-aħħar għandu immedjatament jinforma lill-Istat Membru imsemmi.

Artikolu 380

Prova tar-regolarità ta' l-operazzjoni ta' transitu fis-sens ta' l-Artikolu 378(1) għandha tingħata għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali, inter alia:

(a) bil-produzzjoni ta' dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali li jistabilixxi li l-merkanzija in kwistjoni kienet ippreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni jew, meta japplika l-Artikolu 406, lid-destinatarju awtorizzat. Dak id-dokument għandu jkun fih biżżejjed informazzjoni sabiex il-merkanzija tista' tkun identifikata;

jew

(b) bil-produzzjoni ta' dokument doganali maħruġ f'pajjiż terz li juri r-rilaxx għall-użu domestiku jew b'kopja jew b' fotokopja tiegħu; din il-kopja jew fotokopja għandha tkun iċċertifikata bħala kopja vera mill-organizzazzjoni li ċċertifikat id-dokument oriġinali, mill-awtoritajiet ta' pajjiż terz ikkonċernat jew mill-awtoritajiet ta' wieħed mill-Istati Membri. Id-dokument għandu jkun fih biż-żejjed informazzjoni biex il-merkanzija in kwistjoni tista' tiġi identifikata.

IL-KAPITOLU 5

Transitu Komunitarju intern

Artikolu 381

1. Il-merkanzija kollha li għandha tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern għandha tkun is-suġġett ta' dikjarazzjoni T2. Dikjarazzjoni T2 tfisser dikjarazzjoni fuq formola li tikkorrispondi għall-mudell fl-Annessi 31 sa 34, użata skond in-notifika fl-Anness 37.

2. Il-Kapitolu 4 għandu japplika mutatis mutandis għall-proċedura ta' transitu Komunitarju intern.

IL-KAPITOLU 6

Dispożizzjonijiet komuni għall-Kapitoli 4 u 5

Artikolu 382

1. Fil-każi ta' kunsinni li jinkludu kemm merkanzija li għandha tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern u kemm merkanzija li għandha tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Kounitarju intern, formoli supplimentari li jkollhom is-simbolu "T1 bis" jew "T2 bis" rispettivament jistgħu jiġu mehmuża ma' formola ta' dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarju wieħed.

F'dan il-każ, is-simbolu "T" għandu jiġi iskritt fis-suddiviżjoni tan-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 ta' l-formola msemmija; l-ispazju vojt wara s-simbolu "T" għandhu jinqata; b'żieda, il-kaxex 32 "Nru tal-Partita", 33 "Kodiċi tal-Komunità", 35 "Massa grossa (kb)", 38 "Massa netta (kg)" u 44 "Informazzjoni addizjonali, dokumenti fornuti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet" għandhom ikunu maqtuha. Referenza għan-numri konsekuttivi tad-dokumenti supplimentari li jkollhom is-simbolu "T1 bis" u d-dokumenti supplimentari li jkollhom is-simbolu "T2 bis" għandha tiġi iskritta fil- kaxxa 31 ‘Pakketti u deskrizzjoni tal-merkanzija' tal-formola tad-dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarju li tkun użata.

2. Meta wieħed mis-simboli "T1", "T1 bis" jew "T2", "T2 bis" ikun tħalla barra mis-suddiviżjoni tan-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 tal-formola wżata jew meta, fil-każ ta' kunsinni li jinkludu kemm merkanzija li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern u merkanzija li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern, id-disposizzjonijeit tal-paragrafu 1 u ta' l-Artikolu 383 ma jkunux ġew sodisfatti, il-merkanziaj ttrasportata taħt kopertura ta' dawn id-dokumenti għandha titqies illi qed tiġi spustata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern.

Madankollu, għall-applikazzjoni tad-dazji ta' l-esportazzjoni jew miżuri preskritti fir-rigward ta' l-esportazzjonijiet tal-politika kummerċjali komuni, din il-merkanzija għandha titqies bħala li qed tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern.

Artikolu 383

Fil-każ ta' kunsinni li jinvolvu kemm merkanzija li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern u merkanzija li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern, listi tat-tagħbija separati għandhom jiġu ppreparati u jistgħu jithemżu ma' formola ta' dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarju singola.

F'dak il-każ, is-simbolu "T" għandu jiġi iskritt fis-suddiviżjoni tan-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 tal-formola msemmija. L-ispazju vojt wara s-simbolu "T" għandu jinqata; b'żieda ma dan, il-kaxex 15 "Pajjiż li jibgħat/jesporta", 32 "Nru tal-partita", 33 "Kodiċi tal-Komodità", 35 "Massa grossa (kg)", 38 "Massa Netta (kg)" u, fejn neċessarju, 44 "Informazzjoni addizzjonali, dokumenti ippreżentati, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet" għandhom jinqatgħu. Referenza għan-numri konsekuttivi tal-listi tat-tagħbija li għandhom x'jaqsmu maż-żewġ tipi ta' merkanzija għandhom jiġu iskritti f' kaxxa 31 "Pakketti u deskrizzjoni tal-merkanzija" tal-formola wżata.

Artikolu 384

Meta neċessarju, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin bir-riżultati, dokumenti, rapporti, dettalji dwar proċedimenti u l-informazzjoni kollha relatata ma' l-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarja u ma' l-irregolaaritajiet u il-ksur in konnessjoni ma' dik il-proċedura.

Artikolu 385

Id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti ta' transitu għandhom isiru f'lingwa uffiċjali tal-Komunità aċċetata mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq. Din id-dispożizzjoni m'għandiex tapplika għal fatturi ta' garanzija ta' rata uniformi.

Meta neċessarju, l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru ieħor li fih id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati jistgħu jeħtieġu traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali, ta' dak l-Istat Membru.

Il-lingwa li għandha tintuża għaċ-ċertifikat ta' garanzija għandha tkun indikata mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru responsabbli għall-uffiċju tal-garanzija.

Il-lingwa li għandha tintuża għaċ-ċertifikat tad-dispensa mill-garanzija għandha tkun deċiża mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li fih tingħata d-dispensa mill-garanzija.

Artikolu 386

1. Il-karta wżata għal-listi tat-tagħbija, in-noti ta' avviż ta' transitu u rċevuti għandhom jiġu ppreparati għal skopijiet ta' kitba u jkunu jiżnu mill-anqas 40 g/m2; ir-reżistenza tagħha għandha tkun tali li ma titqattax u ma titkemmixx faċilment.

2. Il-karta wżata għall-fattura ta' garanzija ta' rata uniformi għandha tkun ħielsa minn polpa mekkanika, ippreparata għal skopijiet ta' kitba u li tkun tiżen mill-inqas 55 g/m2. Il-karta għandu jkollha stampat sfond ta' disinn guilloche aħmar, sabiex tinkixef kull falsifikazzjoni b' mezzi mekkaniċi jew kimiċi.

3. Il-karta wżata għall-formoli ta' ċertifikat ta' garanzija u id-dispensa mill-garanzija għandha tkun ħielsa minn polpa mekkanika u tkun tiżen mill-anqas 100 g/m2. Għandu jkollha sfond ta' disinn guilloche stampat fuq iż-żewġ naħat, sabiex tinkixef kull falsifikazzjoni b' mezzi mekkaniċi jew kimiċi. L-imsemmi sfond għandu jkun:

- aħdar għal ċertifikati ta' garanziji,

- ikħal ċar għal ċertifikati ta' dispensa mill-garanziji.

4. Il-karta msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tkun bajda, ħlief għal-listi ta' tagħbija imsemmija fl-Artikolu 341(2), li fil-każ tagħhom l-għażla tal-kulur għandha titħalla f'idejn il-persuni kkonċernati.

Artikolu 387

Il-formoli għandhom ikunu ta' daqs ta':

(a) 210 × 297 mm għal-listi tat-tagħbija, b'tolleranza fit-tul ta' bejn - 5 u + 8 mm li tkun permessa;

(b) 210 × 148 mm għan-nota ta' avviż ta' transitu, għaċ-ċertifikat tal-garanzija u għaċ-ċertifikat ta' dispensa mill-garanzija;

(ċ) 148 × 105 għall-irċevuta u l-fattura ta' garanzija ta' rata uniformi.

Artikolu 388

1. Il-fatturi ta' garanzija ta' rata uniformi għandhom juru l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li tippermetti li jiġi identifikat l-istampatur. Kull fattura ta' garanzija ta' rata uniformi għandu jkollha numru ndividwali konsekuttiv.

2. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jistampaw jew jirranġaw l-istampar taċ-ċertifikati ta' dispensa u taċ-ċertifikati ta' dispensa mill-garanzija. Kull ċertifikat għandhu jkollu numru konsekuttiv għal skopijiet ta' identifikazzjoni.

3. Il-Formoli għal ċertifikati ta' garanzija, ċertifikati ta' dispensa mill-garanzija u fatturi ta' garanzija ta' rata uniformi għandhom jiġu kkompletati b-użu ta' typewriter jew proċess ieħor mekkanografiku jew simili.

4. Listi tat-tagħbija, noti ta' avviż ta' transitu u rċevuti jistgħu jimtlew bl-użu ta' typewriter jew proċess ieħor mekkanografiku jew simili, jew b'kitba li tinqara bl-idejn; f'dan il-każ ta' l-aħħar għandhom jimtlew bil-linka u b'ittri kapitali.

5. Il-formoli m' għandhomx ikollhom tħassir jew alterazzjonijiet. Il-Korrezzjonijiet għandhom isiru billi jinqatgħu il-kliem il-ħżiena u jiżdiedu xi dettalji neċessarji.

Korrezjonijiet Għandhom ikunu inizjalati mill-persuna li tgħamilhom u espliċitament awtentikati mill-awtoritijiet doganali.

Il-KAPITOLU 7

Simplifikazzjonijiet

Sezzjoni 1

Proċedura simplifikata għall-ħruġ tad-dokument użat biex jiġi stabbilit l-istatus Komunitarju tal-merkanzija

Artikolu 389

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 317(4), l-awtoritajiet doganali ta' kull Stat Membru jistgħu jawtorizzw kull persuna, hawnhekk iżjed "il quddiem imsemmija bħala" il kunsinnatur awtorizzat, li tissodisfa il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 390 u li tipproponi li tistabilixxi8 l-istatus Komunitarju tal-merkanzija permezz tad-dokument T2L skond l-Artikolu 315(1), jew permezz ta' wieħed mid-dokumenti stipulati fl-Artikolu 317 hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "dokumenti kummerċjali", għall-użu ta' dawk id-dokumenti mingħajr ma jkollhom jippreżentawhom għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq.

Artikolu 390

1. L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 389 għandha tingħata biss lil persuni:

(a) li ta' spiss jikkunsinnaw il merkanzija;

(b) li r-reġistri tagħhom jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jikkontrollaw l-operazzjonijiet tagħhom;

(ċ) li ma jkunux ikkommettew ksur serju jew ripetut kontra leġislazzjoni doganali jew tat-taxxa.

2. L-awtoritajiet doganli jistgħu jirrevokaw l-awtorizzazzjoni meta kunsinnatur awtorizzat ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jonqos li jikkonforma mal-ħtiġiet stabbiliti f' din it-taqsima jew fl-awtorizzazzjoni.

Artikolu 391

1. Awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw partikolarment:

(a) l-uffiċju responsabbli għal pri-awtentikar tal-formoli wżati għad-dokumenti kkonċernati, kif preskritt fl-Artikolu 392(1)(a);

(b) il-mod li bih il-kunsinnatur awtorizzat għandu jipprova li dawk il formoli ġew użati kif suppost.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il-terminu u l-mod li bih il-kunsinnatur awtorizzat għandu jinforma lill-uffiċju kompetenti sabiex dak l-uffiċju jkun jista' jwettaq il-kontrolli neċessarji qabel it-tluq tal-merkanzija.

Artikolu 392

1. L-awtorizzazzjoni għandha tistipula li il-kaxxa Ċ Uffiċju tat-tluq fil-faċċata tal-formoli wżati għad-dokument T2L u, jekk applikabli, id-dokument(i) T2L bis jew il-faċċata tad-dokumenti kummerċjali għandhom:

(a) jiġu ttimbrati bil-quddiem bit-timbru ta' l-uffiċju msemmi fl-Artikolu 391(1)(a) u jiġu ffirmati minn uffiċjal ta' dak l-uffiċju;

jew

(b) jiġu ttimbrati mill-kunsinnatur awtorizzat b'timbru speċjali tal-metall approvat mill-awtoritajiet doganali li jkun jikkonforma mal-mudell fl-Anness 62; l-istampa tat-timbru tista' tkun stampata bil-quddiem fuq il-formoli jekk l-istampar li jkun mgħoddi lil stampatur approvat għal dak l-iskop.

2. Sa mhux aktar tard mill-kunsinna tal-merkanzija, il-kunsinnatur awtorizzat għandu jimla u jiffirma il-formola. Barra minn dan, għandun jikteb fil-kaxxa irriservata għal kontroll mill-0uffiċju tat-tluq fuq id-dokument T2L jew fi spazju identifikabbli b' mod ċar fuq id-dokument kummerċjali użat, l-isem ta' l-uffiċju doganali kompetenti, id-datat tal-mili tadf-do0kument, u waħda minn dawn il-frażijiet:

- Procedimiento simplificado,

- Forenklet fremgangsmåde,

- Vereinfachtes Verfahren,

- Απλουστευμένη διδικασία,

- Simplified procedure,

- Procédure simplifiée,

- Procedura semplificata,

- Vereenvoudigde regeling,

- Procedimento simplificado.

3. Il-formola mimlija, li jkollha l-frażi speċifikata fil-paragrafu 2 u ffirmata mill-kunsinnatur awtorizzat, għandha tkun ekwivalenti għal dokument li jiċċertifika l-istatus Komunitarju tal-merkanzija.

Artikolu 393

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-kunsinnatur awtorizzat li ma jiffirmax id-dokumenti T2L jew id-dokumenti kummerċjali wżati li jkollhom it-timbru speċjali imsemmi fl-Anness 62 u li jkunu magħmula b' sistema elettronika jew sistema ta' pproċess awtomatiku tad-data. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun soġġetta għal kondizzjoni li il kunsinnatur awotrizzat ikun qabel ta' lil dawk l-awtoritajiet impenn bil-miktub li jirrikonoxxi ir-responsabbiltà tiegħu għall-konsegwenzi legali li joħorġu mid-dokumenti kollha T2L jew minn dokumenti kummerċjali maħruġa li jkollhom it-timbru speċjali.

2. Id-dokumenti T2L jew id-dokumenti kummerċali imħejjija skond il-paragrafu 1 għandu jkollhom flok il-firma tal-kunsinnatur awtorizzat waħda minn dawn il-frażijiet:

- Dispensa de firma,

- Fritaget for underskrift,

- Freistellung von der Unterschriftsleistung,

- Δεν απαιτείται υπογραφή,

- Signature waived,

- Dispense de signature,

- Dispensa dalla firma,

- Van ondertekening vrijgesteld,

- Dispensada a assinatura.

Artikolu 394

Il-kunsinnatur awtorizzat għandu jagħmel kopja ta' kull dokument T2L jew ta' kull dokument kummerċjali maħruġ skond din is-sezzjoni. L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw l-arranġamenti li permezz tagħhom id-dokument kopja għandu jiġi ppreżentat għall-iskopijiet ta' kontroll u miżmum għal mill-inqas sentejn.

Artikolu 395

1. Il-kunsinnatur awtorizzat għandu:

(a) jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din is-sezzjoni u ta' l-awtorizzazzjoni;

(b) jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassigura is-salvagwardja tat-timbru speċjali jew tal-formoli li jkollhom l-istampa tat-timbru ta' l-uffiċju msemmi fl-Artikolu 391(1)(a), jew ta' timbru speċjali.

2. Fil-każ ta' abbuż minn xi persuna tal-formoli tad-dokumenti T2L jew tad-dokumenti kummerċjali stampati bil-quddiem bit-timbru tal-uffiċju li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 391(1)(a) jew bit-timbru speċjali, il-kunsinnatur awtorizzat għandu jkun responsabbli, mingħajr preġudizju għal xi proċeduri kriminali, għal ħlas ta' dazji u piżijiet oħrajn li jibqgħu mhux imħallsa f'xi Stat Membru bħala riżultat ta' dan l-abbuż, sakemm ma jissodisfax lill-awtoritajiet doganali li awtorizzawh illi ħa il-miżuri meħtieġa minnu skond il-paragrafu 1 (b).

Artikolu 396

L-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tal-kunsinna jistagħu jeskludu ċerti kategoriji ta' merkanzija u tipi ta' traffiku mill-faċilitajiet previsti f'din is-sezzjoni.

Sezzjoni 2

Is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet ta' transitu li għandhom isiru fl-uffiċċi tat-tluq u tad-destinazzjoni

Artikolu 397

Meta l-proċedura ta' transitu Komunitarja tkun applikabbli, il-formalitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura għandhom jiġu ssimplifikati skond id-dispożizzjonijiet ta' din is-sezzjoni.

Din is-sezzjoni m'għandiex, madanakollu, tapplika għall-merkanzija li għaliha japplikaw l-Artikoli 463 sa 470.

Sub-sezzjoni 1

Formalitajiet fl-uffiċju tat-tluq

Artikolu 398

L-awtoritajiet doganali ta' kull Stat Membru jistgħu jawtorizzaw lil kull persuna li tissodisfa il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 399 u li jkun beħsiebha twettaq operazzjonijiet ta' transitu Komunitarji (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "il kunsinnatur awtorizzat") li ma tippreżentax fl-uffiċju tat-tluq la l-merkanzija kkonċernata u lanqas id-dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarja fir-rigward ta' dik il-merkanzija.

Artikolu 399

1. L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 398 għandha tingħata biss lil persuni:

(a) li ta' spiss jikkunsinnaw il-merkanzija;

(b) li r-reġistri tagħhom jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jikkontrollaw l-operazzjonijiet tagħhom;

(ċ) li, meta tkun meħtieġa garanzija skond il-proċedura ta' transitu Komunitarja, jagħtu garanzija komprensiva; u

(d) li ma jkunux ikkommettew ksur serju jew ripetut kontra l-leġislazzjoni doganali jew tat-taxxa.

2. L-awtoritajiet doganli jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni meta l-kunsinnatur awtorizzat ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jonqos li jikkonforma ruħu mal-ħtiġiet stabbiliti f'din is-subsezzjoni jew fl-awtorizzazzjoni.

Artikolu 400

Awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw partikolarment:

(a) l-uffiċju jew l-uffiċji kompetenti li għandhom jaġixxu bħala uffiċji tat-tluq għal kunsinni;

(b) il-terminu u l-proċedura li permezz tagħha, il-kunsinnatur awtorizzat għandu jinforma lill-uffiċju tat-tluq bil-kunsinni li għandhom jintbagħtu, sabiex dak l-uffiċju jista' jwettaq kull kontroll neċessarju qabel it-tluq tal-merkanzija;

(ċ) it-terminu li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni;

(d) il-miżuri ta' identifikazzjoni li għandhom jittieħdu. Għal dan l-iskop l-awtoritajiet doganali jistgħu jippreskrivu li l-mezz ta' trasport jew il-pakkett jew il-pakketti għandu jkollhom siġilli pseċjali, aċċettati mill-awtoritajiet doganali u imwaħħla mill-kunsinnatur awtorizzat.

Artikolu 401

1. L-awtorizzazzjoni għandha tistipula li l-kaxxa rriżervata għall-uffiċju tat-tluq fil-faċċata tal-formola tad-dokument ta' transitu Komunitarju għandha:

(a) tiġi ttimbrata bil-quddiem bit-timbru ta' l-uffiċju tat-tluq u tiġi iffirmata minn uffiċjal ta' dak l-uffiċju;

jew

(b) tkun ittimbrata mill-kunsinnatur awtorizzat b' timbru speċjali tal-metall approvat mill-awtoritajiet doganali li jikkonforma mal-kampjun fl-Anness 62. L-istampa tat-timbru tista' tiġi stampata bil-quddiem fuq il-formoli meta l-istampar ikun ġie fdat f'idejn stampatur approvat għal dak l-iskop.

Il-kunsinnatur awtorizzat għandu jimla l-kaxxa billi jindika id-data tal-kunsinna tal-merkanzija u jagħti numru lid-dikjarazzjoni skond ir-regoli stabbiliti għal dak l-iskop fl-awtorizzazzjoni.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippreskrivu l-użu tal-formoli li jkollhom marka distintiva bħala mezz ta' identifikazzjoni.

Artikolu 402

1. Sa mhux aktar tard mill-kunsinna tal-merkanzija, il-kunsinnatur awtorizzat għandhu jagħmel iskrizzjoni fuq il-faċċata tal-kopji Nru 1 u 4 tad-dokument ta' transitu Komunitarju mimli kif suppost fil-kaxxa "Kontroll mill-uffiċju tat-tluq" it-terminu li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni, il-mezzi ta' identifikazzjoni applikati u waħda mill-frażijiet li ġejjin:

- Procedimiento simplificado,

- Forenklet fremgangsmåde,

- Vereinfachtes Verfahren,

- Απλουστευμένη διαδικασία,

- Simplified procedure,

- Procédure simplifiée,

- Procedura semplificata,

- Vereenvoudigde regeling,

- Procedimento simplificado.

2. Wara l-kunsinna, il-kopja Nru 1 għandha tintbgħat mingħajr dewmien lill-uffiċju tat-tluq. L-awtoritajiet doganali għandu jkollhom id-dritt li jipprovdu fl-awtorizzazzjoni li l-Kopja Nru 1 li din tintbgħat lill-uffiċju tat-tluq malli id-dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarja timtela. Il-kopji l-oħra għandhom ikunu mal-merkanzija skond l-Artikoli 341 sa 380.

3. Meta l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq iwettqu kontroll fuq it-tluq ta' kunsinna, għandhom jirreġistraw dan fil-kaxxa "Kontroll mill-uffiċju tat-tluq" fuq il-faċċata tal-kopji Nru 1 u 4 tad-dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarja.

Artikolu 403

Id-dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarja, mimlija kif dovut u li jkollha l-indikazzjonijiet speċifikati bl-Artikolu 402(1), għandha tkun ekwivalenti għal dokument ta' transitu Komunitarju estern jew intern, skond il-każ, u l-kunsinnatur awtorizzat li ffirma d-dikjarazzjoni għandu jkun il-prinċipal.

Artikolu 404

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-kunsinnatur awtorizzat li ma jiffirmax id-dikjarazzjonijiet ta' transitu Komunitarji li jkollhom it-timbru speċjali msemmi fl-Anness 62 u li jkunu magħmula b' sistema elettronika jew sistema ta' proċess awtomatiku ta' data. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun suġġetta għall-kondizzjoni li l-kunsinnatur awtorizzat ikun ta minn qabel lil dawk l-awtoritajiet impenn bil-miktub li jirrikonoxxi li hu jkun il-prinċipal għall-operazzjonijiet kollha ta' transitu Komunitarji mwettqa taħt kopertura tad-dokumenti tat-transitu Komunitarju li jkollhom it-timbru speċjali.

2. Id-Dokumenti ta' transitu Komunitarji mimlija skond il-paragrafu 1 għandu jkun fihom fil-kaxxa irriservata għall-firma tal-principal waħda minn dawn il-frażijiet:

- Dispensa de firma,

- Fritaget for underskrift,

- Freistellung von der Unterschriftsleistung,

- Δεν απαιτείται υπογραφή,

- Signature waived,

- Dispense de signature,

- Dispensa dalla firma,

- Van ondertekening vrijgesteld,

- Dispensada a assinatura.

Artikolu 405

1. Il-kunsinnatur awtorizzat għandu:

(a) jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din is-subsezzjoni u ta' l-awtorizzazzjoni; u

(b) jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassigura is-salvagwardja tat-timbru speċjali jew tal-formoli li jkollhom stampat it-timbru ta' l-uffiċju tat-tluq jew l-istampa tat-timbru speċjali.

2. Fil-każ ta' abbuż minn xi persuna tal-formoli stampati bil-quddiem bit-timbru ta' l-uffiċju tat-tluq jew bit-timbru speċjali, il-kunsinnatur awtorizzat għandu jkun responsabbli, mingħajr preġudizzju għal xi proċeduri kriminali, għall-ħlas ta' dazji u piżijiet oħra pagabbli fi Stat Membru partikolari, fir-rigward ta' merkanzija ttrasportata taħt kopertura ta' dawn il-formoli sakemm jista' jissodisfa lill-awtoritajiet doganali li permezz tagħhom huwa kien awtorizzat li hu ħa l-miżuri meħtieġa minnu taħt il-paragrafu 1(b).

Sub-sezzjoni 2

Formalitajiet fl-uffiċju tad-destinazzjoni

Artikolu 406

1. L-awtoritajiet doganali ta' kull Stat Membru jistgħu joħorġu awtorizzazzjoni ta' dispensa mill-preżentazzjoni fl-uffiċju tad-destinazzjoni fejn il-merkanzija ttrasportata skond proċedura ta' transita Komunitarja tkun maħsuba għal persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 407 (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "id-destinatarju awtorizzat") li jkun ġie awtorizzat minn qabel mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jappartjeni għalih l-uffiċju tat-tluq.

2. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-prinċipal għandu jkun issodisfa l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 96(1)(a) tal-Kodiċi meta l-kopji tad-dokumenti ta' transitu Komunitarji li kienu mal-kunsinna, flimkien mal-merkanzija intatta, jkunu ġew ikkunsinnati fit-terminu preskritt lid-destinatarju awtorizzaqt fl-istabbiliment tiegħu jew fil-post speċifikat fl-awtorizzazzjoni, u l-mezzi ta' identifikazzjoni jkunu osservati kif dovut.

3. Id-destinatarju awtorizzat għandu fuq talba tat-trasportatur joħroġ riċevuta fir-rigward ta' kull kunsinna mibgħuta skond il-paragrafu 2, li tiddikjara li d-dokument u l-merkanzija jkunu ġew ikkunsinnati.

Artikolu 407

1. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 406 għandha tingħata lil persuni:

(a) li ta' spiss jirċievu kunsinni taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarja;

(b) li r-reġistri tagħhom jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jikkontrollaw l-operazzjonijiet;

(ċ) li ma jkunux ikkommettew jsur serju jew ripetut kontra leġislazzjoni doganali jew tat-taxxa.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrevokaw l-awtorizzazzjoni meta d-destinatarju awtorizzat ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jonqos li jikkonforma mal-ħtiġiet stabbiliti f'din is-subsezzjoni jew fil-awtorizzazzjoni.

Artikolu 408

1. Awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw partikolarment:

(a) l-uffiċju jew l-uffiċji kompetenti biex jaġixxu bħala uffiċji tad-destinazzjoni għal kunsinni li jirċievu d-destinatarju awtorizzat;

(b) it-terminu li fih, u l-proċedura li permezz tagħha, id-destinatarju awtorizzat għandu jinforma lill-uffiċju tad-destinazzjoni bil-wasla tal-merkanzija sabiex dak l-uffiċju jista' jwettaq kull kontroll neċessarju mal-wasla tal-merkanzija.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 410, l-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw fl-awtorizzazzjoni jekk hija meħtieġa xi azzjoni mill-uffiċju tad-destinazzjoni qabel ma d-destinatarju awtorizzat ikun jista' jiddisponi mill-merkanzija riċevuta.

Artikolu 409

1. Id-destinatarju awtorizzat għandu, fir-rigward ta' kunsinni li jaslu fl-istabbiliment jew fil-postijiet speċifikati fl-awtorizzazzjoni:

(a) immedjetament jinforma lill-uffiċju tad-destinazzjoni, skond il-proċedura stabilita fl-awtorizzazzjoni, b'xi kwantitajiet żejda, nuqqasijiet, sostituzzjonijiet jew irregolaritajiet oħra bħal ma huma siġilli miksura;

(b) jibgħat lill-uffiċju tad-destinazzjoni mingħajr ebda dewmien il-kopji tad-dokument ta' transitu Komunitarju li kienu mal-kunsinna, li jindikaw id-data tal-wasla u l-kondizzjonijiet ta' kull siġill imwaħħal.

2. L-uffiċju tad-destinazzjoni għandu jagħeml iskrizzjoni tad-dettalji meħtieġa fil-kopji msemmija tad-dokument ta' transitu Komunitarju.

Sub-sezzjoni 3

Dispożizzjonijiet oħra

Artikolu 410

L-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tat-tluq jew tad-destinazzjoni jistgħu jeskludu ċerti kategortiji ta' merkanzija mill-faċilitajiet previsti fl-Artikolu 398 u 406.

Artikolu 411

1. Meta l-preżentazzjoni tad-dikrazzjoni ta' transitu Komunitarja fl-uffiċju tat-tluq tkun dispensata fir-rigward ta' merkanzija li għandha tintbgħat taħt kopertura ta' nota kunsinna CIM, jew nota ta' trasferiment TR, skond l-Artikoli 413 sa 442, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-miżuri neċessarji sabiex jassiguraw li l-folji 1, 2 u 3 tan-nota tal-kunsinna CIM, jew il-folji 2, 3A u 3B tan-nota ta' trasferiment TR, ikollhom fuqhom is-simbolu "T1" jew "T2", skond ma jkun il-każ.

2. Meta l-merkanzija ttrasportata taħt l-Artikoli 413 sa 442 hija maħsuba għal destinatarju awtorizzat, l-awtoritajiet doganali jistgħu jipprovdu li, b' deroga mill-Artikolu 406(2) u l-Artikolu 409(1)(b), il-folji 2 u 3 tan-nota tal-kunsinna CIM, jew il-folji 1, 2 u 3A tan-nota ta' trasferiment TR, għandhom jintbagħtu direttament mill-kumpanniji tal-ferrovija jew mill-impriża tat-trasport lill-uffiċju tad-destinazzjoni.

Sezzjoni 3

Is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet għal merkanzija ttrasportata bil-ferrovija

Sub-sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw it-trasport bil-ferrovija

Artikolu 412

L-Artikolu 352 m'għandux japplika għat-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija.

Meta n-nota ta' avviż ta' transitu tkun għadha trid tiġi sottomessa skond l-Artikolu 352(2) ir-reġistri miżmuma mill-kumpanniji tal-ferrovija għandhom jieħdu post dik in-nota.

Artikolu 413

Meta l-proċedura ta' transitu Komunitarja hija applikabbli, il-formalitajiet taħt dik il-proċedura għandhom jiġu ssimplifikati skond l-Artikoli 414 sa 425, 441 u 442 għat-trasport ta' merkanzija mill-kumpaniji tal-ferrovijan taħt kopertura ta' - "nota ta' kunsinna CIM u pakketti express" hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "in-nota ta' kunsinna CIM".

Artikolu 414

In-nota ta' kunsinna CIM għandha tkun ekwivalenti għal:

(a) dikjarazzjoni T1 jew dokument, għal merkanzija li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern;

(a) dikjarazzjoni T2 jew dokument, għal merkanzija li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern.

Artikolu 415

Il-kumpannija tal-ferrovija ta' kull Stat Membru għandha tagħmel disponibbli għall-awtoritajiet doganali għall-iskopijiet ta' kontroll ir-reġistri miżmuma fl-uffiċji ta' kontabilità tagħha.

Artikolu 416

1. Il-kumpannija tal-ferrovija li taċċetta l-merkanzija għat-trasport li jkollha magħha nota ta' kunsinna CIM li sservi bħala dikjarazzjoni T1 jew T2 jew dokumentn għandha tkun il-prinċipal għal din l-operazzjoni.

2. Il-kumpanija tal-ferrovija ta' l-Istat Membru li mit-territorju tiegħu il-merkanzija tidħol fil-Komunità għandha tkun il-prinċipal għal operazzjonijiet fir-rigward ta' merkanzija aċċettata għat-trasport bil-ferroviji ta' pajjiżi terzi.

Artikolu 417

Il-kumpannija tal-ferroviji għandhom jassiguraw li l-kunsinni ttrasportati taħt il-proċedura t'a transitu Komunitarja jiġu identifikati b' tikketti li jkollhom pittogramma, li mudell tagħha jidher fl-Anness 58.

It-tikketti għandhom jitwaħħlu man-nota ta' kunsinna CIM u mal-vagun rilevanti tal-ferrovija fil-każ ta' tagħbija sħiħa, jew f' każijiet oħrajn, mal-pakkett jew pakketti.

Artikolu 418

Meta l-kuntratt tat-trasport ikun modifikat sabiex:

- operazzjoni tat-trasport li kellha tispiċċa barra t-territorju doganali tal-Komunità tieqaf fiha,

- operazzjoni tat-trasport li kellha tispiċċa fit-territorju doganali tal-Komunità tispiċċa barra minnha,

il-kumpanniji tal-ferrovija m'għandhomx jesegwixxu il-kuntratt modifikat mingħajr ftehim bil-quddiem ma' l-uffiċju tat-tluq.

Fil-każijiet l-oħra kollha, il-kumpanniji tal-ferrovija jistgħu jesegwixxu l-kuntratt modifikat; huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-uffiċju tat-tluq bil-modifika magħmula.

Artikolu 419

1. In-nota tal-kunsinna CIM għandha tkun ippreżentata fl-uffiċju tat-tluq fil-każ ta' operazzjoni tat-trasport li tapplika għaliha l-proċedura ta' transitu Komunitarju u li tibda u li għandha tispiċċa fit-territorju doganali tal-Komunità.

2. L-uffiċju tat-tluq għandu jagħmel iskrizzjoni ċara fil-kaxxa irriservata għad-dwana fuq il-folji 1, 2 u 3 tan-nota tal-kunsinna CIM:

- is-simbolu "T1", meta il-merkanzija tiġi spustjata taħt il-proċeura ta' transitu Komunitarju estern,

- is-simboli "T2", "T2 ES" jew "T2 PT", skond il-każ, meta l-merkanzija tiġi spustata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarja intern skond l-Artikolu 311(b) jew l-Artikolu 165 tal-Kodiċi.

Is-simboli "T2", "T2 ES" jew "T2 PT" għandhom jiġu awtentikati bl-applikazzjoni tat-timbru ta' l-uffiċju tat-tluq.

3. Il-kopji kollha tan-nota tal-kunsinna CIM għandhom jintbagħtu lura lill-persuna kkonċernata.

4. Il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 311(a) għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern matul il-vjaġġ kollu mill-istazzjon tat-tluq Komunitarju sa l-istazzjon tad-destinazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità, skond l-arranġamenti stabbiliti minn kull Stat Membru, mingħajr il-preżentazzjoni fl-uffiċju tat-tluq tan-nota tal-kunsinna CIM fir-rigward tal-merkanzijai u mingħajr ma jitwaħħlu it-tikketti msemmija fl-Artikolu 417. B'dana kollu, din id-dispensa m4 għandhiex tapplika għal noti ta' kunsinna CIM imfassla għal merkanzija koperta bid-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 463 sa 470.

5. Għall-merkanzija imsemmija fil-paragrafu 2 l-uffiċju doganali ta' l-istazzjon tad-destinazzjoni għandu jaġixxi bħala l-uffiċju tad-destinazzjoni. Jekk, b'dana kollu, l-merkanzija hija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera jew imqiegħda taħt proċedura doganali oħra fi stazzjon intermedju, l-uffiċju responsabbli għal dak l-istazzjon għandu jaġixxi bħala l-uffiċju tad-destinazzjoni.

L-ebda formalità ma tkun meħtieġa li ssir fl-uffiċju tad-destinazzjoni fir-rigward tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 311(a).

6. Għall-iskopijiet tal-kontroll imsemmi fl-Artikolu 415, il-kumpanniji tal-ferroviji għandhom, fil-pajjiż tad-destinazzjoni, jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet doganali in-noti kollha tal-kunsinni CIM għall-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 4, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-ftehim reċiproku ma4 dawk l-awtoritajiet.

7. Meta l-merkanzija Komunitarja hija ttrasportata bil-ferrovija minn punt fi Stat Membru għal punt fi Stat Membru ieħor mit-territorju ta' pajjiż terz barra minn pajjiż EFTA, il-proċedura ta' transitu Komunitarja intern għandha tapplika. F'dan il-każ id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4, 5 it-tieni subparagrafu u 6 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

L-Artikolu 420

Bħala regola ġenerali u meħud kont tal-miżuri ta' identifikazzjoni applikati mill-kumpanniji tal-ferrovija, l-uffiċju tat-tluq m'għandux jissiġilla il-mezzi tat-trasport jew il-pakki.

Artikolu 421

1. Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 419(5), il-kumpannija tal-ferrovija ta' l-Istat Membru responsabbli għall-uffiċju tad-destinazzjoni għandha tgħaddi lil dan ta' l-aħħar il-folji 2 u 3 tan-nota tal-kunsinna CIM.

2. L-uffiċju tad-destinazzjoni għandu minnufih jibgħat lura il-folja 2 lill-kumpannija tal-ferrovija wara li jittimbraha u għandu jżomm il-folja 3.

Artikolu 422

1. L-Artikoli 419 u 420 għandhom japplikaw għal operazzjoni tat-trasport li tibda fit-territorju doganali tal-Komunità u tispiċċa barra il-Komunità.

2. L-uffiċju doganali għall-istazzjoni fuq il-fruntiera li minnu l-merkanzija in transitu tħalli t-territorju doganali tal-Komunità għandu jaġixxi bħala l-uffiċju tad-destinazzjoni.

3. L-ebda formalità m'għandha titwettaq fl-uffiċju tad-destinazzjoni

Artikolu 423

1. Meta operazzjoni tat-trasport tibda barra t-territorju doganali tal-Komunità u tkun sejra tispiċċa fiha, l-uffiċju doganali ta' l-istazzjon tal-fruntiera li minnu tidħol il-merkanzija fit-territorju doganli tal-Komunità għandu jaġixxi bħala l-uffiċju tat-tluq.

L-ebda formalità m'għandha titwettaq fl-uffiċju tat-tluq.

2. L-uffiċju doganali għall-istazzjon tad-destinazzjoni għandu jaġixxi bħala l-uffiċju tad-destinazzjoni. Madankollu, meta l-merkanzija hija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera jew imqiegħda taħt xi proċedura doganali oħra fi stazzjon intermedju, l-uffiċju doganali għal dak l-istazzjon għandu jaġixxi bħala l-uffiċju tad-destinazzjoni.

Il-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 421 għandhom jitwettqu fl-uffiċju tad-destinazzjoni.

Artikolu 424

1. Meta operazzjoni ta' trasport tibda u tkun sejra tispiċċa barra t-territorju doganali tal-Komunità, l-uffiċji doganali li għandhom jaġixxu bħala l-uffiċju tat-tluq u l-uffiċju tad-destinazzjoni għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikoli 423(1) u 422 (2) rispettivament.

2. L-ebda formalità m'għandha titwettaq fl-uffiċji tat-tluq jew tad-destinazzjoni.

Artikolu 425

Merkanzija li tkun ittrasportata taħt l-Artikoli 423(1) jew 424 (1) għandha titqies bħala li qed tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern sakemm l-istatus Komunitarju tal-merkanzija ma jiġix stabbilit skond l-Artikoli 313 sa 340.

Subsezzjoni 2

Dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' merkanzija ttrasportata f'containers kbar

Artikolu 426

Meta l-proċedura ta' transitu Komunitarja tkun applikabbli, il-formalitajiet taħt dik il-proċedura għandhom jiġu ssimplifikati skond l-Artikoli 427 sa 442 għal merkanzija ttrasportata minn kumpanniji tal-ferroivja f' containers kbar li jużaw impriżi tat-trasport bħala intermedjarji, taħt kopertura ta' noti ta' trasferiment imsemmija għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu bħala "noti ta' trasferiment TR". Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinkludu l-espedizzjoni ta' ku7nsinni minn impriżi tat-trasport bl-użu ta' modi ta' trasport oħra barra binarji, sa l-istazzjon tal-ferrovija tat-tluq fil-pajjiż tal-kunsinna u mill-istazzjon tal-ferrovija ta' destinazzjoni fil-pajjiż ta' destinazzjoni, u kull trasport bil-baħar waqt l-ispustjar bejn dawk iż-żewġ stazzjonijiet.

Artikolu 427

Għall-iskop ta' l-Artikoli 426 sa 442:

1. "intrapriża tat-trasport" tfisser intrapriża magħmula minn kumpanniji tal-ferrovija bħala soċjetà li tagħha ikunu membri, u dik l-intrapriża tkun stabbilita għall-iskop tat-trasport tal-merkanzija permezz ta' containers kbar taħt il-kopertura ta' noti ta' trasferiment TR;

2. "container kbir" tfisser container fis-sens ta' l-Artikolu l-Artikolu 670(g) jiġifieri:

- iddisinjat b'tali mod li jista' jiġi ssiġġilat kif xieraq meta l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 435 tkun teħtieġ dan,

- ta' daqs tali illi l-arja inkluża fl-erba' angoli esterni t' isfel ma tkunx inqas minn 7m2

3. "Nota ta' trasferiment TR" tfisser id-dokument li jinkludi il-kuntratt ta' trasport li permezz tiegħu l-impriża tat-trasport tirranġa biex container wieħed kbir jew aktar jiġu ttrasportati minn kunsinnatur għal destinatarju fi trasport internazzjonali. In-nota ta' trasferiment TR għandu jkollha numru konsekuttiv fin-naħa ta' fuq tal-lemin li bih tista' tiġi identifikata. Dan in-numru għandu jkun magħmul minn 8 figuri ippreċeduti bl-ittri TR.

In-nota ta' trasferiment TR għandha tikkonsisti f'dawn il-folji li ġejjin, fl-ordni numerika:

— 1: folja għall-uffiċju prinċipali ta' l-intrapriża tat-trasport,

— 2: folja għar-rappreżentant nazzjonali ta' l-intrapriża tat-trasport fl-istazzjon tad-destinazzjoni,

— 3A: folja għad-dwana,

— 3B: folja għad-destinatarju,

— 4: folja għall-uffiċju prinċipali ta' l-intrapriża tat-trasport,

— 5: folja għar-rappreżentant nazzjonali ta' l-intrapriża tat-trasport fl-istazzjon tat-tluq,

— 6: folja għall-kunsinnatur,

Kull folja tan-nota tat-trasferiment TR, ħlief għall-folja 3, għandha jkollha faxxa ħadra wiesa' bejn wieħed u ieħir erba' ċentimetri matul ix-xifer tal-lemin.

4. "Lista ta' containers kbar", hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala il-"lista", tfisser id-dokument mehmuż man-nota tat-trasferiment TR, li tiegħu tifforma parti integrali, li tkun maħsuba biex tkopri l-kunsinna ta' numru ta' containers kbar minn stazzjon wieħed tat-tluq lejn stazzjon wieħed tad-destinazzjoni, f'liema stazzjonijiet il-formalitajiet doganali jitwettqu.

Il-lista għandha tiġi ppreżentata fl-istess numru ta' kopji bħan-nota ta' trasferiment TR li għandha x'taqsam magħha.

In-numru tal-listi għandu jintwera fil-kaxxa fl-angolu tan-naħa ta' fuq tal-lemin tan-nota ta' trasferiment TR irriservata għal dak l-iskop.

B'żieda, in-numru konsekuttiv tan-nota ta' trasferiment TR approprjata għandu jiġi iskritt fl-angolu ta' fuq tan-naħa tal-lemin ta' kull lista.

Artikolu 428

In-nota tat-trasferiment TR użata mill-intrapriża tat-trasport għandha tkun ekwivalenti għal:

(a) dikjarazzjoni T1 jew dokument, skond kif ikun il-każ, għal merkanzija li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern;

(b) dikjarazzjoni T2 jew dokument, skond kif ikun il-każ, għal merkanzija li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern.

Artikolu 429

1. F'kull Stat Membru l-intrapriża tat-trasport għandha tagħmel disponibbli lill-awtortajiet doganali għal skopijiet ta' kontroll, permezz ta' l-intervent tar-rappreżentant jew ir-rappreżentati nazzjonali tiegħu, ir-reġistri miżmuma fl-uffiċju jew l-uffiċji tal-kontijiet tiegħu jew f'dawk tar-rappreżentant jew rappreżentanti nazzjonali tiegħu.

2. Fuq talba ta' l-awtoritajiet doganali, l-intrapriża tat-trasport jew ir-rappreżentant jew rappreżentanti nazzjonali tagħha għandu jikkomunikaw lilhom minnufih id-dokumenti kollha, ir-reġistri ta' kontabilità jew l-informazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa jew li qed isiruli dawk l-awtoritajiet jikkunsidraw li għandhom jaraw.

3. Meta, skond l-Artikolu 428, in-noti ta' trasferiment TR jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għal dikjarazzjonijiet T1 jew T2, l-intrapriża tat-trasport jew ir-rapreżentant jew ir-rappreżentanti nazzjonali tagħha għandhom:

(a) jinformaw lill-uffiċju doganali tad-destinazzjoni b'kull nota ta' trasferiment TR, li l-folja 1 tagħha tkun intbagħtet lilu mingħajr il-kontrofirma doganali;

(b) jinformaw lill-uffiċju doganali tat-tluq b'kull nota ta' trasferiment, li l-folja 1 tagħha ma tkunx ġiet irritornata lilu u li fir-rigward tagħha ma setax jiġi determinat jekk il-kunsinna ġiet ippreżentata kif dovut lill-uffiċju doganali tad-destinazzjoni jew ġietx esportata mit-territorju doganali tal-Komunità lejn pajjiż terz taħt l-Artikolu 437.

Artikolu 430

1. Fil-każ ta' operazzjonijiet ta' trasport imsemmija fl-Artikolu 426 aċċettata mill-intrapriża tat-trasport fi Stat Membru, il-kumpannija tal-ferrovija ta' dak l-Istat Membru għandha tkun il-prinċipal.

2. Fil-każ ta' operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 426 aċċettati mill-intrapriża tat-trasport f'pajjiż terz, il-kumpannija tal-ferrovija ta' l-Istat Membru li minnu tidħol il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun il-prinċipal.

Artikolu 431

Jekk il-formalitajiet doganali jkollhom jitwettqu tul it-trasport b' mezz barra minn dak tal-binarji sa l-istazzjon tat-tluq jew mill-istazzjon tad-destinazzjoni, biss container kbir wieħed jista' jkun kopert minn kull nota ta' trasferiment TR.

Artikolu 432

L-intrapriża tat-trasport għandha tassigura li l-operazzjonijiet ta' trasport imwettqa taħt il-proedura ta' transitu Komunitarja jkunu identifikati b' tikketti li jkun fihom il-pittogramma li l-mudell tagħha huwa muri fl-Anness 58. It-tikketti għandhom ikunu mwaħħla man-nota ta' trasferiment TR u mal-container kbir jew il-containers ikkonċernati.

Artikolu 433

Meta kuntratt tat-trasport huwa modifikat sabiex:

- operazzjoni tat-trasport li kellha tispiċċa barra t-territorju doganali tal-Komunità tispiċċa fih,

- operazzjoni tat-trasport li kellha tispiċċa fit-territorju doganali tal-Komunità tispiċċa barra minnu,

l-intrapriża tat-trasport m'għandhiex tesegwixxi il-kuntratt modifikat mingħajr il-ftehim minn qabel ta' l-uffiċju tat-tluq.

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-intrapriża tat-trasport tista' twettaq il-kuntratt modifikat; hi għandha tgħarraf minnufih lill-uffiċju tat-tluq bil-modifikazzjoni li tkun saret.

Artikolu 434

1. Meta l-operazzjoni tat-trasport li għaliha tapplika l-proċedura ta' transitu Komunitarja tibda u ikollha tispiċċa fit-territorju doganali tal-Komunità, in-nota ta' trasferiment TR għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju tat-tluq.

2. L-uffiċju tat-tluq għandu jindika ċar fil-kaxxa rriservata għad-dwana fuq il-folji 2, 3A u 3B tan-nota tat-trasferiment TR:

- is-simbolu "T1", meta l-merkanzija tkun qed tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarja estern,

- is-simboli "T2", "T2 ES" jew "T2 PT", skond ma jkun il-każ, meta l-merkanzija tkun qed tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarja interna skond l-Artikolu 311(b), u l-Artikolu 165 tal-Kodiċi.

- Is-simboli "T2", "T2 ES" jew "T2 PT" għandhom jiġu awtentikati bl-applikazzjoni tat-timbru ta' l-uffiċju tat-tluq.

3. Meta nota tat-trasferiment TR tkun tirreferi kemm għal containers li jkun fihom merkanzija li qed tiġi spustjata permezz tal-proċedura ta' transitu Komunitarja interna skond l-Artikolu 311(b) u l-Artikolu 165 tal-Kodiċi, l-uffiċju tat-tluq għandu jikteb fil-kaxxa rriservata għad-dwana fuq il-folji 2, 3A u 3B tan-nota ta' trasferiment TR referenzi separati għal container(s) skond x' tip ta' merkanzija jkun fihom, u għandha tiskrivi s-simbolu T1 u s-simboli T2, T2ES, jew T2 PT rispettivament ma' ġenb ir-referenza għall-container korrispondenti.

4. Fil-każijiet koperti bil-paragrafu 3, meta l-listi ta' containers kbar jintużaw, listi separati għandhom jitħejjew għal kull kategorija ta' container u r-referenza għalihom għandha tiġi indikata billi ssir iskrizzjoni fil-kaxxa rriservata għad-dwana fuq il-folji 2, 3A, u 3b tan-nota tat-trasferiment TR, tan-numru(i) konsekuttivi tal-lista(i). Is-simbolu "T1" jew is-simboli "T2", "T2 ES" jew "T2 PT" għandu jinkitebu ma ġemb in-numru(i) konsekuttivi tal-lista(i) skond il-kategorija tal-containers li jirrelataw għaliha.

5. Il-folji kollha tan-nota ta' trasferiment TR għandhom jintbagħtu lura lill-persuna kkonċernata.

6. I-merkanzija msemmija fl-Artikolu 311(a) għandha titqiegeħd taħt il-proċedura ta' transita Komunitarju intern għat-tul kollu tal-vjaġġ skond l-arranġamenti iddeterminati minn kull Stat Membru mingħajr preżentazzjoni fl-uffiċju tat-tluq tan-nota tat-trasferiment TR f'dak li għandu x'jaqsam mal-merkanzija u mingħajr ma jitwaħħlu t-tikketti imsemmija fl-Artikolu 432. Madanakollu, din id-dispensa m'għandhiex tapplika għan-noti ta' trasferiment TR imħejjija għal merkanzija koperta bid-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 463 sa 470.

7. Għall-merkanzija msemmija fil-paragrafu 2 in-nota tat-trasferiment TR għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni fejn il-merkanzija hija dikjarata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għal xi proċedura doganali oħra.

L-ebda formalità ma teħtieġ li titwettqu fl-uffiċju tad-destinazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 311(a).

8. Għall-iskopijiet tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 429, l-intrapriża tat-trasport għandha, fil-pajjiż tad-destinazzjoni, tagħmel disponibbli in-noti kollha tat-trasferiment TR għal operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 6, lill-awtoritajiet doganali, skond id-dispożizzjonijiet kif definiti bi ftehim reċiproku ma' dawk l-awtoritajiet.

9. Meta merkanzija Komunitarja tkun ittrasportata bil-ferrovija minn punt fi Stat Membru lejn punt fi Stat Membru ieħor mit-territorju ta' pajjiż terz barra minn pajjiż EFTA, il-proċedura ta' transitu Komunitarju interna għandha tapplika. F'dan il-każ id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6, 7 it-tieni subparagrafu u 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 435

L-identifikazzjoni tal-merkanzija għandha tiġi assigurata skond l-Artikolu 349. Madankollu, l-uffiċju tat-tluq m'għandux normalment jissiġġilla containers kbar meta l-miżuri ta' identifikazzjoni jittieħdu mill-kumpanniji tal-ferrovija. Jekk is-siġilli jkunu mwaħla dan għandu jiġi indikat fl-ispazju rriservat għall-użu doganali fuq folji 3o u 3B tan-nota ta' trasferiment TR.

Artikolu 436

1. Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 434(7) l-impriża tat-trasport għandha tibgħat il-folji 1, 2 u 3A tan-nota ta' trasferiment TR fl-uffiċju tad-destinazzjoni.

2. L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu minnufih jikkontrofirma il-folji 1 u 2 u jirritornhom lill-intrapriża tat-trasport u jżomm il-folja 3A.

Artikolu 437

1. Meta operazzjoni tat-trasport tibda fit-territorju doganali tal-Komunità u jkollha tispiċċa barra minnu, l-Artikoli 434(1) u (5) u 435 għandhom japplikaw.

2. L-uffiċju doganali responsabbli għall-istazzjon tal-fruntiera li minnu l-merkanzija tħalli t-territorju doganali tal-Komunità għandu jaġixxi bħala l-uffiċju tad-destinazzjoni.

3. L-ebda formalitajiet ma jeħtieġu li jitwettqu fl-uffiċju tad-destinazzjoni

Artikolu 438

1. Meta operazzjoni tat-trasport tibda barra t-territorju doganali tal-Komunità u tkun sejra tispiċċa fih, l-uffiċju doganali responsabbli għall-istazzjon tal-fruntiera li minnu tidħol il-merkanzija fil-Komunit_ għandu jaġixxi bħala l-uffiċju tat-tluq. L-ebda formalità ma jeħtieġ li titwettaq fl-uffiċju tat-tluq.

2. L-uffiċju doganali fejn tiġi ppreżentata l-merkanzija għandu jaġixxi bħala l-uffiċju tad-destinazzjoni.

Il-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 436 għandhom jitwettqu fl-uffiċju tad-destinazzjoni.

Artikolu 439

1. Meta operazzjoni ta' trasport tibda u tkun sejra tispiċċa barra t-territorju doganali tal-Komunità, l-uffiċji doganali li għandhom jaġixxu bħala l-uffiċju tat-tluq u l-uffiċju tad-destinazzjoni għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikoli 438(1) u l-Artikolu 437(2) rispettivament.

2. L-ebda formalità ma jeħtieġ li titwettaq fl-uffiċji tat-tluq jew tad-destinazzjoni.

Artikolu 440

Merkanzija li tkun ittrasportata taħt l-Artikoli 438(1) jew 439 (1) għandha tiġi kkunsidrata bħala li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern sakemm l-istatus Komunitarju tal-merkanzija ma jkunx ġie stabbilit skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 313 sa 340.

Sub-sezzjoni 3

Dispożizzjonijiet oħra

Artikolu 441

1. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 341(2) u l-Artikoli 342 sa 344 għandhom japplikaw għal kull lista tat-tagħbija li takkompanja n-nota tal-kunsinna CIM jew in-nota tat-trasferiment TR. In-numru ta' dawn il-listi għandu jintwera fil-kaxxa rriservata għal dettalji ta' dokumenti li jakkumpanjaw fuq in-nota tal-kunsdinna CIM jew in-nota ta' trasferiment TR skond il-każ.

Barra minn hekk, il-lista tat-tagħbija għandha tinkludi in-numru tal-vagun li għalih tirreferi in-nota tal-kunsinna CIM jew, meta approprjat, in-numru tal-container ta' dak il-container li jkun fih il-merkanzija.

2. Fil-każ ta' operazzjonijiet tat-trasport li jibdew mit-territorju doganali tal-Komunità li jinkludu kemm merkanzija li tiġi spustjata taħrt proċedura ta' transitu Komunitarja esterna u kif ukoll merkanzija li tiġi spustjata taħt il-proċedura ta' transitu Kounitarju intern, listiv separati ta' tagħhbija għandhom jitħejjew; fil każ ta' merkanzija ttrasportata f' containers kbar taħt kopertura ta' noti ta' trasferiment TW, dawn il-listi separati għandhom isiru għal kull kontenitur kbir li jikkontjeni iż-żewġ kategoriji ta' merkanzija.

In-numru konsekuttivi tal-listi tat-tagħbija li għandhom x' jaqsmu maż-żewġ kategoriji ta' merkanzija għandhom jinkitbu fil-kaxxa rriservata għad-deskrizzjoni tal-merkanzija fuq in-nota tal-kunsinna CIM jew in-nota ta' trasferiment TR, skond il-każ.

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għall-iskopijiet tal-proċeduri previsti fl-Artikoli 413 sa 442, il-listi tat-tagħja li jakkompanjaw in-nota tal-kunsinna CIM jew in-nota tat-trasferiment TR għandhom jagħmlu parti integrali minnhom u għandhom ikollhom l-istess effetti ġuridiċi.

L-oriġinal ta' dawn il-listi ta' tagħbija għandu jiġi ttimbrat fl-istazzjon tat-tluq.

Sub-sezzjoni 4

Il-qasam ta' applikazzjoni tal-proċeduri normali u tal-proċeduri simplifikati

Artikolu 442

1. Meta l-proċedura ta' transitu Komunitarja tkun applikabbli, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 412 sa 441 m'għandhomx jipprekludu l-użu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 341 sa 380, u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 415 u 417 jew 429 u 432 għandhom xorta waħda japplikaw.

2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, referenza għad-dokument(i) ta' transitu Komunitarju wżati, għandha tinkiteb ċar fil-kaxxa rriservata għad-dettalji ta' dokumenti li jkunu magħha fil-ħin meta jsiru in-nota tal-kunsinna CIM jew in-nota ta' trasferiment TR. Ir-referenza għandha tinkludi it-tip tad-dokument, uffiċju tal-ħruġ, data u numru tar-reġistrazzjoni ta' kull dokument użat.

Barra minn hekk, il-folja 2 tan-nota tal-kunsinna CIM jew il-folji 1 u 2 tan-nota tat-trasferiment TR għandhom jiġu awtentikati mill-kumpannija tal-ferrovija responsabbli għall-aħħar stazzjon tal-ferrovija involut fl-operazzjoni ta' transitu Komunitarja. Din il-kumpanija għandha tawtentika id-dokument wara li taċċerta li t-trasport tal-merkanzija huwa kopert bid-dokument jew bid-dokumenti ta' transitu Komunitarji msemmija.

3. Meta operazzjoni ta' transitu Komunitarja titwettaq taħt kopertura ta' nota ta' trasferiment TR skond l-Artikoli 426 sa 440, in-nota tal-kunsinna CIM użata għall-operazzjoni għandha tiġi eskluża mill-operazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 u ta' l-Artikoli 413 sa 425. In-nota tal-kunsinna CIM għandu jkollha referenza ċara għan-nota tat-trasferiment TR fil-kaxxa rriservata għal dettalji tad-dokumenti li jakkompanjaw. Dik ir-referenza għandha tinkludi il-kliem "Nota ta' trasferiment TR" b' warajhom in-numru konsekuttiv.

IL-KAPITOLU 8

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal ċerti mezzi tat-trasport

Sezzjoni 1

Trasport bl-ajru

Artikolu 443

Il-Proċedura ta' transitu Komunitarju għandha tkun obbligatorja biss fir-rigward ta' merkanzija ttrasportata bl-ajru jekk titgħabba jew titgħabba mill-ġdid f' ajruport Komunitarju.

Artikolu 444

1. Meta, skond l-Artikolu 443, il-proċedura ta' transitu Komunitarja hija obbligatorja għal merkanzija ttrasportata bl-ajru minn ajruport Komunitarju, il-manifest ikun ekwivalenti għal dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarju sakemm ikun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 3 ta' l-Anness 9 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

2. Meta l-operazzjoni tat-trasport tirrelata kemm għall-merkanzija li għandha tiġi spustata taħt proċedura ta' transitu Komunitarju estern u għall-merkanzija li għandha tisposta ruħha taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju intern, din il-merkanzija għandha tiġi elenkata fuq manifesti separati.

3. Il-manifest jew manifesti imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkollhom il-kontrofirma datata u ffirmata mill-linja ta' l-ajru li tidentifikhom bħala dikjarazzjzoni ta' transitu Komunitarja u tispeċifika l-istatus doganali tal-merkanzija li tirrelata għalihom. Dan il-manifest jew manifesti hekk mimlija u ffirmati għandhom jiġu trattati bħala dikjarazzjoni T1 jew dikjarazzjoni T2, skond il-każ.

Il-manifest jew manifesti imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fihom:

- l-isem tal-linja tal-ajru li titrasporta l-merkanzija,

- in-numru tat-titjira,

- id-data tat-titjira,

- l-isem ta' l-ajruport tat-tagħbija (ajruport tat-tluq) u l-ħatt (ajruport tad-destinazzjoni);

u għal kull kunsinna fuq il-manifest:

- in-numru tal-polza ta' kargu,

- in-numri ta' pakki,

- deskrizzjoni sommarja tal-merkanzija jew, meta approprjat, l-indikazzjoni "konsolidati", jekk neċessarju f'forma mqassra, (ekwivalenti għall-gruppaġġ),

- il-massa grossa.

4. Il-linja ta' l-ajru li tittrasporta l-merkanzija li jkollha magħha l-manifesti imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandha tkun il-prinċipal għall-operazzjoni ta' trasport in kwistjoni.

5. Ħlief meta il-linja ta' l-ajru ikollha l-istatus ta' kunsinnatur awtorizzat fis-sens ta' l-Artikolu 398, il-manifesti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġun ppreżentati għal awtentikazzjoni f' żewġ kopji jew iktar lill-awtoritajiet doganali fl-ajruport tat-tluq, li għandhom iżommu kopja.

L-awtoritajiet imsemmija jistgħu, għal skopijiet ta' kontroll, jeħtieġu l-produzzjoni tal-poloz ta' kargu kollha li għandhom x'jaqsmu mal-listi tal-kunsinni ta' fuq il-manifest.

6. Il-linja ta' l-ajru li tittrasporta l-merkanzija għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali fl-ajruport tad-destinazzjoni bl-isem ta' l-ajruport jew l-ajrporti tat-tluq.

L-awtoritajiet doganali ta' l-ajruport tad-destinazzjoni jistgħu jiddispensaw minn din il-ħtieġa fir-rigward ta' linji ta' l-ajru li, inter alia minħabba in-natura tar-roto li jtiru jew ir-reġjuni li jservu l-lunji ta' l-ajru kkonċernati, ma jkun hemm ebda dubju rigward l-ajruport jew l-ajruporti tat-tluq.

7. Kopja tal-manifesti prevista fil-paragrafi 1 sa 5 għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali ta' l-ajruport tad-destinazzjoni. L-awtoritajiet imsemmija għandhom iżommu kopja ta' dawn il-manifesti.

8. Mingħajr preġudizju għall-paragrafu 7, l-awtoritajiet doganali fl-ajruport tad-destinazzjoni jistgħu, għal skopijiet ta' kontroll, jeħtieġu l-produzzjoni tal-manifesti li għandhom x'jaqsmu mal-merkanzija maħtuta fl-ajruport.

L-imsemmija awtoritajiet jistgħu wkoll, għal skopijiet ta' kontroll, jeħtieġu l-produzzjoni tal-poloz ta' kargu li jirrelataw għall-kunsinni elenkati fil-manifest.

9. L-awtoritajiet doganali fl-ajruport tad-destinazzjoni għandhom jitrasmettu ta' kull xahar lill-awtoritajiet doganali f'kull ajruport tat-tluq lista mħejjija mil-linji ta' l-ajru tal-manifesti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 li kienu ippreżentati lilhom ma tul ix-xahar preċedenti. Il-lista għandha tiġi awtentikata mill-awtoritajiet doganali fl-ajruport tad-destinazzjoni.

Id-deskrizzjoni ta' kull manifest fl-imsemmija lista għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

- in-numru ta' referenza tal-manifest,

- l-isem (li jista' jkun imqassar) tal-linja ta' l-ajru li ttrasportat il-merkanzija,

- in-numru tat-titjira,

- id-data tat-tirjira.

Taħt kondizzjonijiet li għandhom jiddeterminaw l-awtoritajiet doganali jistgħu b'arranġamenti bilaterali jew multilaterali jawtorizzaw lil-linji ta' l-ajru proprji, skond l-ewwel subparagrafu, biex jittrasmettu l-informazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' kull ajruport tat-tluq. L-awtoritajiet doganali li jagħtu dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

Fil-każ li jinstabu irregolaritajiet f' dak li għandu x'jaqsam ma' l-informazzjoni fuq il-manifesti li jidhru fuq l-imsemmija lista, l-uffiċju tad-destinazzjoni għandu jinforma lill-uffiċju tat-tluq, u jirreferi partikolarment għall-poloz ta' kargu li jirrelataw għall-merkanzija in kwistjoni.

10. L-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri, fuq talba tal-linji ta' l-ajru kkonċernati, jistgħu b'arranġament bilaterali jew multilaterali jippermettu l-użu ta' proċeduri simplifikati ta' transitu Komunitarju, bl-użu ta' teknoloġija ta' skambju ta' data f' operazzjoni bejn il-linji ta' l-ajru kkonċernati, minflok il-manifest speċifikat fil-paragrafu 1.

11. (a) Fil-każ ta' linji ta' l-ajru internazzjonali li huma jew stabbiliti jew ikollhom uffiċju reġjonali fit-territorju doganali tal-Komunità u:

- jużaw is-sistemi ta' skambju ta' data sabiex tiġi trasmess informazzjoni bejn ajruporti tat-tluq u tad-destinazzjoni fit-territorju msemmi, u

- li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tas-subparagrafu (b),

il-proċedura ta' transitu Komunitarja deskritta fil-paragrafi 1 sa 9 għandha tiġi ssimplifikata fuq talba.

Malli tasal it-talba, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn il-linja tal-ajru tkun stabbilita għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra li fit-territorji tagħhom l-ajruporti tat-tluq jew tad-destinazzjoni konessi bit-teknoloġija ta' l-iskambju tad-data ikunu jinstabu.

Sakemm l-ebda oġġezzjoni ma tkun riċevuta fi żmien sittin jum mid-data tan-notifika, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu il-proċedura simplifikata deskritta fis-sub-paragrafu (ċ), soġġett għall-Artikolu 97(2)(a) tal-Kodiċi.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha kkonċernati u għandha tapplika biss għal operazzjonijiet ta' transitu bejn l-ajruporti imsemmija fiha.

(b) Il-proċedura simplifikata prevista fis-subparagrafu (ċ) għandha biss tingħata lill-linji ta' l-ajru:

- li joperaw mumru sinifikanti ta' titjiriet intra-Komunitarji,

- li ta' spiss jikkunsinnaw u jirċievu merkanzija

- li r-registri tagħhom, miktuba jew kompjuterizzati jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jivverifikaw l-operazzjonijiet tagħhom tat-tluq u tad-destinazzjoni,

- li ma jkunux ikkommettew ksur serju jew ripetut kontra l-leġislazzjoni doganali jew tat-taxxa,

- li jagħmlu disponibbli reġistri tagħhom kollha lill-awtoritajiet doganali,

- li jaqblu li kompletament responsabbli lejn l-awtoritajiet doganali biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jikkollaboraw biex jiġu riżulti il-ksur u l-irregolaritajiet kollha.

(ċ) Il-proċedura simplifikata għandha tapplika kif ġej:

- il-linja ta' l-ajru għandha żżomm il-prova dwar l-istatus tal-kunsinni kollha fir-reġistri kummerċjali tagħha,

- il-manifest fl-ajruport tat-tluq li jkun trasmess bit-teknoloġija ta' skambju ta' data għandu jsir manifest fl-ajruport tad-destinazzjoni,

- il-linja ta' l-ajru għandha tindika l-istatus approprjat T1, T2, TE (ekwivalenti għal T2 ES), TP (ekwivalenti għal T2 PT), u Ċ (ekwivalenti għal T2L), ma ġenb kull partita fil-manifest,

- il-proċedura ta' transitu Komunitarja għandha titqies eżegwita meta l-manifest ta' skambju ta' data ikun disponibbli għall-awtoritajiet doganali ta' l-ajruport ta' destinazzjoni u l-merkanzija tkun ġiet ippreżentata lilhom,

- kopja stampata tal-manifiset ta' skambju ta' data għandha tiġi ppreżentata meta mitlub lill-awtoritajiet doganali fl-ajruporti ta' tluq u destinazzjoni,

- l-awtoritajiet doganali fl-ajruport tat-tluq għandhom jagħmlu kontrolli ta' verifika ta' sistemi retrospettivi ibbażati fuq livell ta' analiżi ta' riskju perċepit,

- l-awtoritajiet doganali fl-ajruport tad-destinazzjoni għandhom jagħmlu kontolli ta' verifika ta' sistemi ibbażati fuq livell ta' analiżi ta' riskju perċepit u jekk neċessarju jibagħtu dettalji ta' manifesti ta' skambju ta' data lill-awtoritajiet doganali fl-ajruport tat-tluq għall-verifika,

- il-linja ta' l-ajru għandha tkun responsabbli biex tidentifika u tinnotifika lill-awtoritajiet doganali il-ksur u l-irregolaritajiet kollha misjuba fl-ajruport tad-destinazzjoni,

- l-awtoritajiet doganali fl-ajruport tad-destinazzjoni għandhom, wara żmien raġjonevoli, jgħarrfu bil-ksur u l-irregolaritajiet kollha lill-awtoritajiet doganali fl-ajruport tat-tluq,

- dawn il-ksur u l-irregolaritajiet jistgħu jiġu riżolti taħt proċeduri li għandhom jiġu mifthiema bejn il-linji ta' l-ajru u l-awtoritajiet doganali fid-destinazzjoni u wkoll fit-tluq.

Artikolu 445

Meta, skond l-Artikolu 443, il-proċedura ta' transitu Komunitarja tkun obbligatorja għal merkanzija ttrasportata bl-ajru minn ajruport fil-Komunità, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 444 m'għandhomx jipprekludu l-użu minn xi persuna kkonċernata tal-proċedura ta' transitu Komunitarju kif stabbilit fl-Artikoli 341 sa 380. F'dak il-każ, il-proċeduri stabiliti fl-Artikolu 444 m'għandhomx japplikaw.

Sezzjoni 2

Trasport bil-baħar

Artikolu 446

Il-Proċedura ta' transitu tal-Komunità għandha tkun obbligatorja biss fir-rigward ta' merkanzij ttrasportata bil-baħar jew titgħabbna jew tiġi trasbordata f' port tal-Komunità.

Artikolu 447

Il-proċedura ta' transitu Komunitarja m'għandiex tapplika meta merkanziaja msemmija fl-Artikolu 91(1) tal-Kodiċi titgħabba fuq bastiment f' port li jinstab fit-territorju doganali tal-Komunità:

- għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz mingħajr ħatt jew trasbord f'xi port ieħor li jkun jinsab fit-territorju doganali tal-Komunità, jew

- għal trasport lejn żona libera li tkun tinsab f' port; f'dan il-każ, l-użu tan-nota ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 313(3)(b) għandha tkun obbligatorja.

Artikolu 448

1. Meta, skond, l-Artikolu 446, il-proċedura ta' transitu Komunitarja tkun obbligatorha għal merkanzija ttrasportata bil-baħar minn port Komunitarju, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tal-kumpanniji tal-vapuri kkonċernati u soġġett għal kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10, jissimplifikaw il-proċeduri ta' transitu omunitarji billi jippermettu li l-manifest relattiv għall-merkanzija jintuża bħala dikjarazzjoni jew dokument ta' transitu Komunitarju.

2. Mal-jirċievu talba, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn tkun stabbilita il-kumpannija tal-vapuri għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra li fit-territorji tagħhom ikunu jinsabu l-portijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni.

Sakemm l-ebda oġġezzjoni ma tkun waslet fi żmien sittin jum mid-data tan-notifika, l-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw lill-kumpannija tal-vapuri kkonċernata. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha kkonċernati bħala arranġament bilaterali jew multilaterali imsemmi fl-Artikolu 97(2)(a) tal-Kodiċi.

Meta din l-awtorizzazzjoni ma tingħatax il-proċedura ta' transitu Komunitarja stabbilita fl-Artikoli 341 sa 380 għandha tapplika.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jipprekludu l-użu minn xi persuna kkonċernata, inklużi kumpanniji tal-vapuri li jkunu ingħataw awtorizzazzjoni, tal-proċeduri ta' transitu Komunitarju stabbiliti fl-Artikoli 341 sa 380 meta approprjat.

3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss lil kumpanniji tal-vapuri:

- li r-reġistri tagħhom jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jikkontrollaw l-operazzjonijiet tagħhom,

- li ma jkunux ikkommettew xi ksur serju jew ripetut kontra l-leġislazzjoni doganali jew tat-taxxa,

- li jużaw il-manifesti:

- illi l-format tagħhom jinkludi mill-anqas l-isem u l-indirizz sħiħ tal-kumpannija tal-vapuri kkonċernata, l-identità tal-vapur, il-port tat-tagħbija, il-post tal-ħatt, referenza għal-polza ta' kargu, u għal kull kunsinna in-numru, id-deskrizzjoni tal-merkanzija, il-massa grossa f'kilogrammi u, jekk applikabli, in-numri li jidentifkaw il-containers,

- li jistgħu jiġu eżaminati u wżati faċilment mill-awtoritajiet doganali,

- li jistgħu jiġu ppreżentati, mimlija u ffirmati kif dobut, lill-awtoritajiet doganali qabel it-tluq tal-bastimenti li jirreferu għalihom.

4. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tistipula li meta l-operazzjoni tat-trasport tirrelata kemm għall-merkanzija li għandha tisposta ruħha taħt proċedura Komunitarja esterna u kemm għal merkanzija li għandha tisposta ruħha taħt proċedura ta' transitu Komunitarju intern, din il-merkanzija għandha tiġi elenkata fuq manifesti separati.

5. Il-manifest jew manifesti imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu kontrofirmati, datati u ffirmati mill-kumpannija tal-vapuri li tidentifikahom bħala dikjarazzjoni ta' transitu Komunitarju u tispeċifika l-istatus doganali tal-merkanzija li għaliha jirrelataw. Hekk mimlija u ffermati il-manifest jew manifesti għandhom ikunu ekwivalenti għal dikjarazzjoni T1 jew dikjarazzjoni T2, skond il-każ.

6. Il-kumpannija tal-vapuri li tittrasporta l-merkanzija akkumpanjata minn manifesti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tkun il-prinċipal għall-operazzjoni tat-trasport f'dak il-każ.

7. Ħlief meta il-kumpannija tal-vapuri jkollha l-istatus ta' kunsinnatur awtorizzat fis-sens ta' l-Artikolu 398, il-manifesti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu ippreżentati għal awtentikazzjoni, f' żewġ kopji jew iktar, lill-awtoritajiet doganali tal-port tat-tluq, li għandhom iżommu kopja.

8. Il-manifesti previsti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu ppreżentati għal kontrofirma lill-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni. Dawk l-awtoritajiet għandhom iżommu kopja waħda tal-manifest sabiex il-merkanzija tista' titqiegħed taħt sorveljanza doganali, jekk neċessarju.

9. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8, l-awtoritajiet doganali tal-port tad-destinazzjoni jistgħu, għal skopijiet ta' kontroll, jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' manifesti u poloz tal-kargu li għandhom x'jaqsmu mal-merkanzija skarikata fil-port.

10. L-awtoritajiet doganali tal-port tad-destinazzjoni għandhom jitrasmettu ta' kull xahar lill-awtoritajiet doganali f'kull port tat-tluq lista mħejjija mil-kumpanniji tal-vapuri jew ir-rappreżentanti tagħhom tal-manifesti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 li kienu ippreżentati lilhom tul ix-xahar preċedenti. Il-listi għandhom jiġu awtentikati mill-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni.

Id-deskrizzjoni ta' kull manifest fl-imsemmija lista għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

- in-numru ta' referenza tal-manifest,

- l-isem (li jista' jkun imqassar) tal-kumpannija tal-vapuri li tkun ittrasportat il-merkanzija,

- id-data tat-trasport marittimu.

Fil-każ li jinsabu irregolaritajiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-informazzjoni fuq il-manifesti li jidhru fl-imsemmija lista, l-uffiċju tad-destinazzjoni għandu jinforma lill-uffiċju tat-tluq, u jirreferi partikolarment għall-poloz ta' kargu li jkollhom x'jaqsmu mal-merkanzija in kwistjoni.

11. (a) Fil-każ ta' kumpanniji internazzjonali tal-vapuri li jew ikunu stabbiliti jew ikollhom l-uffiċju reġjonali fit-territorju doganali tal-Komunità u jissodisfaw il-kundizjonijiet ta' subparagrafu (b), il-proċedura ta' transitu Komunitarja deskritta fil-paragrafi 1 sa 10 tista' tiġi simplifikata aktar fuq talba.

Mal-wasla tat-talba, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpannija tal-vapuri tkun stabbilita għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra li fit-territorji tagħhom ikunu jinstabu l-portijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni.

Sakemm l-ebda oġġezzjoni ma tkun riċevuta fi żmien sittin jum mid-data tan-notifika, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu il-proċedura simplifikata kif deskritta fis-subparagrafu (ċ), salv l l-Artikolu 97(2)(a) tal-Kodiċi.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha kkonċernati u għandha taplika biss għal operazzjonijiet ta' transitu bejn il-portijiet li jkunu riferuti fiha.

(b) Il-proċedura simplifikata prevista fis-subparagrafu (ċ) għandha tingħata biss lill-kumpanniji tal-vapuri:

- li jkunu awtorizzati li jużaw il-manifest skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu,

- li joperaw numru sinifikanti ta' vjaġġi intra-Komunitarji fuq rotot rikonoxxuti,

- li ta' spiss jikkunsinnaw u jirċievu merkanzija,

- li jaqblu li jkunu kompletament responsabbli lill-awtoritajiet doganali f' li jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jikkollaboraw biex jirrisolcu l-ksur u l-irregolaritajiet kollha.

(ċ) Il-proċedura simplifikata għandha tapplika kif ġej:

- il-kumpannija tal-vapuri għanndha żżomm prova ta' l-istatus tal-kunsinni kollha fir-reġistri kummerċjali tagħha u f' kopji tal-manifesti,

- il-kumpannija tal-vapuri tista' tuża manifest wieħed għall-merkanzija kollha ttrasportata u għandha tindika l-istatus approprjat T1, T2, TE (ekwivalenti għal T2 ES), TP (ekwivalenti għal T2 PT), u Ċ (ekwivalenti għal T2L), ma ġenb kull partita fil-manifest,

- il-proċedura ta' transitu Komunitarja għandha tiġi kkunsidrata eżegwita mal-preżentazzjoni tal-manifesti u l-merkanzija lill-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni,

- l-awtoritajiet doganali fil-port tat-tluq għandhom iwettqu kontrolli ta' verifika ta' sistemi retrospettivi ibbażati fuq livell ta' analiżi ta' riskju perċepit,

- l-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni għandhom iwettqu kontrolli ta' verifika ta' sistemi bbażati fuq livell ta' analiżi ta' riskju perċepit u jekk neċessarju jibagħtu dettalji ta' manifesti lill-awtoritajiet doganali fil-port tat-tluq għall-verifika,

- il-kumpannija tal-vapuri għandha tkun responsabbli għal identifikazzjoni u n-notifika lill-awtoritajiet doganali tal-ksur u l-irregolaritajiet kollha li jinsabu fil-port tad-destinazzjoni,

- l-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni għandhom jinnotifika nil-ksur u l-irregolaritajiet kollha lill-awtoritajiet doganali fil-port tat-tluq fi żmien raġjonevoli.

L-Artikolu 449

B' deroga mill-Artikolu 446, il-merkanzija mtella' abbord jew li trasbordata f'żona libera f'port li jinstab fit-territorju doganali tal-Komunità għandha titqies li kienet imtella' abbord jew trasbordata f' pajjiż terz sakemm ma jiġix stabbilit, b'annotazzjoni fil karti tal-bastiment mill-awtoritajiet doganali, illi dak il-bastiment ikun ġej minn parti ta' dak il-port barra milli miż-żona libera.

Sezzjoni 3

Trasportazzjoni bit-tubaturi

Artikolu 450

1. Meta tapplika l-proċedura ta' transitu Komunitarja, il-formalitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura għandhom jiġu adattati skond il-paragrafi 2 sa 6 għal merkanzija ttrasportata permezz ta' tubaturi.

2. Merkanzija ttrasporta permezz ta' tubaturi għandha titqies li tqiegħdet taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarja:

- mad-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità għal dik il-merkanzija li tidħol fit-territorju permezz ta' tubaturi,

- mat-tqegħid fis-sistema ta' tubaturi għal dik il-merkanzija li tkun diġà qiegħda fit-territorju doganali tal-Komunità.

Meta neċessarju, l-istatus Komunitarju tal-merkanzija għandu jiġi stabbilit skond l-Artikoli 313 sa 340.

3. Għall-merkanzija msemmija fil-paragrafu 2, l-operatur tat-tubatura stabbilit fl-Istat Membru li mit-territorji tiegħu il-merkanzija tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità jew l-operatur tat-tubatura fl-Istat Membru li fih jibda l-moviment, għandu jkun il-prinċipal.

4. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi, l-operatur ta' tubatura stabbilita fi Stat Membru li mit-territorju tiegħu il-merkanzija hija ttrasportata permezz ta' tubatura għandu jitqies bħala t-trasportatur.

5. L-operazzjoni ta' transitu Komunitarja għandha titqies li tispiċċa meta l-merkanzija ttrasportata permezz ta' tubatura tasal fl-impjant tad-destinatarju jew tiġi aċċettata fin-network tad-distribuzzjoni ta' destinatarju, u hija iskritta fir-reġistri tiegħu.

6. L-impriżi nvoluti fit-trasport tal-merkanzija għandhom iżommu reġistri u jagħmluhom disponibbli lill-awtoritajiet doganali għall-iskop ta' xi kontrolli ikkunsidrati neċessarji in konnessjoni ma' l-operazzjonijiet ta' transitu Komunitarji imsemmija fil-paragrafi 2 sa 4.

IL-KAPITOLU 9

It-trasport taħt il-proċedura ta' carnet TIR jew ATA

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 451

1. Meta, skond l-Artikoli 91(2)(b) u (ċ) u 163 (2) (b) tal-Kodiċi, l-merkanzija hija ttrasportata minn punt fit-territorju doganali tal-Komunità għal ieħor:

- taħt il-proċedura għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija taħt kopertura ta' carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR),

- taħt kopertura ta' carnets ATA (il-Konvenzjoni ATA)

it-territorji doganali tal-Komunità għandu, għall-iskopijiet tar-regoli li jirregolaw l-użu tal-carnet TIR jew ATA għal dan it-trasport, jitqiesu li jiffurmaw territorju wieħed.

2. Għall-iskopijiet ta' l-użu ta' carnets ATA bħala dokumenti ta' transitu, "transitu" għandu jfisser it-trasport ta' merkanzija minn uffiċju doganali fit-territorju doganali tal-Komunità lejn uffiċju doganali ieħor li jkun jinstab fl-istess territorju.

Artikolu 452

Meta, matul it-trasport minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità, il-merkanzija tgħaddi mit-territorju ta' pajjiż terz, il-kontrolli u l-formalitajiet assoċjati mal-proċedura TIR jew ATA għandhom jitwettqu f'dawk il-punti fejn il-merkanzija tħalli temporanjament it-terriotrju doganali tal-Komunità u fejn terġa' tidħol f' dak it-territorju.

Artikolu 453

1. Il-Merkanzija ttrasportata taħt kopertura ta' carnet TIR jew ATA matul it-territorju doganali tal-Komunità għandha titqies bħala merkanzija non-Komunitarja, sakemm l-istatus Komunitatju tagħha jiġi stabbilit kif dovut.

2. L-istatus Komunitarju tal-merkanzija imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi determinat skond l-Artikoli 314 sa 324.

Artikolu 454

1. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjonijiet TIR u ATA li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta' l-assoċjazzjonijiet garanti meta jintuża varnet TIR jew ATA.

2. Meta jinstab li, matul jew in konnessjoni ma' operazzjoni tat-trasport imwettqa taħt kopertura ta' carnet TIR jew operazzjoni ta' transitu mwettqa taħt kopertura ta' carnet ATA, ikun sar ksur jew irregolarità f' xi Stat Membru partikolari, l-irkupru tad-dazjio u piżijiet oħrajn li jistgħu ikunu pagabbli għandu jsir minn dak l-Istat Membru skond id-disposizzjonijeit Komunitarji jew nazzjonali, mingħajr preġudizzjku għall-proċeduri kriminali.

3. Meta ma jkunx possibli li jkun iddeterminat it-territorju li fih ikunu saru il-ksur jew l-irregolarità, dan il-ksur jew irregolarità għandhom jitqiesu bħala li saru fl-Istat Membru fejn inkixfu sakemm fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 455(1), ma tiġix ippruvata li l-operazzjoni kienet regolari jew fejn il-ksur jew l-irregolarità ikunu ġew kommessi għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali.

Meta l-ebda prova bħal din ma tingħata u l-imsemmija offiża jew irregolarità b' hekk jitqiesu li saru fl-Istat Membru li fih ikunu nkixfu, id-dazji u l-piżijiet lġ-oħrajn li jirrelataw għall-merkanzija kkonċernata għandhom jiġu mposti minn dak l-istat Membru skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali.

Jekk l-Istat Membru fejn l-imsemmija ksur jew irregolarità ġew attwalment kommessi jiġi sussegwentement iddeterminat, id-dazji u l-piżijiet l-oħra (barra minn dawk miġbura skond it-tieni subparagrafu bħala riżorsi proprji tal-Komunità) li għalihom il-merkanzija tkun soġġetta f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu rritornati mill-Istat Membru li jkun oriġinarjament irċevihom. F'dak il-każ, kull ħlas żejjed għandu jitħallas lura lill-persuna li kienet oriġinarjament ħallset il-piżijiet.

Meta l-ammont ta' dazji u piżijiet oħra oriġinarjament imposti u rritornati mill-Istat Membru li jkun ġabarhom ikun anqas minn dak tad-dazji u piżijiet oħrajn dovuti fl-Istat Membru fejn il-ksur jew l-irregolarità ikunu ġew attwalment kommessi, dak l-Istat Membri għandu jiġbor id-differenza skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali.

L-amministrazzjonijiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jittrattaw kull ksur jew irregolarità biex jimponu penali effettivi.

Artikolu 455

1. Meta jinstab li jkunu saru ksur jew irregolarità matul jew in konnessjoni ma' operazzjoni ta' trasport imwettqa taħt kopertura ta' carnet TIR jew operazzjoni ta' transitu imwettqa taħt kopertura ta' carnet ATA, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lit-titolari tal-carnet TIR jew tal-carnet ATA u lill-assoċjazzjoni garanti fit-terminu preskritt fl-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni TIR jew l-Artikolu 6(4) tal-Konvenzjoni ATA, skond il-każ.

2. Il-Prova ta' l-irregolarità fl-operazzjoni mwettqa taħt kopertura ta' carnet TIR jew ta' carnet ATA fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 454(3) għandha tingħata fit-terminu preskritt fl-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni TIR jew l-Artikolu 7(1) u (2) tal-Konvenzjoni ATA, skond il-każ.

3. Din il-prova tista' tingħata għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali inter alia:

(a) bil-produzzjoni ta' dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali li jistabilixxi li l-merkanzija in kwistjoni kienet ippreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni. Dan id-dokument għandu jinkludi informazzjoni li tippermetti li l-merkanzija tiġi identifikata; jew

(b) bil-produzzjoni ta' dokument doganali maħruġ f'pajjiż terz li juri r-rilaxx għall-użu domestiku jew kopja jew fotokopja tiegħu; din il-kopja jew fotokopja għandha tkun iċċertifikata bħala kopja vera jew mill-korp li jikkontrofirma id-dokument oriġinali, jew mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat jew mill-awtoritajiet ta' wieħed mill-Istati Membri. Dan id-dokument għandu jinkludi nformazzjoni li tippermetti li l-merkanzija in kwistjoni tiġi identifikata; jew

(ċ) għall-iskopijiet tal-Konvenzjoni ATA, bil-prova imsemmija fl-Artikolu 8 ta' dik il-Konvenzjoni.

Sezzjoni 2

Dispożizzjonijiet li jirrelataw għall-proċedura carnet TIR

Artikolu 456

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1(b) tal-Konvenzjoni TIR, "uffiċju doganali en route" għandha tfisser kull uffiċju doganali li minnu vettura tat-triq, kombinazzjoni ta' vetturi jew container, kif definit fil-Konvenzjoni TIR, tkun importata fit-jew esportatata mit-territorju doganali tal-Komunità tul operazzjoni TIR.

Artikolu 457

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 8(4) tal-Konvenzjoni TIR, meta kunsinna tidhol fit-territorju doganali tal-Komunità jew tibda minn uffiċju doganali tat-tluq li jkun jinsab fit-territorju doganali tal-Komunità, l-assoċjazzjoni garanti għandha ssir jew għandha tkun responsabbli lejn l-awtoritajiet dogabali minn kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu tidħol il-kunsinna TIR, sal-punt li fih tħalli t-territorju doganali tal-Komunità jew sa 'l-uffiċju dopaganlli tad-destinazzjoni f' dak it-territorju.

Sezzjoni 3

Dispożizzjonijiet marbuta mal-proċedura ta' carnet ATA

Artikolu 458

1. L-awtoritajiet doganali għandhom jaħtru uffiċju ta' koordinazzjoni f'kull Stat Membru għal kull azzjoni li tirrigwarda ksur jew irregolaritajiet li jirrelataw ma' carnets ATA.

Dawk l-awtoritajiet għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bin-nomina ta' l-uffiċji ta' koordinazzjoni flimkien ma' l-indirizz sħiħ tagħhom. Lista ta' uffiċji għandha tiġi ppublikata fil-Ġournal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, Serje C.

2. Għall-iskopijiet li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli għal-impożizzjoni tad-dazji u piżijiet oħrajn dovuti, l-Istat Membru li fih jinkixfu ksur jew irregolarità tul operazzjoni ta' transitu mwettqa taħt kopertura ta' carnet ATA fis-sens tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 454(3) għandu jkun l-Istat Membru li fih il-merkanzija nstabet jew, jekk ma tkunx instabet, l-Istat Membru li l-uffiċju ta' koordinazzjoni tiegħu ikollu l-iktar fatttura riċenti mill-carnet.

Artikolu 459

1. Meta l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru jistabilixxu li jkun sar dejn doganali, għandha tintbgħat talba lill-assoċjazzjoni garanti li magħha dak l-Istat Membru ikun marbut malajr kemm jista' jkun. Meta d-dejn ikun dovut għall-fatt li l-merkanzija koperta bil-carnet ATA ma tkunx ġiet riesportata jew ma tkunx ingħatat trattament approvat mid-dwana jew użu fit-termini stabbiliti mill-Konvenzjoni ATA, din il-pretensjoni għandha tintbagħat tlett xhur wara l-iskadenza tal-carnet, fl-iktar kmieni.

2. L-uffiċju ta' koordinazzjoni li jagħmel il-pretensjoni għandu fl-istess ħin, sa fejn possibbli, jibgħat lill-uffiċju ta' koordinazzjoni li fil-ġurisdizzjoni tiegħu l-uffiċju ta' ammissjoni temporanja jkun jinstab, memorandum ta' informazzjoni imħejji skond il-mudell muri fl-Anness 59.

Il-memorandum ta' l-informazzjoni għandu jkollu miegħu kopja tal-fattura mhux esegwita, jekk l-uffiċċju ta' koordinazzjoni jkollu din f' idejh. Il-memorandum ta' l-informazzjoni jista' wkoll jintuża kull meta dan jitqies neċessarju.

Artikolu 460

1. L-ammont ta' dazji u taxxi li joriġinaw mill-pretensjoni imsemmija fl-Artikolu 459 għandu jiġi kkalkolat permezz tal-mudell tal-formola tat-tassazzjoni li jidher fl-Anness 60 mimlija skond l-istruzzjonijiet mahmuża magħha.

Il-formola tat-tassazzjoni tista tintbgħat aktar tard mit-talba, imma mhux aktar tard minn tlett xhur minn meta tkun saret il-pretensjoni u f'kull każ mhux aktar minn sitt xhur mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jibdew il-proċeduri ta' l-irkupru.

2. Skond l-Artikolu 461 u kif previst hemmhekk, il-fatt li tintbgħat din il-formola lill-assoċjazzjoni garanti mill-amministrazzjoni doganali li magħha dik l-assoċjazzjoni tkun marbuta m' għandhiex tagħti kwittanza lill-assoċjazzjonijiet garanti l-oħrajn fil-Komunito minn obbligu li jħallsu d-dazji u piżijiet l-oħra jekk jinstab li l-ksur jew l-irregolarità ikunu saru fi Stat Membru barra minn dak li fih ikunu bdew il-proċeduri.

3. Il-formola tat-tassazzjoni għandha timtela f'żewġ kopji jew tlieta, kif neċessarju. L-ewwel kopja għandha tkun għall-assoċjazzjoni garanti konnessa ma' l-awtorità doganali ta' l-Istat Membru li fih issir il-pretensjoni. It-tieni kopja għandha tinżamm mill-uffiċċju ta' koordinazzjoni li jkun ħariġha. Meta neċessarju l-uffiċċju ta' koordinazzjoni li ħariġha għandu jibgħat it-tielet kopja lill-uffiċju ta' koordinazzjoni li fil-ġurisdizzjoni tiegħu l-uffiċju ta' ammissjoni temporanja jkun jinstab.

Artikolu 461

1. Meta jiġi stabbilit li l-ksur jew l-irregolarità ikunu twettqu fi Stat Membru ieħor barra minn dak li fih jinbdew il-proċeduri, l-uffiċċju ta' koordinazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru għandu jagħlaq il-każ sa kemm jikkonċerna lilu.

2. Għall-iskopijiet ta' l-għeluq, hu għandu jibgħat lill-uffiċċju ta' kordinazzjoni tat-tieni Stat Membru il-kontenut tal-file li jkollu fil-pussess tiegħu u jekk neċessarju għandu jirrifondi li magħha ikun marbut kwalunkwe somma li dik l-assoċjazzjoni tkun setgħet iddepożitat jew ħallset proviżorjament.

Madanakollu, il-file għandu jingħalaq biss jekk l-uffiċċju ta' koordinazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru jirċievi l-kwittanza mill-uffiċċju ta' koordinazzjoni tat-tieni Stat Membru li tindika li l-proċeduri ta' l-interpellazzjoni inbdew fl-aħħar Stat Membru, skond ir-regoli tal-Konvenzjoni ATA. Dan il-kwittanza għandha titfassal sknd il-mudell fl-Anness 61.

3. L-uffiċċju ta' koordinazzjoni ta' l-Istat Membru li fih tkun saret l-offiża jew l-irregolarità għandu jieħu f'idejh il-proċeduri ta' l-irkupru u meta neċessarju jiġbor mill-assoċjazzjoni garanti li magħha jkun marbut l-ammont ta' dazji u piżijiet oħra dovuti bir-rati fis-seħħ fl-Istat Membru fejn ikun jinstab dan l-uffiċċju.

4. Il-proċeduri għandhom jiġu trasferiti f'terminu ta' sena li jibda mill-iskdenza tal-carnet bil-kondizzjoni li l-pagament ma jkunx sar definittiv skond l-Artikolu 7(2) jew (3) tal-Konvenzoni ATA. Jekk dan it-terminu jiskadi t tielet u r-raba' paragrafi ta' l-Artikolu 454(3) għandhom japplikaw.

IL-KAPITOLU 10

It-trasport skond il-formola ta' proċedura 302

Artikolu 462

1. Meta, skond l-Artikoli 91(2)(e) u 163 (2) (e) tal-Kodiċi, il-merkanzija tiġi ttrasportati minn punt fit-territorju doganali tal-Komunità għal punt ieħor taħt il-kopertura tal-formola 302 stabbilita taħt il-Konvenzjoni bejn il-Partijiet tat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana dwar l-Istatus tal-Forzi tagħhom, iffermata f'Londra nhar id-19 ta' Ġunju 1951, l-awtoritajiet doganali tal-Komunità għandhom jiġu kkunsidrati, għall-iskopijiet tar-regoli li jirregolaw l-użu ta' l-imsemmija formola għal dan it-trasport, li jifformaw territorju wieħed.

2. Meta, matul operazzjoni tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 1, il-merkanzija tagħaddi mit-territorju ta' pajjiż terz, il-kontrolli u l-formalitajiet assoċjati mal-formola 302 għandhom jitwettqu fil-punt fejn il-merkanzija tħalli temporanjament it-territorju doganali tal-Komunità u fejn terġa' tidħol għalih.

3. Meta jinstab li, matul jew in konnessjoni ma' l-operazzjoni tat-trasport imwettqa taħt il-kopertura tal-formola 302, ikunu saru ksur jew irregolarità fi Stat Membru partikolari, l-irkupru tad-dazji u piżijiet oħra li jistgħu ikunu pagabbli għandu jsir minn dak l-Istat Membru skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-proċeduri kriminali.

4. L-Artikoli 454, (3) għandu japplika mutatis mutandis.

IL-KAPITOLU 11

L-użu tad-dokumenti Komunitarji ta' transitu għall-applikazzjoni tal-miżuri li għandhom jirrelataw għall-esportazzjoni ta' ċerta merkanzija.

Artikolu 463

1. Dan il-Kapitolu jistabilixxi il-kondizzjonijiet applikabli għal merkanzija li tiġi spustjata fit-territorju doganali tal-Komunità taħt proċedura ta' transitu Komunitarja jew taħt proċedura doganali ta' transitu oħra meta l-esportazzjoni ta' dik il-merkanzija mill-Komunità hi pprojbita jew tkun soġġetta għal restrizzjonijiet, dazji jew piżijiet oħra.

2. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom, madanakollu, japplikaw biss sa fejn il-miżura li tintroduċi il-projbizzjoni, restrizzjoni, dazju jew piż ieħor tipprovdi dan u mingħajr prġudizzju għal xi dispożizzjonijiet speċjali li dik il-miżura tista tinkludi.

Artikolu 464

Meta l-merkanzija imsemmija fl-Artikolu 463(1) titqiegħed taħt proċedura ta' transitu Komunitarju, il-prinċipal għandu jagħmel iskrizzjoni fil-kaxxa intestata "Deskrizzjoni ta' merkanzija" fid-dokument ta' transitu Komunitarju waħda mill-frażijiet li ġejjin:

- Salida de la Communidad sometida a restricciones,

- Udpassage fra Fællesskabet undergivet restriktioner,

- Ausgang aus der Gemeinschaft — Beschränkungen unterworfen,

- Έξοδος από την Κοινότητα υποκείμενη σε περιορισμούς,

- Export from the Community subject to restrictions,

- Sortie de la Communauté soumise à des restrictions,

- Uscita dalla Comunità assoggettata a restrizioni,

- Verlaten van de Gemeenschap aan beperkingen onderworpen,

- Saída da Comunidade sujeita a restrições,

- Salida de la Comunidad sujeta a pago de derechos,

- Udpassage fra Fællesskabet betinget af afgiftsbetaling,

- Ausgang aus der Gemeinschaft — Abgabenerhebungen unterworfen,

- Έξοδος από την Κοινότητα υποκείμενη σε επιθάρυνση,

- Export from the Community subject to duty,

- Sortie de la Communauté soumise à imposition,

- Uscita dalla Comunità assoggettata a tassazione,

- Verlaten van de Gemeenschap aan belastingheffing onderworpen,

- Saída da Comunidade sujeita a pagamento de imposições.

Artikolu 465

1. Meta l-merkanzija msemmija fl-Artikolu 463(1) titqiegħed taħt proċedura ta' transitu oħra barra mill-proċedura ta' transitu Komunitarja, l-uffiċju doganali li fih il-formalitajiet ta' l-espedizzjoni jitwettqu għandu jeħtieġ li timtela il-kopja tal-kontroll T5, skond id-dispożizzjoni fl-Artikolu 472. Il-persuna kkonċernata għandha tikteb fil-kaxxa 104 tal-kopja tal-kontroll T5, kif approprjat, waħda mill-indikazzjonijiet fl-Artikolu 464.

2. L-uffiċċju doganali msemmija fil-paragrafu 1 għandu jagħmel iskrizzjoni fid-dokument doganali li taħt il-kopertura tiegħu il-merkanzija għandha tiġi

Artikolu 466

L-Artikoli 464 u 465 m'għandhomx japplikaw meta, fuq dikjarazzjoni tal-merkanzija għall-esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Komunità, tingħata prova lill-uffiċju doganali li fih il-formalitajiet ta' l-esportazzjoni jitwettqu li miżura amministrattiva li tillibera l-merkanzija minn restrizzjoni tkun ittieħdet, li dazji ta' l-esportazzjoni jew piżijiet dovuti jkunu tħallsu jew li, fiċ-ċirkostanzi, il-merkanzija tkun tista tħalli t-territorju doganali Komunitarju mingħajr formalitajiet oħra.

Artikolu 467

1. Meta l-miżura msemmija fl-Artikolu 463(2) tipprovdi għad-despożitu ta' garanzija, din il-garanzija għandha tiġi ppreżentata f'każijiet fejn, skond l-informazzjoni kontenuta fid-dokument doganali, il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 463(1) li tiġi spustjata bejn iż-żewġ punti fit-territorju doganali tal-Komunità għandha, waqt it-trasport tagħha, tħalli lil dak it-territorju b' mod ieħor barra milli bl-ajru.

2. Il-garanzija għandha tiġi ppreżentata jew fl-uffiċju li fih huma meħtieġa li jsiru il-formalitajiet mal-kunsinna tal-merkanzija jew għand xi korp ieħor indikat għal dak l-iskop mill-Istat Membru li għalih jappartjeni l-uffiċċju, skond ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet doganali ta' dak l-Istat Membru. Fil-każi ta' miżuri li jimponu dazju ta' l-esportazzjoni jew piż ieħor, il-garanzija m' hemmx għalfejn tiġi ppreżentata meta l-merkanzija tiġi ttrasportata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarja, meta garanzija tkun ġiet ippreżentata xort' oħra milli bi flus jew il-garanzija tkun dispensata minħabba l-identità tal-prinċipal.

Artikolu 468

1. L-Artikolu 465 għandu wkoll japplika għall-merkanzija imsemmija fl-Artikolu 463(1) illi, matul it-trasport bejn żewġ punti fit-territorju doganali Komunitarju, taqsam it-territorju ta' pajjiż EFTA u tiġi rikunsinnata minn dak il-pajjiż.

B' deroga mill-Artikolu 482, l-oriġinal tal-kopja ta' kontroll T5 għandu jakkumpanja l-merkanzija lejn l-uffiċju doganali kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni.

L-uffiċċju tat-tluq għandu jispeċifika it-terminu li fih il-merkanzija għandha tiġi reimportata fit-territorju doganali tal-Komunità.

2. Jekk il-miżura msemmija fl-Artikolu 463(2) tipprovdi għall-preżentazzjoni ta' garanzija, imbagħad b' deroga mill-Artikolu 467 din il-garanzija għandha tiġi ppreżentata għall-operazzjonijiet kollha koperti bil-paragrafu 1.

Artikolu 469

Meta l-merkanzija ma tijngħatax libertà ta' moviment immedjatament wara li tasal fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, għandu jkun obbligu ta' dak l-uffiċċju li jieħu l-passi neċessarji sabiex jimplimenta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 463(2).

Artikolu 470

Meta l-merkanzija msemmija fl-Artikolu 463(1) tiġi spustjata kif deskritt fl-Artikolu 467, kemm bl-ajru u kemm le, u ma tkunx importata mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Komunità matul it-terminu preskritt, din għandha titqies li ġiet irregolarment esportata lill-pajjiż terz mill-Istat Membru li minnu kienu kkunsinnati sakemm ma jiġix stabbilit li kienet intilfet b' forza maġġuri jew ċirkostanzi imprevedibbli.

IL-KAPITOLU 12

Dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dokumenti (Kopja tal-kontroll T5) li għandhom jintużaw fl-applikazzjoni ta' miżuri Komunitarji jew jinvolvu kontrolli dwar l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-merkanzija.

Artikolu 471

Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a) "awtoritajiet kompetenti" tfisser:

l-awtoritajiet doganali jew kull awtorità oħra responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu;

(b) "uffiċċju" tfisser:

l-uffiċċju doganali jew organizzazzjoni responsabbli fil-livell lokali għall-applikazz ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 472

1. Meta l-implementazzjoni ta' miżura Komunitarja tkun soġġetta għal prova li l-kondizzjonijiet preskritti minn dik il-miżura dwar l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-merkanzija mpurtata fil-, esportati minn, jew li tiġi spustjata fit-territorju doganali tal-Komunità jkunu sodisfatti, dik il-prova għandha tingħata bil-preżentazzjoni ta' kopja ta' kontroll T5. kunfornuta bil-provediment ta' kopja ta' kontroll T5. Kopja ta' kontroll T5 hija formola mimlija T5, li jkollha magħha, meta approprjat, formola waħda jew iktar T5 bis, kif previst fl-Artikolu 478, jew b' lista waħda jew iktar tat-tagħbija, kif previst fl-Artikolu 479 jew 480.

Mhuwiex eskluż li jsir użu fl-istess waqt imma għal skopijiet differenti, ta' diversi kopji ta' kontroll T5, sakemm kull waħda minnhom tkun prevista fil-leġislazzjoni Komunitarja.

2. Kul persuna li tiffirma l-kopja tal-kontroll T5 fis-sens tal-paragrafu 1 għandha tkun meħtieġa li tqiegħed il-merkanzija deskritta f'dak id-dokument għall-użu ddikjarat u/jew li tibgħat il-merkanzija lid-destinazzjoni dikjarata.

Artikolu 473

Il-formoli għall-kopja tal-kontroll T5 għandhom jikkorrispondu għall-mudelli fl-Annessi 63, 64 u 65. Għandhom jimtlew skond in-nota ta' spjegazzjoni fl-Anness 66 u, meta approprjat, kull regola addizjonali stabbilita f'leġislazzjoni oħra Komunitarja. Kull Stat Membru jista', jekk neċessarju, jissuplimenta in-nota ta' spjegazzjoni.

Il-kopja ta' kontroll T5 għandha tinħareġ u tintuża skond l-Artikoli 476 sa 485.

Artikolu 474

1. Il-karta wżata għandha tkun ikħal ċar, imħejjija għal skopijiet ta' kitba u tkun tiżen mill-anqas 40 g/m2. Għandha tkun suffiċjetament opaka sabiex l-informazzjoni fuq naħa waħda ma taffetwax il-leġibilità ta' l-informazzjoni fuq in-naħa l-oħra. Ir-reżistenza tagħha għandha tkun tali li b'użu normali ma tiċċarattx jew titkemmixx malajr.

2. Id-daqs tal-formoli għandu jkun:

(a) 210 × 297 għal formoli T5 (L-Anness 63) u formoli T5 bis (L-Anness 64), b'tolleranza permessa fit-tul ta' bejn -5 u + 8 mm;

(b) 297 × 240 mm għal-listi tat-tagħbija T5 (L-Anness 65), b'tolleranza permessa fit-tul ta' bejn - 5 u + 8 mm.

3. L-immarkar b'kulur tal-kopji differenti tal-formoli għandu jsir bil-mod li ġej:

- l-oriġinali għandu jkollhom fit-traf tan-naħa tal-lemin marġini kontinwu ta' kulur iswed,

- il-wisa' ta' dan il-marġini għandha tkun bejn wieħed u ieħor ta' 3 mm.

4. L-indirizz għar-ritorn u n-nota mportanti fuq il-faċċata tal-formola jistgħu jiġu stampati bl-aħmar.

Artikolu 475

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-formoli T5 tal-kopja tal-kontroll juru l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew simbolu li jippermetti li l-istampatur jiġi identifikat.

Artikolu 476

Il-kopja tal-kontroll T5 għandha ssir f'lingwa uffiċjali tal-Komunità li tkun aċċettabli għall-awtoritajiet kompeteneti ta' l-Istat Membru tat-tluq.

L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor li fih dan id-dokument jiġi ppreżentat jistgħu, kif neċessarju, jirrikjedu traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali, ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 477

1. Il-Kopja tal-kontroll T5 għandha timtela bit-typewriter jew bi proċess mekkanografiku jew simili. Tista wkoll timtela leġibbilment bil-kitba, bil-linka u b'ittri kapitali.

Il-formola m'għandu jkun fiha l-ebda tħassir jew kitba fuq oħra. Kull alterazzjoni għandha ssir billi jinqatgħu id-dettalji inkorretti u, meta approprjat, jiżdiedu dawk meħtieġa. Kull alterazzjoni magħmula b'dan il-mod għandha tiġi inizjalata mill-persuna li tagħmilha u espressament awtentikata mill-awtoritajiet kompetenti.

2. Il-Kopja tal-kontroll T5 tista wkoll tiġi ppreżentata u kkompletata bl-użu ta' proċess ta' riproduzzjoni awtomatika sakemm id-dispożizzjonijiet dwar il-mudelli, il-karta, id-daqs, il-lingwa wżata, il-legibilità, il-projbizzjoni ta' tħassir u kitba fuq oħra u l-emendi jiġu strettament osservati.

Artikolu 478

1. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jippermettu lill-impriżi stabbiliti f'dak it-territorju li jissuplimentaw kopja ta' kontroll T5 b' formola T5 bis waħda jew iktar ta' kontinwazzjoni f'każijiet meta l-formoli kollha jirrelataw għal kunsinna waħda ta' merkanzija, mgħobbija fuq mezz wieħed ta' trasport u ddestinata għal destinatarju wieħed u użu u/jew destinazzjoni waħda.

2. In-numru ta' formoli ta' kontinwazzjoni T5 bis użat għandu jintwera fil-kaxxa 3 tal-kopja ta' kontroll T5 li jkun hemm magħhom.. In-numru ta' reġistrazzjoni tal-kopja ta' kontroll T5 għandu jintwera fil-kaxxa għad-dettalji tar-reġistrazzjoni ta' kull formola ta' kontinwazzjoni T5 bis. In-numru totali ta' pakki koperti bil-kopja ta' kontroll T5 u l-formoli ta' kontinwazzjoni T5 bis għandhom jintwerew fil-kaxxa 6 tal-kopja ta' kontroll T5.

Artikolu 479

1. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jippermettu lill-impġriżi stabbiliti fit-territorju tagħhom li jissupplimentaw kopja ta' kontroll T5 u b' listi tat-tagħbija T5 waħda jew iktar u jagħtu id-dettalji li normalment jidhru fil-kaxxi 31, 33, 35, 38, 100, 103 u 105 tal-formola T5, basta li l-formoli kollha jkollhom x'jaqsmu ma kunsinna waħda ta' merkanzijamgħobbija fuq mezz wieħed, destinata għal destinatarju wieħed għal użu wieħed u/jew destinazzjoni waħda.

2. Il-faċċata biss tal-listi tat-tagħbija tal-formola T5 tista tintuża. Kull partita li tidher fil-lista ta' tagħbija T5 għandha tiġi ppreċeduta b' numru konsekuttiv u d-dettalji kollha indikati fl-intestaturi tal-kolonna għandhom jingħataw.

Linja orizzontali għandha tinġibed wara l-aħħar iskrizzjoni u l-ispazji li jibqghħu ma jintużawx jinqatgħu sabiex ebda żidiet sussegwenti ma jkunu jistgħu isiru. In-numru ta' pakki li jkun fihom il-merkanzija elenkata u l-gross totali u l-massa netta ta' dik il-merkanzija għandhom jintwerew fil-qiegħ tal-kolonni approprjati.

3. Meta l-listi tat-tagħbija T5 jkunu wżati, il-kaxxi 31, 33, 35, 38, 100, 103 u 105 tal-kopja tal-kontroll T5 li jirreferu għaliha għandhom jinqatgħu u l-kopja ta' kontroll m'għandux ikollha magħha il-formola T5 bis.

4. In-numru ta' listi ta' tagħbija T5 użata għandu jidher fil-kaxxa 4 tal-kopja ta' kontroll T5. In-numru ta' reġistrazzjoni tal-kopja ta' kontroll T5 għandu jidher fil-kaxxa għal dettalji ta' reġistrazzjoni ta' kull lista tat-tagħbija T5. In-numru totali ta' pakki koperti bil-listi varji ta' tagħbija għandhom jintwerew fil-kaxxa 6 tal-kopja tal-kontroll T5.

Artikolu 480

1. L-awtorizzazzjoni imsemmija fl-Artikolu 479(1) tista tippermetti lill-impriżi li r-reġistri tagħhom jkunu bbażati fuq sistema elettronika jew awtomatika ta' ppropċessar ta' data li jużaw il-listi ta' tagħbija T5 imħejjija b' dik is-sistema ta' pproċessar ta' data li, għalkemm jinkludu d-dettalji kollha msemmija fil-listi kif stampati fl-Anness 65, ma jkunux konformi mal-kondizzjonijiet kollha ta' l-Artikoli 473 sa 475 u 477 jew ma' dak stipulat fl-Artikolu 479(2) illi kull partita fil-lista għandha tkun ippreċeduta min-numru konsekuttiv. Dawn il-listi għandhom, b'dan kollu, ikunu ddisinjati u mimlija b'tali mod li huma jkunu jistgħu jintużaw mingħajr diffikulta mill-uffiċċi kompetenti in kwistjoni.

2. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss lil dawk l-impriżi li joffru il-garanziji kkunsidrati utli mill-awtoritajiet kompetenti.

3. L-użu bħala listi ta' tagħbija msemmija fl-Artikolu 479(1) ta' listi deskrittivi imħejjija għall-iskopijiet ta' twettieq tal-formalitajiet ta' espedizzjoni/esportazzjoni jistgħu wkoll jitħallew anki meta dawn il-listi jiġu ppreżentati minn ditti li r-reġistri tagħhom ma jkunux ibbażati fuq sistema elettronika jew awtomatika ta' l-ipproċessar tad-data.

4. It-titolari ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli fil-każ ta' kull użu b'qerq minn xi persuna ta' listi tat-tagħbija li tħejji.

Artikolu 481

1. Il-formoli tal-kopji ta' kontroll T5 u, meta approprjat, il-formoli ta' kontinwazzjoni T5 bis jew il-listi tat-tagħbija T5 għandhom isiru mill-persuna kkonċernata f'oriġinal wieħed u mill-inqas kopja waħda. Kull waħda minn dawn għandu jkollha l-firma oriġinali tal-persuna kkonċernata.

2. Il-kopja tal-kontroll T5 u, meta approprjat, il-formoli ta' kontinwazzjoni T5 bis jew il-listi tat-tagħbija T5 għandhom jinkludu id-dettalji, li jirrigwardaw id-deskrizzjoni tal-merkanzija u xi informazzjoni addizjonali, meħtieġa mid-dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw il-miżuri Komunitarji li jimponu il-kontroll.

3. Meta l-merkanzija ma tkunx daħlet taħt il-proċedura ta' transitu Kmunitarja il-kopja ta' kontroll T5 għandu jkollha referenza għad-dokument li jirrigwarda l-proċedura ta' transitu, jekk tkun saret, użata. Jekk l-ebda proċedura ta' transitu ma tkun użata għandu jkun fiha wħada minn dawn il-frażijiet:

- mercancías fuera del procedimiento de tránsito,

- ingen forsendelsesprocedure,

- nicht im Versandverfahren befindliche Waren,

- είτε σε μνεία "Εμπορεύματα εκτός διαδικασίας διαμετακόμισης",

- goods not covered by a transit procedure,

- marchandises hors procédure de transit,

- merci non vincolate ad una procedura di transito,

- goederen niet geplaatst onder een regeling voor douanevervoer,

- mercadorias não abrangidas por um procedimento de trânsito.

4. Id-dokument ta' transitu Komunitarju jew id-dokument li jirrelata għall-proċedura ta' transitu wżata għandu jkollu referenza għall-kopja jew kopji ta' kontroll T5 maħruġa.

Artikolu 482

1. Meta l-merkanzija tiġi spustjata taħt proċedura ta' transitu Komunitarja, jew taħt proċedura ta' transitu doganali oħra, il-kopja ta' kontroll T5 għandha tinħareġ mill-uffiċju tat-tluq. L-uffiċċju tat-tluq għandu jżomm kopja tal-kopja ta' kontroll T5. L-oriġinali tal-kopja tal-kontroll T5 għandha takkompanja l-merkanzija mill-anqas sa l-uffiċċju li fih l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-merkanzija ikunu ċċertifikati skond l-istess kondizzjonijiet bħad dokument li għandu x'jaqsam mal-proċedura ta' transitu wżata.

2. Meta l-merkanzija soġġetta għal kontrolli dwar l-użu u/jew id-destinazzjoni tagħha ma tkunx tqiegħdet taħt proċedura ta' transitu, kopja ta' kontroll T5 għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-kunsinna. Għandhom iżommi kopja tal-kopja ta' kontroll T5.

Il-kopja ta' kontroll T5 għandu jkollha waħda mill-frażijiet imsemmija fl-Artikolu 481(3).

3. Il-kopja ta' kontroll T5 u, meta neċessarju, il-formola(i) T5 bis u/jew il-lista(i) tat-tagħbija T5 għandhom jiġu awtentikati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tat-tluq. Din l-awtentikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej, li għandu jidher fil-'kaxxa A (uffiċju tat-tluq) ta' dawk id-dokumenti:

(a) fil-każ tal-kopja ta' kontroll T5, l-isem u t-timbru tal-uffiċċju tat-tluq, il-firma tal-persuna kompetenti, id-data ta' l-awtentikazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni li jista' jiġi stampat minn qabel;

(b) fil-każ ta' formoli T5 bis u/jew listi tat-tagħbija T5, in-numru li jidher fuq il-kopja tal-kontroll T5. Dak in-numru għandu jiġi inseritjew permezz ta' timbru li jinkorpora l-isem ta' l-uffiċju tat-tluq jew b-idejn. Fil-każ ta' l-aħħar dan għandu jkun akkumpanjat minn timbru uffiċjali ta' l-imsemmi uffiċċju.

L-oriġinali ta' dawn id-dokumenti għandhom jintbagħtu lura lill-persuna kkonċernata malli il-formalitajiet amministrattivi kollha jkun ġew iffinalizzati.

4. Il-merkanzija u l-oriġinali tal-kopji tal-kontroll T5 għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċju tad-destinazzjoni.

Artikolu 483

1. L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jwettaq, jew iġiegħel li jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, kontrolli dwar l-użu u/jew destinazzjoni prevista jew preskritta.

2. L-uffiċju tad-destinazzjoni għandu jirreġistra d-dettalji fil-kopja ta' kontroll T5, billi jżomm fotokopja tad-dokument imsemmi jekk approprjat, u r-riżultat tal-kontrolli li jkunu twettqu.

3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 485, l-uffiċċju ta' destinazzjoni għandu, malli jitlesteq il-formalitajiet kollha neċessarji u wara l-kontrofirma approprjata mill-uffiċju tad-destinazzjoni, jibgħat l-oriġinali tal-kopja tal-kontroll T5 lill-indirizz muri taħt l-intestatura "Irritorna lil".

Artikolu 484

Kull persuna li tippreżenta kopja ta' kontroll T5 u l-kunsinna li tirrelata għaliha lill-uffiċċju tad-destinazzjoni tista, fuq talba, tottjeni riċevuta magħmula fuq formola li tikkorrispondi għall-mudell fl-Anness 47.

L-irċevuta ma tista'x tissostitwixxi il-kopja tal-kontroll T5.

Artikolu 485

1. Fil-każ ta' kunsinna ta' merkanzija li jkollha magħha il-kopja ta' kontroll T5, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membru għandhom jippermettu din il-kunsinna u l-kopja ta' kontroll T5 li jinqasmu qabel ma titlesta l-proċedura li għaliha kienet inħarġet il-formola. Il-kunsinni li jirriżultaw minn din id-diviżjoni jistgħu huma stess jerġgħu jinqasmu.

2. Il-Paragrafu 1 m' għandux jippreġudika l-applikazzjoni tal-miżuri Komunitarji għal prodotti minn intervent li għandhopm ikunu soġġetti għal kontroll ta' użu u/jew destinazzjoni u li huma pproċessati fi Stat Membru ieħor qabel ma jingħatalhom l-użu finali u/jew ma jaslu għad-destinazzjoni finali tagħhom.

3. Id-diviżjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir skond il-paragrafi 4 sa 7. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jidderogaw minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każijiet meta il-kunsinni kollha li jirriżultaw mid-diviżjoni jitqiegħdu għall-użu finali tagħhom jew ikollha jaslu għad-destinazzjoni finali tagħhom fl-Istat Membru fejn issir id-diviżjoni.

4. L-uffiċċju li fih issir id-diviżjoni għandu joħroġ, skond l-Artikolu 481, estratt tal-kopja tal-kontroll T5 għal kull parti tal-kunsinna maqsuma, bl-użu għal dan l-iskop ta' kopja ta' kontroll T5.

Kull estratt għandu jkun fih inter alia l-informazzjoni addizzjonali murija fil-kaxex 100, 104, 105, 106 u 107 tal-kopja inizjali tal-kontroll T5 u jiddikjara il-massa netta u l-kwantità netta tal-merkanzija li għalihom japplika l-estratt. Il-Kaxxa 106 ta' kull estratt għandha turi in-numru ta' reġistrazzjoni, id-data, l-uffiċċju u l-pajjiż tal-ħruġ tal-kopja inizjali tal-kontroll T5, bl-użu ta' waħda minn dawn it-tipi ta' frażijiet:

- Extracto del ejemplar de control: …

(número, fecha, oficina y país de expedición)

- Udskrift af kontroleksemplar : …

(nummer, dato, udstedelsessted og land)

- Auszug aus dem Kontrollexemplar: …

(Nummer, Datum, ausstellende Stelle und Ausstellungsland)

- Απόσπασμα του αντιτύπου ελέγχου: …

(αριθμός, ημερομηνία, γραφείο και χώρα εκδόσεως)

- Extract of control copy: …

(Number, date, office and country of issue)

- Extrait de l'exemplaire de contrôle: …

(numéro, date, bureau et pays de délivrance)

- Estratto dell'esemplare di controllo: …

(numero, data, ufficio e paese di emissione)

- Uittreksel uit controle-exemplaar: …

(nummer, datum, kantoor en land van afgifte)

- Extracto do exemplar de controlo: …

(número, data, estância, país de emissão)

5. L-uffiċju fejn isseħħ id-diviżjoni għandu jiddikjara fuq il-kopja inizjali tal-kontroll T5 li l-formola tkun ġiet maqsuma. Għandu jagħmel dan billi jikteb waħda minn dawn il-frażijiet fil-kaxxa "kontroll ta' l-użu u/jew destinazzjoni":

- … (número) extractos expedidos — copias adjuntas,

- … (antal) udstedte udskrifter — kopier vedføjet,

- … (Anzahl) Auszüge ausgestellt — Durchschriften liegen bei,

- … (αριθμός) εκδοθέντα αποσπάσματα — συνημμένα αντίγραφα,

- … (number) extracts issued — copies attached,

- … (nombre) extraits délivrés — copies ci-jointes,

- … (numero) estratti rilasciati — copie allegate,

- … (aantal) uittreksels afgegeven — kopieën bijgevoegd,

- … (quantidade) extractos emitidos — cópias juntas

Il-kopja inizjali tal-kontroll T5 għandha tintbgħat lura mingħajr dewmien lill-indirizz murija taħt l-intestatura "Ibgħat lura lill-", akkompanjata minn kopji ta' l-estratti maħruġa.

L-uffiċċju fejn isseħħ id-diviżjoni għandu jżomm kopja ta' l-oriġinali tal-kopja tal-kontroll T5 u ta' l-estratti li jkunu inħarġu.

6. L-oriġinali ta' l-estratti tal-kopji tal-kontroll T5 flimkien mad-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura użata, jekk ikun hemm, għandhom jakkumpanjaw kull parti tal-kunsinna maqsuma.

7. L-uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri tad-destinazzjoni tal-partijiet tal-kunsinna maqsuma għandhom iwettqu, jew iġiegħlu li jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kontrolli dwar l-użu u/jew id-destinazzjoni previsti jew preskritti. Għandhom jiktbu d-dettalji approprjati fuq l-estratti u jirritornawhom, skond l-Artikolu 483(3), lill-indirizz muri taħt l-intestatura "Ibgħat lura lil".

8. Fil-każ ta' diviżjoni oħra kif previst fil-paragrafu 1, il-paragrafi 2 sa 7 għandhom jiġu applikati mutatis mutandis.

Artikolu 486

1. Il-kopja tal-kontroll T5 tista tinħareġ retrospettivament bil-kundizzjoni li:

- il-persuna kkonċernata ma kienetx rensponsabbli għall li ma sarietx l-applikazzjoni u ma nħariġx dak id-dokument meta l-merkanzija intbagħatet, tkun tista tipproduċi prova għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti li dan in-nuqqas ma kienx minħabba negliġenza jew traskuraġmi abitwali min-naħa tiegħu,

- il-persuna kkonċernata tagħti prova li l-kopja tal-kontroll T5 għandha x'taqsam mal-merkanzija li għar-rigward tagħha ikunu saru il-formalitajiet amministrattivi kollha,

- il-persuna kkonċernata tippreżenta d-dokumenti meħtieġa għal ħruġ ta' kopja ta' kontroll T5,

- jiġi stabbilit għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti illi l-ħruġ retrospettiv tal-kopja tal-kontroll T5 ma jkunx jista' jikkawża l-akkwist ta' benefiċċji finanzjarji mhux iġġustifikati skond il-proċedura ta' tranżitu użata, l-istatus doganali tal-merkanzija u l-użu u/jew id-destinazzjoni tagħha.

2. Meta kopja tal-kontroll T5 tkun maħruġa retrospettivament, għandu jkun hemm miktub fuqha bl-ittri ħomor waħda minn dawn il-frazijiet:

- Expedido a posteriori,

- Udstedt efterfølgende,

- Nachträglich ausgestellt,

- Εκδοθέν εκ των υστέρων,

- Issued retroactively,

- Délivré a posteriori,

- Rilasciato a posteriori,

- Achteraf afgegeven,

- Emitido a posteriori.

B'żieda ma dan, il-persuna kkonċernata għandha tikteb fuq dik il-kopja ta' kontroll T5 l-identità tal-meżżi tat-trasport li bihom il-merkanzija tkun ntbagħtet, id-data tat-tluq u, jekk appropriat, id-data li fiha l-oġġetti ikunu ġew ippreżentati fl-uffiċċju tad-destinazzjoni.

3. Il-kopja tal-kontroll T5 maħruġa retrospettivament tista tiġi annotata mill-uffiċċju tad-destinazzjoni biss meta dak l-uffiċċju jistabilixxi li, l-merkanzija koperta mid-dokument in kwistjoni tkun ġiet użata għall-iskop u/jew tkun waslet fid-destinazzjoni prevista jew stabbilita mill-miżura Komunitarja għall-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-muviment fit-territorju doganali tal-Komunità, ta' dik il-merkanzija.

4. Il-kopji tal-kontroll T5 dupplikati, l-estratti tal-kopji tal-kontroll T5, il-formoli ta' kontinwazzjoni T5 bis u l-listi tat-tagħbija T5 jistgħu jinħarġu meta l-oriġinali jkunu mitlufa. Il-kopja dupplikata għandu jkollha miktub b'ittri ħomor grassett il-kelma "DUPPLIKATA" kif ukoll it-timbru ta' l-uffiċċju li jkun ħareġ il-kopja duPPlikata u l-firma ta' l-uffiċjal kompetenti.

Artikolu 487

B'deroga mill-Artikolu 472 u sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-miżura Komunitarja rilevanti, kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jeħtieġ prova li l-merkanzija kienet ġiet użata għall-iskop u/jew kienet waslet fid-destinazzjoni prevista jew obbligata skond il-proċedura nazzjonali, sakemm il-merkanzija ma tkux inħarġet mit-territorju qabel ma ntużat għall-iskop u/jew qabel ma tkun waslet fid-destinazzjoni prevista jew obbligata.

Artikolu 488

L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu, fil-qasam ta' l-applikazzjoni tal-kompetenza tagħhom, jawtorizzaw lil kull persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 489 u li jkollha l-ħsieb li tikkunsinna l-merkanzija li fir-rigward tagħha għandha ssir il-kopja tal-kontroll T5 (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "il-kunsinnatur awtorizzat") biex ma tippreżentax fl-uffiċċju tat-tluq jew il-merkanzija kkonċernata jew il-kopja tal-kontroll T5 li tkoprihom.

Artikolu 489

1. L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 488 għandha tingħata biss lil persuni:

(a) li ta' spiss jikkunsinnaw l-merkanzija;

(b) li r-reġistri tagħhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jikkontrollaw l-operazzjonijiet tagħhom;

(ċ) li jagħtu garanzija, meta l-ħruġ tal-kopja tal-kontroll T5 tkun kondizzjonali għal li tingħata garanzija;

u

(d) li ma jkunux ikkommettew ksur serju jew ripetut kontra l-leġislazzjoni kkonċernata.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jassiguraw li l-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 (ċ) tingħata.

Artikolu 490

L-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti għandha tispeċifika b'mod partikolari:

(a) l-uffiċċju jew l-uffiċċji kompetenti biex jaġixxu bħala uffiċji tat-tluq għall-kunsinni;

(b) it-terminu li fih, u l-proċedura li biha, il-kunsinnatur awtorizzat għandu jinforma lill-uffiċċju tat-tluq bil-kunsinni li għandhom jintbagħtu, sabiex dak l-uffiċċju jkun jista jwettaq il-kontrolli neċessarji qabel it-tluq tal-merkanzija;

(ċ) It-terminu li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni; dan it-terminu għandu jiġi stabbilit skond il-kondizzjonijiet tat-trasport;

(d) il-miżuri ta' identifikazzjoni li għandhom jittieħdu. Għal dan l-iskop l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippreskrivu li l-meżżi tat-trasport jew il-pakkett jew il-pakki jkollhom siġilli speċjali, aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti u mwaħħla mill-kunsinnnatur awtorizzat.

Artikolu 491

1. L-awtorizzazzjoni għandha tistipula li l-kaxxa rriservata għall-uffiċċju tat-tluq fuq il-faċċata tal-formola tal-kopja tal-kontroll T5:

(a) tkun ittimbrata minn qabel bit-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq u tkun iffirmata minn uffiċċjal ta' dak l-uffiċċju;

jew

(b) tkun ittimbrata mill-kunsinnatur awtorizzat b' timbru speċjali tal-metall approvat mill-awtoritajiet kompetenti u li jikkonforma mal-mudell fl-Anness 62. L-istampa tat-timbru tista' tkun stampata minn qabel fuq il-formoli meta l-istampar jingħata lil stampatur approvat għal dan l-iskop.

Il-kunsinnatur awtorizzat għandu jimla dik il-kaxxa billi jindika id-data tal-kunsinna tal-merkanzija u għandu jalloka numru għad-dikjarazzjoni skond ir-regoli stabbiliti għal dan l-iskop fl-awtorizzazzjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippreskrivu l-użu tal-formoli li jkollhom marka distintiva bħala mezz ta' identifikazzjoni.

Artikolu 492

1. Il-kunsinnatur awtorizzat għandu, mhux aktar tard minn meta tintbagħat il-merkanzija, jikteb fuq il-faċċata tal-kopja tal-kontroll T5 li għandha tkun mimlija kif suppost, fil-kaxxa "Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq", meta approprjat, id-dettalji tal-perjodu li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni u r-referenzi għad-dokumenti ta' l-esportazzjoni kif meħtieġa mill-Istat Membru tal-kunsinna, u l-miżuri ta' identifikazzjoni li għandhom jiġu applikati, flimkien ma waħda minn dawn il-frażijiet, fil-kaxxa:

- Procedimiento simplificado,

- Forenklet fremgangsmåde,

- Vereinfachtes Verfahren,

- Απλουστευμένη διαδικασία,

- Simplified procedure,

- Procédure simplifée,

- Procedura semplificata,

- Vereenvoudigde regeling,

- Procedimento simplificado.

2. Wara li tintbagħat il-merkanzija, il-kunsinnatur awtorizzat għandu mingħajr dewmien jibgħat lill-uffiċċju tat-tluq kopja tal-kopja tal-kontroll T5, flimkien ma kull dokumenmt speċjali li a bażi tiegħu tkun tħejjiet il-kopja ta' kontroll T5.

3. Meta l-uffiċċju tat-tluq jagħmel kontroll fuq it-tluq ta' kunsinna, għandu jirreġistra l-fatt fil-kaxxa "Kontroll mill-uffiċju tat-tluq" fuq il-faċċata tal-kopja tal-kontroll T5

4. Kopja tal-kontroll T5 mimlija kif suppost u bl-indikazzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 u ffirmata mill-kunsinnatur awtorizzat għandha titqies li kienet inħarġet mill-uffiċċju tat-tluq li jkun awtentika minn qabel il-formoli skond l-Artikolu 491(1)(a) jew li jkun imsemmi fl-istampa tat-timbru speċjali imsemmi fl-Artikolu 491(1)(b), bl-iskop li tingħata prova li l-merkanzija msemmija hemmhekk tkun intużat għall-iskop u/jew tkun waslet fid-destinazzjoni obbligata.

Artikolu 493

1. Il-kunsinnatur awtorizzat għandu:

(a) jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni;

(b) jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jassigura is-salvagwardja tat-timbru speċjali jew tal-formoli li jkollhom stampat fuqhom it-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq, jew l-istampa tat-timbru speċjali.

2. Il-kunsinnatur awtorizzat għandu jbati l-konsegwenzi kollha, b'mod partikolari l-konsegwenzi finanzjarji, ta' xi żbalji, ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħrajn fil-kopji tal-kontroll T5 li jkun ħejja hu jew li jsiru waqt il-proċeduri li għandu jwettaq hu skond l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 488.

3. Fil-każ ta' abbuż minn xi persuna tal-formoli tal-kopja tal-kontroll T5 stampati minn qabel bit-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq jew bit-timbru speċjali, il-kunsinnatur awtorizzat għandu jkun responsabbli, mingħajr preġudizzju għal xi proċeduri kriminali, għall-pagament tad-dazji u piżijiet oħra li ma jkunux tħallsu u għar-rifużjoni ta' benefiċċji finanzjarji li jkunu ġew akkwistati ħażin wara abbuż sakemm ma jissodisfax lill-awtoritajiet kompetenti li awtorizzawh li hu jkun ħa l-miżuri kollha meħtieġa minnu taħt il-paragrafu 1 (b).

Artikolu 494

1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-kunsinnatur awtorizzat biex ma jiffirmax il-formoli tal-kopji tal-kontroll T5 li jkollhom fuqhom it-timbru speċjali imsemmi fl-Anness 62 li jkunu saru minn sistema ta' l-ipproċessar tad-data elettronika jew awtomatika. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni illi l-kunsinnatur awtorizzat ikun ta minn qabel lil dawk l-awtoritajiet impenn bil-miktub li jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu, mingħajr preġudizzju għal xi proċeduri kriminali, għall-pagament ta xi dazji jew piżijiet oħra li ma jkunux tħallsu u għal rifużjoni ta' xi benefiċċji finanzjarji li jkunu ġew akkwistati ħażin bl-użu ta' formoli ta' kopja tal-kontroll T5 li jkollhom ttimbrat fuqhom l-istampa tat-timbru speċjali.

2. Il-formoli tal-kopja tal-kontroll T5 mimlija skond il-paragrafu 1 għandu jkollhom fil-kaxxa irriservata għall-firma tad-dikjarant waħda minn dawn il-frażijiet:

- Dispensa de firma,

- Fritaget for underskrift,

- Freistellung von der Unterschriftsleistung,

- Δεν απαιτείται υπογραφή,

- Signature waived,

- Dispense de signature,

- Dispensa dalla firma,

- Van ondertekening vrijgesteld,

- Dispensada a assinatura.

Artikolu 495

Il-formoli stabbiliti fl-Annessi I, II u II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2823/87 [15] li kienu użati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jintużaw sakemm jinħlew l-iskorti preżenti u, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1995.

IT-TITOLU III

PROĊEDURI DOGANALI B'IMPATT EKONOMIKU

IL-KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet komuni

Sezzjoni 1

Definizzjonijiet

Artikolu 496

Għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu:

(a) uffiċju doganali ta' sorveljanza jfisser: l-uffiċju doganali li jkun ingħata s-setgħa mill-awtoritajiet doganali ta' kull Stat Membru biex joħroġ awtorizzazzjoni għas-sorveljanza tal-proċedura kif indikat fl-awtorizzazzjoni;

(b) l-uffiċċju tad-dħul għall-proċedura jfisser: l-uffiċċju jew l-uffiċċji doganali li jkunu ngħataw il-poter mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni li jaċċettaw id-dikjarazzjonijiet għad-dħul ta' merkanzija għall-proċedura jew il-proċeduri, kif indikat fl-awtorizzazzjoni;

(ċ) l-uffiċċju ta' rilaxx ifisser: l-uffiċċju jew l-uffiċċji doganali mogħtija s-setgħa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru li joħorġu l-awtorizzazzjoni biex jaċċettaw id-dikjarazzjonijiet illi jdaħħlu il-merkanzija għal trattament jew użu aċċettat approvat mid-dwana, kif indikat fl-awtorizzazzjoni, wara d-dħul għall-proċedura doganali b'impatt ekonomiku.

Sezzjoni 2

L-użu ta' awtorizzazzjoni tal-proċedura - proċedura normali

Artikolu 497

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 u għall-Artikoli 568, 656, 695 u 760, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-użu ta' proċedura doganali b'impatt ekonomiku (inklużi applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' maħżen doganali jew għall-użu ta' proċedura ta' magażżinaġġ doganali), hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjħa "applikazzjoni", għandha ssir bil-kitba.

Għandha tikkonforma mal-mudell appropprijat fl-Anness 67. L-applikant għandu jipprovdi fl-applikazzjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt l-intestaturi diversi elenkati f'dak il-mudell bin-numru ta' l-intestatura, kif muri fl-Annessi 67/A sa 67/E, inklużi in-noti. It-test tan-noti m' għandux għalfejn madanakollu, jiġi riprodott fl-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ffirmata u datati.

Meta l-awtoritajiet doganali indikati jikkonsidraw li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tkun inadegwata, xejn f'dan il-paragrafu m'għandu jipprekludi li jista' jinħtieġ li l-applikant iforni informazzjoni addizzjonali, jew li jinħtieġ illi jagħti dettalji oħra neċessarji għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet oħra f'oqsma barra minn dawk irregolati minn dan it-Titolu.

2. L-applikazzjoni għandha tirreferi għal u għandha tkun akkompanjata mill-oriġinali jew kopji tal-provi jew d-dokumenti kollha ta' sostenn li għandhom x'jaqsmu mad-dettalji li għandhom jingħataw fl-applikazzjoni illi l-presentazzjoni tagħhom tkun neċessarja biex tista tiġi verifikata. Jista' jkollha magħha folji addizzjonali meta jeħtieġ li tingħata informazzjoni aktar estensiva. Dawn id-dokumenti, il-provi jew l-folji addizzjonali kollha għandhom jikkostitwixxu parti ntegrali mill-applikazzjoni li jkunu magħha. In-numru ta' annessi għandu jkun indikat fl-applikazzjoni.

3. L-awtoritajiet doganali jistgħu każ b'każ jippermettu lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni li japplika għat-tiġdid jew għall-modifika tagħha bil-miktub, u jagħti d-dettalji ta' l-awtorizzazzjoni ta' qabel u jindika it-tibdiliet li jeħtieġ li jsiru.

4. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri simplifikati previstit fl'L-Artikoli 568, 656, 695 u 760, applikazzjoni li ma tissodisfax il-ħtiġiet stabbiliti b' dan l-Artikolu u li ma tkunx ippreżentata skond l-Artikoli 509, 555, 651, 691 u 750 m' għandhiex tkun ammissibbli.

Artikolu 498

Il-preżentazzjoni ta' applikazzjzoni iffirmata mill-applikant għandha tindika li l-persuna kkonċernata tixtieq li tagħmel użu mill-proċedura doganali li applikat għaliha u, mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta' applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet penali, għandha tkun responsabbli, skond id-dispożizzjonijiet eżistenti fl-Istat Membru, għal:

- l-eżatezza tad-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni,

- l-awtentiċità tad-dokumenti li jakkompanjawha, u

- il-konformità ma' l-obbligazzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura doganali li għaliha tkun saret l-applikazzjoni.

Artikolu 499

1. Qabel ma joħorġu l-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet doganali kompetenti li joħorġuha għandhom jaċċertaw rwiehom li l-kondizzjonijiet kollha għall-għoti ta' l-awtorizzazzjoni jkunu sodisfatti.

2. L-awtorizzazzjoni m'għandhiex tingħata meta l-applikazzjoni tkun inammissibli fis-sens ta' l-Artikolu 497(4),

Artikolu 500

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 568, 656, 695 u 760, l-awtorizzazzjoni biex tintuża l-proċedura doganali b'impatt ekonomiku kif previst fl-Artikolu 85 tal-Kodiċi (inklużi awtorizzazzjonijiet għalll-operazzjoni ta' maħżen doganali jew għall-użu tal-proċedura ta' magażżinaġġ doganali), għandha tinħareġ fuq il-mudell konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Annessi 68/A sa 68/E. Għandha tkun iffirmata u ddatata.

2. L-applikant għandu jiġi mgħarraf li l-awtorizzazzjoni tkun inħarġet.

3. Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti fl-Artikoli 556(1) u 751 (1), l-awtorizzazzjoni għandha jkollha effett mil-jum tal-ħruġ tagħha.

4. L-awtorizzazzjonijiet jistgħu jkopru dħul wieħed jew aktar għal proċedura kkonċernata, kif approprijat.

5. B'deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta' tiġdid jew modifika ta' awtorizzazzjoni li tkun inħarġet qabel fuq applikazzjoni li tkun ġiet ippreżentata skond l-Artikolu 497(3), l-awtoritajiet doganali, jistgħu, każ b'każ, jew jaddottaw deċiżjoni li tindika il-kaxex li għandhom jinbidlu b'referenza għall-awtorizzazzjoni li tkun qed tiġi modifikata, jew joħorġu awtorizzazzjoni ġdida.

Artikolu 501

1. Meta waħda mill-kondizzjonijiet biex tingħata l-awtorizzazzjoni ma tkunx sodisfatta, l-awtoritajiet doganali għandhom jiċħdu l-applikazzjoni.

2. Id-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni għandha tingħata bil-miktub u tiġi mgħarrfa lill-applikant, skond l-Artikolu 6(3) tad-Kodiċi.

Artikolu 502

1. L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonservaw l-applikazzjonijiet u l-annessi tagħhom, flimkien ma l-awtorizzazzjonijiet li jkunu nħarġu.

2. Meta tingħata awtorizzazzjoni, l-applikazzjoni, l-annessi u l-awtorizzazzjoni għandhom jiġu ikkonservati għal mill-anqas tliet snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li fiha tiskadi l-awtorizzazzjoni jew, fil-każ ta' awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' maħżen doganali jew għall-użu ta' proċedura ta' magażżinaġġ doganali, għal mill-anqas tliet snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li fiha l-awtorizzazzjoni tkun ġiet ikkanċellata jew irtirata.

3. Meta applikazzjoni tiġi miċħuda jew awtorizzazzjoni tiġi annullata jew irrevokata, l-applikazzjoni u, sew id-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni sew l-awtorizzazzjoni, skond ma jkun il-każ, u l-annessi kollha, għandhom jinżammu għal mill-anqas tliet snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li fiha l-applikazzjoni tkun ġiet miċħuda l-applikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni annullata jew irrevokata.

IL-KAPITOLU 2

Magazzinaġġ doganali

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Sub-sezzjoni 1

Definizzjonijiet u tipi ta' mħażen

Artikolu 503

Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a) merkanzija agrikola tfisser: merkanzija koperta mir-Regolamenti imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [16]. merkanzija li tidħol taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3033/80 [17] (merkanzija riżultat ta' proċesssar ta' prodotti agrikoli) jew (KEE) Nru 3035/80 [18] (prodotti agrikoli esportati fil-forma ta' merkanzija li ma tidħolx taħt l-Anness II tat-Trattat) għandha tiġi ittrattata bħala merkanzija agrikola.

(b) ħlas bil-quddiem tfisser: il-ħlas, qabel mal-merkanzija tiġi esportata, ta' ammont ugwali għar-rimbors ta' l-esportazzjoni, meta dan il-ħlas ikun previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80;

(ċ) merkanzija bil-prefinanzjament tfisser: kull merkanzija ddestinata għall-esportazzjoni fi stat mhux mibdul, li tkun soġġetta għal ħlas bil-quddiem, tkun kif tkun deskritta fir-regoli Komunitarji li jippermettu ħlas bħal dan;

(d) prodott bażiku prefinanzjat tfisser: kull prodott iddestinat għall-esportazzjoni wara li jkun ġie ttrasformat b'mod estensiv iktar milli sempliċement spustat skond l-Artikolu 532 fil-forma ta' prodott ipproċessat li jibbenefika minn ħlas bil-quddiem;

(e) merkanzija pproċessata tfisser: kull prodott jew merkanzija li jkunu riżultat ta' proċess fuq prodott bażiku prefinanzjat, ikunu kif ikunu deskritti fir-regoli Komunitarji li jippermettu ħlas bil-quddiem.

Artikolu 504

1. Mingħajr pregudizzzju għal paragrafi 2 u 3, l-imħażen doganali li fihom ikunu maħżuna l-oġġetti taħt il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali għandhom jiġu kklassifikati kif ġej:

- tip A: maħżen pubbliku konformi ma l-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 99 tal-Kodiċi li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-magażżinier,

- tip B: maħżen pubbliku konformi ma l-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 99 tal-Kodiċi li jaqa' taħt ir-reponsabbiltà ta' kull depożitant, skond l-Artikolu 102(1) tal-Kodiċi, wara li jkun ittieħed kont tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 105 tal-Kodiċi.

- tip C: maħżen privat konformi mat-tieni inċiż tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 99 tal-Kodiċi meta l-magażżinier tal-maħżen ikun l-istess persuna bħad-depożitant iżda mhux neċessarjament is-sid tal-merkanzija,

- tip D: maħżen privat konformi mat-tieni inċiż tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 99 tal-Kodiċi meta l-magażżinier ikun l-istess persuna bħad-depożitant iżda mhux neċessarjament is-sid tal-merkanzija, u billi tiġi applikata l-proċedura imsemmija fl-Artikolu 112(3) tal-Kodiċi.

2. Il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali tista' ukoll tiġi applikata f'maħżen privat li jikkonforma mat-tieni inċiż tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 99 tal-Kodiċi meta l-magażinier ikun l-istess persuna bħad-depositant iżda mhux neċessarjament is-sid tal-merkanzija, taħt is-sistema li tippermetti il-magażżinaġġ ta' merkanzija f'faċilitajiet ta' magażżinaġġ li jkunu proprjetà tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 98(3) tal-Kodiċi. Din is-sistema hija kklassifikati bħala maħżen ta' tip E.

3. Meta maħżen doganali jkun maħżen pubbliku li jikkonforma ma' l-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 99 tal-Kodiċi jkun operat mill-awtoritajiet doganali, dan ikun kklassifikat bħala magażżinaġġ ta' tip F.

4. M'għandux ikun permess li jiġu ikkombinati flimkien fl-istess post jew lokazzjoni, it-tipi ta' magazzinaġġ imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Sub-sezzjoni 2

Lokazzjoni ta' l-imħażen doganali

Artikolu 505

1. Bl-eċċezzjoni ta' l-imħażen tat-tip E u t-tip F, maħżen doganali għandu jikkonsisti f'bini jew f'lokazzjoni oħra definita, approvati mill-awtoritajiet doganali.

2. Meta l-awtoritajiet doganali jiddeċiedu li joperaw maħżen tat-tip F, għandhom jindikaw il-bini jew il-lokazzjoni li jikkostitwixxu l-maħżen. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-forma użata mill-Istat Membru għall-publikazzjoni ta' l-atti amministrattivi jew legali.

3. Post approvat mill-awtoritajiet doganali bħala "faċilità ta' ħażna temporanja" skond l-Artikolu 185 jew operat mill-awtoritajiet doganali jista' wkoll jiġi approvat bħala maħżen tat-tip A, tip B, tip C jew tip D jew jiġi operat bħala maħżen tat-tip F.

Artikolu 506

L-imħażen tat-tip A, tat-tip C, tat-tip D u tat-tip E jistgħu wkoll jiġu approvati bħala mħażen ta' provvista skond l-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [19].

Sub-sezzjoni 3

Miżuri ta' politika kummerċjali

Artikolu 507

Meta l-atti Komunitarji jipprovdu li l-miżuri ta' politika kummerċjali għandhom japplikaw għal:

(a) ir-rilaxx ta' merkanzija għal ċirkolazzjoni libera, dawn m'għandhomx japplikaw meta l-merkanzija tiddaħħal għall-proċedura ta' magażżinaġġ doganali, u l-anqas għal dak iż-żmien li l-merkanzija tibqa hemm;

(b) l-introduzjoni ta' merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, għandha tapplika meta l-merkanzija non-Komunitarja tiġi mdaħħla għall-proċedura ta' magażżinaġġ doganali;

(ċ) l-esportazzjoni ta' merkanzija, għandha tapplika meta merkanzija Komunitarja tiġi esportata mit-terrirtorju doganali tal-Komunità wara li tiġi mdahhla għall-proċedura ta' magażżinaġġ doganali.

Sezzjoni 2

Dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta' awtorizzazzjoni

Artikolu 508

Id-dispożizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta' mħażen ħlief dawk tat-tip F.

Artikolu 509

L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tiġi ppreżentata skond l-Artikolu 497 u l-Anness 67/A, lill-awtoritajiet doganali indikati mill-Istat Membru fejn ikunu jinstabu l-imħażen doganali jew, fil-każ ta' maħżen tat-tip E, lill-awtoritajiet doganali indikati mill-Istat Membru fejn jinżammu r-reġistri prinċipali tal-magażżinier.

Artikolu 510

1. Awtorizzazzjoni tista tingħata biss jekk l-applikant juri illi jkun hemm ħtieġa ekonomika vera għal magażżinaġġ u jekk il-maħżen huwa destinat prinċipalment għall-ħażna tal-merkanzija; b'dana kollu, l-merkanzija tista tgħaddi minn diversi forom ta' spustament ta' proċessar 'l ġewwa jew ta' proċessar taħt il-kontroll doganali skond il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106 u 109 tal-Kodiċi, sakemm dawk l-operazzjonijiet ma jippredominawx fuq il-ħażna tal-merkanzija.

2. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 86 tal-Kodiċi, l-istima tal-proporzjon bejn l-ispejjeż amministrattivi ta' sorveljanza u l-kontroll tal-magażżinaġġ doganali mal-ħtiġijiet ekonomiċi għal magażżinaġġ doganali, għandha tieħu kont inter alia tat-tip tal-maħżen doganali u tal-proċeduri li jistgħu jiġu applikati hemm.

Artikolu 511

1. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet doganali indikati minn kull Stat Membru li fiħ issir l-applikazzjoni ppreżentata skond l-Artikolu 509.

L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikollhom effett fid-data tal-jum tal-ħruġ jew f'data iżjed tard jekk jistabilixxu hekk. B'dana kollu, meta applikant jitlob awtorizzazzjoni biex jopera maħżen privat u l-awtoritajiet doganali eċċezzjonalment jinnotifikawħ bil-kunsens tagħhom għall-ħruġ ta' dik l-awtorizzazzjoni bil-miktub, iżda b'mod ieħor milli fil-formola imsemmija fl-Anness 68/A, l-awtorizzazzjoni tibda sseħħ mid-data ta' dik in-notifika. Kopja tan-notifika għandha tiġi annessa mal-awtorizzazzjoni u għandha tifforma parti integrali minnha.

2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-annullament, ir-revoka u l-emenda, l-awtorizzazzjoni għandha tkun għal perijodu indefinit.

3. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jispeċifikaw inter alia l-uffiċju doganali responsabbli għas-sorveljanza tal-maħżen doganali. Jistgħu wkoll jispeċifikaw, meta appropriat, li l-merkanzija li toħloq periklu jew li aktarx tagħmel ħsara lill-merkanzija oħra jew li għal xi raġunijiet oħra teħtieġ faċilitajiet speċjali, illi titqiegħed f'bini mgħammar speċjalment għaliha.

Fil-każ ta' maħżen privat, l-awtorizzazzjoni tista ukoll tispeċifika il-kategorija tal-merkanzija li tista tiddaħħal f'dak il-maħżen.

4. Meta l-persuna kkonċernata titlob permess biex tippreżenta l-merkanzija jew biex tiddikjaraha għall-proċedura f'uffiċji doganali li mhumiex dawk ta' l-uffiċju ta' sorveljanza u ma tiġix milquta b'hekk it-tmexxija tajba ta' l-operazzjonijiet, l-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu s-setgħa lill uffiċju wieħed jew aktar biex jaġixxi(u) bħala uffiċju(i) għal dħul għal dik il-proċedura.

Meta aktar minn Stat Membru wieħed ikunu milqut, l-awtoritajiet doganali li joħorġu l-awtorizzazzjoni għandhom jibgħatu kopja lill-awtoritajiet doganali l-oħra interessati.

Artikolu 512

1. Il-kriterju ta' bżonn ekonomiku imsemmi fl-Artikolu 510(1) għandu jitqies li ma jkunx iktar sodisfatt meta' l-persuna kkonċernata titlob bil-miktub li l-awtorizzazzjoni tiġi rrevokata.

2. L-awtorizzazzjoni tista' wkoll tiġi rrevokata meta l-awtoritajiet doganali jikkonsidraw li l-maħżen doganali ma jkunx jew ma jkunx aktar użat suffiċjentement li jiġġustifika l-eżistenza tiegħu.

Sezzjoni 3

Dħul tal-merkanzija għall-proċedura

Artikolu 513

1. Il-merkanzija li għandha tiddaħħal għall-proċedrua ta' magażżinaġġ doganali u d-dikjarazzjonijiet korrispondenti għad-dħul fil-proċedura għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċju ta' sorveljanza jew, meta l-Artikolu 511(4) jiġi applikat, fl-uffiċju tad-dħul għall-proċedura indikata fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta it-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 511(4) jiġi applikat, kopja jew folja addizzjonali tad-dikjarazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 jew kopja tad-dokument amministrattiv jew kummerċjali użat biex-tiddaħħal il-merkanzija għall-proċedura għamdu jintbagħat lill-uffiċju ta' sorveljanza malli jingħata r-rilaxx. L-isem u l-indirizz ta' l-istess uffiċju għandu jkun indikat f'kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni jew fuq id-dokument kummerċjali jew amministrattiv.

Meta l-uffiċju tad-dħul għal proċedura jħoss li jkun xieraq, dan jista' jitlob lill-uffiċju ta' sorveljanza li jinfurmaħ bil-wasla tal-merkanzija.

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali għandhom ikunu applikabbli mil-jum li fiħ l-uffiċju tad-dħul għal proċedura jaċċetta id-dikjarazzjoni tad-dħul għal proċedur; dik id-dikjarazzjoni għandha ukoll tiġi użata għat-trasport tal-merkanzija, li għandu jsir malajr kemm jista jkun, u d-dħul tagħha fil-bini tal-maħżen doganali mingħajr preżentazzjoni lill-uffiċju ta' sorveljanza.

Din il-proċedura m'għandiex tapplika għal maħżen tat-tip B.

3. Il-proċedura imsemmija fil-paragrafu 2 tista wkoll tiġi użata mingħajr talba għal dan il-għan mill-persuna kkonċernata, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma l-amministrazzjoni interna ta' l-uffiċju doganali, partikolarment l-użu tal proċeduri ikkompjuterizzati.

Sub-sezzjoni 1

Proċedura normali

Artikolu 514

Id-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 513 għandha ssir skond l-Artikoli 198 sa 252.

Sub-sezzjoni 2

Proċeduri ssimplifikati

Artikolu 515

Il-proċeduri ssimplifikati previsti fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi għandhom japplikaw skond l-Artikoli 268 sa 274.

Artikolu 516

Il-proċeduri previsti fl-Artikoli 514 u 515 għandhom ukoll japplikaw f'dak li għandu x'jaqsam mal-merkanzija maħżuna f'faċilit_ temporanja imsemmija fl-Artikolu 505(3) għall-proċedura ta' magażżinaġġ doganali.

Sezzjoni 4

L-operazzjoni ta' mħażen doganali u d-dwana proċedura ta' magazzinaġġ

Sub-sezzjoni 1

Reġistri ta' skorti

Artikolu 517

1. Fl-mħażen tat-tip A, tat-tip C, tat-tip D u tat-tip E, l-awtoritajiet doganali għandhom jindikaw lill-magażżinier bħala l-persuna obbligata li żżomm ir-reġistri ta' l-iskorti imsemmija fl-Artikolu 105 tal-Kodiċi.

Ir-reġistri ta' l-iskorti għandhom ikun disponibbli għall-uffiċju ta' sorveljanza sabiex dan ikun jista' jwettaq il-verifika.

2. Fl-imħażen doganali tat-tip B, l-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jżomm id-dikjarazzjonijiet tad-dħul għal proċedura jew id-dokumenti amministrattivi użati għal dak id-dħul, sabiex jiġi kkontrollat ir-rilaxx tagħhom. Reġistri ta' l-iskorti m'għandhomx jinżammu.

Mingħajr preġudizzzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra Komunitarji li jirregolaw iż-żamma tad-dokumenti doganali, l-uffiċċju ta' sorveljanza jista' jiddeċiedi bħala parti mill-amministrazzjoni interna tiegħu it-tul taż-żmien li għandhom jinżammu hemm dawn id-dikjarazzjonijiet. Dak it-terminu jista jiġi mtawwal.

Meta l-merkanzija li għaliha jirrelataw id-dikjarazzjoni jew id-dokument ma tkunx ġiet mogħtija trattament jew użu approvati mid-dwana fit-terminu, l-uffiċji ta' sorveljanza għandu jeħtieġ li l-merkanzija tiġi mogħtija dan it-trattament jew użu jew li d-dikjarazzjoni inizjali jew dokument tad-dħul għal proċedura inizjali jiġu sostitwiti b'dikjarazzjoni ġdida li jkun fiha d-dettalji kollha tad-dikjarazzjoni jew tad-dokument l-antiki.

3. F'maħżen tat-tip F ir-reġistri doganali għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha imsemmija fl-Artikolu 520 tal-Kodiċi L-imsemmija reġistri għandhom jissostitwixxu r-reġistri ta' l-iskorti imsemmija fl-Artikolu 105 tal-kodiċi.

Artikolu 518

Mingħajr preġudizzzju għall-Artikolu 517(3), l-uffiċċju ta' sorveljanza m'għandux iżomm ir-reġistri ta' l-iskorta.

B'dana kollu, għall-iskopijiet amministrattivi jista jżomm reġistru tad-dikjarazzjonijiet kollha li jiġu aċċettati.

Artikolu 519

Meta r-reġistri miżmuma għal skopijiet kummerċjali jew ta' taxxa mid-depożitant ikun fihom id-dettalji meħtieġa għas-sorveljanza, meħud kont tat-tip ta' maħżen doganali u tal-proċeduri applikabbli għad-dħul u r-rilaxx, u dawk id-dettalji jistgħu jintużaw għas-sorveljanza, l-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw dawk ir-reġistri bħala r-reġistri ta' l-iskorti msemmija fl-Artikolu 105 tal-Kodiċi.

Artikolu 520

1. Ir-reġistri ta' l-iskorti imsemmija fl-Artikolu 105 tal-Kodiċi għandhom jinkludu d-dettalji kollha meħtieġa għall applikazzjoni xierqa u għas-sorveljanza tal-proċedura.

Dawn għandhom jinkludu:

(a) l-informazzjoni li jkun hemm fil-kaxxi 1, 31, 37 u 38 tad-dikjarazzjoni tad-dħul għal proċedura;

(b) id-dettalji ta' referenza tad-dikjarazzjonijiet li permezz tagħhom il-merkanzija tkun ġiet mogħtija trattament jew użu approvati mid-dwana, li bihom tkun sodisfatta il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali;

(ċ) id-data u d-dettalji tar-referenza tad-dokumenti doganli l-oħra u tad-dokumenti l-oħra kollha li għandhom x'jaqsmu mad-dħul u mal-verifika;

(d) l-informazzjoni li tippermetti li l-merkanija tiġi segwita, inkluż fejn tkun qiegħeda u d-dettalji ta' xi trasferiment tal-merkanzija bejn l-imħażen doganali mingħajr ma jintemmu l-arranġamenti;

(e) l-informazzjoni li tikkonċerna il-ħażna komuni tal-merkanzija imsemmija fl-Artikolu 524;

(f) id-dettalji l-oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-merkanzija;

(g) l-informazzjoni li tikkonċerna l-modi tas-soltu ta' l-ispustar li għalihom il-merkanzija tkun soġġetta;

(h) l-informazzjoni li tikkonċerna t-tneħħija temporanja tal-merkanzija mill-bini tal-maħżen doganali.

2. Ir-reġistri ta' l-iskorti ta' maħżen tat-tip D għandu jkun fihom, b'żieda mad-dettalji elenkati fil-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija fil-lista minima prevista fl-Anness 37.

3. Ir-reġistri ta'l-iskorti għandhom f'kull ħin juru l-iskorti korrenti tal-merkanzija li tkun għada taħt il-proċedura tal-magażżinaġġ doganali. Fit-termini stabbiliti mill-awtoritajiet doganali, il-magazzinier għandu jippreżenta fl-uffiċċju ta' sorveljanza lista ta' l-istess skorti.

4. Meta l-Artikolu 112(2) tal-Kodiċi japplika, il-valur doganali tal-merkanzija qabel ma tiġi spustata għandu jitniżżel fir-reġistri ta'l-iskorti.

5. Meta l-proċeduri ssimplifikati (dħul jew verifika) japplikaw, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 521

1. Il-merkanzija li tkun iddaħħlet għall-proċedura ta' magażżinaġġ doganali f'maħżen tat-tip A, tip C jew tip D għandha tiġi rreġistrata fir-reġsitru ta' l-iskorti skond l-Artikolu 107 tal-Kodiċi fil-mument meta fiżikament titqiegħed fil-maħżen doganali, fuq il-bażi ta' dettalji rikonoxxuti jew aċċettati mill-uffiċju ta' sorveljanza jew mill-uffiċċju tad-dħul għal proċedura, skond l-Artikolu 513(2).

2. Meta l-merkanzija tiddaħħal għall-proċedura f'maħżen tat-tip E, ir-reġistrazzjoni fir-reġistru ta'l-iskorti imsemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir fil-mument li tasal fil-faċilitajiet ta' ħażna tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni.

3. Meta l-maħżen doganali jservi wkoll bħala faċilità ta' ħażna temporanja skond l-Artikolu 505(3), ir-reġistrazzjoni fir-reġistru ta' l-iskorti imsemmi fil-paragrafu 1 għandha ssir:

- qabel ma jiskadi t-terminu stabbilit fl-Artikolu 49 tal-Kodiċi, meta il-proċedura lokali għall-iżdoganar imsemmija fl-Artikolu 272 hija applikata għal trasferiment minn magażżinaġġ temporanju għall-proċedura ta' magażżinaġġ doganali,

- fil-każijiet l-oħra, fil-mument meta l-merkanzija tiġi rilaxxata wara l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dħul tal-merkanzija fil-proċedura tal-magażżinaġġ doganali.

4. Id-dettalji li għandhom x'jaqsmu ma l-verifika tal-proċedura għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistri ta' l-iskorta:

- sa' meta l-merkanzija toħroġ mill-bini tal-maħżen doganali, meta tiġi applikata waħda mill-proċeduri ssimplifikati,

- fil-ħin meta l-merkanzija tiġi rrilaxxata wara l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni li ddaħalha għal trattament jew użu approvati mid-dwana f'każijiet oħra.

Sub-sezzjoni 2

Forom tas-soltu għall-ispostament

Artikolu 522

1. Mingħajr preġudizzzju għall-paragrafi 2 u 3, il-forom tas-soltu għall-ispustament ta' merkanzija li mhix Komunitarja, huma elenkati fl-Anness 69.

2. Meta l-ispustament jista' jagħti xi vantaġġ fl-ammont tad- dazju ta' l-importazzjoni li jkun applikabbli għall-merkanzija wara l-ispustament meta mqabbel mad-dazju qabel l-ispustament, jista jiġi awtorizzat biss bil-kondizzjoni illi t-talba imsemmija fl-Artikolu 112(2) tal-Kodiċi issir fl-istess ħin ma l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex isir l-ispustament fil-forom tas-soltu.

F'dak il-każ, talba għall-applikazzjoni ta' dazju iktar favorevoli f'maħżen tat-tip D kif imsemmi fl-Artikolu 112(3) tal-Kodiċi ma tistgħax tintlaqa.

3. Meta l-ispustjar jista' jirriżulta f'dazji ta importazzjoni ogħla minn dawk applikabbli għall-merkanzija qabel l-ispustjar, il-persuna kkonċernata m'għandiex tippreżenta t-talba imsemmija fl-Artikolu 112(2) tal-Kodiċi.

F'dan il-każ, il-magażżinier ta' maħżen tat-tip D għandu jirrinunzja għall-vantaġġ li jista' jakkwsita mill-applikazzjoni ta'dazju rikonoxxut jew aċċettat għall-merkanija spustjata meta ddaħħlet għall-proċedura.

4. Meta l-merkanzija imqiegħeda taħt il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali tkun ddikjarata għal trattament jew użu approvati mid-dwana barra mir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, u l-paragrafu 2 japplika, il-kaxxa 31 tad-dikjarazzjoni li ddaħħal il-merkanzija għat-trattament jew użu approvati mid-dwana in kwistjoni għandu jkun fiħ xi waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

- Mercancías MU,

- SB varer,

- UB-Waren,

- Εμπορεύματα ΣΕ,

- UFH goods,

- Marchandises MU,

- Merci MU,

- GB-goederen,

- Mercadorias MU.

Din l-indikazzjoni għandha tiġi ttrasferita fuq kull dokument li għandu x'jaqsam ma proċedura doganali jew ma ħażna temporanja illi permezz tagħhom il-merkanzija tkun tqiegħdet sussegwentement.

5. Meta l-merkanzija li għaliha japplika l-paragrafu 2, wara li tkun tqiegħdet taħt waħda mill-proċeduri doganali, tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera jew imqiegħda taħt proċedura doganali oħra, li tista' ġġib magħha dejn doganali, il-folja ta' l-informazzjoni INF 8 għandha tintuża. Għandha ssir f'oriġinal u kopja waħda fuq formola li tkun konformi mal-mudell u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 70.

L-awtoritajiet doganali li jkunu irċevew dikjarazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għal xi proċedura doganali oħra li minnha jirriżulta dejn doganali, għandhom jużaw il-folja ta' informazzjoni INF 8, li għandhom jikkontrofirmaw, biex jitolbu lill-uffiċju ta' sorveljanza tal-maħżen doganali fejn il-forom ta'l-ispustament tas-soltu ikunu saru biex jindikaw in-natura, il-valur doganali u l-kwantità tal-merkanzija ddikjarata li kien jittieħed kont tagħha kieku ma kinitx ġiet spustata.

L-oriġinal tal-folja INF 8 għandu jintbgħat lill-uffiċju ta' sorveljanza għall-maħżen doganali; il-kopja għandha tinżamm mill-awtoritajiet doganali li jkunu kkontroffirmaw il-kaxxa 14 tal-formola.

L-uffiċċju ta' sorveljanza għall-maħżen doganali għandu jforni l-informazzjoni mitluba fil-kaxxi 11, 12 u 13, jikkontrofirma l-kaxxa 15 u jibgħat lura l-oriġinal tal-folja INF lill-uffiċċju doganali msemmi fil-kaxxa 4.

6. Id-dikjarant jista jitlob li l-folja INF 8 tinħareġ fil-ħin li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni imsemmija fil-paragrafu 4.

F'dan il-każ, l-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jipprovdi l-informazzjoni imsemmija fil-kaxxi 11, 12 u 13, jikkontrofirma l-kaxxa 15 u jibgħat lura l-oriġinal tal-folja IMF 8 lid-dikjarant.

Artikolu 523

1. Il-persuna kkonċernata għandha tapplika bil-miktub lill uffiċju tas-sorveljanza, każ b'każ, għal awtorizzazzjoni li teżegwixxi il-forom tas-soltu ta' l-ispustjar qabel ma jsir dan l-ispustjar.

2. L-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni biex jiġu eżegwiti t-tipi normali ta' l-ispustjar għandu jkun fihom id-dettalji kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tal-magażżinaġġ doganali, partikolarment l-Artikolu 522(2) u (3).

Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, l-uffiċju ta' superviżjoni għandu jagħti l-awtorizzazzjoni billi jikkontrofirma l-applikazzjoni f'dan is-sens u jittimbraha. F'dak il-każ l-Artikolu 502 għandu japplika mutatis mutandis.

3. Mingħajr preġudizzzju għall-Artikolu 522, awtorizzazzjoni biex jiġi operat maħżen doganali jew, fil-każ ta' maħżen tat-tip E, l-awtorizzazzjoni biex tintuża l-proċedura, tista tindika it-tipi ta' spustjar tas-soltu li jkunu mistennija li jsiru permezz ta' dik il-proċedura. F'dan il-każ, in-notifika lill-uffiċċju ta' sorveljanza, bil-manjiera li l-uffiċċju jiddeċċiedi, li l-ispustjar sejjer jsir, għandha tissostitwixxi l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Sub-sezzjoni 3

Ħażna in komun ta' oġġetti ta' status doganali differenti

Artikolu 524

1. Sakemm t-twettieq kif suppost ta' l-operazzjonijiet ma jkunx b'dan effetwat, l-uffiċju ta' sorveljanza għandu jippermetti li merkanzija Komunitarja barra minn dik imsemmija fl-Artikolu 98(1)(b) tal-Kodiċi u merkanzija non-Komunitarja jinħażnu flimkien fl-istess faċilitajiet tal-ħażna.

2. Meta ħażna in komun, kif imsemmija fil-paragrafu 1, tirrendi mpossibli li jiġi identifikat il-ħin kollu l-istatus doganali ta' kull tip ta' merkanzija, din għandha tkun permessa biss jekk il-merkanzija tkun ekwivalenti.

Merkanzija ekwivalenti hi dik li tidħol fl-istess intestatura tan-nomenklatura kkombinata, u li jkollha l-istess kwalità kummerċjali u l-istess karatteristiċi tekniċi.

Sub-sezzjoni 4

Tneħħija temporanja

Artikolu 525

1. Qabel ma titneħħa temporanjament il-merkanzija mill-bini tal-maħżen doganali, il-persuna kkonċernata għandha tapplika bil-miktub lill-uffiċju ta' sorveljanza, każ b'każ, għall-awtorizzazzjoni biex tagħmel dan.

2. L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni biex titneħħa temporanjament il-merkanzija għandhom jinkludu d-dettalji kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali. Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, l-uffiċju ta' sorveljanza għandu jagħti l-awtorizzazzjoni billi jikkontrofirma l-applikazzjoni f'dan is-sens u jittimbraha.

F'dak il-każ l-Artikolu 502 għandu japplika mutatis mutandis.

3. L-awtorizzazzjonijiet biex jiġu operati mħażen doganali jistgħu jindikaw illi l-merkanzija tista titneħħa temporanjament. F'dan il-każ in-notifika lill-uffiċju ta' sorveljanza, bil-manjiera li hu jiddeċiedi, li l-oġġetti jkunu temporanjament imneħħija għandha tieħu post l-applikazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1.

4. L-Artikoli 522 u 523 għandhom japplikaw meta l-forom tas-soltu ta' l-ispustjar jkunu sejrin isiru waqt li l-merkanzija tkun temporanjament imneħħija mill-maħżen.

Sub-sezzjoni 5

It-trasferiment ta' merkanzija bejn mħażen doganali mingħajr it-terminazzjoni tal-proċedura

Artikolu 526

1. Biex isir it-trasferiment ta' merkanzija bejn mħażen doganali mingħajr it-terminazzjoni tal-proċedura tal-magażżinaġġ doganali, għandha tintuża formola li tikkorrispondi mal-mudell tal-formola, li jinsab fl-Artikolu 205, skond il-proċedura deskritta fl-Anness 71.

2. Il-proċedura ssimplifikata deskritta fl-Anness 72 għandha tkun tapplika:

- meta l-maħżen doganali li minnu tintbagħat il-merkanzija jkun awtorizzat li juża l-proċedura ta' rilaxx lokali, kif imsemmi fl-Artikolu 253(3), u l-maħżen doganali li fih il-merkanzija tkun sejra titqiegħed ikun awtorizzat li juża l-proċedura ssimplifikata ta' rilaxx lokali għad-dħul għall-proċedura, kif imsemmi fl-Artikolu 272,

jew

- meta l-istess persuna tkun responsabbli għaż-żewġ mħażen,

jew

- meta r-reġistri ta' l-iskorti ikunu interkonnessi permezz ta' mezzi elettroniċi.

3. Ir-reponsabbiltà għall-merkanzija trasferita bejn l-imħażen għandha tgħaddi fuq il-magażżinier tal-maħżen doganali li fih titqiegħed il-merkanzija, meta dan jirċievi l-merkanzija u jirreġistraha fir-reġistru ta' l-iskorti.

4. Meta l-merkanzija li tkun sejra tiġi trasferita tkun għaddiet mill-forom tas-soltu ta' l-ispustjar u l-Artikolu 522(2) ikun japplika, id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi n-natura, il-valur doganali u l-kwantità tal-merkanzija trasferita li kieku kien jittieħed kont tagħha fil-każ illi jinħoloq dejn doganali kieku il-merkanzija in kwistjoni ma kinitx ġiet spustata.

L-Artikolu 522(4), (5) u (6) għandu japplika għal din il-merkanzija meta dan ikun approprijat.

5. Il-merkanzija li tiddaħħal għall-proċedura ma tista'x tiġi trasferita minn maħżen doganali għal ieħor mingħajr it-terminazzjoni tal-proċedura, meta l-maħżen li minnu jew li għaliħ isir it-trasferiment ikun maħżen tat-tip B.

Sub-sezzjoni 6

Inventarju

Artikolu 527

L-uffiċċju ta' sorveljanza jista', meta jqis dan neċessarju biex jassigura l-operazzjoni xierqa tal-maħżen doganali, jirrikjedi li jsir inventarju, tal-merkanzija kollha, jew ta' parti minnha, li tkun tqiegħdet taħt il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali, perjodikament jew le.

Sezzjoni 5

Verifika

Artikolu 528

1. Meta l-merkanzija ewkivalenti tkun maħżuna f'lokal in-komun, kif imsemmi fl-Artikolu 524(2), il-merkanzija ddikjarata għal trattament jew użu approvati mid-dwana tista titqies jew bħala Komunitarja jew bħala non-Komunitarja, skond kif tagħżel il-persuna in kwistjoni.

Fl-ebda każ l-applikazzjoni ta' l-ewwel sub-paragrafu ma għandha twassal biex l-istatus doganali jingħata lill-kwantità ta' merkanzija ikbar mill-kwantità li attwalment għandha dak l-istatus maħżuna fil-maħżen doganali, meta l-merkanzija ddikjarata għal trattament jew użu approvati mid-dwana titneħħa.

2. Fil-każ ta' distruzzjoni totali jew ta' telf irrekuperabbli tal-merkanzija, il-parti minnha li tkun iddaħlet għall-proċedura li tinqered jew tintilef għandha tiġi stabbilita b'referenza għall-proporzjon ta' merkanzija ta' l-istess tip taħt il-proċedura fil-bini tal-maħżen doganali fil-mument tad-destruzzjoni jew tat-telf, sakemm il-magażżinier ma jippreżentax prova tal-kwantità ta' merkanzija taħt il-proċedura li ġiet attwalment distrutta jew mitlufa.

Sezzjoni 6

Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw il-prodotti agrikoli Komunitarji

Artikolu 529

Is-sezzjonijiet 1 sa 5, esklużi l-Artikoli 522 u 524, għandhom japplikaw għall-merkanzija prefinanzjata li tiddaħħal għall-proċedura ta' magażżinaġġ doganali skond l-Artikolu 98(1)(b) tal-kodiċi.

Artikolu 530

1. Meta d-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 513(1) tirrigwarda merkanzija prefinanzjata, din għandha ssir fuq il-formola prevista fl-Artikolu 205.

2. Kopja tad-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tikkostitwixxi d-"dikjarazzjoni ta' pagament" prevista fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87.

3. Id-dikjarazzjoni għandha tkun akkumpanjata bid-dokumenti kollha, inklużi l-liċenzji ta' l-esportazzjoni jew iċ-ċertifikati ta' prefissazzjoni imsemmija fir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [20].li l-preżentazzjoni tagħhom tkun neċessarja biex l-merkanzija prefinanzjata tiddaħħal fil-proċedura

Artikolu 531

1. Mingħajr preġudizzzju għall-paragrafu 2, id-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 530 li jdaħħal il-merkanija preffinazjata għal proċedura ta' magażżinaġġ doganali tista tiġi aċċettata biss wara li tingħata garanzija skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 u l-Artikolu 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87. Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 għandu japplika. [21]

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li l-garanzija imsemmija fil-paragrafu 1 tingħata wara li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni għad-dħul fil-proċedura, bil-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87.

Artikolu 532

Mingħajr preġudizzju għar- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 815/89 [22] li jirrigwarda x-xghir ikkulurit, merkanzija preffinanzjata li tiddaħħal għall-proċedura ta' magażżinaġġ doganali tista tiġi spustata skond il-forom previsti fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87; il-forom ta' l-ispustjar huma elnekati fl-Anness 73.

Artikolu 533

1. Il-proċedura tal-magażżinaġġ doganali għandha tiġi verifikata meta dikjarazzjoni għall-esportazzjoni tiġi aċċettata.

2. Wara li tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni għall-esportazzjoni, il-merkanzija għandha tibqa' taħt il-kontroll doganali sakemm tħalli t-territorju doganali tal-Komunità.

Matul dan il-perijodu il-merkanzija tkun tista tinħażen fil-bini tal-maħżen doganali mingħajr ma tkun taħt il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali.

3. L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu mil-uffiċċju ta' sorveljanza ma jippreġudikax il-verifika li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-politika agrikola komuni.

Artikolu 534

1. Il-merkanzija pprefinzjata imdaħħla fil-proċedura ta' magażżinaġġ doganali għandha tkun iddikjarata għall-esportazzjoni bl-użu tal-formola prevista fl-Artikolu 205.

2. Id-dikjarazzjoni għandha tkun akkompanjata bid-dokumenti kollha imsemmija fl-Artikolu 221, inkluża l-liċenzja għall-esportazzjoni jew iċ-ċertifikat ta'prefissazzjoni imsemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88.

3. Id-data li fiha l-merkanzija titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun imniżżla fuq id-dahar tad-dokument imsemmi fil-paragrafu 1.

Jekk, qabel ma tħalli t-territorju doganali tal-Komunità, il-merkanzija li dwarha tkun saret dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata, tittransita minn fuq parti ta' dak it-territorju, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 6, 6a u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 għandhom japplikaw.

4. Merkanzija li tkun ġiet mogħtija trattament doganali meqjus ekwivalenti għall-esportazzjoni, bis-saħħa ta' l-Artikoli 34 u 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 għandha tiġi kkunsidrata li telqet mit-territorju doganali tal-Komunità.

Sezzjoni 7

L-użu ta' maħżen doganali mingħajr id-dħul tal-merkanzija fil-proċedura

Sub-sezzjoni 1

Merkanzija Komunitarja:

Artikolu 535

L-ipproċessar ta' prodotti bażiċi pprefinanzjati li jsir fil-bini ta' maħżen doganali għandu jsir skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80.

Artikolu 536

1. Meta l-awtoritajiet doganali jeħtieġu li l-merkanzija Komunitarja barra minn dik imsemmija fl-Artikolu 98(2)(b) u (3) tal-Kodiċi li tkun maħżuna fil-bini tal-maħżen doganali illi jkun elenkat fir-reġistri ta'l-iskorti imsemmija fl-Artikolu 105 tal-Kodiċi skond l-Artikolu 106(3) tal-Kodiċi, id-dħul għandu jagħmel ċar l-istatus doganali tagħha.

2. Mingħajr preġudizzzju għall-Artikolu 524, l-uffiċju ta' sorveljanza jista jistabilixxi metodi speċifiċi għall-identifikazzjoni tal-merkanzija, partikolarment ghall-iskop li jiddistingwiha minn merkanzija li tiddaħħal fil-proċedura ta' magażżinaġġ doganali maħżuna fl-istess bini.

3. L-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 tista tintuża għall-forom tas-soltu ta' l-ispustjar, għall-proċessar attiv u għall-proċessar taħt il-kontroll doganali.

Artikolu 537

Dawn li ġejjin jistgħu jinħażnu fil-bini ta' maħżen doganali mingħajr ma jiddaħħlu fil-proċedura ta' magażżinaġġ doganali:

- merkanzija obbligata li tibqa taħt il-kontroll tad-dwana skond l-Artikolu 3(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87,

- merkanzija li tkun preżenti temporanjament fit-territorju doganali tal-Komunità biex tiġi trasbordata skond l-Artikolu 6a tal-imsemmi Regolament.

L-Artikolu 536(1) u (2) għandu japplika għal din il-merkanzija.

Sub-sezzjoni 2

Oġġetti non-Komunitarji

Artikolu 538

1. Din is-sub-sezzjoni għandha tapplika għall-operazzjonijiet ta' proċessar attiv (sistema ta' sospensjoni) jew proċessar taħt kontroll doganali magħmula fil-bini ta' l-imħażen doganali tat-tipi A, C u D li fihom l-użu ta' proċedura għar-rilaxx lokali tkun awtorizzata għad-dħul fil-proċedura, għar-rijesportazzjoni jew rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

2. Meta mhux previst mod ieħor f'din is-subsezzjoni id-dispożizzjonijiet stabbiliti għal proċessar attiv u għall-proċessar taħt kontroll doganali għandhom japplikaw għal:

- operazzjonijiet ta' proċessar attiv bis-sistema ta' rimbors,

- operazzjonijiet ta' proċessar attiv (b'sistema ta' sospensjoni jew ta' ħlas lura) jew proċessar taħt kontroll doganali li jsir fil-bini ta' mħażen tat-tipi B jew F, jew fil-bini użat għal ħażna ta' merkanzija imqiegħeda taħt proċedura ta' magażżinaġġ doganali f'maħżen tat-tip E,

- operazzjonijiet li għandhom isiru fil-bini ta' mħażen tat-tip A, C jew D li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 539

L-awtoritajiet doganali għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni ta' l-użu tal-proċeduri ssimplifikati imsemmija f'din is-sub-sezzjoni meta l-garanziji neċessarji għat-twettieq kif suppost ta' l-operazzjonijiet ma jkunux ingħataw. L-awtoritajiet doganali jistgħu iżommu milli jagħtu l-awtorizzazzjoni lill persuni illi ma jagħmlux ta' spiss l-operazzjonijiet ta' proċessar attiv jew ta' l-ipproċessar taħt kontroll doganali, mingħajr preġudizzzju għall-Artikolu 510.

Artikolu 540

Operazzjonijiet ta' proċessar magħmula permezz tal-proċedura ta' proċessar attiv jew tal-proċedura għall-ipproċessar taħt kontroll doganali fil-bini ta' maħżen doganali imsemmi fl-Artikolu 538(1) m'għandhomx isiru sakemm l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 556 jew 651 ma tkunx ingħatat.

L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika il-maħżen doganali (tindika t-tip) fejn ikunu sejrin isiru l-operazzjonijiet.

Artikolu 541

1. Sabiex jintużaw il-proċeduri previsti f'din is-subsezzjoni, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jżomm jew "reġistri ta' proċessar attiv" jew "reġistri ta' proċessar taħt kontroll doganali" rispettivament, kif imsemmi fl-Artikoli 556(3) u 651 (3), illi għandu jkollhom ukoll ir-referenza tal-partikolaritajiet tal-awtorizzazzjoni.

2. Għall-fini tat-tħejjija tad-dokument tar-rilaxx imsemmi fl-Artikolu 595 jew l-Atrikolu 664, referenza għad-dħul imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tissostitwixxi r-referenza għad-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti imsemmija fl-Artikolu 595(3) jew fl-Artikolu 664(3).

3. Ir-reġistrazzjoni "fir-reġistri ta' proċessar attiv" jew "fir-reġsitri ta' proċessar taħt kontroll doganali" għandha tippermetti il-kontroll tas-sitwazzjoni preċiża tal-merkanzija jew prodotti taħt waħda minn dawn il-proċeduri fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 542

1. Meta l-merkanzija tkunu mqiegħda taħt il-proċedura ta' pproċessar attiv jew proċedura ta' l-ipproċessar taħt kontroll doganali meta tinġieb fil-bini ta' maħżen doganali, il-proċedura tar-rilaxx lokali imsemmija fl-Artikolu 276 għandha tapplika.

2. Ir-reġistrazzjoni fir-reġistru ta' l-ipproċessar attiv jew ir-reġistru ta' pproċessar taħt kontroll doganali għandha tirreferi għad-dokument li bis-saħħa tiegħu l-merkanzija tkun inġarret.

Artikolu 543

1. Meta l-merkanzija tkunu diġà fil-bini tal-maħżen doganali taħt il-proċedura ta' pproċessar attiv jew fi proċedura taħt kontroll doganali, il-proċedura ta' rilaxx lokali li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 276 għandha tiġi applikata.

2. Il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali għandha tiġi ddikjarata li saret bir-reġistrazzjoni fir-reġistri ta' l-ipproċessar attiv jew ir-reġistri ta' pproċessar taħt kontroll, skond kif ikun il-każ. Id-dettalji ta' referenza ta' din ir-reġistrazzjoni għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru ta' l-iskorti ta' maħżen doganali.

Artikolu 544

1. Meta prodotti kompensatorji jew il-merkanzija fi stat mhux mibdul li jkunu tqiegħdu taħt il-proċedura ta' l-ipproċessar attiv fil-bini ta' maħżen doganali jew prodotti proċessati jew merkanzija fi stat mhux mibdul li tqiegħdet taħt il-proċedura ta' pproċessar taħt kontroll doganali fil-bini tal-maħżen doganali jiġu mqiegħda taħt il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali, il-proċedura għar-rilaxx lokali imsemmija fl-Artikolu 272 għandha tapplika.

2. Il-proċedura ta' pproċessar attiv u l-proċedura għal ipproċessar taħt kontroll doganali għandhom jiġu ddikjarati li saru bir-reġistrazzjoni fir-reġistri ta' l-iskorti tal-maħżen doganali. Il-dettalji ta' referenza għal din l-iskrizzjoni għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistri tal-ipproċessar attiv jew fir-reġistri tal-ipproċessar taħt kontroll doganali, kif ikun il-każ.

3. L-indikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 610 għandhom jiddaħlu fir-reġistri ta' l-iskorti ta' l-imħażen doganali.

Artikolu 545

1. Meta l-proċedura għall-ipproċessar attiv jew il-proċedura għall-ipproċessar taħt kontroll doganali issir fiż-żmien meta l-prodotti kompensatorji, il-prodotti pproċessati jew l-merkanzija fi stat mhux mibdul jitneħħew mill-bini tal-maħżen doganali bir rijesportazzjoni ta' dawn il-prodotti jew merkanzija, il-proċedura ta' rilaxx lokali imsemmija fl-Atrikolu 283 għandha tapplika.

2. Meta l-proċedura għal proċessar attiv jew il-proċedura għall-ipproċessar taħt kontroll doganali issir fiż-żmien meta l-prodotti kompensotarji, il-prodotti pproċessati jew il-merkanzija fi stat mhux mibdul, jitneħħew mil-bini tal-maħżen doganali bir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' dawn il-prodotti jew merkanzija, il-proċedura ta' rilaxx lokali imsemmija fl-Atrikolu 267 għandha tapplika.

3. Meta l-proċedura għal ipproċessar attiv jew il-proċedura għall-ipproċessar taħt kontroll doganali issir meta l-prodotti kompensatorji, il-prodotti pproċessati jew il-merkanzija li tkun fi stat mhux mibdul jitneħħew mill-bini tal-maħżen doganali u jiddaħlu għall-proċedura oħra barra mir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għar-rijesportazzjoni, għal-dan id-dħul japplikaw il-proċeduri normali jew ssimplifikati stabbiliti għal dak l-iskop.

4. It-tneħħija ta' prodotti kompensatorji, ta' prodotti pproċessati jew ta' merkanzija fi stat mhux mibdul minn bini ta' maħżen doganali ma hemmx bżonn li tiġi rreġistrata fir-reġistri ta' l-iskorti ta' mħażen doganali.

Artikolu 546

L-Artikoli 544(2) u 545 (2) u (4) m'għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 122, 135 u 136 tal-Kodiċi li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta' piżijiet fuq merkanzija jew prodotti mqiegħda taħt proċedura ta' pproċessar attiv jew il-proċedura għall-pproċessar taħt kontroll doganali.

Artikolu 547

1. Sakemm it-tmexxija tajba ta' l-operazzjonijiet ma tiġix milquta, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li merkanzija non-Komunitarja mqiegħda taħt proċedura ta' magażżinaġġ doganali u merkanzija mportata jew prodotti ekwivalenti li jkunu mqiegħda taħt proċessar attiv li jkunu maħżuna flimkien fl-istess faċilitajiet ta' ħażna.

2. Meta l-istatus ta' merkanzija imqiegħda taħt proċedura ta' magażżinaġġ doganali jew ta' prodotti kompensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul mqiegħda taħt proċedura ta' proċessar attiv jingħata lill-merkanzija, dik il-merkanzija tkun soġġetta għand-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw il-proċedura in kwistjoni inklużi dawk, b'mod partikolari li għandhom x'jaqsmu ma piżijiet u mal-ġbir ta' imgħaxijiet kompensatorji,

3. L-Artikoli 524(2) u 528 (1) u (2) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Sezzjoni 8

skambju ta' informazzjoni

Artikolu 548

Skond dan il-Kapitolu kull Stat Membru għandu jinforma lill Kummissjoni bil-miżuri ġenerali dwar:

- l-indikazzjoni ta' l-awtoritajiet doganali skond l-Artikolu 509,

- l-Artikolu 104 tal-Kodiċi,

- l-Artikolu 106(3) tal-Kodiċi,

- l-Artikolu 513(3).

Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

IL-KAPITOLU 3

Proċessar attiv

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 549

Għall-fini ta' dan il-Kapitolu:

(a) prodotti prinċipali kompensatorji tfisser: il-prodotti kompensatorji li għall-produzzjoni tagħhom kien ġie awtorizzat l-użu ta' pproċessar attiv;

(b) prodotti sekondarji kompensatorji tfisser: prodotti kompensatorji barra l-prodotti prinċipali kompensatorji li huma prodotti sekondarji riżultanti neċessarjament ta' l-operazzjoni tal-ipproċessar;

(ċ) telf tfisser: il-proporzjon mill-merkanzija mpurtata li tkun jew inqerdet jew intilfet matul l-operazzjoni ta' l-ipproċessar b'mod partikolari bl-evaporazzjoni, bit-tnixxif, rilaxx bħala gass jew tlissija;

(d) metodu ta' skala kwantitattiva tfisser: il-kalkolu tal-proporzjon tal-merkanzija mpurtata inkorporata fil-varji prodotti kompensatorji b'referenza għal kwantità tal-merkanzija mpurtata;

(e) metodu ta' skala ta' valur tfisser: il-kalkolu tal-proporzjon tal-merkanzija mpurtata u nkorporata fil-prodotti varji kompensatorji b'riferenza għall-valur tal-prodotti kompensatorji;

(f) operaturi tfisser: persuni li jwettqu l-operazzjonijiet kollha jew parti mil-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar;

(g) kumpens ekwivalenti tfisser: is-sistema li, skond l-Artikolu 115(1)(a) tal-Kodiċi, tippermetti li l-prodotti kompensatorji li jirriżultaw minn merkanzija ekwivalenti li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 569(1);

(h) esportazzjoni antiċipata tfisser: is-sistema li, skond l-Artikolu 115(1)(b) tal-Kodiċi, tippermetti li l-prodotti kompensatorji riżultanti minn merkanzija ekwivalenti jiġu esportati mit-territorju doganali tal-Komunità qabel ma l-merkanzija mpurtata tiddaħħal għall-proċedura ta' sospensjoni;

(i) traffiku trijangolari tfisser: is-sistema li biha l-merkanzija mportata tiddaħħal għall-proċedura fil-Komunità f'uffiċju doganali li ma jkunx dak li fih tkun saret l-esportazzjoni minn qabel tal-prodotti kompensatorji;

(j) terminu għar-rijesportazzjoni tfisser: iż-żmien li fiħ il-prodotti għandhom ikunu ġew assenjati għal xi trattament approvat mid-dwana skond kif previst fl-Artikolu 89 tal-Kodiċi;

(k) l-aggregazzjoni mensili tfisser: l-applikazzjoni tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 118(2) tal-Kodiċi fir-rigward tat-termini ta' rijesportazzjoni li jibdew minn xahar kalendarju partikolari;

(l) l-aggregazzjoni trimestrali tfisser: l-applikazzjoni tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 118(2) tal-Kodiċi fir-rigward tat-termini tar-rijesportazzjoni li jibdew jseħħu minn trimestri partikolari.

Artikolu 550

Il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 114(2)(c) tal-Kodiċi li tista tintuża bħala aċċessorja għall-produzjoni elenkata fl-Anness 74.

Sezzjoni 2

L-awtorizzazzjoni għall-proċedura - fil-każ ta' proċedura normali

Artikolu 551

1. L-awtorizzazzjoni għall-użu ta' sistema ta' sospenzjoni għandha tingħata biss meta l-applikant ikollu attwalment l-intenzjoni li jirrijesporta l-prodotti prinċipali kompensatorji mit-territorju doganali tal-Komunità. F'dak il-każ l-użu ta' sistema ta' sospensjoni jista jkun awtorizzat għall-merkanzija kollha li tkun se tiġi pproċessata.

2. Awtorizzazzjoni għall-użu ta' sistema ta' rimbors għandha tingħata biss fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 124 tal-Kodiċi, meta jeżistu opportunitajiet għall-esportazzjoni tal-prodotti prinċipali kompensatorji mit-territorju doganali tal-Komunità.

3. Meta l-kondizzjonijiet għall-użu taż-żewġ sistemi jkunu sodisfatti, l-applikant jista jitlob li l-awtorizzazzjoni tingħata jew għas-sistema ta' sospensjoni jew għas-sistema ta' rimbors.

Artikolu 552

1. Il-kundizzjonijiet ekonomiċi rikjesti fl-Artikolu 117(c) tal-Kodiċi għandhom ikunu meqjusa sodisfatti inter alia meta:

(a) l-pproċessar jikkonsisti f'waħda minn dawn l-ġejjin, kif imsemmija fil-parti approprijata tal-kodiċi:

(i) operazzjonijiet imwettqa taħt kuntratt ta' proċessar ta' xogħol bil-biċċa xogħol permezz ta' persuna stabbilita f'pajjiż terz. "Proċessar ta' biċċa xogħol" fisser proċessar ta' merkanzija mpurtata li tkun mqiegħda direttament jew indirettament għad-disposizjoni tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni li tkun imwettqa skond l-isfeċifikazzjonijiet u akkont tal-kommittent stabbilit 'il barra mit-territorju doganali, ġeneralment bil-pagament tal-ispejjeż biss (kodiċi 6201);

(ii) operazzjonijiet li jinvolvu oġġetti ta' natura mhux kummerċjali (kodiċi 6202);

(iii) tiswija, inkluż ri-eżami sħiħ u aġġustamenti (kodoċi 6301);

(iv) il-forom tas-soltu ta' l-ispustament intenzjonati għal preservazzjoni tal-merkanzija, għat-titjib fid-dehra tagħha jew fil-kwalità kummerċjabbli jew biex titħejja għad distribuzzjoni jew bejgħ mill-ġdid (kodiċi 6302);

(v) operazzjonijiet li fihom il-valur ta' kull tip ta' oġġetti, bil-kodiċi NM ta' tmien-figuri, inkorporati fl-awtorizzazzjoni, ma jeċċedux ECU 200000 ghal kull applikant u kull sena kalendarja, irrispettivament min-numru ta' operaturi li jwettqu l-operazzjoni ta' l-ipproċessar.

B'dana kollu, il-limitu tal-valur għal merkanzija u l-prodotti elenkati fl-Anness 75 għandu jkun ta' ECU100000 . L-imsemmi valur għandu jkun il-valur doganali tal-merkanzija li tkun stmata fuq il-bażi tal-partikularitajiet mgħarufa u d-dokumenti ippreżentati fil-mument li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

Dan il-paragrafu jista jiġi sospiż għal dak li għandu x'jaqsam ma merkanzija partikolari importata skond il-proċedura ta' kumitat (kodiċi 6400);

(b) il-merkanzija paragunabbli mal-merkanzija li se tkun pproċessata ma tkunx prodotta fil-Komunità (kodiċi 6101);

("Oġġetti paragunabbli" tfisser merkanzija li jidħlu fl-istess kodiċi NM ta' tmien-figuri, li jkunu ta' l-istess kwalità kummerċjali u li jkollhom l-istess karatteristiċi tekniċi, skond il-funzjoni tal-prodotti konpensatorji li jiġu ottenuti;

(ċ) merkanzija paragunabbli kif definita fil-paragrafu (b) ma tkunx prodotta fil-Komunità fi kwantità suffiċjenti (kodiċi 6102);

(d) merkanzija paragunabbli kif definita fil-paragrafu (b) ma tista'x tkun disponibbli għall-applikant fi żmien utli mill-produtturi stabbiliti fil-Komunità. Din il-merkanzija għandha titqies li mhix disponibbli fi "żmien utli" meta l-produtturi stabbiliti fil-Komunita ma jkunux jistgħu jgħamluha disponibbli għall-operatur fiż-żmien neċessarju biex issir l-operazzjoni kummerċjali proposta, avolja it-talba tkun saret lilhom fi żmien utli (kodiċi 6103);

(e) merkanzija paragunabbli kif definita fil-paragrafu (b) tkun prodotta fil-Komunita imma ma tkunx tista'tintuża minħabba dawn ir-raġunijiet:

(i) il-prezz tagħha jirrendi l-operazzjoni kummerċjali proposta ekonomikament impossibli (kodiċi 6104),

Biex ikun deċiż jekk il-prezz ta' merkanzija paragunabbli prodotta fil-Komunità jirrendix l-operazzjoni kummerċjali proposta ekonomikament impossibli, ikun meħtieġ li jittieħed kont inter alia ta' l-impatt li l-użu tal-merkanzija prodotta fil-Komunità jkollhom fuq il-prezz tal-prodott kompensatorju u għalhekk fuq id-disponabilità tal-prodott fis-suq ta' pajjiż terz billi jkun ikkunsidrat li:

- il-prezz tal-merkanzija mhux sdoganata maħsuba biex tiġi pproċessata, u l-prezz tal-merkanzija paragunabbli, prodotta fil-Komunità wara li tnaqqas it-taxxi domestiċi rifondibbli jew li jistgħu jiġu rimborsati ma' l-esportazzjoni, inklużi xi rifużjonijiet jew ammonti oħra li jkunu applikabbli taħt il-politika agrikola komuni.

Il-kundizzjonijiet tal-bejgħ, partikolarment il-kundizzjonijiet tal-pagament, il-kundizzjonijiet proposti għall-konsenja tal-merkanzija Komunitarja għandu wkoll jittieħed kont meta jsir il-paragun tal-prezzijiet,

- il-prezz li jista jiġi miksub għal prodotti kompensatorji fis-suq ta' pajjiż terz, kif ikun aċċertat minn korrispondenza kummerċjali jew informazzjonijiet oħra;

(ii) ma jkunux tal-kwalità jew ma jkollhomx il-karrateristiċi meħtieġa għall-operatur biex jipproduċi l-prodotti kompensatorji rikjesti (kodiċi 6105);

(iii) ma jikkonformawx mal-ħtiġiet espressament iddikjarati mix-xerrej mill-pajjiż terz tal-prodotti kompensatorji (kodiċi 6106);

(iv) il-prodotti kompensatorji għandhom ikunu ottenuti minn oġġetti mpurtati sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-propjetà industrijali jew kummerċjali (kodiċi 6107);

(f) l-applikant għal awtorizzazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma tip partikulari ta' merkanzija biex tiddaħħal għall-proċedura fi żmien partikolari:

(i) matul l-istess perijodu, jakkwista 80 % tal-bżonnijiet totali ta' dik il-merkanzija inkorporata fil-prodotti kompensatorji fit-territorju doganali tal-Komunità fil-għamla ta' merkanzija paragunabbli, kif definita fil-paragrafu (b), prodotta fil-Komunità; biex issir din id-dispożizzjoni, l-applikant għandu jgħati lill-awtoritajiet doganali dokumenti ġustifikattivi li permezz tagħhom l-imsemmija awtoritajiet ikunu sodisfatti li x-xiri ntenzjonat ta' merkanzija Kommunitarja jista'reġonevolment jitwettaq. Dawn id-dokumenti ġustifikattivi, li għandhom ikunu mehmuża mal-applikazzjoni, jistgħu jkunu, per eżempju, kopji ta' dokumenti kummerċjali jew amministrattivi li jirreferu għax-xiri magħmul matul perijodu indikattiv preċedenti, jew ordnijiet, jew xiri previst għal perijodu li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat.

Mingħajr preġudizzzju għal l-Artikolu 87(2) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom, meta xieraq, jivverifikaw li l-perċentwali tkun korretta fi tmiem il-perijodu f'dak il-każ (kodiċi 7001);

(ii) jkun jipprova li jħares kontra problemi veri tal-fornitura, li jkunu iipruvati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, għal dak it-tip ta' oġġetti, u l-proporzjoni tal-furnituri ta' oġġetti pproduċuti fil-Komunita jkun aktar baxx mil-persentaġġ indikat fil-paragrafu (i) (kodiċi 7002);

(iii) jissodisfa l-awtoritajiet doganali li jkun qiegħed jieħu l-passi meħtieġa biex jakkwista l-oġġetti għall-ipproċessar fil-Komunità, iżda li ma jkun sab l-ebda tweġiba mill-produtturi fil-Komunit_ (kodiċi 7003);

(iv) ikun jikkostruwixxi ajruplani ċivili biex ifornihom lill-kumpaniji tal-linji ta' l-ajru (kodiċi 7004);

(v) ikun iwettaq tiswijja, modifikazzjoni jew trasformazzjoni ta' ajruplani ċivili (kodiċi 7005).

2. Paragrafu 1 (f) (i) m'għandux japplika għal oġġetti mniżżla fl-Anness II tat-Trattat.

3. L-applikant għandu jindika fl-aplikazzjoni tiegħu ir-raġunijiet li mħabba fihom l-kundizzjonijiet ekonomiċi jkunu meqjusa sodisfatti fis-sens tal-paragrafu 1.

Artikolu 553

1. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-applikant jikkunsidra l-kundizzjonijiet ekonomiċi li għandhom ikunu twettqu ghal-raġunijiet oħra barra minn dawk elenkati fl-Artikolu 552, hu għandu jagħti dawn ir-raġunijiet fl-applikazzjoni tiegħu (kodiċi 8000).

2. Meta l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw li l-kundizzjonijiet ekonomiċi jkunu sodisfatti f'każijiet oħra barra minn dawk prevvisti fl-Artikolu 552, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal perijodu limitat, li ma jistax jeċċedi disa'xhur.

Il-partikularitajiet tal-applikazzjoni li jirrigwardaw l-kundizzjonijiet ekonomiċi għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni fi żmien xahar mill-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

L-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, jestendu il-perijodu tal-validita ta' l-awtorizzazzjoni meta d-dispożizzjonijiet relevanti ma jkunux ġew addottati fi żmien utli skond il-procedura tal-Kumitat.

3. Meta l-awtoritajiet doganali jqisu li jkun għaqli li ssir konsultazzjoni fil-livell komunitarju biex jiġi żgurat illi l-kundizzjonijiet ekonomiċi li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni ikunu sodisfatti, l-Istat Membru ta' l-awtoritajiet għandu jissottometti l-każ lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

Jekk l-awtoritajiet doganali ma jħossux li jkun għaqli li tinħareġ awtorizzazzjoni qabel ma jsiru il-konsultazzjonijiet fil-livell Komunitarju, huma għandhom jikkomunikaw id-dettalji tal-applikazzjoni malajr kemm jista jkun.

Jekk l-awtoritajiet doganali jqisu li l-awtorizzazzjoni tista tingħata qabel il-konsultazzjonijiet, il-paragrafu 2 jista jkun applikat mutatis mutandis.

Artikolu 554

Fl-istima tal-kundizzjonijiet ekonomiċi, dawn li ġejjin m'għandhomx jittieħdu fihom innifishom bħala bażi għal għoti tal-awtorizzazzjoni:

(a) il-fatt li l-produttur Komunitarju ta' merkanzija kumparabbli li tkun tista tintuża biex isiru l-operazzjonijiet tal-iproċessar tkun impriża in kompetizzjoni mal-persuna li tapplika biex tuża l-proċedura;

(b) il-fatt li l-oġġetti jkunu prodotti fil-Komunità minn impriża waħda.

Artikolu 555

1. L-applikazzjoni għandha ssir b'konformità ma l-Artikolu 497 u skond il-mudell fl-Anness 67/B, u tkun ippreżentata mill-persuna li tista tingħata l-awtorizzazzjoni skond l-Artikoli 86, 116 u 117 tal-Kodiċi.

2. (a) L-applikazzjoni għandha tkun ipprezentata lill awtoritajiet doganali indikati mill-Istat Membru fejn l-operazzjoni ta' pproċessar tkun ser issir.

(b) Meta jkun mistenni li operazzjonijiet suċċessivi ta' pproċessar ikunu mwettqa minn jew f'isem l-applikant fi Stati Membri differenti, tista' ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni waħda.

F'dan il-każ, l-applikazzjoni, li għandha tinkludi l-partikularitajiet tas-sekwenza ta' l-operazzjonijiet u l-lokalitajiet eżatti fejn dawn ikunu ser isiru, għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn l-ewwel waħda minn dawn l-operazzjonijiet tkun sejra issir.

3. Meta l-proċess ikun ser isir taħt kuntratt ta' xogħol bil-biċċa xogħol bejn żewġ persuni stabbiliti fil-Komunità, l-applikazzjoni għandha tkun ippreżentata f'isem il-prinċipal.

4. Għal-iskopijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 117(a) tal-Kodiċi, "importazzjoni ta' natura mhux kummerċjali" tfisser l-importazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 1(6).

Artikolu 556

1. Mingħajr preġudizzzju għal l-Artikolu 568, l-awtorizzazzjoni għandha tkun maħruġa mill-awtoritajiet li lilhom tkun ġiet ippreżenata l-applikazzjoni taħt l-Artikolu 555(2) u għandha titħejja b'konformità ma l-Artikolu 500 u skond il-mudell fl-Anness 68/B.

B'deroga mill-Artikolu 500(3) u f'kazi eċċezzjonali li jkunu ġew issostanzjati kif xieraq, l-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu awtortiżazzjoni retroattiva. B'dana kollu, l-effett retrospettiv ta' awtorizzazzjoni ma jistax imur lura iktar mill-mument meta l-applikazzjoni ġiet ippreżentata.

2. Meta l-Artikolu 555(2)(b) japplika, l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata mingħajr il-ftehim ta' l-awtoritajiet doganali indikati mill-Istati Membri li fihom ikunu jinsabu l-postijiet indikati fl-applikazzjoni. Din il-proċedura għandha tapplika:

(a) għall-awtoritajiet doganali li lilhom l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata, wara li jiżguraw rwieħhom li l-kondizzjonijiet ekonomiċi jistgħu jitqiesu sodisfatti fir-rigward ta' l-operazzjoni ippjanata, għandhom jikkomunikaw l-applikazzjoni u l-abbozz ta' l-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra kkonċernati; l-imsemmi abbozz għandu jinkludi mill-anqas ir-rata tal-produzzjoni, il-metodu approvat ta' l-identifikazzjoni, l-uffiċċji doganali msemmija f'punt 11 tal-mudell ta' l-awtorizzazzjoni fl-Anness 68/B, xi miżuri ssimplifikati wzati għad-dħul tal-proċedura, it-trasferiment jew ir-rilaxx u r-regoli li għandhom ikunu osservati inter alia f'dak li għandu x'jaqsam man-notifika lill-uffiċju ta' sorveljanza;

(b) l-awtoritajiet doganali wara li jkunu rċevew in-notifika għandhom jittrażmettu kull oġġezzjoni malajr kemm jista jkun, u fi kwalunkwe każ, fi żmien xahrejn mid-data tal-komunikazzjoni ta' l-applikazzjoni u ta' l-abbozz ta' l-awtorizzazzjoni;

(ċ) l-awtoritajiet doganali msemmija fis-sub-paragrafu (a), wara li jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw il-pagament tad-dejn doganali li jista' jkun dovut fir-rigward ta' l-oġġetti impurtati, jistgħu joħorġu awtorizzazzjoni jekk ma jkunux avżati b'xi oġġezzjonijiet għall-abbozz ta' l-awtorizzazzjoni fil-perijodu msemmi fis-sub-paragrafu (b);

(d) l-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni għandu jibgħat kopja tagħha lill-Istati Membri kollha msemmija hawn fuq.

Awtorizzazzjonijiet maħruġa b'dan il-mod ikunu validi biss fl-Istati Membri msemmija hawn fuq.

L-Istati Membri għandhom jikomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu l-applikazzjoni u l-abbozz ta' l-awtorizzazzjoni imsemmija fis-sub-paragrafu (a). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

3. Biex jiżguraw l-applikazzjoni tajba tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura, l-awtoritajiet doganali jistgħu jenħtieġu li għall-iskop li jkunu faċilitati l-kontrolli, iżommu jew jiżguraw li jinżammu ir-reġistri ta' l-iskorti, minn issa l-quddiem imsejjħa "reġistri ta' l-ipproċessar attiv" li jindikaw il-kwantitajiet ta' merkanzija mpurtata li ddaħlet għal-proċedura u tal-prodotti kompensatorji li jkunu ġew ottenuti u, tad-dettalji kollha meħtiega biex isir kontroll tal-operazzjonijiet u il-kalkolu korrett, tad-dazji ta' l-importazzjoni li jkunu pagabbli.

id-"dettalji ta' proċessar attiv" għandhom ikunu disponibbli għall-uffiċċju doganali ta' sorveljanza sabiex dan ikun jista' jwettaq il-verifiki meħtieġa għall-implementazzjoni xierqa tal-proċedura. Meta l-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar ikunu saru f'żewġ stabbilimenti jew aktar, id-dettalji ta' l-iskorti għandhom il-ħin kollu juru l-informazzjoni relevanti għall-implimentazzjoni tal-proċeduri f'kull stabbiliment.

Meta d-dettalji miżmuma mid-detentur għal skopijiet kummerċjali jippermettu s-sorveljanza tal-proċedura dawn għandhom ikunu mgħarufa mill-awtoritajiet doganali bħala validi "dettalji għal proċessar attiv" fis-sens tas-sub-paragrafu preċedenti.

Artikolu 557

Meta l-Artikolu 556(2) ma jkunx japplika u l-prodotti kompensatorji jkunu akkwistati minn prodotti kompensatorji oħra akkwistati permezz ta' awtorizzazzjoni diġa maħruġa, il-persuna li twettaq aktar operazzjonijiet ta' proċessar jew li tkun żgurat li dawn jitwettqu għandha tissottometti applikazzjoni ġdida li tkun konformi ma' l-Anness 67/B, u tagħmel referenza għad-dettalji ta' l-awtorizzazzjoni diġa maħruġa. F'dan il-każ il-kundizzjonijiet ekonomiċi għandhom ikunu meqjusa bħala sodisfatti u m'għandhomx ikunu stmati mil-ġdid (kodiċi 6303).

Artikolu 558

1. Il-perijodu ta' validità ta' l-awtorizzazzjoni għanda jkun stabbilit mill-awtoritajiet doganali wara li jikkunsidraw il-kondizzjonijiet ekonomiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-applikant.

Meta l-perijodu ta' validità jeċċedi is-sentejn, il-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom din tkun inħarġet għandhom jiġu riveduti perjodikament f'intervalli li jkunu speċifikati fl-awtorizzazzjoni.

2. B'deroga mill paragrafu 1, il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għall-użu ta' proċedura fir-rigward ta' prodotti imsemmija fl-Artikolu 560(2) m'għandux jeċċedi t-tliet xhur.

Artikolu 559

1. Meta joħorġu l-awtorizzazzjoni l-awtoritajiet doganali indikati gaħndhom jispeċifikaw il-perijodu li matulu l-prodotti kompensatorji għandhom jiġu rijesportati skond l-Artikolu 118 tal-Kodiċi, billi jittieħed kont taż-żmien meħtieġ biex isiru l-operażżjonijiet ta' proċessar kif indikati fl-awtorizzazzjoni għal kwantità partikolari ta' merkanzija, il-il-kwantità ta' merkanzija importata awtorizzata għall-proċedura, u ż-żmien meħtieġ sabiex jiġu assenjati lill-prodotti kompensatorji it-trattament jew użu approvati mid-dwana.

2. Meta ċ-ċirkostanzi hekk jitolbu, it-terminu speċifikat għar- rijesportazzjoni jista' jiġi estiż anki meta dak stabbilit oriġinarjament ikun skada.

Artikolu 560

1. Mingħajr preġudizzzju għall-paragrafu 2, fil-każ ta' prodotti agrikoli tat-tip imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 li għandhom jiġu rijesportati fil-għamla ta' prodotti pproċessati jew merkanzija fis-sens ta' l-Artikolu 2(b) jew (c) ta' dak ir-Regolament, it-terminu għar-rijesportazzjoni m'għandux jeċċedi s-sitt xhur.

2. Fil-każ tal-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 [23] li huma ntenzjonati għal manifattura tal-prodotti imsemmija f'dak l-Artikolu jew merkanzija imsemmija fl-Anness ta' l-imsemmi Regolament, it-terminu għar-rijesportazzjoni m'għandux jeċċedi l-erba' xhur.

Artikolu 561

1. Fil-kaz ta' esportazzjoni antiċipata, l-awtoritajiet doganali għandhom jisspeċifikaw it-terminu imsemmi fl-Artikolu 118(3) tal-Kodiċi u jieħdu kont taż-żmien meħtieġ għall-provvista u t-trasport lejn il-Komunità tal-merkanzija importata.

2. It-terminu msemmi fil-paragrafu 1 m'għandux jeċċedi:

- tliet xhur fil-każ ta' oġġetti suġġetti għal mekkaniżmu li jirregola l-prezzijiet,

- il-perijodu ta' validità tal-liċenzja ta' l-importazzjoni maħruġa skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2630/81 [24] fil-każ ta' zokkor mhux raffinat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 170111 jew 170212,

- sitt xhur fil-każ tal-merkanzija l-oħra kollha. Dan il-perijodu jista, b'dana kollu, jiġi estiż meta d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jissottometti talba motivata, sakemm li l-perijodu totali ma jeċċedix tnax-il-xhar. Meta ċ-ċirkostanza jawtorizzaw dan, l-estensjoni tista' tingħata anki wara li l-perijodu oriġinali jkun skada.

Artikolu 562

1. Il-perijodi imsemmija fl-Artikoli 559 u 560 għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li ddaħħal il-merkanzija għall-proċedura jew, taħt is-sistema ta' rimbors, tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

2. Il-perijodi speċifikati skond l-Artikolu 561 għandhom jibdew jgħoddu mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 563

1. L-aggregazzjoni mensili jew trimestrali għandha tiġi awtorizzata mill-awtoritajiet doganali li jkunu ingħataw is-setgħa mill-Istat Membru fejn tintalab l-awtorizzazzjoni, meta l-merkanzija importata tkun mistennija li tiddaħħal għall-proċedura ta' l-ipproċessar u r-rijesportazzjoni fil-għamla ta' prodotti kompensatorji fuq bażi regolari, sabiex it-terminu għar-rijesportazzjoni jkun bejn wieħed w ieħor kostanti.

2. Fil-każ ta' aggregazzjoni mensili, t-termini kollha għar-rijesportazzjoni li jibdew jgħoddu f'xahar partikolari, għandhom jiskadu fl-aħħar jum tax-xahar kalendarju li matulu kieku kien jiskadi t-terminu għar-rijesportazzjoni, li għandu x'jaqsam mad-dħul fil-proċedura fix-xahar in kwistjoni.

3. Fil-każ ta' aggregazzjoni trimestrali, it-termini kollha ta' rijesportazzjoni li jibdew jgħoddu f'dawk it-tliet xhur partikolari għandhom jiskadu fl-aħħar jum tat-tliet xhur li fihom jiskadi t-terminu għal rijesportazzjoni li għandu x'jaqsam mad-dħul fil-proċedura matul it-tliet xhur in kwistjoni.

4. L-aggregazzjoni mensili jew trimestrili għandha tiġi applikata billi jittieħed kont ta' l-eżempji fl-Anness 76.

Artikolu 564

1. Meta l-aggregazzjoni mensili tiġi awtorizzata għall-prodotti agrikoli imsemmija fl-Artikolu 560(1), it-termini għar-rijesportazzjoni msemmija fl-Artikolu 563(2) għandhom jiskadu mhux iżjed tard mill-aħħar jum tal-ħames xahar kalendarju li jsegwi dak li għaliħ l-aggregazzjoni tkun awtorizzata.

2. Meta l-aggregazzjoni mensili tkun awtoriżżata għall-prodotti agrikoli isemmija fl-Artikolu 560(1), it-termini għar rijesportazzjoni għandhom jeskadu mhux iżjed tard mill-aħħar jum tar-raba' xahar li jsegwi dak li għaliħ l-aggregazzjoni tkun ġiet awtorizzata.

3. Meta l-aggregazzjoni trimestrali tiġi awtorizzata għall-prodotti agrikoli imsemmija fl-Artikolu 560(1), it-termini għar-rijesportazzjoni imsemmija fl-Artikolu 563(3) għandhom jiskadu mhux iżjed tard mill-aħħar jum tat-tliet xhur li jsegwu dawk li għalihom l-aggregazzjoni tkun ġiet awtorizzata.

4. L-aggregazzjoni trimestrali ma tistgħax tiġi awtorizzata għall-prodotti imsemmija fl-Artikolu 561(2).

Artikolu 565

It-termini imsemmija fl-Artikoli 563 u 564 għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għad-dħul għal proċedura tal-merkanzija.

Artikolu 566

1. Salv l-Artikolu 567, ir-rata tar-rendiment kif definita fl-Artikolu 114(2)(f) tal-Kodiċi jew il-metodu ta' kif tiġi dderminata r-rata imsemmija fl-Artikolu 119 tal-Kodiċi, għandhom, sakemm ikun possibbli, jiġu stabiliti fuq il-bażi tad-data tal-produzzjoni u għandhom ikunu identifikabbli fir-reġistri ta' l-intrapriża ta' l-operatur.

2. Ir-rata, jew il-metodu biex tkun iddereminata r-rata, għandhom jiġu stabiliti skond il-paragrafu 1 u għandhom ikunu suġġetti għall-verifika retrospettiva mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 567

1. Ir-rati standard tar-rendiment imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jkunu applikabbli biss għal oġġetti mpurtati li jkunu ta' kwalità tajba, ġenwina u kummerċjabbli li tkun konformi ma xi norma ta' kwalità eventwalment stabbilita fil-leġislazzjoni Komunitarja.

2. Ir-rati standard tar-rendiment murija fil-kolonna 5 ta' l-Anness 77 għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet ta' ipproċessar attiv imwettqa fuq il-merkanzija mpurtata elenkata f'kolonna 1 ta' dak l-Anness li jwasslu għall-produzzjoni tal-prodotti kompensatorji imsemmija fil-kolonni 3 u 4.

Sezzjoni 3

Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura – proċedura ssimplifikata

Artikolu 568

1. Dan l-Artikolu għandu japplika meta l-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar ikunu sejrin iseħħu fi Stat Membru wieħed, ħlief f'dawk il-każijiet meta għandha tiġi użata s-sistema ta' kumpens ekwivalenti.

2. Meta l-proċeduri ssimplifikati għad-dħul fil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi ma jiġux applikati, u fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 552(1)(a), kull uffiċju doganali mogħti s-setgħa mill-awtoritajiet doganali biex jagħti awtorizzazzjonijiet bi proċedura ssimplifikata għandu jippermetti illi l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni għad-dħul fil-proċedura, taħt is-sistema ta' sospensjoni, jew d-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, permezz tas-sistema ta' rimbors, jikkostitwixxu huma stess it-talba għall-awtorizzazzjoni.

F'dan il-każ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tikkostitwixxi l-awtorizzazzjoni, filwaqt li l-imsemmija aċċettazzjoni tibqa fi kwalunkwe każ soġġetta għall-kondizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta' l-awtorizzazzjoni.

3. Id-dikjarazzjonijiet ippreżentati taħt il-paragrafu 2 għandhom ikunu akkumpanjati b' dokument magħmul mid-dikjarant li jkun fiħ l-informazzjoni li ġejja, kif meħtieġ, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx tista' tiddaħħal fil-kaxxa 44 tal-formola użata għad-dikjarazzjoni nnifisha:

(a) l-isem tal-persuna jew tad-ditta u l-indirizz ta' l-applikant għall-proċedura meta huwa persuna differenti mid-dikjarant;

(b) l-isem tal-persuna jew tad-ditta u l-indirizz ta' l-operatur meta din il-persuna tkun differenti mill-applikant jew mid-dikjarant;

(ċ) in-natura ta' l-operazzjoni ta' l-ipproċessar;

(d) id-deskrizzjoni kummerċjali u/jew teknika tal-prodotti kompensatorji;

(e) ir-rata prevista tar-rendiment jew, jekk ikun il-każ, il-metodu li biħ din tiġi stabbilita;

(f) it-terminu previst għar-rijesportazzjoni;

(g) il-post fejn ikun maħsub li titwettaq l-operazzjoni ta' l-ipproċessar.

L-Artikoli 498 għandhu japplika mutatis mutandis.

4. L-Artikolu 502 għandu japplika mutatis mutandis.

Sezzjoni 4

Kumpens ekwivalenti u esportazzjoni antiċipata

Sub-sezzjoni 1

Kumpens ekwivalenti fil-kwadru tas-sistema ta' sospensjoni u s-sistema ta' rimbors

Artikolu 569

1. Mingħajr preġudizzzju għall-paragrafu 2 u l-Artikolu 570(2), meta għandu jsir l-użu ta' kumpens ekwivalenti, l-merkanzija kompensatorja għandha taqa' taħt l-istess intestatura bi tmien numri tal-kodiċi NM, jkunu ta' l-istess kwalità kummerċjali u jkollha l-istess karatteristiċi tekniċi tal-merkanzija mportata.

2. Għall-merkanzija imsemmija fl-Anness 78 għandhom japplikaw dispożizzjonijiet partikolari li jidhru f'dak l-Anness.

3. L-użu ta' kumpens ekwivalenti għandu jkun possibbli biss meta dan ikun intalab fl-applikazzjoni mill-persuna in kwistjoni u meta l-awtorizzazzjoni tispeċifika l-fatturi imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu komuni għall-merkanzija ekwivalenti u l-merkanzija mportata, u l-meżżi li bihom, dawn jistghu jiġu vverifikati.

4. Meta l-awtorizzazzjoni tipprevedi l-użu ta' kumpens ekwivalenti, il-miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għal dik is-sistema, għandhom ikunu indikati fl-awtorizzazzjoni.

5. Meta l-awtorizzazzjoni ma tindikax l-użu tal-kumpens ekwivalenti iżda d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jkun jixtieq li juża dik is-sistema, dan għandu japplika biex tiġi mmodifikata l-awtorizzazzjoni mogħtija inizjalment. L-applikazzjoni għandha ssir skond il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 497.

Artikolu 570

1. Meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li l-merkanzija ekwivalenti tkun fi stat ta' manifattura aktar avvanzat minn dak tal-oġġetti mpurtati, basta li l-parti essenzjali tal-ipproċessar li għaliha l-imsemmija oġġetti ekwivalenti jkunu ġew soġġetti tkun imwettaqa fl-intrapriża tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew fl-intrapriża fejn l-operazzjoni tkun qiegħda titwettaq għalih.

2. Il-persuna kkonċernata għandha fi kwalunkwe każ tagħmilha possibli għall-awtoritajiet doganali li jidentifikaw il-fatturi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 569(1) qabel ma tkun tista tagħmel użu mis-sistema tal-kumpens ekwivalenti.

Artikolu 571

1. Fil-każ ta' użu ta' kumpens ekwivalenti mingħajr esportazzjoni antiċipata, it-tibdil fl-istatus doganali tal-oġġetti mpurtati u l-oġġetti ekwivalenti, li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 115(3) tal-Kodiċi, għandu jseħħ fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-verifika tal-proċedura. B'dana kollu, meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni jqiegħed l-oġġetti mpurtati fis-suq kummunitarju, sew fi stat mhux mibdul jew fil-għamla ta' prodotti kumpensanti qabel ma l-proċedura tkun ġiet ivverifikata, it-tibdil fl-istatus doganali tal-oġġetti mpurtati u l-oġġetti ekwivalenti għandu jseħħ fiż-żmien meta l-oġġetti jitqiegħdu fis-suq.

2. It-tibdil fl-istatus doganali msemmi fil-paragrafu 1 m'għandux jibdel l-oriġini tal-oġġetti esportati.

3. Fil-każ li l-merkanzija tinqered totalment jew issofri ħsara irrimedjabbli, fi stat mhux mibdul jew bħala prodotti kumpensanti, il-proporzjon ta' oġġetti mpurtati meqruda jew mitlufa għandha tkun ikkalkulata b'referenza għal proporzjon tal-merkanzija ta' importazzjoni li jkun hemm fl-iskorti ta' merkanzija ta' l-istess kwalità fl-impriża tad-detentur fil-mument ta' dik il-qirda jew ħsara sakemm id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni ma jippreżentax prova tal-kwantità ta' merkanzija mpurtata, meqruda jew mitlufa.

Sub-sezzjoni 2

Esportazzjoni antiċipata taħt is-sistema ta' sospensjoni

Artikolu 572

1. Meta taħt is-sistema ta' sospensjoni isir l-użu ta' l-esportazzjoni antiċipata l-Artikolu 569, 570 u 571 (2) u (3) tal-kodiċi għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2. Fil-każ ta' esportazzjoni antiċipata, it-tibdil fl-istatus doganali msemmi fl-Artikolu 115(3) tal-Kodiċi għandu jseħħ:

- fir-rigward ta' prodotti kumpensatorji esportati fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni u bil-kundizzjoni li l-merkanzija mpurtata tiddaħħal taħt il-proċedura,

- fir-rigward ta' merkanzija mpurtata u merkanzija ekwivalenti, fil-mument tar-rilaxx tal-merkanzija mpurtata li tkun iddikjrata biex tiddaħħal għall-proċedura.

Sezzjoni 5

Dispożizzjonijiet applikabbli għal sistema ta' sospensjoni

Sub-sezzjoni 1

Dħul ta' merkanzija għall-proċedura

Artikolu 573

1. Il-proċedura li tirregola d-dħul ta' merkanzija taħt il-proċedura ta' proċessar attiv, (sistema ta' sospensjoni) għandha wkoll tapplika għal merkanzija mpurtata, inkluża dik tal-kumpens ekwivalenti bil/jew mingħajr l-esportazzjoni antiċipata.

2. Mingħajr preġudizzzju għal l-Artikolu 570(2), il-merkanzija ekwivalenti użata taħt is-sistema tal-kumpens ekwivalenti, sew jekk bil/jew mingħajr l-esportazzjoni antiċipata, m'għandiex tkun suġġetta għal proċeduri għad-dħul ta' oġġetti fil-proċedura.

(a) Il-Proċedura normali

Artikolu 574

1. Ħlief meta l-Artikolu 568 jkun applikabbli, id-dikjarazzjoni li ddaħħal l-merkanzija mpurtata taħt il-proċedura ta' proċessar attiv, (sistema ta' sospensjoni) għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċċji għad-dħul għal proċedura speċifikati fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 568 jkun applikabbli, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċċji doganali li jkun awtoriżżat kif xieraq.

Artikolu 575

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 574 għandha ssir skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 198 sa 252.

2. Mingħajr preġudizzzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 568, id-deskrizzjoni tal-merkanzija li tidher fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkorispondi mad-dettalji li jidhru fl-awtorizzazzjoni.

Fil-każ tas-sistema ta' kumpens ekwivalenti, id-dettalji li jidhru fid-dikjarazzjoni għandhom ikunu suffiċjentement preċiżi biex jippermettu l-identifikazzjoni tad-dettalji msemmija fl-artikolu 569(1).

3. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 62(2) tal-Kodiċi, id-dokumenti li jakkompanjaw id-dikjarazzjoni għad-dħul huma dawk imsemmija fl-Artikolu 220 u fil-każ li jiġi użat it-traffiku triangolari, ħlief fil-każ ta' l-applikazzjoni tal-artikolu 605, il-bulettin INF 5 bil-kondizzjonijiet previsti fl-artikolu 604.

(b) Proċeduri ssimplifikati

Artikolu 576

1. IL-proċeduri ssimplifikati li jissemmgħu fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi għandhom japplikaw skond l-Artikoli 275 u 276.

2. L-awtoritajiet doganali għandhom jiċħdu l-awtorizzazzjoni li tkun wżata il-proċedura ta' rilaxx lokali msemmija fl-Artikolu 276, lil persuni li r-reġistri ta' l-ipproċessar attiv tagħhom, kif msemmija fl-Artikolu 556 (3), ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti.

3. Id-dikjarazzjoni supplementari msemmija fl-Artikolu 76(2) tal-Kodiċi għandha tkun mogħtija fit-terminu stpulat u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn meta d-dokument tar-rilaxx ikun ippreżentat.

Sub-sezzjoni 2

Verifika tal-proċedura

Artikolu 577

1. B' applikazzjoni ta' l-Artikolu 89 tal-Kodiċi, il-proċedura ta' l-ipproċessar attiv (sistema ta' sospenzjoni) għandha titwettaq f'dak li għandu x'jaqsam ma merkanzija impurtata meta l-prodotti kompensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul jkunu ġew iddikjarati għal trattament jew użu ieħor approvat mid-dwana u l-kundizjonijiet kollha għal użu ta' proċedura jkunu sodisfatti.

Meta l-Artikolu 115(1)(b) tal-Kodiċi jkun applikat, il-proċedura għandha tkun meqjusa bħala li saret meta l-awtoritajiet doganali jkunu aċċettaw id-dikjarazzjoni dwar merkanzija mhux Komunitarja

2. Għall-iskop tal-verifika tal-proċedura ta' l-ipproċessar attiv, dan li ġej għandu jkun meqjus bħala esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Komunita:

(a) il-konsenja tal-prodotti kompensatorji għand persuni li jkunu eliġibli għal għajnuna bis-saħħa kemm tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tat-18 t'April 1961 dwar Relazzjonijiet Diplomatċi, kemm tal-Konvenzjoni ta' Vjenna ta' l-24 t'April 1963 dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari kemm ta' konvenzjonijiet konsulari oħra, kemm tal-Konvenzjoni ta' New York tas-16 ta' Dicembru 1969 dwar Missjonijiet Speċjali;

(b) it-twassil ta' prodotti kumpensanti għand il-forzi armati stazzjonati fuq it-territorju ta' Stat Membru, skond l-Artikolu 136 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83;

(ċ) il-konsenja ta' ajruplani ċivili għand kumpanniji tal-linji tal-ajru stabbiliti fit-territorju doganali tal-Komunita;

(d) it-tiswija, il-modifika jew it-trasformazzjoni ta' ajruplani ċivili, li ssir taħt il-proċedura ta' ipproċessar attiv.

3. L-verifika tal-proċedura ssir skond ma il-kwantitajiet tal-merkanzija importata jikkorrispondu mal-prodotti kompensatorji mgħoddija għall-wieħed mit-trattamenti jew użi msemmija fil-paragrafu wieħed jewfil-paragrafu tnejn jew mal-kwantità fi statt mhux mibdul imdaħħla għall-dan it-trattament jew użu.

Artikolu 578

Id-dikjarazzjoni biex jidaħħlu għall-trattamenti jew użi approvati mid-dwana prodotti kompensatorji jew merkanzija fl-istat mhux mibdul għandu jkun fiha l-elementi kollha meħtieġa għall-verifika tal-proċedura.

Artikolu 579

1. Meta n-natura u/jew il-karatteristiċi tekniċi tal-merkanzija mpurtata jkunu ġew mibdula bħala riżultat ta' każ fortuwitu jew forza maġġuri b'talli mod li jsir hekk li jsir impossibli li jiġu akkwistati prodotti kumpensantorji li għalihom jkun hemm l-awtorizzazzjoni ta' proċessar attiv (sistema ta' sospenzjoni), id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-uffiċċju doganali ta' sorveljanza b'dak li jkun ġara.

2. L-Artikolu 571, (3) japplika mutatis mutandis.

3. Meta t-tibdil inkwistjoni jista' jafettwa t-tkomplija ta' l-awtorizazzjoni jew is-sustanza tagħha il-paragrafi wieħed u tnejn ma jippreġudikawx l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 9 u 87 tal-Kodiċi.

4. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti kumpensanti.

Artikolu 580

1. Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija fl-istat mhux mibdul jew tal-prodotti kumpensantorji prinċipali għandhom jitqiesu sodisfatti meta l-persuna kkonċernata tiddikjara li hi ma tkunx tista' tgħaddi din il-merkanzija jew prodotti għal trattament jew użu approvat mid-dwana li permezz tagħhom id-dazzju ma jkunux dovut.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtoriżżaw ir-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera fuq bażi globali. Għandhom jagħmlu dan biss meta din l-azzjoni ma jinksrux dispożizzjonijiet oħra Komunitarji li għandhom x'jaqsamu mar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

3. Il-Merkanzija impurtata tista' titqiegħed fis-suq tal-Komunitarju kemm fl-għamla ta' prodotti kumpensatorju kif ukoll ta' merkanzija fi stat mhux mibdul mingħajr ma jkunu twettqu kollha l-formalitajiet ta' ċirkolazzjoni libera fil-waqt li jitqiegħu fis-suq.

Għall-iskopijiet ta' paragrafu 4 biss, oġġetti mqiegħda fis-suq b'din il-manjiera m'għandhomx ikunu meqjusa li jkunu ġew mdaħħla ghal xi wieħed mit-trattamenti jew użu li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 89 tal-Kodiċi.

4. Il-Merkanzija impurtata, kemm jekk fl-għamla ta' prodotti kumpensatorji kemm fl-għamla ta' merkanzija fi stat mhux mibdul, li jkunu koperti b'awtorizzazzjoni globali għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera u li, meta jiskadi t-terminu għar-rijesportazzjoni (billi jkun ikkunsidrat, meta jkun l-każ, l-Artikolu 561), li ma jkunux ġew mdaħħla għal xi trattament jew użu approvat mid-dwana msemmija fl-Artikolu 89 tal-Kodiċi għandhom ikunu meqjussa li kienu ġew irilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, u d-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera tkun meqjusa li kienet ġiet ippreżentata, aċċettata u mogħtija għar-rilaxx malli jkun skada dak it-terminu.

5. Merkanzija mqiegħda fis-suq skond il-paragrafu 3 għandha tkunu meqjusa minnufieħ bħala merkanzija Komunitarja.

Artikolu 581

Mingħajr preġudizzju għall-użu ta' proċeduri ssimplifikati, il-prodotti kompensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul li jkunu maħsuba li jiddaħħlu ghal trattament jew użu approvatti mid-dwana għandhom ikunu ppreżentati fl-uffiċju tad-destinazzjoni sabiex isirulhom il-formalitajiet doganali speċifikati għal trattamenti jew użu f'dak il-każ skond id-dispożizzjonijiet ġenerali u relattivi.

B'dana kollu, l-uffiċju ta' sorveljanza jista' jippermetti li l-prodotti jew merkanzija msemmijin ikunu ippreżentati f'uffiċju doganali differenti minn dak li hemm referenza għalih fl-ewwel sub-paragrafu.

(a) Proċeduri normali

Artikolu 582

1. Ħlief meta l-Artikolu 568 ikun applikat, id-dikjarazzjoni ta' tmiem tal-proċedura ta' proċessar attiv (sistema ta' sospensjoni) għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċji tal-verifika għat-tmiem speċifikati fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 568 jkun applikat, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata fl-uffiċju doganali li jkunu ħareġ l-awtorizzazzjoni.

3. B'dana kollu, l-uffiċju ta' sorveljanza jista' jippermetti li d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ippreżentata f'uffiċju doganali differenti minn dak msemmi refernza dwaru fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 583

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 582 għandha ssir skond id-dispożizzjonijiet stabiliti għat-trattament jew l-użu approvat mid-dwana relattiv.

2. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kumpensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul, fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun tikkorrespondi ghall-ispeċifikazzjonijiet fl-awtorizzazzjoni.

3. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 62(2) tal-Kodiċi, id-dokumenti li jakkompanjaw id-dikjarazzjoni ta' verifika għandhom ikunu dawk neċessarji biex tiddaħħal il-merkanzija għall-proċedura mitluba, kif previst fl-Artikoli minn 218 sa 221.

(b) Proċeduri ssimplifikati

Artikolu 584

IL-proċeduri issimplifikati prevsiti fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi huma applikabbli taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 278.

(ċ) Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-impożizzjoni ta' piżijiet

Artikolu 585

1. Meta l-merkanzija impurtata tkunu żejt taż-żebbuġa li jidħol fl-intestaturi 1509 u 1510 tan-nomeniklatura magħquda u r-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera kemm jekk fi stat mhux mibdul u kemm il-għamla ta' prodotti kumpensatorji li jidħlu fil-kodiċi NM 15099000 jew 15100090 tkun ġiet awtoriżżata, l-imposta agrikola għandha tkun:

- l-imposta agrikola indikata fil-liċenza ta' l-importazzjoni maħruġa permezz ta' proċedura ta' appalt, bla preġudizzzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3136/78 tat-28 ta' Diċembru 1978 [25],

jew

- l-aħħar imposta agrikola minima stabbilita mill-Kommisjoni qabel id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għaċ- ċirkolazzjoni libera, meta l-liċenzja msemmija fl-Artikolu 6 tal-imsemmija Regolament tkun ġiet ippreżentata jew meta l-kwantita rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera ma teċċedix 100 kilogramma.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 1 għandhom japplikaw bl-istess mod meta l-merkanzija impurtati tkun żebbuġ li jidħlu fil-kodiċi NM 07099039 jew 07112090 li r-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' prodotti kumpensatorji li jidħlu fin-intestatura tal-kodiċi NM 15099000 jew 15100090 jkunu ġew awtorizzati.

Artikolu 586

Fil-kaz ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija fi stat mhux mibdul jew prodotti kumpensatorji fi Stat Membru barra minn dak li fih l-merkanzija tkun iddaħhlet għal proċedura, l-imsemmi Stat Membru għandu jiġbor id-dazji tal-importazzjoni li huma msemmija fil-folja tal-informazzjoni INF 1 skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 611, skond il-kondizzjonjiet indikati.

Artikolu 587

1. Meta l-prodotti kumpensatorji jkunu rilaxxati f'ċirkolazzjoni libera u ammont ta' dejn doganali jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' l-imposti approprijati ghall-merkanzija mpurtata, skond l-Artikolu 121 tal-Kodiċi, il-kaxxi Numri 15, 16, 34, 41 u 42 tad-dikjarazzjoni għandhom jirreferu għall-merkanzija fl-istat mhux mibdul.

2. Il-partikularitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunx hemm bżonn li jkunu mogħtija meta l-informazzjoni fil-folja INF 1 msemmija f'l-Artikolu 611 jew dokument ieħor li jkun fih l-istess dettalji bħal l-folja INF 1 jakkompanjaw id-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

L-Artikolu 588

1. Il-lista ta' prodotti kompensatorji u l-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar li għalihom japplika l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 122(a) tal-Kodiċi, tinstab fl-Anness 79.

Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, il-qerda tal-prodotti kompensatorji barra minn dawk li għalihom japplika l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 122(a) tal-Kodiċi għandhom titqies bhala esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Komunita.

2. Id-data li għandha tintuża sabiex stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni fuq il-prodotti kompensatorji imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun dik meta d-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tkun aċċettata.

3. L-uffiċju ta' sorveljanza jista jippermetti li jiġi applikat l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 122(a) tal-Kodiċi li jkun applikabbli għall-iskart, ruttam, fdalijiet, rimi u rifjuti barra minn dawk li hemm fil-lista imsemmija fil-paragrafu 1.

Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni kull sitt xhur bil-każijiet li għalihom dan il-paragrafu jkun ġie applikat.

Artikolu 589

1. Meta dejn doganali jinħoloq fir-rigward ta' prodotti kompensatorji jew ta' merkanzija fi' stat hux mibsul, imgħax kompensatorju għandu jitħallas fuq id-dazju ta' l-importazzjoni applikabbli.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux japlika:

- meta dejn doganali jinħoloq skond l-Artikolu 216 tal-Kodiċi,

- meta l-iskart u r-ruttam li jifdal mill-qerda skond l-Artikolu 182 tal-Kodiċi jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera,

- meta l-prodotti kumpensatorji sekondarji imsemmija fl-Anness 79 jiġu rilaxxati għaċ- ċirkolazzjoni libera, sakemm dawn jikkorrispondu proporzjonatament mal-parti esportata tal-prodotti kompensatorji prinċipali,

- meta l-ammont ta' l-imgħax kompensatorju ikkalkolat skond il-paragrafu 4 ma jeċċedix l-20 ECU għall kull dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera,

- meta d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jitlob ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u jagħti prova illi xi ċirkostanzi partikolari li ma jkunux ir-riżultat ta' negliġenza jew qerq minn-naħa tiegħu, jirrendu impossibbli jew ekonomikament impossibbli illi ssir l-esportazzjoni maħsuba fil-kondizzjonijiiet oriġinali kif kien antiċipa u ġġustifikati kif suppost fit-talba għall-awtorizzazzjoni.

3. It-talba biex jiġi kkonsidrat każ taħt il-kondizzjonijiet tal-ħames inċiż tal-paragrafu 2 għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet doganali indikati mill-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni. Din għandha tkun ammissibli biss meta jkollha magħha id-dokumenti kollha meħtieġa biex jiġġustifikawha biex jista' jsir eżami sħiħ ta' dak il-każ.

Meta l-awtoritajiet doganali jirċievu talba fir-rigward ta' ammont li jservi ta' bażi għal imgħaxijiet kompensatorju inqas jew daqs 3000 ECU jew anqas għall kull dokument ta' verifika jsibu li r-raġunijiet li jsostnu t-talba jindikaw sitwazzjoni tat-tip imsemmi fil-ħames inċiż tal-paragrafu 2, huma għandhom jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1. F'dan il-każ id-dokumenti li jiġġustifikaw dan għandhom jinżammu għal tliet sin mill-awtoritajiet doganali.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, meta dawn ikollhom l-intenzjoni li jilqgħu it-talba, għandhom jgħaddu dik it-talba lill-Kummissjoni flimkien ma' l-inkartament relattiv li jkun fiħ il-materjal kollu meħtieġ għal eżami sħiħ. Ir-rilaxx mogħti mill-awtoritajiet doganali għal dħul f'ċirkolazzjoni libera ta' prodotti jew merkanzija kompensatorja fi stat mhux mibdul jista jkun kkondizzjonat b'għoti ta' garanzija, f'ammont li jiġi stabbilit skond il-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat immedjetament malli tirċievi l-inkartament. L-Istat Membru li jkun ittrasmetta t-talba għandu jirrinunzja għall-applikzzjoni tal-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni tkun naqset milli tinformaħ b'xi oġġezzjonijiet sa żmien xagħrejn mid-data ta' l-irċevuta ta' l-avviż.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bit-talbiet li tirċievi u bl-azzjoni li tkun ittieħdet dwarhom.

4. (a) Ir-rati ta' l-imgħax annwali għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-medja aritmetika ta' rati repreżentattivi fuq termini qosra għal kull Stat Membru fl-istess perijodu ta' sitt xhur tas-sena ta' qabel.

Dawn għandhom ikunu applikabbli għad-dejn doganali kollu li jkun inħoloq matul perijodu ta' sitt xhur.

Ir-rata li għandha tiġi applikata għandha tkun dik ta' l-Istat Membru fejn l-operazzjonijiet ta' proċessar attiv, jew l-ewwel minnhom, ikunu saru jew suppost li kienu saru.

Ir-rati għandhom jiġu ppubblikati fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej sa mhux iżjed tard minn xahar qabel ma jiġu applikati.

(b) L-imghax għandu jiġi applikat kull xahar kalendarju u għall-perijodu li jibda jgħodd mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara x-xahar li fih l-merkanzija impurtata li għaliha il-proċedura tkun ġiet verifikata, kienet iddaħlet għall-proċedura, sa l-aħħar jum tax-xahar li matulu ikun inħoloq id-dejn doganali.

Sabiex jiġi ssimplifikat il-mod kif jiġi stabbilit il-perijodu li għandu jitqies għall-applikazzjoni ta' l-imgħax kompensatorju, b'mod partikolari fil-każ ta' l-operazzjonijiet li fihom in-numru ta' oġġetti mpurtati u/jew prodotti kumpensatorji jirrendi ekonomikament imprattikabbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet normali, l-awtoritajiet doganali, fuq talba tal-persuna kkonċernata, jistgħu jippermettu li l-perijodu għaliħ għandu japplika l-imgħax ikun ibbażat fuq il-perijodu ta' rotazzjoni tal-ħażniet ta' merkanzija użati biex irriżultaw prodotti kompensatorji.

Il-perijodu ta' rotazzjonijiet tal-ħażniet għandu jinftiehem bhala ż-żmien medju li jittieħed mil-mument li fih l-oġġetti li għandhom jintużaw biex jiġu akkwistati l-prodotti kompensatorji jidħlu fil-fabbrika sal-mument meta joħorġu minnha. Dan il-perijodu għandu jiġi stabbilit permezz tal-proporzjoni bejn il-prezz ta' l-akkwist tal-ħażniet medji ta' merkanzija meħtieġa biex jiġu akkwistati l-prodotti kompensatorji min-naħa l-waħda, u min-naħa l-oħra l-ammont totali annwali bil-prezz ta' l-akkwist.

Ir-riżultat, immultiplikat bi 12 u mqarreb lejn in-numru sħiħ li jmiss, għandha jkun in-numru ta' xhur li dwarhom l-imgħax kumpensatorju għandu jkun applikabbli.

Is-simplifikazzjoni msemmija hawn fuq għandha tingħata biss mill-awtoritajiet doganali bil-kondizzjoni illi l-perijodu ta' rotazzjoni tal-ħażniet jista' jiġi kkontrollat.

Il-perijodu li għandu jitiqes għall-applikazzjoni ta' l-imgħax kompensatorju m'għandux ikun anqas minn xahar.

(ċ) L-ammont ta' l-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-dazji ta' importazzjoni, fuq ir-rata ta' imgħax isemmija f'(a) hawn fuq u l-perijodu imsemmi f'(b) hawn fuq.

Artikolu 590

1. F'każijiet speċifiċi, partikolarment fil-każ ta' operazzjonijiet ta' processar li jinvolvu iktar minn Stat Membr wieħed, fuq it-talba ta' persuni nteressati, jistgħu jiġu applikati metodi ssimplifikati ta' kalkolu u ta' l-ikkuntjar ta' l-imgħax kompensatorju.

2. Meta l-Istati Membri kkonċernati jkunu sodisfatti li l-proċeduri mitluba jistgħu jiġu implimentati, dawn għandhom jiġi mgħarrfa lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. Il-proċeduri mgħarrfa lill Kummissjoni jistgħu jiġu applikati sakemm il-Kummissjoni ma tgħarraf lill-Istati Membri kkonċerntai, fi żmien xharejn mid-data fiha tkun irċiviet il-proposta, ta' xi oġġezzjonijiet għal dik l-applikazzjoni.

Artikolu 591

1. Il-proporzjon ta' merkanzija mpurtata li tkun tagħmel parti minn prodotti kompensatoprji għandu jiġi ikkalkulat meta meħtieġ sabiex sabiex jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni li għandhom jiġu mposti. Dan il-kalkolu m'għandux isir meta, b'mod partikolari, l-ammont tad-dejn jiġi stabbilit biss fuq il-bażi ta' l-Artikolu 122 tal-Kodiċi.

2. Il-kalkoli għandhom jinħadmu skond il-metodi imsemmija fl-Artikoli 592 sa 594 jew skond xi metodu ieħor li jagħti l-istess riżultat.

Artikolu 592

Il-metodu ta' l-iskala kwantitattiva (prodotti kompensatorji) għandu jintuża meta tip wieħed ta' prodotti kompensatorji jirriżulta mill-operazzjonijiet ta' proċessar attiv. F'danil-każ il-kwantità ta' merkanzija ta' importazzjoni korripsondenti għall-kwantità tal-prodotti kompensatorji illi fuqhom ikun inħoloq id-dejn doganali hija kkalkolata billi jiġi applikat għall-kwantitajiet totali ta' l-istess merkanzija koeffiċjent li jikkorrispondi għall-proporzjoni bejn il-kwantità ta' prodotti kompensatorji li fuqhom ikun inħoloq id-dejn doganali u l-kwantità totali tal-prodotti kompensatorji.

Artikolu 593

1. Il-metodu ta' l-iskala kwantitattiva (merkanzija impurtata) għandu jiġi applikat meta l-ingredjenti kollha tal-mekranzija importata jistabu f'kull prodott kompensatorju.

Biex jiġi determinat jekk dan il-metodu ikunx applikabbli, it-telf m'għandux jitqies.

Il-kwantità ta' merkanzija mportata għall-użu fil-manifattura ta' kull prodott kompensatorju għandha tiġi stabbilita billi jiġi applikat b'mod suċċessiv għall-kwantità totali tal-merkanzija koeffiċjenti li jikkorrispondi mal-proporzjoni tal-kwantità tal-merkanzija msemmija li tinstab f'kull tip ta' prodott kompenstorju għall-kwantità totali tal-merkanzija misjuba fil-prodotti kompensatorji fit-total.

Il-kwantità tal-merkanzija ta' l-importazzjoni illi tikkorespondi mal-kwantità tal-prodotti kompensatorji li għalihom dejn doganali ikun inħoloq, hija stabbilita billi jiġi applikat għall-kwantità ta' merkanzija ta' importazzjoni imdaħħla għall-manifattura tal-prodott ikkalkolat skond it-tielet inċiż, il-keoffiċjenti stabbilit fil-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 592.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, il-metodu ta' skala kwantitattiva (merkanzija ta' l-importazzjoni) jiġi applikat ugwalment għall-operazzjonijiet ta' proċessar ta' qamħ durum sabiex minnu jsir is-semolina tal-kuskus, tħin ieħor oħxon u semolina oħra.

Artikolu 594

1. Meta L-Artikoli 592 u 593 ma Japplikawx, il-metodu ta' l-iskala tal-valur għandu jiġi applikat fil-każijiet kollha. B'danakollu, bil-kunsens tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni okkupant tal-awtorizzazzjoni u għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni l-awtoritajiet doganali jistgħu japplikaw il-metodu ta' l-iskala kwantitattiva (merkanzija ta' l-importazzjoni) flok il-metodu ta' l-iskal tal-valuri meta l-applikazzjoni ta' wieħed jew ieħor mill-meotodi tagħi riżultati jixxiebħu.

2. Biex tiġi stabbilita l-kwantità ta' merkanzija ta' importazzjoniużata għall-maniffattura ta' kull tip ta' prodott kompensatorju jiġi applikat suċċessivament għal-kwantitajiet totali tal-merkanzija ta' l-importazzjoni koeffiċjent li jikkorrispondi għall-proporzjon bejn il-valur ta' kull prodott kompensatorju u l-valur totali tal-prodotti stabbiliti skond il-paragrafu 3.

3. Għall-applikzzjoni ta' l-Artikolu 36(1) tal-Kodiċi, il-valur ta' kull prodott kompensatorju differenti li għandu jintuża għall-applikazzjoni ta' l-iskala tal-valur għandu jkun:

- il-prezz tal-bejgħ riċenti fil-Komunita ta' prodotti identiċi jew simili, sakemm dan ma kienx ġie nfluenzat mir-relazzjonijiet bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, jew, meta dan ma jkunx magħruf,

- il-prezz riċenti tal-bejgħ mill-fabbrika riċent fil-Komunità, sakemm dan ma kienx influwenzat mir-relazzjonijiet bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ.

Meta l-valur ma jkunx jista jigi stabbilit skond l-ewwel sub-paragrafu dan għandu jiġi stabbilit mill-uffiċju ta' doganali ta' sorveljanza doganali bl-użu ta' metodu raġjonevoli.

4. Il-kwantità ta' merkanzija importata li tikkorrispondi mal-kwantità ta' prodotti kompensatorji li għalihom ikun inħoloq dejn doganali hija stabbilita bl-applikazzjoni għall-kwantità tal-merkanzija importata imdaħħla għall-manifattura ta' l-istess prodott kkalkolata skond il-paragrafu 2, ilkoeffiċjent stabbilit taħt il-kondizzjonijiet imesmmija fl-Artikolu 592.

(d) Dokument ta' rilaxx

Artikolu 595

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 596(3), id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jfornixxi l-uffiċċju ta' sorveljanza b'dikjarazzjoni ta' rilaxx.

2. Id-dikjarazzjoni ta' rilaxx għandha jkun fiha b'mod speċjali dawn il-partikularitajiet:

(a) partikularitajiet ta' referenza għall-awtorizzazzjoni;

(b) il-kwantità ta' kull tip ta' merkanzija mpurtata u l-partikularitajiet ta' referenza tad-dikjarazzjonijiet għad-dħul tal-proċedura;

(ċ) il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda tal-merkanzija mpurtata;

(d) il-valur doganali tal-merkanzija mpurtata u r-rata tad-dazju ta' l-importazzjoni li għalih tkun soġġetta;

(e) ir-rata tar-rendiment stabbilita;

(f) in-natura u l-kwantita tal-prodotti kumpensatorji u t-trattament jew użu approvati mid-dwana li għalih ikunu ġew assenjati, flimkien ma partikularitajiet ta' referenza tad-dikjarazzjonijiet li jassenjaw l-imsemmija prodotti għal trattament jew użu approvat mid-dwana;

(g) il-valur tal-prodotti kompensatorji jekk il-metodu ta' l-iskala tal-valur jintuża għall-iskopijiet ta' rilaxx;

(h) l-ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni li jkollu jitħallas fuq il-kwantità ta' merkanzija impurtata li tkun ikkunsidrata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa skond l-Artikolu 589(3);

(i) l-merknazija ta' importazzjoni mdaħħla taħt is-sistema ta' traffiku trijangulari.

3. Meta l-proċeduri ssimplifikati jkunu wżati għad-dħul fil-proċedura jew għar-rilaxx tal-proċedura, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti in kwistjoni għandhom ikunu dawk immsemmija fl-Artikolu 76(3) tal-Kodiċi. Id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għandha wkoll turi l-kwantità ta' merkanzija kkunsidrata għar rilaxx f'ċirkolazzjoni libera bis-saħħa ta' l-Artikolu 580.

Artikolu 596

1. Id-dikjarazzjoni ta' rilaxx għandha tkun fornita fi żmien 30 jum minn meta jiskadi t-terminu għar-rijesportazzjoni, ikkalkulat, meta approprjat, skond l-Artikolu 565. Meta l-aggregazzjoni mensili jew ta' kull tlett xhur tkun użata, id-dikjarazzjoni ta' rilaxx għandha tkun ippreżentata għall kull xahar jew tlett xhur.

2. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3 u l-Artikolu 597(4), meta s-sistema ta' esportazzjoni antiċipata tkun użata, id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għandha tkun fornita mhux aktar tard minn 30 jum minn meta jiskadi it-terminu stabbilit skond l-Artikolu 561.

3. L-uffiċċju ta' sorveljanza jista hu stess iħejji d-dikjarazzjoni tar-rilaxx fl-istess termini msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Dan il-fatt għandu jkun indikat fl-awtorizzazzjoni.

Artikolu 597

1. Id-dazji tal-importazzjoni fuq merkanzija mpurtata, kemm jekk fil-għamla ta' prodotti kumpensatorji kemm jekk fl-istat mhux mibdul li jkunu kkunsidrati li ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera skond l-Artikolu 580(3), għandhom ikunu mħallsa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx, li tista tkun ibbażata fuq id-dikjarazzjoni rikapitulattiva.

2. Meta l-identifikazzjoni tad-dettalji l-oħra tal-imposti li għandhom x'jaqsmu ma merkanzija mpurtata tkun meħtieġa sabiex ikun iddeterminat l-ammont ta' dazji ta' importazzjoni, id-dikjarazzjoni ta' rilaxx għandha, b'żieda ma dan, turi dawk id-dettalji l-oħra u, meta approprjat, il-proporzjon tal-merkanzija mpurtata li tkun nkorporata fil-prodotti kumpensatorji, stabbiliti skond l-Artikoli 592 sa 594.

3. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandhu jgħamel disponibbli lill-uffiċju ta' superviżjoni kull dokument li jkollu x'jaqsam mal-merkanzija meqjusa bħala rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skond l-Artikolu 580(3) li l-produzzjoni tagħhom tkun meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rilaxx tal-merkanzija f'ċirkolazzjoni libera.

4. L-uffiċju ta' sorveljanza jista jaqbel li:

(a) id-dikjarazzjoni ta' rilaxx msemmija fl-Artikolu 595(1) għandha titħejja mill-kompjuter jew f'xi għamla oħra determinata minn dak l-uffiċċju;

(b) id-dikjarazzjoni ta' rilaxx għandha tkun imħejjija fuq id-dikjarazzjoni li ddaħħal l-merkanzija għall-proċedura.

Artikolu 598

L-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jinnota id-dikjarazzjoni ta' rilaxx fuq il-bażi tal-verifika li tkun saret, u jinforma lid-detentur tal-awtorizzazzjoni jekk meħtieġ bir-riżultat tal-verifika, u għandu jżomm id-dikjarazzjoni tar-rilaxx u d-dokumenti annessi magħha mill anqas għal tlett snin kalendarji minn tmiem is-sena li fiha id-dikjarazzjoni kienet saret. B'dana kollu, l-imsemmi uffiċċju doganali jista jiddeċiedi li d-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mad-dikjarazzjoni ta' rilaxx għandhom jinżammu mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni. F'dak il-każ l-imsemmija dokumenti għandhom jinżammu għall-istess perijodu.

Artikolu 599

1. Meta l-merkanzija mpurtata tkun mdaħħla għal proċedura bis-saħħa ta' awtorizzazzjoni waħda imma permezz ta' diversi dikjarazzjonijiet, il-prodotti kumpensatorji jew fi stat mhux mibdul assenjati għal trattament jew użu approvat mid-dwana, għandhom ikunu meqjusa li kienu ġew akkwistati minn merkanzija impurtata mqiegħda taħt il-proċedura permezz tad-dikjarazzjonijiet l-iktar antiki.

2. Meta id-detentur tal-awtorizzazzjoni jista jipprova illi il-prodotti kumpensantatorji jew il-merkanzija fi stat mhux mibdul skond il-paragrafu 1 ġew akkwistati minn merkanzija mpurtata partikolari, il-paragrafu 1 ma għandux jiġi applikat.

Sub-sezzjoni 3

Traffiku trijangulari

Artikolu 600

L-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 556 jistgħu jippermettu traffiku trijangolari biss bħala parti minn sistema ta' esportazzjoni antiċipata.

Artikolu 601

1. Għal traffiku trijangulari il-folja ta' nformazzjoni li hija msemmija bħala "folja t'informazzjoni INF 5" għandha tkun użata.

2. Folja t'informazzjoni IMF 5 għandha titħejja fuq formola li tkun taqbel mal-mudell u l-indikazzjonijiet f'L-Anness 81, f'oriġinal u tlett kopji li għandhom ikunu ippreżentati flimkien lill-uffiċju doganali fejn il-formalitajiet tal-espportazzjoni jkunu saru.

Folja t'informazzjoni INF 5 għandha titħejja f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantità ta' merkanzija mpurtata li tikkorrispondi mal-kwantità ta' prodotti kumpensantorji esportati. Meta jkun ippjanat li tkun mpurtata merkanzija f'kunsenji suċċessivi, tista' tkun imħejjija aktar minn folja IMF 5 waħda.

3. Fil-każ ta' serq, telf jew qerda tal-folja t'informazzjoni INF 5, l-importatur jista jitlob lill-uffiċju doganali li jkun iffirmaha li tinħareġ kopja dduplikata. L-imsemmi uffiċċju għandu jaċċetta din it-talba bil-kondizzjoni li jiġi ppruvat li l-merkanzija mpurtata li għaliha ħarġu il-kopji dupplikati ma kienetx imdaħħla għal-proċedura proprja.

L-oriġinal u l-kopji kollha tal-folja t'informazzjoni INF 5 hekk maħruġa għandhom ikollhom miktub fuqhom waħda minn dawn l-indikazzjonijiet:

- DUPLICADO,

- DUPLIKAT,

- DUPLIKAT,

- ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ,

- DUPLICATE,

- DUPLICATA,

- DUPLICATO,

- DUPLICAAT,

- SEGUNDA VIA.

Artikolu 602

1. Meta d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni dwar il-prodotti kumpensantorji tkun ippreżentata fl-uffiċċju doganali fejn il-formalitajiet tal-esportazzjoni jkunu saru, il-folja INF 5 li tkun tħejjiet skond l-Artikolu 601(2) għandha tkun ippreżentata.

2. Meta l-prodotti kumpensatorji jħallu t-territorju doganali tal-Komunità permezz ta' l-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjonita' l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata, l-imsemmi uffiċċju għandu jiffirma f'kaxxi 9 u 10 tal-folja IMF 5, iżomm il-kopja Nru 1 u jagħti l-oriġinali u l-kopja l-oħra lura lid-dikjarant.

Meta l-uffiċċju doganali ma jkunx l-uffiċċju doganali ta' sorveljanza, dan għandu jibgħat il-kopja 1 wara li jikkontrofirmaha u jibgħatha lill-uffiċċju ta'sorveljanza.

3. Meta l-prodotti kumpensatorji jħallu t-territorju doganali tal-Komunità permezz ta' uffiċċju doganali apparti mill-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata, dawn għandhom jinħarġu mit-territorju doganali tal-Komunità permezz tal-proċedura ta' transitu estern tal-Komunità.

4. Il-prodotti kumpensatorji msemmija fil-paragrafu 3 ma jistgħux ma jkunu mogħtija trattament jew użu apparti minn esportazzjoni diretta lejn pajjiż terz.

Artikolu 603

L-indikazzjoni tal-uffiċċju għad-dħul fejn iridu jsiru l-formalitajiet biex tidħol għal-proċedura merkanzija ta' importazzjoni tista tinbidel mill-uffiċċju ta' sorveljanza jew mill-uffiċċju doganali fejn il-formalitajiet tad-dħul għal dik il-proċedura ta' merkanzija mportata ikunu effettivament saru u b'dan it-tibdil irid jiġi nfurmat l-uffiċċju ta' sorveljanza.

Artikolu 604

1. Id-dikjarazzjoni li ddaħħal l-merkanzija importata għall-proċedura għandha tkun akkumpanjata mill-oriġinal u l-kopji 2 u 3 tal-folja t'informazzjoni INF 5.

2. L-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjoni tal-dħul tkun ippreżentata għandu jniżżel nota fuq l-oriġinal u l-kopji 2 u 3 tal-folja t'informazzjoni INF 5 tal-kwantità tal-merkanzija mpurtata mdaħħla għall-proċedura kif ukoll id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni. Għandu jibgħat kopja 3 lill-uffiċċju ta' sorveljanza mingħajr dewmien, u jibgħat lura l-oriġinal lid-dikjarant u jżomm il-kopja numru 2.

3. Wara li jirċievi il-kopja numru 3 l-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jgħarraf lid-detentur tal-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien bil-kwantità tal-merkanzija importata mdaħħla għall-proċedura u d-data ta' dak id-dħul.

Artikolu 605

Meta l-uffiċċju tad-dħul għal proċedura u l-uffiċċju fejn jsiru l-formalitajiet tal-esportazzjoni jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistipulaw proċeduri oħra.

Sub-sezzjoni 4

Miżuri speċifiċi ta' politika kummerċjali

Artikolu 606

Meta it-talba għal awtorizzazzjoni tirrigward merkanzija suġġetta għall-miżuri ta' politika kummerċjali msemmija fl-Artikolu 607(1)(a) mhix meħtieġa il-preżentazzjoni ta' xi liċenzja, awtorizzazzjoni jew dokument ieħor simili mas-sottomessjoni tat-talba.

Artikolu 607

1. Meta fl-atti rji ikun hemm diżposizzjoni għal miżuri speċifiċi ta' politika kummerċjali dwar:

(a) ir-rilaxx ta' merkanzija għall-ċirkolazzjoni libera, il-miżuri m'għandhomx japplikaw għad-dħul tal-merkanzija għal proċedura ta' proċessar attiv, u lanqas matul iż-żmien kollu li tibqa' taħt dik il-proċedura;

(b) il-merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità, l-imsemmija miżuri għandhom ikunu applikabbli meta l-merkanzija mpurtata tiddaħħal għall-proċedura ta' proċessar attiv.

2. Merkanzija mhux rja, anki meta ma tkunx suġġett għad dazzju ta' importazzjoni, tista wkoll tiddaħħal għall-proċedura li tuża is-sistema ta' sospensjoni:

(a) bil-ħsieb li ma jiġux applikati l-miżuri ta' politika kummerċjali li għandha x'taqsam mar-rilaxx ta' dik il-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera;

(b) bil-ħsieb li ma jiġux applikati l-miżuri ta' politika kummerċjali previsti għall-esportazzjoni ta' merkanzija fi stat mhux mibdul jew ta' prodotti kumpensatorji, mingħajr preġudizzju għal miżuri ta' politika kummerċjali applikabbli għall-esportazzjoni ta' prodotti li joriġinaw fil-Komunità.

3. Meta paragrafu 1 (a) jew paragrafu 2 japplikaw, mhix meħtieġa il-preżentazzjoni ta' xi liċenzja, awtorizzazzjoni jew dokument ieħor relattiv mad-dħul għall-proċedura.

Artikolu 608

Salvi id-dispożizzjonijiet applikabbli, ir-rijesportazzjoni ta' merkanzija mhux rja imdaħħla għall-proċedura m'għandhiex tikkaġuna l-applikazzjoni tal-miżuri ta' politika kummerċjali stabbiliti għall-esportazzjoni ta' merkanzija fl-istat mhux mibdul jew prodotti kumpensatorji, mingħajr preġudizzju għal miżuri ta' politika kummerċjali applikabbli għall-esportazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-Komunità.

Artikolu 609

1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija importata fil-għamla kemm ta' merkanzija fi stat mhux mibdul u kemm ta' prodotti kumpensatorji barra minn prodotti kumpensatorji sekondarji mniżżla f'L-Anness 79 għandu jkun suġġett għall-applikazzjoni mill-awtoritajiet doganali ta' xi miżuri ta' politika kummerċjali li jkunu fis-seħħ għall-merkanzija importata fil-mument ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

2. Meta r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun mitlub fi Stat Membru differenti minn dak li fih l-merkanzija importata tkun iddaħħlet għall-proċedura, dan għandu jkun suġġett għall-applikazzjoni ta' xi miżuri ta' politika kummerċjali li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn l-merkanzija tkun ddaħħlet għall-proċedura fil-mument ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

Sub-sezzjoni 5

Kooperazzjoni Amministrattiva

Artikolu 610

1. Meta l-prodotti kumpensatorji jew xi merkanzija fl-istat mhux mibdul jitqiegħdu f'żona franka jew magażżinaġġ ħieles jew jidaħħlu għal xi waħda mill-proċeduri sospensivi, li jgħinu ħalli l-proċedura ta' proċessar attiv tkun verifikata, il-kaxxa rriservata għad-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dokument relattiv għall-imsemmi trattament jew użu approvat mid-dwana, meta proċeduri ssimplifikati jkunu wżati, fid-dokument kummerċjali jew reġistri wżati, għandu, b'żieda mal-informazzjoni stabbilita fil-proċedura f'dak il-każ, għandu jkun hemm waħda minn dawn l-indikazzjonijiet:

- Mercancías PA/S,

- A.F./S-varer,

- A.V./S-Waren,

- Εμπορεύματα ET/A,

- I.P./S. goods,

- Marchandises PA/S,

- Merci PA/S,

- AV/S-goederen,

- Mercadorias AA/S.

2. Meta merkanzija importata mdaħħla għal proċedura li tuża s-sistema ta' sospensjoni tkun suġġetti għal miżuri speċifiċi ta' politika kummerċjali, fil-każ li dawn il-miżuri ikomply jkun applikabbli fil-mument tad-dħul ta' din il-merkanzija kemm fl-istat mhux mibdul kemm taħt l-għamla ta' prodotti kumpensatorji taħt waħda mill-proċeduri doganali jew żona franka jew magażżinaġġ ħieles, l-indikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kompluta b'wieħed minn dawn li ġejjin:

- Politica comercial,

- Handelspolitik,

- Handelspolitik,

- Εμπορική πολιτική,

- Commercial policy,

- Politique commerciale,

- Politica commerciale,

- Handelspolitiek,

- Política comercial.

3. L-uffiċċju tar-rilaxx għandu jkun sodisfatt li l-indikazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 u jekk ikun il-każ paragrafu 2 tkun mdaħħla fid-dokumenti illi jiġu maħruġa għad-dħul jew għal-rilaxx ta' dokumenti imsemmija f'dawk il-paragrafi.

Artikolu 611

1. Il-folja t'informazzjoni li hija rriferuta bħala folja INF 1 għandha issir f'oriġinal u żewġ kopji fuq il-formola li tkun konformi mal-mudell u d-disposizzjionijiet fl-Anness 82.

2. Il-folja INF 1 msemmija f'paragrafu 1 għandha tintuża:

(a) biex ikun stabbilit l-ammont ta' garanzija msemmija fl-Artikolu 88 tal-Kodiċi;

(b) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' prodotti kumpensatorji jew ta' prodotti fi stat mhux mibdul f'uffiċċju doganali differenti mill-uffiċċju tar-rilaxx.

Artikolu 612

Meta folja INF 1 tkun użata għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 611(2)(a), indikazzjoni approprjata għandha titniżżel f'kaxxa 2.

Artikolu 613

1. Taħt l-Artikolu 611(2)(b), meta r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti kumpensatorji jew ta' merkanzija fi stat mhux mibdul, kollha jew parti minnhom jkun mitlub, l-awtoritajiet doganali responsabbli għall-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni, jużaw folja INF 1 biex jaċċettaw, u għandhom jitlobu lil-uffiċċju doganali biex jindika:

- f'kaxxa 9 (a), l-ammont ta' dazzji t'importazzjoni li għandhom ikunu imposti permezz ta' l-Artikolu 121 jew 128 (4) tal-Kodiċi,

- f'kaxxa 9 (b), l-ammont ta' imgħax kumpensatorju li għandu jkun impost permezz ta' l-Artikolu 589,

- il-kwantità, il-kodiċi NM u l-oriġini tal-oġġetti importati wżati fil-manifattura tal-prodotti kumpensatorji rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

L-ammont ta' dazzji t'importazzjoni għandu wkoll jirrefletti id-differenza eventwali bejn:

- l-ammont ta' dazzji t'importazzjoni ddeterminati bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 121 tal-Kodiċi jew l-ammont ta' dazzji t'importazzjoni rimborsati jew imħallsa lura, u

- l-ammont ta' dazzji t'importazzjoni diġa rreġġistrati jew li għandhom jiġu rimborsati jew imħallsa lura.

2. Meta d-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera jirrigwarda il-prodotti jew l-merkanzija msemmija fl-Artikolu 610(2) u l-miżuri ta' politika kummerċjali ikunu applikabbli fl-Istat Membru fejn il-proċedura tkun ġiet awtoriżżata, l-awtoritajiet doganali responsabbli biex jaċċettaw id-dikjarazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera, għandhom jitolbu permezz tal-folja INF 1 li huma jikkontrofirmaw mingħand l-uffiċċju ta' sorveljanza li jindikalhom jekk il-miżuri ta' politika kummerċjali fis-seħħ għall-merkanzija mdaħħla fil-proċedura ta' proċessar attiv ġewx applikati.

3. L-oriġinal u kopja waħda tal-folja INF 1 għandha tintbagħat lill-uffiċċju ta' sorveljanza u kopja għandha tinżamm mill-awtoritajiet li jikkontrofirmaw dik il-folja.

4. Meta l-folja INF 1 tkun użata għall-applikazzjoni ta' miżuri ta' politika kummerċjali, l-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jgħarraf lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni bit-talba.

5. L-uffiċċju ta' superviżjoni li lilu l-folja INF 1 tkun intbgħatet għandu jissuplixxi l-informazzjoni mitluba f'kaxxi 8, 9 u 10 tal-folja, u jikkontorfirmaha, iżomm kopja u jibgħat lura l-oriġinal. B'dana kollu, ma jkunx obbligat li jissupplixxi xi nformazzjoni wara li jkun skada il-perijodu li fih kunu meħtieġa li jinżammu ir-reġistri.

6. Għall-iskopijiet tal-kalkolu ta' l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 u għal dak l-iskop biss, il-prodotti li l-folja INF 1 tirreferi għalihom għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fid-data li fih kaxxa 2 kienet ikkontrofirmata.

Artikolu 614

Jekk ir-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera jkun mitlub meta l-folja INF 1 tkun tħejjiet permezz ta' l-Artikolu 612, l-istess folja INF 1 tista tintuża, sakemm ikun fiha:

- f'kaxxa 9 (a), l-ammont ta' dazzji pagabbli fuq l-merkanzija importata bis-saħħa ta' l-Artikolu 121(1) jew 128 (4) tal-Kodiċi, u

- f'kaxxa 11, id-data meta l-merkanzija importata inkwistjoni kienet mdaħħla fil-proċedura għal-ewwel darba.

Fin-nuqqas ta' dik l-informazzjoni, folja ġdida INF 1 għandha tkun ikkontrofirmata skond l-Artikolu 613.

Artikolu 615

1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni jista jitlob għal folja INF 1 li tkun ikkontrofirmata meta l-prodotti kumpensatorji jew il-merkanzija jiġu trasferiti lit-tieni detentur jew lejn l-impjant tat-tieni operatur approvat.

2. F'dak il-każ, l-uffiċċju ta' sorveljanza jindika l-istess l-informazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 614.

Sub-sezzjoni 6

Trasferiment ta' merkanzija

Artikolu 616

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 617 sa 623 meta prodotti jew merkanzija jkunu se jiċċaqalqu fit-territorju doganali tal-Komunità, sew jekk permezz ta' trasferiment ta' awtorizzazzjoni jew permezz ta' l-istess awtorizzazzjoni, it-trasposrt tal-prodotti jew merkanzija in kwistjoni isir skond id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-transitu estern.

2. Id-dokument ta' transitu estern tal-Komunità jew id-dokument li jkun meqjus bħala dokument ta' transitu estern għandu jkun fih il-kontrofirem msemmija fl-Artikolu 610.

3. Jekk jingħata permess għall-użu ta' dawk il-proċeduri ta' trasferiment, dawn għandhom ikunu previsti fl-awtorizzazzjoni. Dawn jissostitwixxu il-proċeduri ta' spustament ta' l-arranġamenti ta' transitu estern. Fil-każ ta' transferiment ta' prodotti jew merkanzija mid-detentur ta' awtorizzazzjoni għal għand id-detentur tat-tieni awtorizzazzjoni, dawn iż-żewġ awtorizzazzjonijiet għandhom jistipulaw il-proċeduri tat-trasferiment.

Permess għall-użu tal-proċeduri f'dak il-każ jista jingħata biss jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni jżomm jew ikun żamm għalieħ ir-reġistri ta' proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 556(3).

(a) Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-trasferiment ta' merkanzija jew prodotti li jużaw awtorizzazzjoni waħda

Artikolu 617

L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu li l-prodotti kumpensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul jkunu trasferiti mingħajr il-formalitajiet doganali u mingħajr it-terminazzjoni ta' proċedura ta' proċessar attiv, mill-impjant ta' operatur lejn l-impjant ta' operatur ieħor, bl-iskop ta' aktar proċessar, sakemm li t-trasferiment jiddaħħal fir-reġistri ta' proċessar attiv.

Artikolu 618

Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jibqa responsabbli għall-oġġetti jew prodotti trasferiti.

(b) Dispożizzjonijiet li jirregolaw it-trasferiment ta' merkanzija jew prodotti mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għal għand detentur ieħor

Artikolu 619

L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu prodotti kumpensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul li jkunu trasferiti bejn id-detentur ta' awtorizzazzjoni waħda għal għand id-detentur ta' awtorizzazzjoni oħra, sakemm it-trasferiment ikunu irreġistrat fir-reġistri ta' proċessar attiv ta' l-ewwel detentur u skond il-procedura li tidher fl-Anness 83.

Artikolu 620

1. Ir-responsabbiltajiet għal-merkanzija jew prodotti trasferiti għandhom jgħaddu għand id-detentur tat-tieni awtorizzazzjoni fil-mument li t-trasferiment tal-imsemmija merkanzija jew prodotti iseħħ u jidaħħlu fir-registri ta' proċessar attiv.

2. Dan id-dħul fir-reġistri ta' proċessar attiv għandu jkollu l-effett li jqiegħed il-merkanzija jew il-prodotti għal darb'oħra fil-proċedura fir-rigward tad-detentur tat-tieni awtorizzazzjoni.

(ċ) Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 621

1. Sakemm ir-regolarità ta' l-operazzjonijiet ma tkunx b'hekk affetwata, l-awtoritajiet doganali, flimkien ma kondizzjonijiet oħra li huma jistgħu jesiġu, jistgħu:

(a) jippermettu it-trasport minn naħa l-waħda ta' merkanzija importata, mingħajr formalitajiet doganali, mill-uffiċċju tad-dħul sa l-impjant tal-operatur, u minn naħa l-oħra tal-prodotti kumpensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul mill-impjant tal-operatur lejn l-uffiċċju tar-rilaxx;

(b) jawtorizzaw l-awtentikazzjoni bil-quddiem tal-formoli li hemm imsemmija fl-Anness 83 jew il-mili mill-operatur, tal-formoli li hemm imsemmija fl-Anness 83, li għandhom ikunu ttimbrati minnu bl-użu ta' timbru speċjali tal-metall approvat mill-awtorita;

(ċ) tippermetti li jitwettqu il-formalitajiet bl-użu ta' sistemi informatiċi, sakemm l-imsemmija sistema tiggarantixxi l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

2. Meta paragrafu 1 (a) jkun applikat, l-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jkun informat mill-uffiċċju tad-dħul għall-proċedura li l-merkanzija importata tkun ddaħħlet għal proċedura u mill-uffiċċju tar-rilaxx li l-prodotti kumpensatorji jew il-merkanzija fi stat mhux mibdul ikunu ġew esportati, billi jintbgħatu kopji extra tad-dikjarazzjoni magħmula għal dak l-iskop u tad-dokumenti li jkunu magħha.

Artikolu 622

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun obbligat li jforni lill-awtoritajiet doganali b'tgħarif bil-quddiem tat-trasferimenti li għandhom jitwettqu fil-forma u l-metodu li l-imsemmija awtoritajiet għandhom jiddeċiedu.

Artikolu 623

1. Meta l-proċeduri ta' trasferiment imsemmija f'din is-sub-sezzjoni jiġu applikati, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 580 rigward l-oġġetti meqjusa li kienu ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jistgħu jkunu applikati mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' rilaxx, sakemm id-dispożizzjonijiet l-oħra rji li jirrigwardjaw ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ma jipprojbux li jsir dan.

2. L-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jinforma lill-uffiċċju jew ufficċji tad-dħul għall-proċedura, bir-rilaxx mogħti u jagħti partikularitajiet ta' referenza tad-dikjarazzjoni tad-dħul għal proċedura li hu jkun aċċetta.

Sezzjoni 6

Dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema ta' rimbors

Sub-sezzjoni 1

Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt is-sistema tar-rimbors

Artikolu 624

Il-proċeduri previsti għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera taħt is-sistema ta' rimbors għandhom japplikaw għal merkanzija importata, inklużi oġġetti importati taħt is-sistemi kumpensatorja ekwivalenti mingħajr esportazzjoni antiċipata (rilaxx sui generis għal ċirkolazzjoni libera mingħajr l-applikazzjoni ta' dazji ta' importazzjoni).

(a) Proċedura normali

Artikolu 625

1. Ħlief meta l-Artikolu 568 jkun applikat, id-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera taħt is-sistema ta' rimbors għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċċji tad-dħul għal proċedura speċifikat fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 568 jkun applikabbli, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċċji doganali awtorizzati.

Artikolu 626

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 625 għandha ssir skond l-Artikoli 198 sa 252.

2. L-Artikolu 575(2) u (3) għandu japplika.

(b) Proċeduri ssimplifikati

Artikolu 627

1. Il-proċeduri ssimplifikati li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera taħt is-sistema ta' rimbors għandhom japplikaw skond l-Artikoli 275 u 276.

2. L-Artikolu 576(2) għandu japplika.

3. Id-dikjarazzjoni supplementari msemmija fl-Artikolu 76(2) tal-Kodiċi għandha tkun fornita fil-perijodu stipulat u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn meta t-talba għar-rimbors tkun ippreżentata.

Sub-sezzjoni 2

Rimbors jew remissjoni tad-dazji

Artikolu 628

Il-każi imsemmija fl-Artikolu 577(2) għandhom ikunu ittrattati bħala ekwivalenti għall-esportazzjoni ta' prodotti kompensatorji barra mill-Komunità.

Artikolu 629

Id-dikjarazzjoni jew applikazzjoni biex prodotti kompensatorji jiddaħħlu għal xi wieħed mit-trattamenti jew użi approvati mid-dwana msemmija fl-Artikolu 128 tal-Kodiċi għandhom ikollhom il-partikularitajiet meħtieġa biex isostnu it-talba għar-rimbors.

Artikolu 630

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' proċeduri issimplifikati, il-prodotti kompensatorji kollha li għandhom ikunu mogħtija wieħed mit-trattamenti jew użi approvati mid-dwana għandhom jkunu ippreżentat fl-uffiċju tar-rilaxx u jgħaddu mill-formalitajiet doganali speċifikati għal dak it-trattament jew użu in kwistjoni skond id-dispożizzjonijiet ġenerali u relattivi.

Artikolu 631

1. Ħlief għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 568, id-dikjarazzjoni biex jingħata lill-prodotti kompensatorji xi wieħed mit-trattamenti jew użi approvati mid-dwana msemmija fl-Artikolu 128 tal-Kodiċi għandhom ikunu ippreżentati fl-uffiċċju tar-rilaxx speċifikat fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 568 applikant, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata fl-uffiċċju li jkunu ħareġ l-awtorizzazzjoni.

3. B'danakollu, l-uffiċċju ta' sorveljanza jista' jippermetti li d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ippreżentata f'uffiċċju doganali differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2.

Artikolu 632

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 631 għandha ssir b'applikazzjoni tad-dispożizzjoni previsti fit-trattament jew użu approvati mid-dwana in kwistjoni.

2. L-Artikolu 583(2) u (3) għandu japplika.

Artikolu 633

IL-proċeduri issimplifikati previsti fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi għar-rilaxx tal-proċedura għandhom japplikaw skond l-Artikolu 278.

Artikolu 634

1. Il-proporzjon ta' merkanzija importata inkorporata f'prodotti kompensatorji għandha tiġi ikkalkolata meta meħtieġ sabiex ikunu iddeterminati d-dazzji tal-importazzjoni li għandhom jiġu rimborsati jew remissi. Din il-kalkulazzjoni m'għandiex tkun implimentata meta l-prodotti kompensatorji kollha jkunu assenjati għal wieħed mit-trattamenti jew użi msemmija fl-Artikolu 128 tal-Kodiċi.

2. Il-kalkolazzjoni għandha ssir skond il-metodi msemmija fl-Artikoli 635 sa 637 jew b'xi metodu ieħor li jagħti l-istess riżultati.

Artikolu 635

Il-metodu ta' skala kwantitattiva (prodotti kompensatorji) għandu jkun użat meta tip wieħed biss ta' prodotti kompensatorji jkun akkwistat mill-operazzjonijiet ta' proċessar attiv. F'dak il-każ il-kwantità ta' merkanzija importata li tikkorispondi mal-kwantità ta' prodotti kompensatorji li dwarhom tista' issir talba għal rimbors jew remissjoni tiġi ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-kwantitajiet totali tal-istess merkanzija ko-effiċjent li jikkorispondi mal-proporzjoni bejn il-kwantità ta' prodotti kompensatorji li għalihom jistgħu jintalbu r-rimbors jew remissjoni u l-kwantità totali tal-prodotti kompensatorji.

Artikolu 636

Il-metodu ta' skala kwantitattiva (merkanzija importata) għandu jkun applikat meta l-elementi kollha tal-merkanzija rilaxxata f'ċirkolazzjoni libera jinstabu f'kull prodott kompensatorju.

Biex tiddetermina jekk dan il-metodu għandux ikun applikat, it-telf m'għandux ikun ikkunsidrat.Il-kwantità ta' merkanzija importata taħt is-sistema ta' rimbors li tkun ġiet imdaħħla għall-ipproċessar ta' kull prodott kompensatorju tiġi determinata billi jiġi applikat suċċessivament għall-kwantitajiet totali ta' merkanzija importata ko-effiċjent li jikkorrispondi għall-proporzjon bejn il-kwantitajiet ta' din il-merkanzija li jinstabu f'kull tip ta' prodott kompensatorju u l-kwantitajiet totali ta' din il-merkanzija li jinstabu fl-insjem ta' dawn il-prodotti kompensatorji.

Il-kwantità ta' merkanzija ta' importazzjoni taħt is-sistema ta' rimbors li tikkorispondi mal-kwantità ta prodotti kompensatorji li għalihom jistgħu jintalbu r-rimbors jew remissjoni, tiġi determinata bl-applikazzjoni għall-merkanzija importata mdaħħla għall-proċessar ta' dak il-prodott ikkalkolata skond it-tielet inċiż, il-ko-effiċjent stabbilit fil-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 635.

Artikolu 637

1. Meta l-Artikoli 635 u 636 ma jistgħux ikunu applikati, il-metodu ta' skala ta' valur għandu jintuża. B'danakollu, bi ftehim mad-detentur tal-awtorizzazzjoni u għall-iskopijiet ta' simplifikazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu japplikaw l-iskala tal-metodu kwantitattiv (merkanzija mpurtata) minflok il-metodu tal-iskala tal-valur meta l-applikazzjoni ta' wieħed jew ieħor mill-metodi jagħti riżultati li jixxiebħu.

2. Sabiex tkun determinata il-kwantità ta' merkanzija importata użata fil-manifattura ta' kull tip ta' prodott kompensatorju, għandu jiġi applikat suċċessivament għall-kwantitajiet totali ta' merkanzija importata ko-effiċjent li jikkorisspondi għall-proporzjon għall-valur paragonabbli ta' dawn il-prodotti, stabbilit skond il-paragrafu 3.

3. L-Artikolu 594(3) għandu japplika.

4. Il-kwantità ta' merkanzija importata li tikkorrispondi għall-kwantità ta' prodotti kompensatorji li għalihom jistgħu jintalbu r-rimbors jew r-remissjoni għandha tkun ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-ko-effiċjenti stabbilit taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 635 għal kwantità ta' merkanzija importata użati fil-manifattura tal-prodotti msemmija, ikkalkulata skond il-paragrafu 2.

Artikolu 638

1. Ir-rimbors jew ir-remissjoni ta' dazji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal preżentazzjoni għand l-uffiċcju ta' sorveljanza mid-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' talba, iktar il-quddiem imsemmija bħala talba għar-rimbors/ĦI. It-talba għandha tkun sottomessa f'żewġ kopji.

2. Salv il-paragrafu 4, meta awtorizzazzjoni tkun maħruġa taħt l-Artikolu 556(2), it-tabla għar-rimbors/ĦI ma tistax issir ħlief lill-uffiċju ta' sorveljanza ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni.

3. Meta l-Artikolu 557 jkun applikat, ir-rimbors jista' jintalab biss minn detentur wieħed.

4. F'każi speċifiċi, wara talba bil-miktub mill-persuna ikkonċernata, meta tnejn jew aktar Stati Membri involuti fl-operazzjonijiet ta' proċessar ikunu lesti li jippermettu li t-talba għar-rimbors/ĦI tkun sottomessa lill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru differenti minn dak indikat fil-paragrafu 2, dawn għandhom l-ewwel jagħrfu b'dan minn qabel lill-Kummissjoni, flimkien ma' abbozz tal-proċeduri ippjanati ħalli jassiguraw li t-talba msemmija fl-Artikolu 640 issir b'mod korrett. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-Istati Membri l-oħra. Il-proċeduri mgħarrfa lill-Kummissjoni jistgħu jkunu applikati sakemm il-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri ikkonċernati, bi terminu ta' xagħrejn mid-data li fiha jirċievu l-proposta, għal xi oġġezzjoni kontra dik l-aplikazzjoni.

Artikolu 639

1. Il-terminu li fih għandha tiġi ippreżentata t-talba għar-rimbors/ĦI imsemmija fl-Artikolu 128(3) tal-Kodiċi għandu jkun fil-massimu ta' sitt xhur mid-data li fiha il-prodotti kompensatorji jkunu ġew assenjati għal wieħed mit-trattamenti jew użi approvati mid-dwana msemmija fl-Artikolu 128(1) tal-Kodiċi.

2. Meta ċirkostanzi speċjali jiġġustifikaw dan, l-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu it-terminu msemmi fil-paragrafu 1 anki wara li dan ikun skada.

Artikolu 640

1. It-talba għar-rimbors/ĦI għandha jkun fiha inter alia dawn il-partikularitajiet:

(a) referenza għall-awtorizzazzjoni;

(b) il-kwantità skond it-tip ta' merkanzija importati li għaliha huma mitluba r-rimbors jew ir-remissjoni.

(ċ) il-kodiċi NM tal-merkanzija importata;

(d) il-valur doganali tal-merkanzija importati u r-rata tad-dazzji tal-importazzjoni li għaliha tkun suġġetta kif rikonoxxuta mill-awtoritajiet doganali fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'cirkolazzjoni libera taħt is-sistema ta' rimbors;

(e) id-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija importati taħt is-sistema tar-rimbors;

(f) ir-referenzi għad-dikjarazzjonijiet li taħthom il-merkanzija importata ġiet rilaxxata għaċ- ċirkolazzjoni libera taħt is-sistema tar-rimbors;

(g) in-natura, l-kwantità u t-trattament doganali tal-prodotti kompensatorji;

(h) il-valur tal-prodotti kompensatorji jekk ir-rilaxx isir fuq il-bażi tal-iskala tal-valuri;

(i) ir-rata tar-rendiment iffissata;

(j) ir-referenzi għad-dikjarazzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti kompensatorji kienu ġew imdahħla għal wieħed mit-trattamenti jew użi approvati mid-dwana msemmija fl-Artikolu 128 tal-Kodiċi;

(k) l-ammont ta' dazzji ta' importazzjoni li għandhom jiġu rimborsati jew remissi kif ukoll l-imgħaxijiet kompensatorjii li jkunu possibbilment inġabru, meħud kont inter alia tad-dazzji tal-importazzjoni fuq prodotti oħra kompensatorji.

2. Meta l-proċeduri simplifikati li għandhom x'jaqsmu mal-formalitajiet għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera taħt sistema ta' rimbors u esportazzjoni jkunu ġew applikati, id-dikjarazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 ikunu dawk previsti fl-Artikolu 76(2) tal-Kodiċi.

L-Artikolu 641

1. Meta l-uffiċċju ta' sorveljanza jiddeċiedi li d-dikjarazzjonijiet mmsemmija fl-Artikolu 640(1)(f) u (j) u id-dokumenti supplimentari kollha skond kif jindika l-imsemmi uffiċċju dawn għandhom jiġu konservati mid-detentur tal-awtorizzazzjoni, dan għandu iżommhom għad-dispożizzjoni tal-uffiċċju tas-sorveljanza.

2. B'dana kollu, meta l-Artikolu 646 jkun japplika, it-talba għandha tkun akkumpanjata mill-oriġinali tal-folji INF 7, ikkontrofirmati kif suppost.

Artikolu 642

1. L-uffiċċju ta' sorveljanza jista jippermetti illi t-talba ma jkunx fiha xi indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 640(1) meta dawn ma jaffettwawx il-kalkolu tal-ammont ta' rimbors jew remissjoni.

2. L-uffiċċju ta' sorveljanza jista jawtorizza li t-talba għal rimbors/ĦI imsemmija fl-Artikolu 640(1) li ssir bil-kompjuter jew b'xi forma oħra stabbilita mill-istess uffiċju.

Artikolu 643

L-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jinnota it-talba għal rimbors/ĦI fuq il-bażi tal-verifika li tkun saret u għandu jinforma lid-detentur tal-awtorizzazzjoni bir-riżultati tal-verifika; u jżomm it-talba u d-dokumenti relatati għal mill anqas tlett snin kalendarji minn-tmiem is-sena li ma' tulha ittieħdet id-deċiżjoni dwar it-talba.

B'dana kollu, l-uffiċċju ta' sorveljanza jista jiddeċiedi li d-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mat-talba għandhom jinżammu mid-detentur tal-awtorizzazzjoni. F'dak il-każ, l-imsemmija dokumenti għandhom jinżammu għall-istess perijodu.

Sub-sezzjoni 3

Kooperazzjoni Amministrativa

Artikolu 644

1. Meta l-prodotti kumpensatorji taħt is-sistema ta' rimbors jkunu mqiegħda taħt waħda mit-trattamenti jew użu approvat mid-dwana li hemm imsemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 128(1) tal-Kodiċi, hekk li jippermetti ir-rimbors, il-kaxxa rriservata għad-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dokument użat għal proċedura, jew f' dak użat għaż-żona franka jew f'magażżinaġġ bla-dazzju għandu jkun fiha waħda mill-frażijiet li ġejjin:

- Mercancías PA/S,

- A. F./S-varer,

- A. V./S-Waren,

- Εμπορεύματα ET/A,

- I. P./S. goods,

- Marchandises PA/S,

- Merci PA/S,

- AV/S-goederen,

- Mercadorias AA/S.

2. L-uffiċċju tar-rilaxx għandu jkun sodisfatt li l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu miktuba fuq xi dokument maħruġ biex jieħu post jew jittermina d-dokumenti imsemmija f'dak il-paragrafu.

Artikolu 645

Meta l-prodotti kumpentorji akwistati mill-operazzjonijiet ta' proċessar attiv taħt is-sistema tar-rimbors jkunu mibgħuta lejn uffiċċju ta' sorveljanza ieħor fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor skond il-proċedura ta' transitu rju estern, li tista toħloq ġustifikazzjoni għal talba ta' rimbors, u li jkunu s-suġġett ta' talba għall-awtorizzazzjoni ġdida ta' proċessar attiv, l-awtoritajiet doganali awtorizzati li jkunu mitluba joħorġu din l-awtorizzazzjoni ġdida kemm taħt is-sistema ta' sospensjoni kemm taħt is-sistema ta' rimbors għandhom jagħmlu użu mill-folja INF 1 imsemmija fl-artikolu 611biex jistabilixxu l-ammont ta' dazzji ta' importazzjoni li eventwalment għandhom ikunu mposti jew l-ammont ta' dejn doganali li aktarx li jinħoloq.

Artikolu 646

1. Il-folja t'informazzjoni magħrufa bħala folja INF 7 għandha ssir f'oriġinal u żewġ kopji fuq formola li tkun konformi mal-mudell u d-disposizzjionijiet fl-Anness 84.

2. Il-folja INF 7 imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun użata meta l-prodotti kumpensantorji akkwistati mill-operazzjonijiet ta' proċessar skond is-sistema ta' rimbors jkun trasferiti, mingħajr ma t-talba għal pagament ta' rimbors ma tkun ġiet ippreżentata, fl-uffiċċju ta' sorveljanza differenti minn dak fejn ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jkun seħħ jew fejn ikun ġie assenjat, seww jekk fi stat mhux mibdul jew wara proċessar li jkun awtoriżżat kif xieraq, lejn wieħed mit-trattamenti jew użu approvat mid-dwana li jippermettu ir-rimbors jew ir-remissjoni, skond l-Artikolu 128(1) tal-Kodiċi. L-uffiċċju doganali fejn il-prodotti jkunu assenjati dak it-trattament jew użu għandu meta meħtieġ, fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, joħroġ folja t'informazzjoni INF 7.

Artikolu 647

1. Il-folja ta' informazzjoni għandha tkun ippreżentata mill-persuna kkonċernata flimkien mad-dikjarazzjoni doganali wżata ħalli jkun assenjat it-trattament jew użu li dwaru tkun saret l-applikazzjoni.

2. L-uffiċċju fejn id-dikjarazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 tkun ippreżentata għandu jikkontrofirma il-folja ta' informazzjoni INF 7, jirritorna l-oriġinal u kopja waħda lid-detentur u jżomm il-kopja l-oħra.

Sezzjoni 7

Skambju ta' informazzjoni mall-Kummissjoni

Artikolu 648

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a) l-informazzjonijiet imsemmija fl-anness 85 għall kull awtorizzazzjoni meta il-valur tal-merkanzija importata jaqbeż fir-rigward ta' kull operatur u ta' kull sena kalendarja il-limiti iffissati fl-Artikolu 552(1)(a) (v); din il-komunikazzjoni m'hijiex neċessarja meta l-awtorizzazzjoni għal-proċessar attiv tkun ingħatat fuq il-bażi ta' waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet ekonomiċi identifikati bin-numri fil-kodiċi li ġejjin: 6106, 6107, 6201, 6202, 6301, 6302, 6303, 7004 jew 7005.

B'danakollu, fir-rigward tal-prodotti imsemmija fl-Artikolu 560(2), l-informazzjonijiet għandhom jiġu ikkomunikati fuq kull awtorizzazzjoni mogħtija, irrispettivament mill-valur tal-prodotti jew in-numru tal-kodiċi wżati biex jirreferu għall-kondizzjonijiet ekonomiċi;

(b) l-informazzjonijiet imsemmija fl-anness 86 għall kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li tkun miċħuda minħabba li l-kondizzjonijiet ekonomiċi ma jkunux meqjusa li jkunu soddisfatti;

(ċ) l-informazzjonijiet ta' każijiet li fihom ir-rati normali tar-rendiment imsemmija fl-Artikolu 567 ma jkunux ġew applikati minħabba il-fatt li għalkemm l-operazzjonijiet ta' proċessar attiv ikunu jolqtu il-merkanzija mpurtata elenkata f'Kolonna 1 ta' l-Anness 77 il-prodotti kumpensatorji akkwistati ma jkunux dawk li hemm referenza dwarhom f'Kolonna 3 jew 4 fl-istess stadju tal-manifattura.

2. L-informazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b) għandhom ikun ingħataw matul ix-xahar ta' wara dak li fih l-awtorizzazzjoni tkun inħarġet jew ġiet miċħuda, skond ma jkun il-każ. Dawn għandhom ikunu ċċirkulati mill-Kummissjoni lill-Istati Membru l-oħra u għandhom ikunu eżaminati mill-Kumitat fil-każijiet meta jitqies li jkun meħtieġ li jsir hekk.

Artikolu 649

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-:

(a) lista tal-awtoritajiet doganali li lilhom l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għandhom jiġu ppreżentati, ħlief fil-każ ta' l-Artikolu 568;

(b) lista ta' uffiċji doganali awtorizzati biex jaċċettaw id-dikjarazzjonijiet għad-dħul ta' proċedura tas-sistema ta' sospensjoni jew dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera fis-sistema ta' proċedura ta' rimbors skond l-Artikolu 568.

2. L-informazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ingħataw xgħarejn qabel ma jiġi applikat dan ir-Regolament, u sussegwentement ma tul ix-xahar ta' wara dak li fih l-Istat Membru jbiddel il-kompetenzi tal-uffiċċji doganali.

3. Għal benefiċċju ta' l-operaturi ekonomiċi, l-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-komunitajiet Ewropej.

IL-KAPITOLU 4

Proċessar taħt kontroll doganali

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 650

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 131 tal-Kodiċi, il-proċedura għal proċessar taħt il-kontroll doganali tista tkun użata għal merkanzija li tidher f'kolonna 1 tal-lista ta' l-Anness 87 destinata li tirċievi il-proċessar imsemmi fil-kolonna II ta' dik il-lista.

Sub-sezzjoni 1

Awtorizzazzjoni - proċedura normali

Artikolu 651

1. L-applikazzjoni għandha ssir b'konformità ma l-Artikolu 497 u skond il-mudell ma l-Anness 67/C, w ippreżentata mill-persuna li lilha l-awtorizzazzjoni tista tkun mogħtija skond l-Artikoli 86, 132 u 133 tal-Kodiċi.

2. (a) L-applikazzjoni għandha tkun ippreżentata lill awtoritajiet doganali innominati mill-Istat Membru fejn l-operazzjoni ta' proċessar tkun se ssir.

(b) Meta jkun mistenni li operazzjonijiet ta' proċessar ikunu mwettqa minn jew f'isem l-applikant fi Stati Membri differenti, tista ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni waħda.

F'dan il-każ, l-applikazzjoni, li għandha tinkludi l-informazzjonijiet tas-sekwenza tal-operazzjonijiet u l-lokalitajiet eżatti fejn dawn ikunu sejrin jitwettqu, għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn l-ewwel minn dawn l-operazzjonijiet tkun sejra issir.

Artikolu 652

1. Mingħajr peġudizzju għal l-Artikolu 656, l-awtorizzazzjoni għandha tkun maħruġa mill-awtoritajiet li lilhom tkun ġiet ippreżenata l-applikazzjoni skond l-Artikolu 651(2) u għandha titħejja b'konformità ma l-Artikolu 500 u skond il-mudell fl-Anness 68/C.

2. Meta l-Artikolu 651(2)(b) jkun japplika, l-awtorizzazzjoni ma tistax tkun maħruġa mingħajr il-ftehim tal-awtoritajiet doganali innominati mill-Istati Membri li fihom ikunu jinsabu l-postijiet indikati fl-applikazzjoni. Din il-proċedura li ġejja għandha tapplika:

(a) l-awtoritajiet doganali li lihom l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata, wara li jkunu soddisfatti li l-kondizzjonijiet ekonomiċi jistgħu jkunu meqjusa bħala mwettqa f'dak li għandu x'jaqsam mal-operazzjoni ippjanata, għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet doganali ta' l-istati Membri l-oħra bl-applikazzjoni u l-proposta ta' l-awtorizzazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas ir-rata tar-rendiment, il-mezzi ta' identifikazzjoni approvati, l-uffiċċji doganali msemmija fil-punt 9 tal-mudell tal-awtorizzazzjoni fl-Anness 68/C, u meta jkun il-każ l-użu ta' proċeduri ssimplifikati għad-dħul u għall-verifika u r-regoli li għandhom jiġu osservati inter alia biex tiġi assigurata l-informazzjoni lill-uffiċċju ta' sorveljanza;

(b) l-awtoritajiet doganali wara li jkunu rċevew in-notifika għandhom jitrażmettu xi oġġezzjonijiet meta jkun il-każ, u l-ikta tard fi żmien xharejn mid-data tal-komunikazzjoni tal-applikazzjoni u l-proposta ta' l-awtorizzazzjoni;

(ċ) l-awtoritajiet doganali msemmija fis-sub-paragrafu (a), wara li jieħdu l-passi meħtieġa ħalli jassiguraw il-pagament tad-dejn doganali li jista jinħoloq f'dak li għandu x'jaqsam mal-merkanzija importata, jistgħu joħorġu awtorizzazzjoni jekk fiż-żmien imsemmi fil-pont B huma ma jkunux irċevew tgħarif li jeżistu oġġezzjonijiet għall-abbozz tal-awtorizzazzjoni;

(d) l-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni għandu jibgħat kopja ta' din lill-Istati Membri kollha li hemm referenza dwarhom hawn fuq.

Awtorizzazzjonijiet maħruġa b'dan il-mod għandhom ikunu validi biss fl-Istati Membri li hemm referenza dwarhom hawn fuq.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet doganali innominati biex jirċievu l-applikazzjoni u l-abbozz tal-awtorizzazzjoni imsemmija fis-subparagrafu (a). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

3. Biex jassiguraw l-applikazzjoni tajba tad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura, l-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni, sabiex tkun iffaċilitata is-sorveljanza, li jżomm jew jassigura li jinżammu id-dettalji ta' l-iskorti, iktar il-quddiem magħrufa bħala "Reġistri ta' l-iproċessar taħt kontroll doganali" li juru kwantitajiet ta' merkanzija mpurtata imqiegħda taħt il-proċedura u il-prodotti proċessati akkwistati, kif ukoll il-partikolaritajiet kollha meħtieġa biex l-operazzjonijiet jiġu sorveljati u biex jiġu stabbiliti sewwa id-dazzji ta' l-importazzjoni li eventwalment ikunu jridu jitħallsu.

Dawn "ir-reġistri taħt kontroll doganali" għandhom ikunu disponibbli għall-uffiċċju tas-sorveljanza biex jippermettulu li jagħmel il-kontroll neċessarju biex il-proċedura timxi sew.

Jekk ir-reġistri miżmumin għal skopijiet kummerċjali minn min jagħmel it-talba jippermettu kontroll tal-proċedura għandhom jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet doganali bħala reġistri taħt il-kontroll doganali validi.

Artikolu 653

Il-perijodu ta' validita' ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun stabbilit każ b'każ mill-awtoritajiet doganali, wara li jikkunsidraw il-bżonnijiet speċifiċi ta' l-applikant.

Meta l-perijodu jeċċedi sentejn, il-kundizzjonijiet li taħthom l-awtorizzazzjoni tkun inħarġet għandhom ikunu riveduti perjodikament f'intervalli stabbiliti fl-awtorizzazzjoni.

Artikolu 654

1. Meta joħorġu l-awtorizzazzjoni l-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-terminu li fih l-prodotti ipproċessati għandhom ikunu assenjati trattament jew użu approvat mid-dwana skond l-Artikolu 134 tal-Kodiċi, u jieħdu kont taż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-operazzjonijiet ta' proċessar u ż-żmien meħtieġ biex il-prodotti jkunu assenjati għal trattament jew użu approvat mid-dwana.

2. Meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan, it-terminu speċifikat għal awtorizzazzjoni jista jkun imtawwal anki meta dak stabbilit oriġinalment ikun skada.

Artikolu 655

1. Ir-rata tar-rendiment, jew il-metodu biex tkun iddeterminata din r-rata, imsemmija fl-Artikolu 134 tal-Kodiċi għandhom, sakemm ikun possibli jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta' informazzjoni dwar il-produzjoni u għandhom ikunu identifikabbli fir-reġistri tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni.

2. Ir-rata jew metodu biex tkun iddereminata r-rata, għandhom ikunu stabbiliti l-paragrafu 1 u għandhom ikunu suġġetti għal verifika retrospettiva mill-awtoritajiet doganali.

Sub-sezzjoni 2

Awtorizzazzjoni - proċedura ssimplifikata

Artikolu 656

1. Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli meta l-operazzjonijiet ta' proċessar jkunu sejrin iseħħu fi Stat Membru wieħed.

2. Meta l-proċeduri issimplifikati għad-dħul fil-proċedura msemmija fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi ma jkunux applikati, kwalunkwe uffiċċju doganali li jkun ingħata l-poter mill-awtoritajiet doganali li jagħti l-awtorizzazzjoni bl-użu tal-proċedura issimplifikata, għandu jawtorizza illi l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni li ddaħħal l-oġġetti għal proċedura tkun tikkonstitwixxi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni. F'dan il-każ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tikkonstitwixxi l-awtorizzazzjoni, u l-imsemmija aċċettazzjoni tibqa' fi kwalunkwe każ suġġetta għal kundizjonijiet li jirregolaw il-għoti ta' l-awtorizzazzjoni.

3. Id-dikjarazzjonijiet ippreżentati taħt il-paragrafu 2 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument magħmul mid-dikjarant li jkun fih l-informazzjoni kif ġej, kif meħtieġ, u jekk dik l-informazzjoni ma tkunx tista' tiddaħħal fil-kaxxa 44 tal-formola relattiva għad-dikjarazzjoni nnifisha:

(a) meta l-persuna li tapplika biex tuża l-proċedura ma tkunx l-istess waħda bħad-dikjarant, l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-applikant;

(b) meta l-operatur li jwettaq il-proċessar ma jkunx l-istess bħall-applikant jew id-dikjarant, l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz ta' dik il-persuna li tagħmel l-ipproċessar;

(ċ) in-natura tal-operazzjoni ta' l-ipproċessar;

(d) id-deskrizzjoni kummerċjali u/jew teknika tal-prodotti ipproċessati li jkunu sejrin jiġu akkwistati;

(e) ir-rata ta' rendiment jew, meta jkun il-każ, il-metodu li bih tiġi iffissata din it-rata;

(f) it-terminu previst biex il-merkanzija importata tiġi mdaħħla għal trattament jew użu approvat mid-dwana;

(g) il-post fejn ikun maħsub li titwettaq l-operazzjoni ta' l-ipproċessar.

L-artikolu 498 għandu japplika mutatis mutandis.

4. L-artikoli 502 għandu japplika mutatis mutandis.

Sezzjoni 2

Id-dħul tal-merkanzija għall-proċedura

Artikolu 657

1. Ħlief meta jiġi applikat l-Artikolu 656, id-dikjarazzjoni li ddaħħal il-merkanzija impurata għall-ipproċessar taħt is-sistema tal-kontroll doganali għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċċji tad-dħul għal proċedura speċifikata fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 656 jkun applikat, id-dikjarażzjoni msemmija fil-paragrafu1 għandha tkun ippreżentata fl-uffiċċju doganali li jkun awtorizzat.

Artikolu 658

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 657 għandha ssir skond id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikoli minn 198 sa 252.

2. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 656, id-deskrizzjoni tal-merkanzija li tidher fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafi1 għandha tikkorispondi ma' l-ispeċifikazzjoniet li jidru fl-awtorizzazzjoni.

3. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 62(2) tal-Kodiċi, id-dokumenti li jakkompanjaw id-dikjarazzjoni għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 220.

Artikolu 659

1. IL-proċeduri issimplifikati msemmija fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi għandhom japplikaw skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 275 u 276.

2. L-awtoritajiet doganali għandhom jiċħdu l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta' rilaxx lokali msemmija fl-Artikolu 276, lil persuni li r-reġistri ta' l-ipproċessar taħt kontroll doganali, imsemmija fl-Artikolu 652(3), ma jistgħux jiġu stabbiliti.

3. Id-dikjarazzjoni supplementari msemmija fl-Artikolu 76(2) tal-Kodiċi għandha tkun fornita fil-perijodu stipulat u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mil-mument meta d-dokument tar-rilaxx ikun ippreżentat.

Sezzjoni 3

Terminazzjoni tal-proċedura

Artikolu 660

1. It-terminazzjoni tal-proċedura għandha tkun ibbażata jew fuq il-kwantità ta' merkanzija importata korrespondenti, bl-applikazzjoni tar-rata ta' rendiment, ma' prodotti ipproċessati, jew fuq il-kwantità ta' merkanzija fl-istat mhux mibdul li tkun ġiet imdaħħla għal trattament jew użu approvat mid-dwana.

2. Meta meħtieġ, skond l-Artikolu 135 tal-Kodiċi, ir-regoli li jirrigwardaw il-proporzjon ta' merkanzija importata prevista fl-Artikoli minn 591 sa 594 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 661

1. Ħlief meta l-Artikolu 656 jkun applikat, id-dikjarazzjoni li tittermina l-proċedura għall-ipproċessar ta' merkanzija taħt is-sistema ta' kontroll doganali għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċji tat-terminazzjoni speċifikati fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 656 jkun applikat, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata fl-uffiċċju doganali li ħareġ l-awtorizzazzjoni.

3. B'danakollu, l-uffiċċju ta' sorveljanza jista' jippermetti li d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 662

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 661 għandha ssir skond id-disposizzjoniet stabbiliti għat-trattament jew użu approvati mid-dwana in kwistjoni.

2. Id-deskrizzjoni ta' prodotti ipproċessati jew merkanzija importata li tidher fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkorrispondi ma' l-ispeċifikazzjonijiet li jidhru fl-awtorizzazzjoni.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 583(3) għandhom japplikaw.

Artikolu 663

IL-proċeduri issimplifikati msemmija fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi għat-terminazzjoni tal-proċedura għandhom japplikaw bi qbil ma' l-Artikolu 278(1).

Artikolu 664

1. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jforni lill-uffiċċju ta' sorveljanza b'dikjarazzjoni ta' terminazzjoni fi żmien tletin jum wara li jiskadi t-terminu tat-terminazzjoni.

2. Id-dikjarazzjoni ta' terminazzjoni għandu jkun fiha inter alia dawn il-partikularitajiet:

(a) referenza għall-awtorizzazzjoni;

(b) il-kwantità bit-tip ta' merkanzija importata b'referenza tad-dikjarazzjonijiet għad-dħul fil-proċedura;

(ċ) il-kodiċi NM tal-merkanzij importati;

(d) il-valur doganali tal-merkanzija importata;

(e) ir-rata tar-rendiment stabbilita;

(f) in-natura, il-kwantità, it-trattament jew użu approvat mid-dwana tal-prodotti ipproċessati, flimkien mal-partikularitajiet ta' referenza għad-dikjarazzjonijiet li bihom ġie assenjat it-trattament jew l-użu approvat mid-dwana;

(g) meta ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 666 għandu jiġi applikat, l-ammontanti ta' l-ispejjeż tal-proċessar;

(ċ) il-kodiċi NM tal-prodotti ipproċessati.

3. Meta tintuża proċedura issimplifikati għal dħul jew għal terminazzjoni tal-proċedura, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti f'dak il-każ għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 76(3) tal-Kodiċi.

Artikolu 665

1. L-uffiċċju ta' sorveljanza jista jawtorizza:

(a) li d-dikjarazzjoni ta' terminazzjoni msemmija fl-Artikolu 664(2) għandha titħejja bil-kompjuter jew f'xi għamla oħra li dak l-uffiċċju jista' jistipula;

(b) li d-dikjarazzjoni tat-terminazzjoni ssir fuq id-dikjarazzjoni li ddaħħal l-merkanzija għall-proċedura.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 598 għandhom japplikaw.

3. L-uffiċċju ta' sorvelanza jista hu stess jipproċedi biex jagħmel dikjarazzjoni ta' terminazzjoni suġġett għat-terminu stabbilit fl-Artikolu 664(1). Dan il-fatt għandu jkun indikat fl-awtorizzazzjoni.

Artikolu 666

Bis-saħħa tal-Artikolu 36(1) tal-Kodiċi, meta prodotti ipproċessati jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, il-valur doganali tagħhom għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin, fil-għażla tal-persuna ikkonċernata, din l-għażla għandha tkun eżerċitata fid-data tal-aċċetazzjoni tad-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera:

- il-valur doganali, iddeterminat fl-istess mument jew qrib ta' l-istess mument tal-merkanzija identika jew simili prodotta fi kwalunkwe pajjiż terz,

- il-prezz tal-bejgħ, basta li dan ma jkunx influwenzat mir-relazzjonijiet ta' bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ,

- il-prezz tal-bejgħ fil-komunità ta' merkanzija identika jew simili, basta li dan ma jkunx influwenzat mir-relazzjonijiet ta' bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ,

- il-valur doganali tal-merkanzija importata biż-żieda ta' l-ispejjeż tal-ipproċessar.

Artikolu 667

Meta miżuri ta' politika kummerċjali jkunu previsti għar-rigward ta' merkanzija importata fil-mument ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera, dawn il-miżuri ma jkunux applikabbli għal prodotti ipproċessati sakemm ma jkunux ukoll previsit għal prodotti identiċi għal dawk ipproċessati.

F'dan il-każ, il-miżuri għandhom ikunu applikabbli għall-kwantità ta' merkanzija importata li tkun ġiet effettivament imdaħħla għall-ipproċessar tal-prodotti ipproċessati rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera.

Sezzjoni 4

Skambju ta' informazzjoni mall-Kummissjoni

Artikolu 668

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a) f'dak li hemm imsemmi fl-Anness 88 għal kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni meta l-valur tal-merkanzija imdaħħla għall-proċedura, għal kull detentur u għal kull sena kalendarja, jeċċedi il-100000 ECU;

(b) f'dak li hemm imsemmi fl-Anness 89 għal kull talba ta' awtorizzazzjoni miċħuda għaliex il-kundizzjonijiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 133(e) tal-Kodiċi ma jkunux meqjusa li ġew sodisfatti.

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi mgħarrfa matul ix-xahar ta' wara dak li fih tingħata l-awtorizzazzjoni jew tiġi rifjutata l-applikazzjoni. Dawn għandhom ikunu iċċirkulati mill-Kummissjoni lill-Istati Membru l-oħra u għandhom ikunu eżaminati mill-Kumitat f'dawk il-każi meta jitqies li jkun meħtieġ li jsir hekk.

Artikolu 669

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a) il-lista tal-awtoritajiet doganali li lilhom għandhom isiru l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni, ħlief skond l-Artikolu 656;

(b) il-lista ta' uffiċji doganali li jkollhom il-poter li jaċċettaw dikjarazzjonijiet li jdaħħlu l-merkanzija għal proċedura t' applikazzjoni ta' l-Artikolu 656.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 649(2) u (3) għandhom japplikaw.

IL-KAPITOLU 5

Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 670

Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a) uffiċċju tad-dħul jfisser: l-uffiċċju doganali li minnu l-merkanzija akkumpanjata minn librett ATA tiddaħħal fit-territorju doganali tal-komunitñ;

(b) uffiċċju ta-ħruġ ifisser: l-uffiċċju doganali li minnu l-merkanzija akkumpanjata minn librett ATA tinħareġ mit-territorju doganali tal-komunità;

(ċ) mezz tat-trasport iffisser: kull mezz użat għat-trasport ta' persuni jew ta' merkanzija. Il-frażi mezzi ta' trasport tkopri l-ispare parts u l-aċċessorji u t-tgħamir normali, inkluż l-apparat għat-tagħbija fl-istivi, għall-irbit u għall-protezzjoni tal-merkanzija li tkun importata permezz tal-mezz tat-trasport;

(d) persuna stabbilita barra mit-territorju doganali tal-' tfisser: persuna fiżika normalment residenti barra mit-territorju doganali tal-kommunitÝ jew persuna ġuridika jkollha post tan-negozju irreġistrat barra minn dak it-territorju;

(e) użu kummerċjali jfisser: l-użu tal-mezzi tat-trasport għat-trasport ta' persuni bi ħlas jew għal trasport industrijali jew kummerċjali ta' merkanzija, sew jekk bi ħlas u sew jekk le;

(f) użu privat jfisser: l-użu ta' mezzi tat-trasport esklussivament għall-użu personali mill-persuni ikkonċernati, eskluż kull użu kummerċjali;

(g) kontenitur jfisser: oġġett ta' tagħmir tat-trasport (lift-van, tank żmuntabbli, karrozzerija li tiżżarma jew strutturi simili):

- li jikkostitwixxi kompartiment totalment jew parzjalment magħluq maħsub biex iżomm il-merkanzija,

- ta' karattru permanenti u għalhekk b'saħħtu biżżejjed biex ikun addattat għal użu repetut,

- iddisinjat speċjalment ħalli jiffaċilita it-trasport tal-merkanzija, b'wieħed jew aktar metodi ta' trasport, mingħajr interruzzjoni,

- iddisinjat għall-maniġġ faċli, speċjalment fit-trasbord minn mezz għall-iehor ta' trasport,

- iddisinjat biex ikun mimli u żvujtat faċilment u ta' volum intern ta' almenu metru kubu.

Pjattaformi ċatti għandhom ikunu ittrattati bħala kontenituri.

Il-kelma kontenitur għandha tinkludi l-aċċessorji u t-tagħmir tal-kontenitur, skond it-tip ikkonċernat, basta li dawn ikunu ittrasportati mal-kontenitur. Il-kelma kontenitur m'għandiex tinkludi vetturi, aċċessorji u spare parts ta' vetturi, imballaġġ jew paletti.

B'deroga mill-aħħar inċiz, il-kelma kontenitur tiġi applikata ugwalment għal kontenituri użati għat-trasport bl-ajru li jkollhom volum intern ta' inqas minn metru kubu;

(b) trasport taħt siġill doganali jfisser: l-użu tal-kontenitur għat-trasport ta' merkanzija li l-identifikazzjoni tagħha tkun żgurata bis-siġill tal-kontenitur;

(i) karrozzerija li tiżżarma tfisser: kumpartiment ta' tagħbija li ma jkollux mezzi independenti ta' moviment u li jkun speċifikament iddisinjat ħalli jkun ittrasportat b'vettura tat-triq, iċ-chassis ta' vettura bħal din u l-parti t'isfel tal-karrozzerija ikunu speċifikament iddisinjat għal dak l-iskop. Din id-definizzjoni tkopri ukoll kaxxi mobili li jiffurmaw il-kumpartimenti tat-tagħbija speċifikament iddisinjati għal trasport kombinat;

(j) kontenituri parzjalment magħluqin ifisser: tagħmir li ġeneralment jikkonsisti f'pjanċir u struttura ta' fuq li tillimita l-ispazzju għat-tagħbija ekwivalenti għal dak ta' kontenitur magħluq; is-superstruttura normalment tkun magħmula minn lasti metalliċi li jikkostitwixxu il-karkassa tal-kontenitur; kontenituri ta' dan it-tip jistgħu ikollhom ukoll wieħed jew aktar ġnub laterali jew frontali; f'xi każi jkun hemm biss saqaf imwaħħal mal-pjanċier permezz ta' vireg weqfin; dan it-tip ta' kontenitur ikun użat partikolarment għal ġarr ta; oġġetti goffi (vetturi bil-mutur, per eżempju);

(k) pjattaformi ċatti jfissru: pjattaformi għat-tagħbija mingħajr superstruttura, jew b'superstruttura parzjali biss, ta' l-istess tul u wisa' bħal kontenituri u li jkollhom it-tagħmir tal-kantunieri ta' fuq u ta' taħt fil-ġenb tal-pjattaforma ħalli jiffaċilitaw l-irbit sod u l-agganġ għat-tagħbija bħal dawk użati għall-kontenituri;

(l) l-aċċessorji u t-tagħmir għal kontenituri ifisser: partikolarment dawn l-apparat li ġejjin, anki jekk ikunu jinqalgħu:

(i) tagħmir għal kontroll, għall-modifika, jew għaż-żamma tat-temperatura ġewwa l-kontenituri;

(ii) apparat żgħir, bħal ma huma reġistraturi tat-temperatura jew tal-impatt, iddisinjati ħalli jindikaw jew jirreġistraw il-varjazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tal-ambjent u l-impatt;

(iii) paraventri interni, paletti, xkafef, ilqugħ, ganċijiet u tgħamir simili użati għal ħażna ta' oġġetti;

(m) paletti tfisser: mezz li fuq il-qiegħ tiegħu kwantità ta' merkanzija tista' tkun mgħobbija hekk li jifformaw unita ta' tagħbija għall-iskop ta' trasport, jew ta' manutenzjoni jew ta' stakkjar fuq xulxin bl-għajnuna ta' tagħmir mekkaniku. Dan it-tagħmir ikun magħmul minn żewg pjanċieri isseparati minn reffigħa, jew pjanċier wieħed li jkun merfugħ fuq saqajn, jew pjanċier speċjali li jkun iddisinjat għal trasport bl-ajru; il-għoli kollu tiegħu jkun imnaqqas għal minimu kumpatibbli mal-maniġġ fuq roti jew permezz ta' forklifters jew pallet trucks; tista jkollha jew ma jkolliex superstruttura.

(n) operatur tal-kontenituri jew paletti jfisser: il-persuna li, sew jekk hi il-propjetarja u sew jekk le, tal-kontenitur jew tal-paletta ikollha l-kontroll effettiv tal-movimenti tagħhom;

(o) l-utent tal-proċedura għall-kontenitur jew paletta jfisser: dak li jkun qed jagħmel użu tal-kontenitur jew paletta jew ir-rappreżentant tiegħu;

(p) traffiku intern ifisser: it-trasport ta' persuni jew merkanzija miġbura jew mgħobbija fit-territorju doganali tal-' biex jiġużbarkati jew jinħattu f'post f'dak it-territorju.

Sezzjoni 2

Importazzjoni temporanja ta' merkanzija mod ieħor barra mill-mezzi tat-trasport

Sub-sezzjoni 1

Importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali: każijiet u kundizzjonijiet

(a) Tagħmir professjonali

Artikolu 671

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji tal-importazzjoni għandha tkun mgħotija għat-tagħmir professjonali.

2. Tagħmir professjonali jfisser:

(a) tagħmir għall-istampa jew għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni li jkun meħtieġ minn rapreżentanti ta' l-istampa jew organizzazzjonijiet tax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni li jkunu stabbiliti l-barra mit-territorju doganali tal-Komunità u jżuru dak it-territorju biex jirrejalizzaw reportages sabiex jirrekordjaw jew jitrażmettu materjal għal programmi speċifiċi;

(b) tgħamir ċinematografiku meħtieġ għal persuna stabbilita il-barra mit-territorju doganali tal-Komunità u li żżur dak it-territorju sabiex tgħamel film jew films speċifiċi;

(ċ) kull tagħmir ieħor meħtieġ biex jiġi eżerċitat il-mestier, is-sengħa, jew il-professjoni ta' persuna stabbilita il-barra mit-territorju doganali tal-Komunità u li żżur dak it-territorju biex twettaq xogħol speċifiku. Ma tinkludix tagħmir li għandu jkun użat għal manifattura industrijali jew għall-ippakjar ta' oġġetti (ħlief fil-każ ta' għodda tal-idejn) għall-sfruttament ta' riżorsi naturali, għall-kostruzzjoni, tiswijja jew manteniment ta' bini jew għal ċaqlieq ta' ġebel (materjal) u proġetti simili;

(d) apparat anċillari għall-apparat imsemmi fis-sub-paragrafi (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, u l-aċċessorji tiegħu.

Lista illustrattiva ta' merkanzija li għandha tkun meqjusa bħala tgħamir professjonali hija mogħtija fl-Anness 90.

3. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun mogħtija bil-kundizzjoni li dak it-tagħmir professjonali jkun:

(a) ta' propjeta ta' persuni stabbiliti 'il barra mit-territorju doganali tal-komunità;

(b) importati minn persuna stabbilita il-barra mill-imsemmi territorju;

(ċ) użati unikament minn jew taħt superviżjoni personali tal-persuna li tkun iżżur l-imsemmi territorju.

B'dana kollu, il-kundizzjoni msemmija fil-punt (c) mhix applikabbli għal tagħmir ċinematografiku importat għal produzzjoni ta' films, programmi tat-televiżjoni u jew xogħolijiet awdjo-viżivi, permezz ta' kuntratt ta' ko-produzzjoni kokluż ma persuna stabbilita fit-territorju dohanali tal-komunità.

Fil-każ ta' produzzjonijiet ta' programmi tar-radju jew tat-televiżjoni komuni, it-tagħmir professjonali jista' jkun suġġett ta' kuntratt ta' kiri jew arranġament simili li l-persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-komunità ikun għamel parti minnu.

Artikolu 672

Spare parts sussegwetament importati għal tiswija ta' tagħmir professjonali li jkun ġie mpurtat temporanjament, għandhom jkunu intitolati għall-istess faċilita ta' mportazzjoni temporanja bl-istess kundizzjonijiet għall-istess tagħmir.

(b) Merkanzija għal wiri jew għal użu f'espożizzjonijiet, fieri, kungressi u attivitajiet simili

Artikolu 673

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji tal-importazzjoni għandha tkun tingħata għal:

(a) merkanzija ntenzjonata għal espożizzjoni jew demostrazzjoni waqt xi okkażjoni;

(b) merkanzija ntenzjonata għal użu b'konnessjoni mal-wiri ta' prodotti mpurtati waqt xi okkażjoni, inkluża:

- merkanzija meħtieġa għall-iskopijiet tad-demostrazzjoni ta' makkinarju mpurtat jew apparat muri,

- materjal ta' kostruzzjoni jew dekorazzjoni, inkluzi tagħmir elettriku, għal stands temporanji, ta' persuni stabbiliti barra mill-komunità,

- materjal ta' reklam u demostrazzjoni u tagħmir ieħor destinat biex jiġi użat għar-reklam ta' merkanzija importata esposta bħal ma huma recordings jew reġistrazzjonijiet ta' ħoss u video jew films u diaposittivi, kif ukoll l-apparat meħtieġ għall-użu tagħhom;

(ċ) tagħmir, inkluż tagħmir ta' interpretazzjoni, apparat ta' recording tal-ħoss jew tal-video u films ta' karattru edukattiv, xjentifiku jew kulturali, intenzjonati għall-użu f' laqgħat, konferenzi jew kungressi internazzjonali;

(d) annimali ħajjin intenzjonati biex jintwerew jew biex jipparteċipaw f'xi okkażjoni;

(e) prodotti akkwistati ma tul l-okkażjoni minn oġġetti, makkinarju apparat jew annimali importati temporanjament.

2. Okkażjoni tfisser:

(a) espożizzjoni, fiera, demostrazzjoni jew wirja simili tal-kummerċ, industrija, agrikoltura jew snajja;

(b) espożizzjoni jew laqgħa li tkun organizzata prinċipalment għal skopijiet filantropiċi;

(ċ) espożizzjoni jew laqgħa li tkun prinċipalment organizzata bi skop xjentifiku, tekniku, artiġġjanali, artistiku, edukattiv jew kulturali, sportiv, reliġjuż jew tal-kult, sindakali, turistiku jew ukoll maħsuba biex tgħin lil-popli jifhmu lil-xulxin;

(d) laqgħa ta' rapreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew organizzazzjonijiet ta' gruppi internazzjonali;

(e) laqgħa rapreżentattiva ta' karattru uffiċjali jew kommemorattiv,

ħlief għal espożizzjonijiet organizzati għal skopijiet privati fi ħwienet jew bini tan-negozju bil-għan ta' bejgħ ta' merkanzija importata.

(ċ) Apparat pedagoġiku u xjentifiku

Artikolu 674

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji tal-importazzjoni tingħata għal:

(a) materjal pedagoġiku;

(b) spare parts u aċċessorji għal dak il-materjal;

(ċ) għodda speċifikament iddisinjata għal manutenzjoni, kontroll, verifika, kalibrar jew tiswija ta' dak il-materjal.

2. Materjal pedagoġiku ifisser; il-materjal kollu maħsub biex jintuża esklużivament għat-tagħlim jew formazzjoni professjonali u b'mod speċjali mudelli, strumenti, apparati u magni.

Lista ta' oġġetti li għandhom ikunu meqjusa bħala materjal pedagoġiku hija mogħtija fl-Anness 91.

3. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja imsemmija fil-paragrafu 1 tingħata bil-kundizzjoni li l-materjal pedagoġiku, spare parts, aċċessorji jew għodda:

(a) jkunu mpurtati minn stabbilimenti approvati u li jkunu wżati taħt is-sorveljanza jew ir-responsabbiltà ta' dawk l-istabbilimenti;

(b) jkunu wżati għal skopijiet mhux kummerċjali;

(ċ) jkunu mpurtati fi kwantitajiet raġonevoli, meħud kont tad-destinazzjoni tagħhom;

(d) jibqgħu matul iż-żmien kollu li jkunu fit-territorju doganali tal-komunità tal-propjeta tal-persuni stabbiliti l-barra minn dak it-territorju.

4. Il-perijodu li matulu dak il-materjal pedagoġiku jista jibqa taħt il-proċedura t'importazzjoni temporanja għandu jkun ta' tnax-il-xahar.

Artikolu 675

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'ħelsien totali minn dazzji tal-importazzjoni għandha tkunm ogħtija għal:

(a) materjal xjentifiku;

(b) spare parts u aċċessorji għal dak il-materjal;

(ċ) għodda speċifikament iddisinjata għal manutenzjoni, verifika, kalibrar jew tiswija ta' materjal xjentifiku wżat fit-territorju doganali tal-komunità esklussivament għal skopijiet ta' riċerka jew tgħalim xjentifiku.

2. Materjal xjentifiku jfisser strumenti, apparati u magni wżati għall-iskopijiet ta' riċerka jew tgħalim xjentifiku.

3. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata bil-kondizzjoni li il-materjal xjentifiku, aċċessorji, spare parts jew għodda:

(a) jkunu mpurtati minn-stabbilimenti approvati u li jkunu wżati taħt is-sorveljanza jew ir-responsabbiltà ta' dawk l-istabbilimenti;

(b) jkunu wżati għal skopijiet mhux kummerċjali;

(ċ) jkunu mpurtati fi kwantitajiet raġonevoli, billi jkun meħud kont tad-destinazzjoni tagħhom;

(d) jibqgħu matul iż-żmien kollu li jkunu fit-territorju doganali tal-Komunità il-propjeta ta' persuni stabbiliti barra minn dak it-territorju.

4. Il-perijodu li matulu dak il-materjal xjentifiku jista' jibqa taħt il-proċedura t'importazzjoni temporanja għandu jkun ta' tnax-il-xahar.

Artikolu 676

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 674(3)(a), stabbilimenti approvati tfisser stabbilimenti pubbliċi jew privati ta' tagħlim jew formazzjoni professjonali li essenzjalment ma jkunux intenzjonati biex jagħmlu qliegħ u li jkunu approvati mill-awtoritajiet indikati mill-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni bħala ir-riċevituri ta' apparat pedagoġiku permezz tal-proċedura ta' importazzjoni temporanja.

2. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 675(3)(a), stabbilimenti approvati jfissru stabbilimineti xjentifiċi jew ta' tagħlim pubbliċi jew privati li essenzjalment ma jkunux intenzjonati biex jagħmlu qliegħ u li jkunu approvati mill-awtoritajiet indikati mill-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni bħala ir-riċevituri ta' materjal xjentifiku permezz tal-proċedura ta' importazzjoni temporanja.

(d) Materjal mediku, kirurġiku jew tal-laboratorju

Artikolu 677

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazzji tal-importazzjoni tingħata għal tagħmir mediku, kirurġiku jew tal-laboratorju intenzjonat għal sptarijiet jew istituzzjonijiet sanitarji oħra.

2. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja imsemmija fil-paragrafu 1 tingħata bill-kondizzjoni li dak il-materjal jkun:

(a) intbagħat fuq bażi okkażjonali, bħala self mingħajr ħlas;

(b) jkun intenzjonat għal skopijiet dijanjostiċi jew terapewtiċi.

3. It-materjal mibgħut fuq bażi okkażjonali tfisser kull materjal mediku, kirurġiku jew tal-laboratorju mibgħut fuq it-talba tal-isptar jew ta' xi stituzzjoni sanitarja oħra li mħabba ċirkustanzi eċċezzjonali jkollhom bżonn urġenti ta' dak il-materjal biex jgħamel tajjeb għan-nuqqasijiet tal-faċilitajiet tagħhom.

(e) Meterjal ta' għajnuna f'diżastri

Artikolu 678

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja bl-eżenzjoni totali minn dazzji tal-importazzjoni tingħata għall-materjal maħsub biex jintuża in konnessjoni ma miżuri meħuda biex jilqgħu għall-disastri li jaffettwaw it-territorju doganali tal-komunità.

2. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja imsemmija fil-paragrafu 1 tingħata bil-kondizzjoni li dak il-materjal jkun:

- importat b'self mingħajr ħlas,

- ikun intenzjonat għal organizzazzjonijiet statali jew organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

(f) Imballaġġi

Artikolu 679

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji tal-importazzjoni tingħata għal imballaġi.

2. Imballaġġi tfisser:

(a) kontenituri wżati jew li għandhom ikunu wżati, fl-istat li fih ikunu mpurtati, għall-ippakjar intern jew estern tal-merkanzija;

(b) sostenni li fuqhom l-oġġetti jkunu, jew inkella se jkunu, irrumblati, mibruma jew imwaħħla,

pero' eskluż materjal ta' l-ippakjar bħal ma huma tiben, karti, tajjar tal-ħġieġ u ċana meta mpurtati fi kwantitijiet kbar.

3. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja li imsemmija fil-paragrafu 1 tingħata bil-kondizzjoni li:

(a) jekk l-imballaġġi jkunu mpurtati mimlija, jiġu iddikjarati bħala li għandhom ikunu rijesportati vojta jew mimlija;

(b) jekk l-imballaġġi jkunu mpurtati vojta, jiġu iddikjarati bħala li għandhom jkunu rijesportati mimlija;

4. L-imballaġġi mogħtija għall-proċedura ta' importazzjoni temporanja ma jistgħux jintużaw lanqas okkażjonalment fit-traffiku intern, ħlief bl-iskop ta' l-esportazzjoni ta' oġġetti mit-territorju doganali tal-Komunità. Fil-każ ta' imballaġġi importati mimlija, din il-projbizzjoni ma tapplikax ħlief minn meta dawn ikunu ġew żvujtati mill-kontenut tagħhom.

5. Il-perijodu li matulu dawk l-imballaġġi jista jibqgħu taħt il-proċedura t'importazzjoni temporanja huwa ta' sitt xhur.

(g) Oġġetti oħra li jikkwalifikaw għal importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali

Artikolu 680

Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji tal-importazzjoni għandha tingħata għal:

(a) forom, punzuni (dies), clichés, disinji, abbozzi u oġġetti oħra simili indirizzati għal persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-kommunità, meta mill-anqas 75 % tal-produzzjoni li tirriżulta mill-użu tagħhom tkun intenzjonata għal esportazzjoni minn dak it-territorju;

(a) strumenti tal-kejl, kontroll u verifika u oġġetti oħra simili ndirizzati lejn persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-komunitÖ, meta mill-anqas 75 % tal-produzzjoni li tirriżulta mill-użu tagħhom tkun intenzjonata għal esportazzjoni minn dak it-territorju;

(ċ) l-għodda jew strumenti speċjali li jkunu disponibbli għal persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-komunità biex jiġu wżati fil-manifattura ta' merkanzija li għandha tiġi esportata totalment, bil-kundizzjoni li l-għodda jew strumenti speċjali jibqgħu il-propjetà ta' persuna stabbilita il-barra mit-territorju doganali tal-komunià;

(d) il-merkanzija ta' kull tip li tkun suġġetta għal eżami, esperimenti jew demostrazzjonijiet, inklużi l-eżami u esperimenti meħtieġa għal proċeduri ta' approvazzjoni ta' tipi, imma esklużi xi eżamijiet, esperimenti jew demostrazzjonijiet li jikkonstitwixxu attività bi qliegħ;

(e) merkanzija ta' kull tip użata għat-twettieq ta' eżamijiet, esperimenti jew demostrazzjonijiet, imma esklużi l-eżamijiet, esperimenti jew demostrazzjonijiet li jikkostitwixxu attività bi qliegħ;

(f) kampjuni rapreżentattivi ta' kategorija partikolari ta' oġġetti li jkunu ntenzjonati għal skopijiet ta' demostrazzjoni bl-iskop li jfittxu ordnijiet ta' oġġetti simili.

Artikolu 681

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji tal-importazzjoni tingħata għal meżżi sostituttivi ta' produzzjoni.

2. Il-perijodu li matulu l-meżżi sostituttivi tal-produzzjoni jistgħu jibqgħu taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandu jkun ta' sitt xhur.

3. Meżżi sostituttivi ta' produzzjoni jfissru strumenti, apparat u magni li jkunu disponibbli temporanjament lill-klijent mingħajr ħlas mill-fornitur jew mir-riparatur, sa kemm ikunu fornuti jew imsewwija l-oġġetti simili.

Artikolu 682

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji ta' l-importazzjoni tingħata għal:

(a) merkanzija sekondaman importata biex tinbiegħ bl-irkant;

(b) merkanzija importata b' kuntratt ta' bejgħ suġġett għall-prova sodisfaċenti ta' aċċettazzjoni;

(ċ) xogħolijiet artistiċi importati biex jiġu eżibiti, u possibilment jinbigħu

(d) kunsinni bi prova ta' oġġetti maħduma tal-ġilda, ħaġar prezzjuż, twapet u oġġetti ta' ġojjellerija, bil-kundizzjoni li l-karatteristiċi partikulari tagħhom ma jħalluhomx jiġu importati bħala kampjuni.

2. Il-perijodu li matulu l-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 tista' tibqa' taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandu jkun ta' sitt xhur fil-każ ta (a), (b) jew (c) ta' erba' ġimgħat fil-każ ta' (d).

3. Għall dawn l-iskopijiet:

- merkanzija sekondaman tfisser merkanzija li ma tkunx maħduma ġdida,

- kunsinni bi prova jfissru kunsinni ta' merkanzija mibgħuta minn fornitur bir-rieda unilaterali li jbiegħ, bil-possibilità li d-destinatarju jixtriha wara li jkun ippruvaha.

Artikolu 683

Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji tal-importazzjoni tingħata għal:

(a) pellikola ċinematografika miġbuda u żvillupati, posittiva, u media oħra irreġistrata li fuqha jkun hemm stampi, intenzjonata għal-wiri qabel l-użu kummerċjali tagħha;

(b) pellikola, żigarella manjetika u fili manjetiċi u media oħra biex jiġu użati ħalli jiżdied magħhom il-ħoss, biex jiġu jew għal stampi li jkunu ntenzjonati li jkunu fornuti bil-ħoss, idduppjati jew ikkupjati;

(ċ) pellikoli li juru in-natura jew il-funzjoni ta' prodotti jew tgħamir barranin, sakemm ma jkunux intenzjonati għal wiri lill-pubbliku bi ħlas;

(d) medja li jkun fiha nformazzjoni eletronika, mibgħuta mingħajr ħlas għal użu fil-proċessar awtomatiku ta' informazzjoni.

Artikolu 684

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazzji ta' l-importazzjoni għandha tingħata għal ħwejjeġ personali u merkanzija importata għal skopijiet ta' sport.

2. Għall dawn l-iskopijiet:

(a) ħwejjeġ personali tfisser l-oġġetti kollha, ġodda jew użati, li vjaġġatur jista raġonevolment ikunu jeħtieġ għal użu personali tiegħu jew tagħha ma tul il-vjaġġ, meħud kont taċ-ċirkostanzi kollha tal-vjaġġ, imma eskluża l-merkanzija kollha mpurtati għal skopijiet kummerċjali;

(b) merkanzija importata għal skopijiet ta' sport tfisser artikoli ta' l-isports u oġġetti oħra għal użu minn vjaġġaturi f'logħob sportiv jew demostrazzjonijiet sportivi jew għal taħriġ li jseħħ fit-territorju doganali tal-komunità.

3. Lista illustrattiva ta' dawn l-oġġetti hija mgħotija f'L-Anness 92.

Artikolu 685

Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazzji ta' l-importazzjoni tingħata għal:

(a) annimali ħajjin ta' kull speċi importati għal tkissir, tharriġ jew skopijiet ta' tgħammir, jew sabiex jingħataw trattament veterinarju;

(b) annimali ħajjin ta' kull speċi importati għaċ-ċaqliq ta' merħliet jew għal skopijiet ta' mergħa;

(ċ) annimali tat-tagħbija u apparat li jappartieni lill-persuni stabbiliti barra mill Komunità imma qrib ħafna ta' territorju doganali tal-Komunità, sakemm dawn ikunu mpurtati minn dawk il-persuni għal ħdim tal-art li tkun tinstab il-ġewwa fit-territorju doganali tal-Komunità jew għal eżekuzzjoni ta' xogħol agrikolu jew xogħol ta' foresterija inkluż it-tindif jew trasport ta' zkuk, jew għal pixxikultura;

(d) materjal għall-propoganda turistika. Lista tal-merkanzija li għandha tiġi kkunsidrata bħala materjal ta' propoganda turistika hija mgħotija fl-Anness 93.

Artikolu 686

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji ta' l-importazzjoni għandha tingħata għall-materjal ta' benessri tal-baħħara..

2. Għall dan l-iskop:

- materjal ta' benessri tfisser materjal għal skopijiet kulturali, edukattivi, rikrejattivi, reliġjużi jew sportivi tal-baħħara,

- baħħara tfisser il-persuni kollha trasportati abbord vapuri li jkunu responsabbli għal dmirijiet li għandhom x'jaqsmu ma l-operat jew is-servizzi tal-vapur meta jkun ibaħħar.

3. Lista ta' oġġetti li għandha tkun meqjusa bħala materjal ta' benessri għall-baħħara hija mgħotija fl-Anness 94.

4. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 1 tingħata bil-kundizzjoni li l-materjal ikun:

(a) sbarkat minn fuq vapur li jkun involut fi traffiku marittimu internazzjonali biex jiġi utilizzat temporanjament mill-ekwipaġġ għal perijodu li ma jeċċedix il-waqfa tal-vapur fil-port;

(b) importat għal użu temporanju fi stabbilimenti ta' karattru kulturali jew soċjali għal perijodu ta' tnax-il-xhar. Stabbilimenti kulturali jew soċjali tfisser hostels, każini jew ċentri rikrejattivi għal baħħara, amministrati minn korpi uffiċjali jew minn organizzazzjonijiet reliġjużi jew oħrajn li ma jgħamlux qliegħ, u postijiet ta' talb fejn jsiru funzjonijiet reliġjużi għal baħħara regolarment.

Artikolu 687

Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali minn dazzji doganali għandha tkun mgħotija għal tgħamir varju li jintuża taħt is-sorveljanza u r-responsabbiltà ta' amministrazzjoni pubblika għall-bini, tiswijja jew manutenzjoni ta' infrastruttura ta' interess ġenerali fiż-żoni tal-fruntiera.

Artikolu 688

1. Proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazzji ta' l-importazzjoni għandha tkun tingħata lill-merkanzija importata temporanjament fit-territorju doganali tal-Komunità f'sitwazzjonijiet partikulari li ma jkollhomx impatt ekonomiku.

2. Importazzjoni temporanja fit-territorju doganali tal-Komunità fuq bażi okkażjonali, għal perijodu li ma jeċċedix tlett xhur, ta' oġġetti li l-valur tagħhom ikun anqas minn 4000 ECU għandhom ikunu meqjusa bħala sitwazzjoni partikulari mingħajr impatt ekonomiku.

Artikolu 689

1. Kull Stat Membru jista jiddeċiedi li jagħti eżenzjoni totali minflok parzjali kif imsemmi fl-Artikolu 142 tal-Kodiċi għal merkanzija importata fit-territorju tiegħu fuq bażi okkażjonali għal perijodu li ma jeċċedix tlett xhur.

2. Wara eżami mill-Kumitat għall-komunikazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 746(1)(c), jistgħu isiru dispożizzjonijiet biex ikunu esklużi mill-iskop ta' paragrafu 1 operazzjonijiet li jkunu nstabu li jaffettwaw ħażin il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fil-Komunità jew li joħolqu ħsara lill-interessi ta' operaturi stabbiliti hemm.

Sub-sezzjoni 2

Dispożizzjonijiet speċjali li għandhom x'jaqsmu ma merkanzija li tikkwalifika għal eżenzjoni parzjali

Artikolu 690

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 142(2) tal-Kodiċi, il-lista ta' oġġetti li dwarhom il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali minn dazzju tal-importazzjoni ma tistax tkun użata, hi mgħotija fl-Anness 95.

Sub-sezzjoni 3

Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura

(a) Proċedura normali

Artikolu 691

1. L-applikazzjoni għandha ssir b'konformita ma l-Artikolu 497 u skond il-mudell previst fl-Anness 67/D, w ippreżentata mill-persuna li lilha l-awtorizzazzjoni tista tkun mgħotija skond l-Artikoli 86, u 138 tal-Kodiċi.

2. (a) L-applikazzjoni għandha tkun ipprezentata lill awtoritajiet doganali indikati mill-Istat Membru fejn il-merkanzija tkun sejra tiġi wżata.

(b) Meta hu maħsub li l-merkanzija se tkun użata f'iktar minn Stat Membru wieħed tista ssir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni waħda. Din l-applikazzjoni għandha tiġi pprezentata ma' l-awtoritajiet doganali indikatai mill-Istat Membru fejn il-merkanzija tkun sejra tintuża l-ewwel darba.

F'dak il-każ, l-applikazzjoni għandha tinkludi partikularitajiet tas-sekwenza tal-użu u tal-postijiet fejn ikun minstenni li l-merkanzija temporanjament impurata tiġi utilizzata.

Artikolu 692

1. Mingħajr peġudizzju għal l-Artikolu 695, l-awtorizzazzjoni għandha tkun maħruġa mill-awtoritajiet li lilhom tkun ġiet ippreżenata l-applikazzjoni skond l-Artikolu 691(2) u għandha titħejja b'konformità ma' l-Artikolu 500 u skond il-mudell previst fl-Anness 68/D.

2. Meta l-Artikolu 691(2)(b) jkun japplika, l-awtorizzazzjoni ma tistax tkun maħruġa mingħajr il-ftehim tal-awtoritajiet doganali indikati mill-Istati Membri li fihom ikunu jinsabu l-postijiet indikati fl-applikazzjoni. Din il-proċedura għandha tkun applikata:

(a) l-awtoritajiet doganali li lilhom tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għandhom jikkomunikaw l-applikazzjoni u l-abbozz tal-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet doganli l-oħra interessati; l-imsemmi abbozz għandu jinkludi mill-anqas, il-postijiet tal-użu, id-deskrizzjoni kummerċjali u/jew tekniki tal-merkanzija, il-kwantità u l-valur mistennija, l-artikolu li permezz tiegħu l-awtorizzazzjoni tkun mitluba, il-metodi proposti għal identifikazzjoni, l-uffiċji doganali li hemm referenza dwarhom f'punt 8 tal-mudell tal-awtorizzazzjoni f'L-Anness 68/D, u meta jkun il-każ, ir-regoli li għandhom ikunu osservati inter alia biex jassiguraw li l-uffiċċju ta'sorveljanza ikun infurmat;

(b) l-awtoritajiet doganali l-oħra interessati jekk ikun il-każ jikkomunikaw oġġezzjonijiet li jista' jkun hemm u dan mhux iktar tard minn xahrejn li jibdew mid-data tal-komunikazzjoni ta' l-applikazzjoni u ta' l-abbozz ta' l-awtorizzazzjoni;

(ċ) l-awtoritajiet doganali msemmija fis-sub-paragrafu (a) jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni jekk fiż-żmien imsemmi fil-punt (b) ma jkunu rċevew l-ebda informazzjoni bl-eżistenza ta' oġġezzjonijiet għall-abbozz ta' l-awtorizzazzjoni;

(d) l-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jibgħat kopja ta' din lill-Istati Membri kollha msemmija hawn fuq.

Awtorizzazzjoni maħruġa b'dan il-mod għandha tkun valida biss fl-Istati Membri imsemmija hawn fuq.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu l-applikazzjoni u l-abbozz tal-awtorizzazzjoni imsemmija fis-sub-paragrafu (a). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

Artikolu 693

Il-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni jiġi stabbilit każ każ mill-awtoritajiet doganali, meħud kont għall-bżonnijiet partikolari tal-applikant għall-awtorizzazzjoni.

Artikolu 694

1. Meta joħorġu l-awtorizzazzjoni l-awtoritajiet doganali indikati għandhom jistabilixxu il-perijodu li matulu l-oġġetti importati għandhom ikunu assenjati it-trattament jew użu approvat mid-dwana, meħud kont minn naħa l-waħda tal-perijodu previst fl-Artikolu 140(2) tal-Kodiċi u fl-Artikoli 674, 675, 677, 679, 681, 682 u 688 u minn naħa l-oħra taż-żmien meħtieġ ħalli jintlaħaq l-objettiv ta' l-importazzjoni temporanja.

2. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 140(3) tal-Kodiċi, ċirkostanzi eċċezzjonali tfisser dawk il-ġrajja kollha li jġibu magħhom il-bżonn ta' użu tal-merkanzija għall-perijodu miżjud biex jintlaħaq l-objettiv li kien l-iskop ta' l-importazzjoni temporanja.

3. Kull proroga tat-terminu mogħtija li teċċedi il-perijodu previst, għandha tiġi kkalkolata b'mod tali li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi li żammew id-detentur tal-awtorizzazzjoni milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jerġa jesporta matul dak il-perijodu.

(b) Proċeduri ssimplifikati

Artikolu 695

1. L-artikolu preżenti jista jiġi applikat meta l-utilizzazzjoni hi prevista fi Stat Membru wieħed; Meta l-utilizzazzjoni għandha ssir f'iktar minn Stat Membru wieħed jiġi applikat, fil-każ, li l-Artikolu 142(1) tal-Kodiċi jew l-Artikoli 688 u 689 ma jiġux mitluba.

2. Meta l-proċeduri ssimplifikati għal dħul fil-proċedura msemmija fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi ma jkunux applikati, l-uffiċċji doganali kollha awtorizzati mill-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu illi l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni għad-dħul tkun tikkostitwixxi fl-istess ħin applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

F'dan il-każ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tikkonstitwixxi l-awtorizzazzjoni, l-imsemmija aċċettazzjoni tibqa f'kull każ suġġetta għal kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta' l-awtorizzazzjoni, inkluża d-determinazzjoni tal-uffiċċju tas-sorveljanza, li tkun indikata f'kaxxa 44 tal-formola.

3. Dikjarazzjoni ippreżentata permezz ta' paragrafu 2 għandha tkunu akkumpanjata minn dokument magħmul mid-dikjarant li jkun fih l-informazzjoni li ġejja, sakemm din l-informazzjoni tkun meħtieġa u ma tkunx tista tiddaħħal f'kaxxa 44 tal-formola wżata għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragragu tnejn:

(a) meta l-persuna li tapplika biex tuża l-proċedura ma tkunx l-istess waħda bħad-dikjarant, l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz ta' l-applikant, u, fejn xieraq, il-propjetaru ta' merkanzija;

(b) meta min juża ma jkunx l-istess bħall-applikant jew id-dikjarant, l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz ta' dak li juża l-merkanzija;

(ċ) l-artikolu li permezz tiegħu l-applikazzjoni tkun saret;

(d) il-perijodu li matulu l-merkanzija tkun mistennija li tibqa' taħt il-proċedura;

(e) il-post fejn l-merkanzija għandha tintuża;

(f) jekk il-proċeduri stabbiliti f'L-Artikoli 713 u 714 jkunux ser jintużaw.

L-Artikolu 498 għandu japplika mutatis mutandis.

4. L-Artikoli 502 għandhu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 696

1. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 229(1)(a) u (c) għandhom ikunu applikabbli bil-kundizzjoni li d-dikjarant jipproduċi, bħala sostenn tad-dikjarazzjoni verbali, inventarju li fih jidher:

(a) l-isem u l-indirizz tiegħu;

(b) id-deskrizzjonu kummerċjali tal-merkanzija;

(ċ) il-valur tal-istess merkanzija;

(d) it-tul ta' żmien maħsub li ma tulu dik il-merkanzija tibqa' fl-Istat Membru ikkonċernat;

(e) l-informazzjoni preċiża dwar in-numru ta' biċċiet ta' kull tip ta' merkanzija;

(f) il-post tal-użu fil-każijiet imsemmija fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 229(1)(a).

2. L-inventarju, bid-data u l-firma tal-applikant, għandhu jkun ippreżentat f'żewġ kopji fl-uffiċċju doganali; waħda minn dawn il-kopji għanda tintwera' lill-uffiċċju doganali u mogħtija lura lill-interessat u l-oħra għandha tinżamm mill-imsemmi uffiċċju.

Konferma tal-inventarju mill-uffiċċju doganali għanda tkun meqjusa bħala ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni.

3. Inventarji li għandhom x'jaqsmu ma' l-annimali u t-tgħamir imsemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 229(1) jistgħu jintużaw matul l-istess sena għad-dħul kollu fir-territorju doganali tal-komunità.

Għandhom ikunu ippreżentati kull sena fl-uffiċċju doganali kompetenti qabel ma titwettaq l-ewwel operazzjoni ta' importazzjoni temporanja.

Artikolu 697

1. Preżentazzjoni ta' librett ATA fl-uffiċċju doganali li jkun ingħata s-setgħa mill-awtoritajiet doganali sabiex juża l-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun meqjusa bħala ekwivalenti għall-preżentazzjoni ta' talba għall-awtorizzazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' dan il-librett (kont ta' importazzjoni temporanja) għandha tkun ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni biex tintuża l-proċedura.

2. Merkanzija li tista' tkun temporanjament importata bi qbil mal-proċedura deskritta fil-paragrafu 1 hija mnizżla fl-Anness 96.

3. Il-libretti ATA għandhom ikunu aċċettati mill-uffiċċju doganali biss jekk dawn ikunu:

(a) maħruġa f'pajjiż kontraenti għall-Konvenzjoni ATA u ikkonfermat u iggarantit minn-assoċjazzjoni li tifforma parti minn katina internazzjonali ta' garanziji.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lista tal-pajjiżi u assoċjazzjonijiet ikkonċernati lill-Istati Membri;

(b) ċertifikati mill-awtoritajiet doganali fis-sezzjoni xierqa tal-faċċata ta' barra, u

(ċ) valida matul it-territorju doganali tal-komunità.

Artikolu 698

Ħlief fuq talba diretta tal-awtoritajiet doganali, effetti personali ta' vjaġġaturi u oġġetti importati għal skopijiet ta' sport imsemmija fl-Artikolu 684 għandhom ikunu awtorizzati għal proċedura ta' importazzjoni temporanja mingħajr applikazzjoni jew awtorizzazzjoni bil-miktub.

F'dak il-każ l-att imsemmi fl-Artikolu 223(jew 233 kif hemm fit-test Franċiż) għandu jkun meqjus li jkun applikazzjoni għall-importazzjoni temporanja u l-assenza ta' intervent mill-awtoritajiet doganali titqies bħala awtorizzazzjoni.

Sub-sezzjoni 4

Dħul tal-merkanzija għall-proċedura

Artikolu 699

1. Ħlief meta l-Artikoli 695 sa 697 jkunu applikati, id-dikjarazzjoni li ddaħħal il-merkanzija għall-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċċji tad-dħul għall-proċedura previsti fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 695 jew 696 jkun applikati, id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 701 jew l-inventarju għandha tkuni ippreżentata fl-uffiċċju doganali li jkun awtoriżżat kif xieraq.

3. Meta l-Artikolu 697 jkun japplika, il-librett ATA għandu jkun ippreżentat sabiex tiddaħħal il-merkanzija għall-proċedura ta' importazzjoni temporanja f'dawn l-uffiċji doganali:

(a) fil-każ ta' merkanzija msemmija fil-punti 2 sa 9, 11 u 20 ta' l-Anness 95, fl-uffiċċju tad-dħul għall-proċedura b'kompetenza territorjali għall-post fejn il-merkanzija tkun sejra tintuża;

(b) fil-każijiet l-oħra, fi kwalunkwe uffiċċju tad-dħul li jkollu s-setgħa li jaġixxi bħala uffiċċju tad-dħul għall-proċedura. F'dawn il-każijiet, l-uffiċċju tad-dħul għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju tad-dħul għall-proċedura.

Eċċezzjonalment, meta l-uffiċċju tad-dħul li jkollu s-setgħa li jaġixxi bħala uffiċċju tad-dħul għall-proċedura ma jkunx jista jeżamina t-twettieq tal-kundizzjonijiet kollha li għalihom il-proċedura ta' importazzjoni temporanja tkun suġġetta, għandu jkun permess li l-merkanzija tinġieb mill-uffiċċju tad-dħul għall-uffiċċju tad-destinazzjoni li jkun jista' jivverifika jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux sodisfatti, taħt il-librett ATA bħala dokument ta' transitu.

4. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-uffiċċju doganali tagħhom bħala uffiċċju ta' assenjazzjoni jew bħala uffiċċju tad-dħul li qed jaġixxu bħala uffiċċju ta' assenjazzjoni.

Artikolu 700

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 88 tal-Kodiċi, kazijiet li fihom garanzija ma tkunx meħtieġa għad-dħul ta' merkanzija għall-proċedura ta' importazzjoni temporanja, huma mniżżla fl-Anness 97.

(a) Proċedura normali

Artikolu 701

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 699(1) u (2) għandha ssir skond l-Artikoli 198 sa 252.

2. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 695, id-deskrizzjoni tal-merkanzija mogħtija fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkorrispondi ma' l-ispeċifikazzjoni fl-awtorizzazzjoni.

3. Meta l-Artikolu 699(3) jkun applikat, l-uffiċċju tad-dħul għall-proċedura għandu jipproċedi kif ġej:

(a) jivverifika l-informazzjoni mogħtija fil-kaxxex A sa G tal-kont ta' l-importazzjoni;

(b) jimla' l-iskontrin u kaxxa H tal-kont ta' l-importazzjoni; id-data finali għar-rijesportazzjoni tal-merkanzija, li għandha tiddaħħal fil-kaxxa H (b) tal-kont ta' l-importazzjoni, għandha mhux aktar tard mid-data li fiha l-validita' tal-librett tiskadi, mingħajr preġudizzju għal perijodi speċjali msemmija fl-Artikolu 140(2) tal-Kodiċi;

(ċ) idaħħal l-isem u l-indirizz tal-uffiċċju tad-dħul għall-proċedura fil-kaxxa H (e) tal-kont tar-rijesportazzjoni; u

(d) iżomm il-kont ta' l-importazzjoni.

(b) Proċeduri ssimplifikati

Artikolu 702

IL-proċeduri ssimplifikati previsti fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi huma applikabbli taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 275 u 276.

Sub-sezzjoni 5

Ir-rilaxx tal-proċedura

(a) Id-dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom x'jaqsmu ma' trattamenti jew użi approvati mid-dwana skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 89 tal-Kodiċi

Artikolu 703

Id-dħul għal trattament jew użu approvat mid-dwana ta' merkanzija diġa mqiegħda taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali għandu jkun suġġett għal pagament ta' xi ammont li jista' jkun dovut taħt l-Artikolu 143 tal-Kodiċi.

Artikolu 704

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun meqjusa bħala terminata f'dak li għandu x'jaqsam ma' oġġetti importati permezz ta' l-Artikolu 673 li jkunu ġew ikkunsmati, meqruda fuq il-post tal-manifestazzjoni jew imqassma b'xejn lill-pubbliku.

B'danakollu, in-natura ta' dawk l-oġġetti u l-prodotti msemmija fl-Artikolu 673(1)(e) għandha tikkorrespondi man-natura tal-manifestazzjoni, in-numru ta' viżitaturi u l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-esebitur f'dik il-manifestazzjoni.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal xorb alkoħoliku, għat-tabakk jew għall-kombustibbli.

(b) Proċeduri normali

Artikolu 705

1. Ħlief meta l-Artikoli 695 sa 697 jkunu applikati, id-dikjarazzjoni għar-rilaxx il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċċji tar-rilaxx speċifikati fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 695 jkun applikat, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew l-inventarju, skond il-każ, għandhom ikunu ippreżentati fl-uffiċċju doganali illi jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni.

3. Meta l-Artikolu 697 jkun japplika il-librett ATA jkun ippreżentat f'uffiċċju doganali tar-rilaxx li jkun mgħoti s-setgħa kif xieraq.

4. B'danakollu, l-uffiċċju doganali ta' superviżjoni jista jippermetti li d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tkun ippreżentata f'uffiċċju doganali apparti minn dawk fuq imsemmija.

Artikolu 706

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 705(1) u (2) għandha ssir skond id-dispożizzjonijiet previsti għat-trattament jew użu approvati mid-dwana in kwistjoni.

2. Id-deskrizzjoni tal-merkanzija importata li tidher fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkorrespondi ma' l-ispeċifikazzjonijiet fl-awtorizzazzjoni.

3. Meta l-Artikolu 705(3) jkun applikat, l-uffiċċju tar-rilaxx għandu:

(a) jimla il-mamma u l-kaxxa H tal-kont tar-rijesportazzjoni;

(b) iżomm il-kont ta' rijesportazzjoni u jibgħatu mingħajr dewmien lill-uffiċċju msemmi fil-kaxxa H (e) tal-kont.

(c) Proċeduri ssimplifikati

Artikolu 707

IL-proċeduri ssimplifikati msemmija fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi għandhom japplikaw fil-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 278.

Sub-sezzjoni 6

Dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw l-applikazzjoni ta' imposti

Artikolu 708

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 144(1) tal-Kodiċi, fil-każ ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 673 u l-Artikolu 682(1)(a), (c) u (d), iż-żmien li għandu jittieħed in konsiderazzjoni biex jiġi stabbilit id-dejn doganali huwa dak ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 709

1. Meta l-merkanzija importata li qabel kienet imdaħħla fil-proċedura ta' importazzjoni temporanja titqiegħed f'ċirkolazzjoni libera, l-imgħax kumpensatorju għandu jitħallas fuq it-total tad-dazzju tal-importazzjoni dovut.

2. Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika fil-każ ta' ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija li qabel tkun iddaħħlet għall-proċedura ta' importazzjoni temporanja permezz ta' l-Artikoli 673, 678, 682, 684 u 685 (d).

3. (a) Ir-rati annwali ta' l-interessi li għandhom jiġu meħuda in konsiderazzjoni huma dawk li jkunu ġew stabbiliti bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 589(4)(a).

(b) L-imgħax għandu jkun applikabbli kull xahar tal-kalendarju għal perijodu li jibda jgħodd mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara dak li fih il-merkanzija importata tkun ġiet rilaxxata mill-proċedura u l-aħħar jum tax-xahar li matulu jsir ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-perijodu li għandu jittieħed in konsiderazzjoni għall-applikazzjoni tal-imgħax kumpensatorju ma jistax ikun anqas minn xahar.

(ċ) L-ammont ta' imgħax għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' dazzju ta' l-importazzjoni dovut, bir-rata ta' imgħax imsemmija fil-punt (a) u għall-perijodu msemmi fil-punt (b).

Artikolu 710

Fil-każ ta' ksur jew irregolarita mwettqa matul jew fl-okkażjoni ta' operazzjoni ta' importazzjoni temporanja permezz tal-librett ATA, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 454 u 455 u l-Artikoli 458 sa 461 għall-każ meta l-librett ATA ikun użat bħala dokument ta' transitu, jiġu applikati mutatis mutandis ħalli jkunu irkuprati id-dazzjital-importazzjoni dovuti.

Sub-sezzjoni 7

Kooperazzjoni Amministrativa

Artikolu 711

Meta l-merkanzija importata titqiegħed f'żona franka jew f'imħażen bla dazzju jew taħt proċedura sospensiva li tippermetti ukoll ir-rilaxx għall-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja, il-kaxxa irriservata għad-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dokument li jirrigwarda l-ammissjoni għat-trattament jew użu approvat mid-dwana jew, fil-każ ta' proċeduri issimplifikati, fid-dokument kummerċjali jew reġistri użati, għandu, b'żieda mal-informazzjoni prevista mil-proċedura ikollu l-frażi li ġejja:

- Mercancías IT,

- MI-varer,

- V.V.-Waren,

- Εμπορεύματα ΠΕ,

- T.A. goods,

- Marchandises AT,

- Merci A.T.,

- TI-goederen,

- Mercadorias I.T.

Sub-sezzjoni 8

Trasferiment ta' merkanzija

Artikolu 712

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 713 u 714, meta l-merkanzija għandha tiċċirkola fit-territorju doganali tal-Komunità, sew jekk permezz ta' trasferiment ta' awtorizzazzjoni ta' trasferiment jew permezz ta' l-istess awtorizzazzjoni, il-merkanzija in kwistjoni għandha tiġi trasportata skond id-dispożizzjonijiet ta' transitu estern.

2. Id-dokument ta' transitu estern, jew id-dokument illi għandu l-valur ta' dokument ta' transitu estern għandu jkun fih l-aħħar għar-rijesportazzjoni u waħda mill-frażijiet imsemmija fl-Artikolu 711.

Artikolu 713

1. Fuq talba tal-persuna ikkonċernata, il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 712(1) tista' tiġi ittrasportata taħt l-istess awtorizzazzjoni skond ill-proċeduri ta' trasferiment previsti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

2. Jekk jingħata permess għall-użu ta' dawk il-proċeduri ta' trasferiment, dawn għandhom ikunu previsti fl-awtorizzazzjoni. Għandhom imbagħad jisosstittwixxu il-proċeduri ta' ċirkolazzjoni previsti mill-proċedura tat-transitu estern.

3. L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu li jsiru proċeduri doganali differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 715(3) u mingħajr ma jtemmu l-proċedura ta' importazzjoni temporanja it-trasferiment tal-merkanzija mill-uffiċċju ta' l-assenjament għall-uffiċċju tar-rilaxx.

4. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jżomm ir-responsabbilita tal-merkanzija trasferita.

5. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni huwa obbligat li jinforma minn qabel lill-awtoritajiet doganali fl-operazzjonijiet tat-trasferiment li jkunu se jsiru fil-forma u skond il-modalitajiet stabbiliti mill-istess awtoritajiet doganali.

Artikolu 714

1. Sakemm ir-regolarita' ta' l-operazzjonijiet ma tkunx affettwata, l-awtoritajiet doganali, b'kundizjonijiet oħra li għandhom jesiġu, jistgħu jippermettu l-ispostament mingħajr formalitajiet doganali mill-uffiċċju ta' l-assenjazzjoni għall-post ta' l-użu u mill-post ta' l-użu għall-uffiċċju tar-rilaxx.

2. Il-persuna ikkonċernata għandha tinforma lill-uffiċċju ta' sorveljanza bir-rijesportazzjoni tal-merkanzija mdaħħla għall-proċedura ta' importazzjoni temporanja billi jibgħat kopja tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni mogħtija lilu.

Artikolu 715

1. Meta l-Artikolu 712 ikun applikat meta l-merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta' transitu estern, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrofirmaw il-Folja ta' l-Informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, fuq it-talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 713 jkun applikat, il-folja ta' l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 3 għandha tkun kontrofirmata kemm fil-mument li l-merkanzija tidaħħal għall-proċedura kif ukoll fil-mument tal-bidu tal-operazzjoni tat-trasferiment.

3. Il-folja ta' l-informazzjoni, iktar il-quddiem imsejħa "folja INF 6", għandha ssir f'oriġinal u żewġ kopji. GĦandha ssir fuq formola li tkun konformi mal-mudell li jidher fl-Anness 98.

Artikolu 716

1. Il-folja INF 6 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali jkunu infurmati inter alia:

- id-data li fiha l-merkanzija importata tiddaħħal għall-proċedura ta' importazzjoni temporanja,

- id-dettalji tal-imposti stabbiliti f'dik id-data,

- kif ukoll, meta jkun il-każ, l-ammontanti tad-dazzji ta' importazzjoni li jkunu diġa tħallsu taħt il-proċedura ta' eżenzjoni parzjali u tal-perijodu kkunsidrat għal dan.

2. L-oriġinal u kopja waħda tal-folja INF 6 għandhom jintbagħtu lura lejn il-persuna ikkonċernata; kopja waħda għandha tinżamm mill-uffiċċju doganali li jkun kontrofirmaha; il-kopja l-oħra għandha tingħata mill-persuna ikkonċernata lill-uffiċċju tar-rilaxx u, wara l-kontrofirma ta' dan l-uffiċċju, għandha tinbagħat mill-persuna ikkonċernata lill-uffiċċju doganali li inizjalment ikun ikkontrofirmaha.

Sezzjoni 3

L-importazzjoni temporanja ta' mezzi tat-trasport

Sub-sezzjoni 1

L-importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali: każijiet u kundizjonijiet

Artikolu 717

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 718(7), 719 (10) (b) u (11), 721 (5), 722 (3) u 723 (3) u (7), il-mezzi ta' trasport imsemmija fil-(a) sa (d) hawn taħt m'għandhomx ikunu mislufa, mikrija, imwiegħda, trasferiti jew imqiegħda għad-dispożizzjoni ta' xi persuna stabbilita fil-komunità.

(a) Mezzi tat-trasport ta' fuq it-triq

Artikolu 718

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tapplika għall-vetturi tat-triq għal użu kummerċjali.

2. GĦall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, vetturi għandha tfisser il-vetturi tat-triq kollha u t-trailers li jistgħu jkunu mqabbda ma' vetturi bħal dawn.

3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 4, id-dħul taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-vetturi jkunu:

(a) importati minn persuna stabbilita barra mit-territorju doganali tal-komunità jew f'ismu;

(b) użati għal skopijiet kummerċjali minn dik il-persuna jew f'ismu; u

(ċ) irreġistrati barra mit-territorju doganali tal-komunità f'isem persuna li tkun stabbilita barra minn dak it-territorju. B'danakollu, jekk il-vetturi ma jkunux irreġistrati, il-kundizzjoni t'hawn fuq għandha tkun meqjusa sodisfatta meta l-vetturi f'dak il-każ ikunu jappartjenu lil persuna stabbilita barra mit-territorju doganali tal-komunità;

(d) ikunu użati esklussivament għat-trasport li jibda jew jispiċċa barra mit-territorju doganali tal-Kominita.

4. Meta trailer ikun imqabbad ma' vettura bil-mutur irreġistrata fit-territorju doganali tal-komunità, il-proċedura ta' importazzjoni temporanja tista tingħata anke jekk il-kundizjonijiet fil-paragrafi 3 (a) u (b) ma jkunux ġew sodisfatti.

5. Il-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-komunità suġġetti għal kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 3 matul iż-żmien meħtieġ għat-twettieq tal-operazzjonijiet li għalihom tkun intalbet l-importazzjoni temporanja, bħal ma huma l-ispostament, l-iżbark jew l-imbark ta' passiġieri, l-ħatt u t-tagħbija tal-merkanzija, it-trasport u l-manutenzjoni.

6. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 3 (a) u (b), persuna li tkun taġixxi f'isem persuna stabbilita barra mit-terrirorju doganli tal-komunità għandha tkun awtoriżżata kif xieraq minn dik il-persuna.

7. B'deroga minn paragrafu 3:

(a) il-vetturi użati kummerċjalment jistgħu bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6, ikunu misjuqa minn persuni fiżiċi stabbiliti fit-territorju doganali tal-komunità;

(b) l-awtoritajiet doganali jistgħu:

- f'każi eċċezzjonali, jippermettu persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità li timporta u tuża vetturi għal użu kummerċjali mqiegħda taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għal perijodu ta' żmien limitat stabbilit mill-imsemmija awtoritajiet skond iċ-ċirkostanzi tal-każ li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat,

- jippermettu persuna fiżika stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità u impjegata minn persuna stabbilita barra minn dak it-territorju li timporta u tuża f'dak it-territorju, għal użu kummerċjali, vettura li tappartieni lil din ta' l-aħħar. Il-vettura mdaħħla taħt proċedura ta' importazzjoni temporanja tista' ugwalment tintuża għal skopijiet privati meta dak l-użu jkun ta' karattru aċċessorju u okkażjonali in rapport ma' l-użu kummerċjali u li jkun previst fil-kuntratt tax-xogħol;

(ċ) il-vetturi għal użu kummerċjali jistgħu jiġu użati għal traffiku intern meta d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tat-trasport, partikularment dawk li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet ta' aċċess u l-operazzjonijiet, jipprovdu din il-possibilita.

Artikolu 719

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tapplika għal vetturi tat-triq għal użu privat.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, vetturi tfisser il-vetturi tat-triq kollha, inklużi caravans u trailers li jistgħu jkunu mqabbda ma' vetturi bil-mutur.

3. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-vetturi jkunu:

(a) mpurtati minn persuni stabbiliti barra t-territorju doganali tal-komunità;

(b) użati għal skopijiet privati minnhom;

(ċ) irreġistrati barra it-territorju doganali tal-komunità f'isem persuna li tkun stabbilita il-barra minn dak it-territorju. B'danakollu, jekk il-vetturi ma jkunux irreġistrati, il-kundizzjoni t'hawn fuq għandha tkun meqjusa bħala li tkun intlaħqet meta l-vetturi f'dak il-każ ikunu jappartjenu lil persuna stabbilita barra mit-territorju doganali tal-komunità.

4. B'deroga minn paragrafu 3:

(a) il-proċedura għandha wkoll tkun mogħtija fil-każ ta' vetturi mhux Komunitarji li jkunu irreġistrati fit-territorju doganali tal-komunità taħt serje sospensiva bl-iskop tar-rijesportazzjoni u li jkollhom pjanċi tan-numru tar-reġistrazzjoni maħruġa lill-persuna stabbilita barra minn dak it-territorju;

(b) l-awtoritajiet doganali jistgħu iħallu persuna naturali stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunita u mpjegata minn persuna stabbilita barra minn dak it-territorju li timporta u tuża vettura li tkun tappartjeni lil din ta' l-aħħar għal skopijiet kemm privati kif ukoll għall-eżercizzju ta' attivita mħallsa differenti minn dik prevista għal użu kummerċjali, bil-kundizzjoni li dan ikun previst fil-kuntratt tax-xogħol.

5. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha wkoll tkun tapplika fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta vettura privata rreġistrata fil-pajjiż tar-residenza normali ta' dak li jagħmel użu minnha għat-traġitt regolari fit-territorju doganali tal-Komunità mir-residenza tiegħu għal post tax-xogħol tiegħu u lura. L-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura m'għandhomx iknu suġġetti għal xi limitu ieħor taż-żmien;

(b) meta vettura privata rreġistrata fil-pajjiż tar-residenza normali ta' student tigi użata minnu fit-territorju doganali tal-Komunità fejn ikun għall-iskop uniku li jsegwi l-istudji tiegħu.

6. Mingħajr preġudizju għal paragrafu 5 (a), il-vetturi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità għal:

(a) perijodu ta' sitt xhur, sew jekk kontinwi u sew jekk le, fi kwalunkwe 12 il-xhar;

(b) il-perijodu li l-istudent jibqa' fit-territorju doganali tal-Komunità fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 5 (b).

7. Il-paragrafi 5 (b) u 6 (b) għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis għal persuni li jkunu jwettqu xogħolijiet għal tul ta' zmien speċifiku.

8. Għall-iskopijiet ta' sub-paragrafi 3 (a) u (b), vetturi għal użu privat m'għandhomx ikunu mikrija, mislufa jew mqiegħda għad-dispożizzjoni ta' ħaddieħor fil-mument ta' l-importazzjoni, u jekk kienet diġà mikrija, mislufa, jew imqiegħda għad-dispożizzjoni, ma għandomx jiġu rilokati jew sullokati jew ikunu l-oġġett ta' self ġdid jew jitqieġħdu għad-dispożizzjoni ta' ħaddiehor mill-ġdid, fit-territorju doganali tal-Komunità, ġħal l-ebda skop ieħor ħlief ġħar-rijesportazzjoni immedjata.

9. Bis-saħħa ta' paragrafu 8, vetturi għal użu privat li jappartienu lil xi impriża tal-kiri li l-post tan-negozju rreġistrat tagħha jkun barra mit-territorju doganali tal-Komunità jistgħu jkunu mikrijja mill-ġdid lill xi persuna fiżika stabbilita barra minn dak it-territorju bil-għan tar-rijesportazzjoni tagħhom ma tul il-perijodu stabbilit fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet doganali, meta dawn ikunu ġewwa fit-terittorju doganali tal-Komunità bi t-twettiq tal-kuntratt tal-kiri.

10. Minkejja paragrafu 8:

(a) il-konjuġi u l-qraba axxendenti jew dixxendenti diretti ta' persuna fiżika stabbilita barra mit-territorju doganali tal-Komunità li jkollhom ir-residenza normali tagħhom barra minn dak it-terrirtorju jistgħu jużaw vettura privata diġa mdaħħla għall-proċedura ta' importazzjoni temporanja;

(b) vettura għal użu privat tista tkun użata ta' kull tant minn persuna fiżika stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità meta dik il-persuna taġixxi f'isem ta' jew fuq l-istruzzjonijiet ta l-utent mill-proċedura, li hu nnifsu jkun f'dak it-territorju;

11. B'deroga għall-Artikolu 717:

(a) il-proċedura ta' importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 9 għandha tkun disponibbli għal persuni fiżi ċi stabbiliti fit-territorju doganali tal-Komunità; vetturi jistgħu wkoll jinġiebu l-ura mit-territorju doganali tal-Komunità minn impjegat ta; ditta tal-kiri li jkun residenti f'dak it-territorju;

(b) persuna fiżika stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità tista', tikri jew tissellef għal skopijiet ta' ritorn lejn l-Istat Membru fejn hi jkollha r-residenza tagħha barra minn dak it-territorju vettura għal użu privat li tissodisfa il-kundizjonijiet stabbiliti f'sub-paragrafu 3 (c). Il-perijodu li fih il-vettura għandha tkun ri-esportata għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet doganali skond iċ-ċirkostanzi partikolori ta' kull każ.

(ċ) l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu l-proċedura ta' importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 4 li tkun użata minn persuni fiżiċi stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità meta tkun se titrasferixxi r-residenza normali tagħha barra mit-territorju b'dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

- il-persuna kkonċernata għandha ġġib prova tat-trasferiment ta' residenza bi kwalunkwe meżż aċċettabli għal dawk l-awtoritajiet,

- il-vettura għandha tkun esportata fi żmien tlett xhur mid-data tar-reġistrazzjoni.

12. Għall-iskopijiet ta' paragrafu 6 (a), L-utent tal-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandu, biex jinterrompi il-perijodu tad-dewmien fit-territorju doganali tal-Komunità ta' vettura mdaħħla għal-procedura, jinforma lill-awtoritajiet doganali b'dan u josserva il-miżuri li l-awtoritajiet iqisu utli biex jinpedixxu l-użu temporanju tal vettura.

Artikolu 720

1. L-Artikolu 719, eskluż il-paragrafu 12 tiegħu, għandu japplika mutatis mutandis għal annimali tas-sarġ jew tat-tagħbija u għal vetturi miġbuda minnhom li jidħlu fit-territorju doganali tal-Komunità.

2. L-annimali u l-vetturi miġbuda minnhom li msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu ta' tlett xhur.

(b) Mezzi tat-trasport bil-ferrovija

Artikolu 721

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun applikabbli għal meżżi tat-trasport bil-ferrovija.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, meżżi tat-trasport bil-ferrovija jfisser il-muturi primarji kollha, treni u vetturi kif ukoll il-vaguni ta' kull natura maħsuba għat-trasport ta' persuni jew ta' merkanzija.

3. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja li msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-kondizjoni li l-meżżi tat-trasport tal-ferrovija:

(a) ikunu l-propjeta ta' persuni stabbiliti barra mit-territorju doganali tal-Komunità;

(b) jkunu rreġistrati sistema ferrovjarja barra mit-territorju doganali tal-Komunità.

4. Meżżi tat-trasport bil-ferovija jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità għal 12 il-xhar.

5. B'deroga għal l-Artikolu 717:

(a) mezzi tat-trasport bil-ferrovija jistgħu jitqiegħdu għad-disposizjoni ta' persuna stabbilita fit-terrirorju doganali tal-Komunità bil-kundizjoni li dawn jintuzaw flimkien permezz ta' ftehim li bieħ kull sistema tista' tagħmel użu mill-inġenji tas-sistemi l-oħra bħalli kieku kienu ingenji tagħha;

(b) f'każi eċċezzjonali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità li timporta u tuża vaguni intenzjonati għal ġarr ta' merkanzija li jkun tqiegħdu taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għal perijodu limitat ta' żmien li jkun stabbilit mill-imsemmija awtoritajiet skond iċ-ċirkostanzi tal-każ li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat,

(ċ) Mezzi tat-trasport bl-ajru

Artikolu 722

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun applikabbli għal meżżi tat-trasport bl-ajru.

2. Il-meżżi tat-traport msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità ma tul iż-żmien meħtieġ għat-twettieq tal-operazzjonijiet li dwarhom importazzjoni temporanja kienet ġiet mitluba, bħal ma' huma iċ-ċaqlieq, l-iżbark u l-inbark ta' passiġieri l-ħatt u tgħabija ta' merkanzija, trasport u manutenzjoni.

3. L-Artikolu 718(6), (7) u (8) għandu japplika mutatis mutandis għal ajruplani ta' użu kummerċjali. Partikolarment, l-awtoritajiet doganali jistgħu, f'każi eċċezjonali, jippermettu persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-KomunitÁ li timporta u tuża ajruplani li jkun tqiegħdu taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għal perijodu limitat ta' żmien li jkun stabbilit mill-imsemmija awtoritajiet skond iċ-ċirkostanzi tal-każ li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat,

4. Meta l-meżżi tat-trasport msemmija fil-paragrafu 1 jkunu wżati għal trasport privat bl-ajru, il-kundizjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 719(3) għandhom ikunu applikabbli.

5. Il-miżżi tat-trasport msemmija fil-paragrafu 4 jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu ta' sitt xhur, seww jekk kontinwament u anki jekk le, fi kwalunkwe 12 il-xhar.

6. L-Artikolu 719(8) sa (12) għandu japplika mutatis mutandis għal ajruplani ta' użu privat.

(d) mezzi tat-trasport bil-baħar jew ta' kanali nterni

Artikolu 723

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun applikabbli għal meżżi tat-trasport bil-baħar u kanali nterni

2. Il-meżżi tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità ma tul iż-żmien meħtieġ għat-twettieq tal-operazzjonijiet li dwarhom dħul temporanju kienet ġiet mitluba, bħal ma' huma iċ-ċaqlieq, l-iżbark u l-inbark tall-passiġieri, l-ħatt u tgħabija ta' merkanzija, trasport u manutenzjoni.

3. L-Artikolu 718(6) u (7) għandu japplika mutatis mutandis għal bastimenti ta' użu kummerċjali fil-baħar jew kanali interni. Partikolarment, l-awtoritajiet doganali jistgħu, f'każi eċċezjonali, jippermettu persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità li timporta u tuża bastimenti li jkun tqiegħdu taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għal perijodu limitat ta' żmien li jkun stabbilit mill-imsemmija awtoritajiet skond iċ-ċirkostanzi tal-każ li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat,

4. Meta l-meżżi tat-trasport msemmija fil-paragrafu 1 jkunu wżati għal trasport privat bil-baħar jew fuq kanali nterni, il-kundizjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 719(3) għandhom ikunu applikabbli.

5. Il-meżżi tat-trasport msemmija fil-paragrafu 4 jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu ta' sitt xhur, seww jekk kontinwament u anki jekk le, fi kwalunkwe 12 il-xhar.

6. L-Artikolu 719(8) sa (12) għandu japplika mutatis mutandis għal bastimenti ta' użu privat fil-baħar jew fuq il-kanali interni.

7. B'deroga għal l-Artikolu 717, f'kazi eċċezzjonali meta l-infrastruttura ta' port fuq lagi il-barra mit-territorju doganali tal-Komunità ma jkunx adegwat biex jippermetti irmiġġ ta' meżżi tat-trasport ta' fuq kanali interni għal użu privat, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu persuna fiżika stabbilita fit-teritorju doganali tal-Komunità li timporta bastiment li jkun tqiegħed taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja u wżat fil-parti tal-komunità ta' lag li jkun jinsab inparti fil-Komunità u inparti fil-pajjiż fejn ħa jkun irreġistrat il-bastiment. Il-persuna kkonċernata għandha ġġib prova tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura tal-port fuq il-lag bi kwalunke meżż aċċettabli għal l-awtoritajiet doganali,

(e) Paletti

Artikolu 724

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun applikabbli għal paletti.

2. Paletti li jistgħu jkun identifikati jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu ta' 12 il-xahar, li jista' jitnaqqas fuq talba tal-persuna kkonċernata.

3. Paletti apparti barra minn dawk msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu ta' sitt xhur, li jista' jitnaqqas fuq talba tal-persuna kkonċernata.

(f) Kontenituri

Artikolu 725

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja tista' tkun applikata għal kontenituri approvati għat-trasport taħt siġill doganali jew sempliċement li jkollhom marki meta jiddaħlu fit-territorju doganali tal-Komunità f'isem il-propjetarji tagħhom, l-operaturi tagħhom jew ir-rapreżentanti ta' xi wieħed minn dawk.

2. Kontenituri apparti minn dawk msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallew jidħlu taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja jekk dan ikun awtoriżżat mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn id-dħul għal-proċedura jkun ġie mitlub.

3. Kontenituri imqiegħda taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja jistgħu jibqgħu fit-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu ta' 12 il-xhar.

4. Kontenituri imqiegħda taħt il-proċedura ta' importazzjoni temporanja jistgħu jintużaw għal traffiku intern qabel ma jiġu rijesportati mit-territorju doganali tal-Komunità. B'dana kollu, il-kontenituri jistgħu jintużaw darba biss ma tul kull waqfa fi Stat Membru, għat-trasport ta' merkanzija li jkunu mgħobbija fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u jkunu intenzjonati biex tinħatt fit-territorju ta' l-istess Stat Membru, meta l-kontenituri kieku jkunu jgħamlu dak il-vjaġġ vojta f'dak it-territorju.

5. Mingħajr preġudizju għal l-Artikolu 729(1), aċċessorji tal-kontenitur u apparat normali tal-kontenitur jistgħu jkunu importato jew ma' kontenitur għal rijesportazzjoni separata jew ma kontenitur ieħor, jew separatament għal rijesportazzjoni sussegwenti ma' kontenitur.

Artikolu 726

1. L-Artikolu 725(1) għandu japplika għal kontenituri, sew jekk ikunu u anki sew jekk ma jkunux approvbati għal trasport taħt siġill doganali, li fuqhom din l-iformazzjoni tkun inkitbet b'marki li ma jitħassrux malajr f'post xieraq u kjarament viżibli:

(a) l-identità tal-propjetarju jew tal-operatur;

(b) il-marki ta' identifikazzjoni tal-kontenitur, mogħtija mill-propjetarju jew operatur;

(ċ) it-tara tal kontenitur, inkluż l-apparat li jkun imwaħħal permanenti; u

(d) il-pajjiż li lilu jappartieni il-kontenitur.

B'dana kollu, l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) m'għandiex tkun meħtieġa fil-kas ta'kaxex mobli użati għal trasport ikkombinat tat-triq u l-ferrovija u l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) m'għandiex tkun mehtieġa fil-każ ta' marki għall-kontenituri użati għal trasport bl-ajru.

2. Il-pajjiż li lilu jappartieni l-kontenitur jista' jkun muri jew bl-isem sħiħ jew bil-kodiċi tal-pajjiż skond ISO alpha-2 previżt Fl-ISO 3166 jew b'sinjal distintiv utiliżżat biex jindika l-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur fit-traffiku internazzjonali tat-triq, jew b'numri, fil-każ ta' kaxxex mobbli użati għal trasport konġunt tat-triq u l-ferrovija. L-identifikazzjoni tal-propjetarju jew l-operatur tista ssir jew b'ismu sħieħ jew b'identifakzjoni stabbilita, esklużi simboli bħal ma huma emblemi jew bnadar.

3. Meta kontenitur, immarkat skond paragrafi 1 u 2 jkollu fuqu l-indikazzjoni ta' Stat Membru bħala l-pajjiz li għalih jappartjeni, dan għandu jkun meqjus bħala li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'L-Artikoli 9 u 10 tat-Trattat.

B'dana kollu, min juża l-proċedura għandu, fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-Istat Memnru fejn ikun il-kontenitur, jipprovdi informazzjoni dwar l-istatus doganali tal-kontenitur.

Artikolu 727

1. Konenituri li:

(a) jkollhom, b'żieda mal-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 726(1), dawn id-dettalji, li għandhom ikunu fuq pjanċa approvata bi qbil mar-regoli msemmija fil-paragrafu 2:

- in-numru tas-serje tal-manifattura (in-numru tal-manifattur), u

- jekk ikunu koperti b'approvazzjoni tat-tip, in-numri ta' identifikazzjoni jew ittri tat-tip;

(b) ikunu konformi mal-kundizjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 2; u

(ċ) ikunu ġew approvati minn Stat Membru jew minn wieħed mill-pajjiżi li huma mniżla f'L-Anness 99 skond il-proċeduri previsti fil-paragrafu 2,

għandhom ikunu rikonoxxuti bħala approvati għat-trasport taħt is-siġill doganali.

2. Ir-regoli tekniċi li japplikaw għal kontenituri li jistgħu jkunu approvati għat-trasport taħt is-sġill doganali u l-proċeduri li jikkonċernaw dik l-approvazzjoni għandhom jaqblu ma' dawk li jinsabu rispettivament f'Parti I u Parti II ta' l-Anness 7 tal-Konvenzjoni TIR annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78 [26]. Kull emenda li tkun daħlet fis-seħħ dwar l-Anness 7 tal-Konvenzjoni TIR għandhom ukoll ikunu applikabbli għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu applikabbli bi qbil man-Noti ta' Spjegazzjoni f'Parti III tal-imsemmi l-Anness 7.

3. Meta jinstab li l-kontenituri li jkunu ġew approvati ma jkunux konformi mar-regoli tekniċi msemmija fil-paragrafu 2, jew meta kontenitur ikollu difetti serji u għlahekk ma jkunx aktar konformi man-normi li bihom ikun ġie approvat għal trasport taħt is-siġill doganali, l-uffiċċju doganali għandu jaġixxi skond l-Anness 100.

Artikolu 728

L-Artikolu 725(4) għandu jkun applikabbli bi qbil man-nota ta' spjegazzjoni f'L-Anness 101.

(g) Spare parts, aċċessorji u tagħmir normali

Artikolu 729

1. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun mogħtija għal spare parts, aċċessorji u tagħmir normali, inkluż l-apparat użat għall-istiva, sigurezza jew protezjoni tal-merkanzija, importati flimkien ma' jew separatament mill-meżżi tat-trasport li għalihom jkunu intenzjonati.

2. Spare parts importati flimkien ma jew separatament mill-meżżi tat-trasport li għalihom ikunu intenzjonati għandhom jintiżaw biss għat-twettieq ta' tiswijiet żgħar u manutenzjoni ta' rutina ta' dawk il-meżżi ta' trasport.

3. Operazzjonijiet ta' manutenzjoni ta' rutina u tiswijiet tal-meżżi tat-trasport li jkunu saru meħtieġa ma tul il-vjaġġ jew fit-territorju doganali tal-Komunità m'għandhomx jikkonstitwixxu tibdil għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 137 tal-Kodiċi u jistgħu jitwettqu ma tul il-perijodu tal-importazzjoni temporanja.

Sub-sezzjoni 2

Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċeduri

(a) Ġenerali

Artikolu 730

Ħlief fejn l-Artikoli 724(3) u 725 (2) jkunu applikabbli, u mingħajr preġudizju għal l-Artikolu 728, id-dħul tal-meżżi tat-trasport permezz tal-proċedura għandhom ikunu awtorizzati mingħajr applikazzjonijiet jew awtorizzazzjoni bil-miktub.

F'dak il-każ l-att li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 233 għandu jkun meqjus li jkun applikazzjoni għal importażzjoni temporanja u l-assenza ta' intervent mill-awtoritajiet doganali li tkun meħuda bħala awtorizzazzjoni.

Artikolu 731

L-użu tal-proċedura jista' jkun awtoriżżat għal paletti memmija fl-Artikolu 724(2) u għal kontenituri msemmija fl-Artikolu 725(1) bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 730 bil-kondizzjoni li l-utent mill-proċedura:

(a) ikun rapreżentat fit-territorju doganali tal-Komunità u jipprovdi l-awtoritajiet doganali indikati f'kull Stat Membru li fih il-paletti jew il-kontenituri ikunu sejrin jinżammu bil-partikularitajiet li jippermettu l-identifikazzjoni tar-rapreżentant tiegħu u tal-limiti tal-poteri ta' dik il-persuna;

(b) fuq it-talba tal-awtoritajiet doganali indikati tal-Istat Membru li fih il-paletti jew kontenituri ikunu qegħdin, jipprovdi informazzjoni li tikkonċerna l-post u d-data tad-dħul tal-paletti u tal-0kontenituri fit-territorju doganali tal-Komunità, d-data tal-ħruġ tagħhom minn dak it-territorju u ċ-ċaqlieq tal-paletti jew kontenituri f'dak it-territorju.

(b) Każi speċjali

Artikolu 732

1. Meta l-Artikoli 724(3) u 725 (2) jkunu applikabbli, sabiex juża il-proċedura ta' importazzjoni temporanja l-operatur jew ir-rapreżentant tiegħu għandu japplika lill-uffiċċju doganali kompetenti tal-Istat Membru fejn il-kontenituri jew il-paletti li se jkunu mqiegħda taħt il-proċedura ikunu imġiebu fit-territorju doganali tal-Komunitô.

2. Din l-applikazzjoni għandha ssir bil-kitba fuq il-formula aċċettata għal awtoritajiet doganali. Għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem, l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur jew tar-rapreżentant tiegħu;

(b) l-inpenn li jkun konformi ma l-Artikolu 731(b);

(ċ) meta l-Artikolu 724(3) jkun applikabbli, in-numru u d-deskrizzjoni tal-paletti.

3. L-applikazzjoni tista' tkun ta' natura ġlobali u tkopri aktar minn operazzjoni waħda ta' importazzjoni temporanja.

4. Għal operazzjoni ta' importazzjoni temporanja waħda l-applikazzjoni bil-preżentazzjoni tal-lista li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 736(1)(b) għandha tissostitwixxi l-applikazzjoni.

Artikolu 733

1. L-uffiċċju doganali li lilu tkun saret l-applikazzjoni għandu jieħu deċiżjoni dwarha u għandu, fejn xieraq, joħroġ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni "temporanja", minn hawn il-quddiem imsejha bħala l-awtorizzazzjoni.

2. Awtorizzazzjoni għandha tkun mogħtija biss għal kontenituri li jistgħu jkunu identifikati meta jkunu rijesportati.

3. L-awtorizzazzjoni għandha tkun iffermata mill-uffiċju doganali kompetent, li għandu jżomm kopja. Għandha tindika inter alia il-metodu li bieħ l-operatur għandu jforni l-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 731(b).

4. L-awtorizzazzjoni tista tkun ta' natura globali u tkopri aktar minn operazzjoni waħda ta' importazzjoni temporanja.

5. Għal operazzjoni ta' importazzjoni temporanja waħda, l-aċċettazzjoni mill-awtoritajiet doganali tal-lista li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 736(1)(b) għandha tkun ekwivalenti għal awtorizzazzjoni..

(ċ) Perijodi msemmija fl-Artikolu 140 tal-Kodiċi

Artikolu 734

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 140(3) tal-Kodiċi, l-Artikolu 694(2) għandu jkun japplika għal meżżi tat-trasport. Meta l-utent tal-proċedura jkun jista juri li l-paletti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 724(3) u (4) jew il-kontenituri msemmija fl-Artikolu 725(1) u (2) ma intuzawx matul ċertu perijodu, dan it-tip ta' nuqqas ta' użu għandu jkun meqjus bħala ċirkostanza eċċezzjonali li tiġġustifika l-prologa tal-perijodu.

Sub-sezzjoni 3

Dħul tal-merkanzija għall-proċedura

Artikolu 735

1. Meżżi tat-trasport għandhom ikunu mdaħħla għall-proċedura ta' importazzjoni temporanja skond il-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 232(1).

2. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 88 tal-Kodiċi, id-dħul għal proċedura ta' importazzjoni temporanja ta' meżżi ta' trasport li ma jkunux iddikjarati m'għandhomx ikunu suġġetti għal garanzija.

Artikolu 736

1. B'deroga għal l-Artikolu 735(1), meta l-ufficju doganali ta' sorveljanza jqis fil-waqt tad-dħul għal proċedura jew meta jsiru l-kontrolli, li jkun hemm riskju serju ta' nuqqas ta' tirrispetta mal-obligazzjonijiet ta' rijesportazzjoni ta' meżżi ta' trasport, il-proċedura ta' importazzjoni temporanja tapplika suġġetta għal:

(a) preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni mgħamula stabbilita fl-Artikolu 205(1) jew b'dokument previst f'konvenzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 205(3);

(b) għal kaz ta' kontenituri, dikjarazzjoni verbali msemmija fl-Artikolu 229(1), akkumpanjata b'lista.

Il-lista għndha tindika:

(i) l-isem, l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur jew tar-rapreżentant tiegħu;

(ii) il-meżżi tal-identifikazzjoni tal-kontenituri;

(iii) in-numru ta' kontenituri u l-kwantità u t-tip ta' spare parts, aċċessorji u apparat normali.

2. B'deroga għal l-Artikolu 735(1), l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 729(1) li jkunu importati separatament mill-meżżi tat-trasport li għalihom ikunu intenzjonati għandhom ikunu suġġetti għal formalitajiet previzti fil-paragrafu 1 (a), mingħajr preġudizju għal faċilitajiet aktar estensivi skond il-ftehim fis-seħħ.

3. B'deroga għal l-Artikolu 735(2), meta l-uffiċċju doganali tas-sorveljanza jikkunsidra li paragrafu 1 ikun japplika u li l-pagament ta' dejn doganali li jista' jinħoloq ma jkunx ċert, il-kostituzzjoni ta' garanzija għandha tkun meħtieġa.

Artikolu 737

1. Meżżi tat-trasport imdaħħla għal proċedura ta' importazzjoni temporanja mar-rilaxx għal proċedura ta' proċessar attiv għandha tkun ittrattata bħala meżżi tat-trasport li jkunu inġiebu fit-territorju doganali tal-Komunità.

2. Id-data tad-dħul għal proċedura ta' importazzjoni temporanja ta' meżżi tat-trasport msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun id-data li fiha ikunu l-ewwel imdaħla taħt il-proċedura.

3. Għall-iskopijiet li tkun imħejjija d-dikjarazzjoni ta' rilaxx prevista fil-proċedura ta' proċessar attiv, l-utent tal-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandhu jforni lill-okkupant tal-awtorizzazzjoni ta' proċessar attiv b'ċertifikat li jissostitwixxi id-dokumenti previsti fl-Artikolu 595(3).

Sub-sezzjoni 4

Rilaxx tal-proċedura

Artikolu 738

Partijiet li jkunu sostitwiti wara tiswijiet jew manutenzjoni u spare parts ġodda li jkunu ġarbu ħsara jew li jkunu difettużi għandhom jirċevu trattament jew użu approvat mid-dwana li b'hekk ikollhom il-permess ta' merkanzija tal-importazzjoni.

Artikolu 739

Fil-każ ta' meżżi tat-trasport ferrovjarju msemmija fl-Artikolu 721 u paleti msemmija fl-Artikolu 724 uzati in komun permezz ta' ftehim, il-proċedura għandha wkoll tkun rilaxxata meta l-meżżi ta' trasport bil-ferrovija ta' l-istess tip jew paletti tal-istess tip bħal jew ta' valur ekwivalenti ta' dawk li jkunu tqiegdu għad-dispożizzjoni ta' persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità jirċevu trattament jew użu approvat u permessi mid-dwana.

Artikolu 740

1. Meta l-meżżi tat-trasport ikunu mdaħħla għal proċedura ta' importazzjoni temporanja skond id-dispożizzjoni fl-Artikolu 735, il-proċedura għandha tkun rilaxxata:

(a) fil-każ ta' rijesportazzjoni, bil-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 232(2);

(b) fil-każ ta' dikjarazzjoni għal xi trattament jew użu approvat mid-dwana oħrajn, bil-kondizzjonijiet previsti għad-dikjarazzjoni għad-dħul in kwistjoni.

2. Meta l-Artikolu 736 jkun ġie applikat, il-proċedura ta' importazzjoni temporanja għandha tkun rilaxxata f'dak li għandu x'jaqsam għall-meżżi tat-trasport issir bil-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni għal trattament jew użu approvat u permess mid-dwana flimkien ma dikjarazzjoni jew id-dokument msemmi fl-Artikolu 736 flimkien mal-mezzi tat-trasport bil-limitu taż-żmien stabbilit mill-uffiċċju doganali meta l-imsemmi dokument kien ġie fornut jew id-dikjarazzjoni kienet ġiet ippreżentata.

Sub-sezzjoni 5

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 741

Din is-sezzjoni m'għandiex taffetwa id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tat-trasport, partikolarment dawk li jirregolaw il-kundizzjonijiet ta' aċċess u operazzjoni tagħom.

Artikolu 742

L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrevokaw awtorizzazzjoni ta' importazzjoni temporanja rigward meżżi ta' trasport meta, mingħajr preġudizju għad- derogi previsti f'dan il-Kapitolu għal faċilitajiet aktar estensivi kif hemm dispożizzjoni dwar dan fil-ftehim fis-seħħ jekk isibu inter alia:

- li meżżi tat-trasport tat-triq għal użu kummerċjali kien ġie wżat għal traffiku intern,

- li meżżi tat-trasport tat-triq għal użu privat kien ġie wżat għal skopijiet kummerċjali ta' traffiku intern,

- li meżżi tat-trasport kien mikri, misluf jew mqiegħġed; għad-dispożizzjoni wara l-importazzjoni tagħhom jew, jekk kienu mikrija, mislufa jew mqiegħda għad-dispożizzjoni fil-waqt tal-importazzjoni, kienu ġew mikrija mill-ġdid, sullokati jew mislufa jew mqiegħda għad-dispożizzjoni lill persuna oħra fot-territorju doganali tal-Komunità għal xi skop appart milli għal rijesportazzjoni immedjata.

Sezzjoni 4

Arranġamenti speċjali għar-rilaxx

Artikolu 743

Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, f'kazi eċċezzjonali li jkunu ġustifikati kif dovut għandu dejjem ikun possibli bi ftehim ma' l-awtoritajiet doganali li l-merkanzija tiġi abbandunata għal-Erarju.

Sezzjoni 5

Miżuri ta' politika kummerċjali

Artikolu 744

Meta atti Komunitarji jkollhom dispożizzjoni għal politika kummerċjali dwar:

(a) ir-rilaxx ta' merkanzija f'ċirkolazzjoni ħielsa, l-imsemmija miżuri, m'għandhomx japplikaw għad-dħul tal-merkanzija għal proċedura ta' importazzjoni temporanja u l-anqas għaż-żmien li jibqgħu taħt dik il-proċedura;

(b) il-merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità, l-imsemmija miżuri għandhom ikunu applikabbli meta l-merkanzija tiddaħħal għal proċedura ta' importazzjoni temporanja;

(ċ) l-esportazzjoni tal-merkanzija, l-imsemmija miżuri m'għandhomx ikunu applikabbli għall-merkanizija non Komunitarja li tkun tqiegħdet taħt proċedura ta' importazzjoni temporanja meta tiġi rijesportata barra mit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 745

Ir-rilaxx ta' merkanzija mpurtata għal ċirkolazzjoni libera għandhu ikunu suġġett għall-applikar mill-awtoritajiet doganali ta' xi miżuri ta' politika kummerċjali fis-seħħ għal dik l-merkanzija fil-waqt meta d-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tkun aċċettata.

Sezzjoni 6

Skambju ta' informazzjoni

Artikolu 746

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a) b'każijiet meta l-Artikolu 696 ikun applikat bis-saħħa ta' l-Artikolu 229(1)(c);

(b) bl-informazzjoni msemmija f'L-Anness 102 f'dak li għandu x'jaqsam ma kull awtorizzazzjoni meta l-valur tal-merkanzija mpurtata jaqbeż l-4000 ECU u l-importazzjoni temporanja tkun awtoriżżata bis-saħħa ta' l-Artikolu 688;

(ċ) bl-informazzjoni msemmija f'L-Anness 103 f'dak li għandu x'jaqsam ma kull awtorizzazzjoni ta' importazzjoni temporanja li tkun awtoriżżata bis-saħħa ta' l-Artikolu 689.

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (b) u (c) għandha tkun magħrrfa sal-15 ta' Marzu u l-15 ta' Settembru ta' kull sena f'dak li għandu x'jaqsam ma awtorizzazzjonijiet maħruġa ma tul il-perijodu tas-sitt xhur preċedenti. Għandhom tkun iċċirkulata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra u għandhom ikunu eżaminati mill-Kumitat f'dawk il-każi meta jitqies li jkun meħtieġ li jsir hekk.

Artikolu 747

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a) il-lista tal-awtoritajiet doganali li lilhom għandhom ikun ippreżentati l-applikazzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 695, 696 u 697;

(b) il-lista ta' uffiċċju doganali li jkunu mgħotija s-setgħa li jaċċettaw dikjarazzjonijiet għal dħul fil-proċedura bis-saħħa ta' l-Artikoli 695, 696 u 697.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 649(2) u (3) għandhom jiġu applikati.

IL-KAPITOLU 6

Proċessar passiv

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 748

Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a) prodotti prinċipali kompensatorji jfissru: il-prodotti kompensatorji li għal-produzjoni tagħhom l-użu ta' proċedura ta' proċessar passiv tkun awtoriżżata;

(b) prodotti sekondarji kompensatorji jfissru: prodotti kompensatorji oħra li biex jiġu akwistati kun ġiet approvata proċedura u li jirreżultaw neċessarjament mill-operazzjoni ta' proċessar passiv.

(ċ) telf ifisser: il-proporzjon ta' merkanzija esportati li jkunu mitlufa ma tul l-operazzjoni ta; proċessar, partikolarment bl-evaporazzjoni, tnixxif, rilaxx bħala gassijiet jew jiskula mat-tlissija;

(d) metodu ta' skala kwantitattiva tfisser: kalkolazzjoni tal-proporzjoni tal-merkanzija esportati inkorporati fil-prodotti varji ekwivalenti b'referenza għal kwantità ta' dawk l-merkanzija;

(e) metodu ta' skala ta' valur tfisser: kalkolazzjoni tal-proporzjoni tal-merkanzija esportati inkorporati fil-prodotti varji ekwivalenti b'referenza għal valur ta' dawk l-merkanzija ekwivalenti;

(f) importazzjoni antiċipata tfisser: is-sistema prevista fl-Artikolu 154(4) tal-Kodiċi;

(g) traffiku trijangolari jfisser: is-sistema li biha prodotti ekwivalenti jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera b'eżenzzjoni parzjali jew totali mid-dazzji tal-importazzjoni tal-prodotti kompensatorji titwettaq minn uffiċċju doganalifl-Istat Membru differenti minn dak li fih ikun hemm l-uffiċju doganali li fih ikun hemm l-merkanzijja kienet temporanjament esportati;

(h) ammont li għandu jitnaqqas ifisser: l-ammont ta'dazzji tal-importazzjoni li kieku kienu jkunu applikabbli għal merkanzija temporanjament esportati li kieku kienu ġew importati fit-territorju doganali tal-Komunità minn pajjiż li fih ikunu għaddew minn operazzjoni ta' proċessar jew l-aħħar operazzjoni ta' proċessar;

(i) spejjeż ta' tgħabija, trasport u assigurazzjoni jfissru: l-ispejjeż kollha minfuqa b'konnessjoni mat-tgħabija, trasport u assigurazzjoni tal-merkanzija inklużi l-elementi li ġejjin:

- l-kummissjoni u senserija, ħlief għal kummissjoni tax-xiri,

- l-ispejjeż tal-kontenituri li ma jkunux parti integrali mill-esportazzjoni temporanja tal-merkanzija,

- l-ispejjeż tal-imballaġġ, inkluz ix-xogħol u l-materjal,

- l-ispejjeż ta' tħarsien b'konnessjoni mat-trasport tal-merkanzija.

Sub-sezzjoni 1

Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura - proċedura normali

Artikolu 749

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 148(b) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu sodisfatti li jkun possibli li jistabilixxu li l-prodotti kumpensatorji jkunu ġew manifatturati minn merkanzija esportata temporanjament, permezz, partikolarment, ta' dawn li ġejjin:

(a) id-dikjarazzjoni jew id-deskrizzjoni ta' marki speċjali jew numri tal-manifattura;

(b) bit-twaħħil ta' ċomb, siġilli, sinjali ta' talji u marki oħra distintivi;

(ċ) bit-teħid ta' kampjuni, u bl-illustrazzjonijiet jew deskrizzjonijiet tekniċi;

(d) bl-analiżi;

(e) bl-eżami ta' dokumenti ta' sostenn li jkollhom x'jaqsmu man-negozju maħsub li jsir (bħal ma huma kuntratti, korrespondenzi u fatturi) li juru mingħajr ambigwita' li l-prodotti kumpensatorji għandhom ikunu manifatturati mill-merkanzija esportata temporanjament.

L-awtoritajiet doganali jistgħu ukoll jużaw 'id-dokument ta' informazzjoni biex jiffaċilitaw l-esportazzjoni temporanja tal-merkanzija mibgħuta minn xi pajjiż għall-ieħor, biex jiġi manifatturat, ipproċessat jew imsewwi skond ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali tat-3 ta' Diċembru 1963 u li tinsab fl-Anness 104.

2. Meta l-proċedura tkun mitluba għal tiswija ta' merkanzija, sew jekk bis-sistema standard ta' skambji u anki jekk le, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu sodisfatti li l-merkanzija li tkun esportata temporanjament tkun tista' tissewwa. Jekk l-awtoritajiet doganali jikunsidraw li din il-kundizzjoni ma tkunx sodisfatta, għandhom jiċħdu l-awtorizzazzjoni.

3. Meta s-sistema normali ta' tpartit tkun mitluba, l-awtoritajiet doganali għandhom, inter alia, jagħmlu użu minn metodi ta' verifika li hemm imniżżla fil-paragrafu 1 (a), (c), (d) jew (e). F'dan l-aħħar każ, dokumenti ta' sostenn għandhom juru mingħajr ambigwita' illi t-tiswija maħsubha issir permezz ta' fornitura ta prodott ta' sostituzzjoni li jissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 155(1) tal-Kodiċi.

4. Għall-applikazzjoni ta' paragrafu 3, l-awtoritajiet doganali għandhom, partikolarment, ikunu sodisfatti li l-użu tal-proċedura għat-twettieq ta' tibdil skond id-disposizzjoniet fl-Artikolu 154(1) tal-Kodiċi ma tkunx awtoriżżata bħala meżż ta' titjib fl-eżekuzzjoni teknika tal-merkanzija.

Għal dan l-iskop huma għandhom jivverifikaw:

- il-kuntratti u d-dokumenti l-oħra ta' sostenn li għandhom x'jaqsmu mat-tiswija, u

- il-kuntratti tal-bejgħ jew kiri u/jew fatturi li għandhom x'jaqsmu mal-merkanzija temporanjament esportata jew tal-merkanzija li fiha hemm inkorporata il-merkanzija temporanjament esportata, partikolarment il-kundizzjonijiet stabbiliti hemmhekk.

5. Meta ma jkunx possibli li jkun stabbilit jekk il-prodotti kumpensatorji ikunux sejrin manifatturati minn merkanzija ta' esportazzjoni temporanja u talba titressaq lill-awtoritajiet doganali għal deroga mill-Artikolu 148(b) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet għandhom jissottomettu l-applikazzjoni lill-Kummissjoni.

Artikolu 750

1. L-applikazzjoni għandha ssir b'konformità ma l-Artikolu 497 skond il-mudell fl-Anness 67/E, u ippreżentata mill-persuna li lilha l-awtorizzazzjoni tista tkun mogħtija skond l-Artikoli 86, 147 u 148 tal-Kodiċi.

2. (a) L-applikazzjoni għandha tkun ipprezentata lill awtoritajiet doganali indikati mill-Istat Membru fejn tkun tinsab il-merkanzija li għandha esportata temporanjament.

(b) Meta jkun mistenni li l-merkanzija tkun esportata minn diversi Stati Membri, tista ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni waħda. Din l-applikazzjoni għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali indikati mill-Istat Membru fejn parti mil-merkanzija tkun tinstab.

F'dan il-każ, l-applikazzjoni għandha tkun tinkludi partikularitajiet tas-sekwenza ta' operazzjonijiet u l-postijiet fejn se tkun temporanjament esportata il-merkanzija.

Artikolu 751

1. Mingħajr preġudizju għall-Artikoli 760 u 761, l-awtorizzazzjoni għandha tkun maħruġha mill-awtoritajiet li lilhom tkun ġiet ippreżenata l-applikazzjoni permezz ta' l-Artikolu 750(2) u għandha ssir skond l-Artikolu 500 u skond il-mudell fl-Anness 68/E.

B'deroga mill-Artikolu 500(3) u f'kazijiet eċċezzjonali li jkunu ġew ġustifikati kif xieraq, l-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu awtorizzazzjoni retrospettiva. L-effett retrospettiv ta' awtorizzazzjoni bħal din ma jistax imur lura aktar fit-tul miż-żmien ta' meta l-applikazzjoni kienet ġiet ippreżentata. Din id-deroga m'għandiex tapplika għal skambji normali b'importazzjoni antiċipata.

2. Meta l-Artikolu 750(2)(b) jkun japplika, l-awtorizzazzjoni ma tistax tkun maħruġha mingħajr il-ftehim tal-awtoritajiet doganali indikati mill-Istati Membri li fihom ikunu jinsabu l-postijiet indikati fl-applikazzjoni. Il-proċedura li ġejja għandha tapplika:

(a) l-awtoritajiet doganali li lilhom l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata, wara li jkunu sodisfatti li l-kondizzjonijiet ekonomiċi jistgħu jkunu meqjusa bħala sodisfatti fir-rigward ta' l-operazzjoni ippjanata, għandhom jikkomunikaw l-applikazzjoni u l-abbozz tal-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet doganali ikkonċernati; l-imsemmi abbozz għandu jinkludi, mill-anqas, ir-rata ta' rendiment, il-metodu approvat ta' l-identifikazzjoni, l-uffiċċji doganali msemmija fil-punt 11 tal-mudell tal-awtorizzazzjoni f'L-Anness 68/E, jekk ikun il-każ l-uffiċċju doganali ta' sorveljanza u xi proċeduri issimplifikati uzati għad-dħul ta' arranġamenti jew ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera permezz ta' arrangamenti kif ukoll ir-regoli li għandhom ikunu osservati inter alia f'dak li għandu x'jaqsam man-notifika lill-uffiċċju ta' sorveljanza;

(b) l-awtoritajiet doganali l-oħra ikkonċernati għandhom jinnotifikaw l-eżistenza ta' xi oġġezjonijiet malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahrejn mid-data tal-komunikazzjoni tal-applikazzjoni u tal-abbozz tal-awtorizzazzjoni;

(ċ) l-awtoritajiet doganali msemmija fis-sub-paragrafu (a) jistgħu joħorġu awtorizzazzjoni jekk ma jkunux irċievew l-ebda informazzjoni li tikkonċerna l-eżistenza ta' oġġezzjonijiet fi żmien il-perijodu msemmi fis-sub-paragrafu (b);

(d) l-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni għandu jibgħat kopja lil dawn lill-Istati Membri kollha msemmija hawn fuq.

L-awtorizzazzjoniet maħruġa b'dan il-mod għandhom ikunu validi biss fl-Istati Membri msemmija hawn fuq.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet doganali indikati biex jirċievu l-applikazzjoni u l-abbozz tal-awtorizzazzjoni msemmija fis-sub-paragrafu (a). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

Artikolu 752

1. L-awtorizzazzjoni għall-użu ta' sistema standard ta' l-iskambji mingħajr importazzjoni antiċipata tista' ukoll tkun użata għal ri-importazzjoni ta' prodotti kumpensatorji minflok il-prodotti ta' sostituzzjoni, basta li l-kundizzjonijiet kollha jkunu mwettqa.

2. Meta ċ-ċirkostanzi hekk jiġġustifikaw u l-kundizzjonijiet kollha għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta' sistema standard ta' skambji mingħajr importazzjoni antiċipata jkunu sodisfatti, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ipproċessar passiv li ma tkunx tipprovdi għall-użu ta' din is-sistema biex ikunu importati prodotti ta' sostituzzjoni.

Il-persuni ikkonċernati għandhom jissottomettu talba għal dan mhux aktar tard miż-żmien meta l-prodotti jkunu importati.

Artikolu 753

Il-perijodu ta' validita' ta' l-awtorizzazzjoni għandha tkun stabbilita mill-awtoritajiet doganali wara li jikkunsidraw il-kundizzjonijiet ekonomiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikant.

Meta l-perijodu ta' validita' jeċċedi sentejn, il-kundizzjonijiet ekonomiċi li fuq il-bażi tagħhom tkum maħruġa l-awtorizzazzjoni għandha tiġi ri-eżaminata perjodikament fi żminijiet stabilliti fl-awtorizzazzjoni.

Artikolu 754

1. Il-perijodu li fih prodotti kumpensatorji jistgħu jkunu ri-importati fit-territorju doganali tal-komunità għandu jkun iddeterminat b'referenza għaż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-operazzjonijiet ta' proċessar u għat-trasport tal-merkanzija esportata temporanjament u tal-prodotti kumpensatorji. Dan il-perijodu għandu jkun ikkalkulat mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dħul għall-proċedura.

2. Permezz tas-sistema standard ta' skambji mingħajr importazzjoni antiċipata, il-perijodu li ma' tulu l-prodotti ta' sostituzzjoni għandhom ikunu importati fit-territorju doganali tal-komunità għandu jkun iddeterminat miż-żmien tas-sostituzzjoni tal-merkanzija esportata temporanjament u għat-trasport tal-merkanzija esportat temporanjament u tal-prodotti kumpensatorji. Dan il-perijodu għandu jkun ikkalkulat mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dħul għall-proċedura.

3. Ir-ri-importazzjoni ta' prodotti kumpensatorji msemmija fil-paragrafu 1 u l-importazzjoni ta' prodotti ta' sostituzzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu mwettqa meta l-prodotti jkunu:

- rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, jew

- imqiegħda f'zona franka jew magazzinaġġ bla dazzju jew ġewwa magazzinaġġ doganali jew proċeduri ta' proċessar attiv,

- imqiegda taħt proċedura ta' transitu estern tal-komunità.

4. Id-data li għandha tittieħed fil-kunsiderazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha tkun id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera jew tad-dikjarazzjoni li ddaħħal il-prodotti għall-wiehed mit-trattamenti jew użi approvati mid-dwana msemmija fil-paragrafu 3, jew id-data tad-dħul f'żona franka jew magazzinaġġ ħieles.

Artikolu 755

Meta ċ-ċirkostanzi jiġustifikaw dan il-perijdou msemmi fl-Artikolu 754 jista jiġi ipprolongat, anki jekk il-perijodu inizjali jkun skada.

Artikolu 756

1. Meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw il-proroga tat-terminu previst fl-Artikolu 157 tista tiġi awtorizzata, anki jekk il-perijodu oriġinali jkun skada.

2. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 157(1) tal-Kodiċi, it-tqiegħid ta' oġġetti f'żona franka jew magazzinaġġ bla dazzju jew taħt proċedura ta' magazzinaġġ doganali għall-esportazzjoni sussegwenti għandu jkun ittrattat bħala esportazzjoni.

Artikolu 757

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 758, ir-rata ta' rendiment imsemmija fl-Artikolu 149(2) tal-Kodiċi tiġi stabbilita mhux aktar tard minn meta l-merkanzija tiġi mdaħħlha għall-proċedura, tenut kont tad-data tekniċi ta' l-operazzjoni jew operazzjonijiet li għandhom isiru meta dawn ikunu disponibbli, jew, meta ma jkunux, id-data disponibbli fil-komunità f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet ta' l-istess tip.

Artikolu 758

Meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabilixxu ir-rata tar-rendiment wara li l-merkanzija tkun iddaħħlet għall-proċedura, imma mhux aktar tard minn meta d-dikjarazzjoni ta' rilaxx f'ċirkolazzjoni libera jew il-prodotti kumpensatorji tkun aċċettata.

Artikolu 759

1. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 147(2) tal-Kodiċi, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 751 għandha tinħareġ fuq l-applikazzjoni tal-persuna li tesporta l-merkanzija ta' esportazzjoni temporanja anke meta dan ma jwettaqx hu l-operazzjonijiet ta' proċessar. Din id-deroga għandha tintalab fl-applikazzjoni ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li fih l-applikant ikun stabbilit. Għandha tkun tapplika wkoll fil-każ ta' traffiku trijangolari.

L-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ lill-applikant.

Id-deroga għandha tagħti l-awtorita lil persuna apparti mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni li jiddikjara l-prodotti kumpensatorji għal ċirkolazzjoni libera u li jkun awtoriżżat li juża l-proċedura.

2. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti kollha li jsostnuha meħtieġa għall-eżami ta' l-applikazzjoni. Dawn id-dokumenti għandhom partikolarment juru:

- il-vantaġġi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 147(2) tal-Kodiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' żieda fil-bejgħ tal-merkanzija esportat temporanjament b'paragun mal-bejgħ li jsir f'kundizzjonijiet normali.

- prova li turi li d-deroga mitluba ma tkunx sejra thedded l-interessi essenzjali ta' produtturi fil-komunità ta' prodotti identiċi jew simili għall-prodotti kumpenstorji li r-ri-importazzjoni tagħhom tkun maħsubha.

3. Meta L-Awtoritajiet doganali jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa għandhom jitrażmettu l-applikazzjoni lil-Kummissjoni flimkien ma' l-opinjoni tagħhom.

Meta tirċieve din l-applikazzjoni il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni lill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi bi qbil mal-proċedura tal-Kumitat jekk u b'liema kundizzjonijiet awtorizzazzjoni tista tinħareġ, u tistabbillixxi b'mod partikolari il-meżżi ta' kontroll biex tassigura li l-benefiċċju ta' l-eżenzjoni msemmi fl-Artikolu 151 tal-Kodiċi għandu jkun mogħti biss għall-prodotti kumpensatorji li fihom il-merkanzija esportata temporanjament tkun attwalment inkorporata.

Sub-sezzjoni 2

L-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura - proċeduri ssimplifikati

Artikolu 760

1. Meta l-proċeduri issimplifikati għal dħul fil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi ma jkunux applikati għall-operazzjonijiet ta' tiswijja ta' merkanzija, l-uffiċċji doganali li jkunu ngħataw l-poter mill-awtoritajiet doganali biex jagħtu l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura issimplifikata, għandhom jippermettu li d-dikjarazzjoni li ddaħħal il-merkanzija għall-proċedura titqies fl-istess ħin bħala applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

F'dan il-każ l-awtorizzazzjoni hija ikkostitwita mill-aċċettazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni u din l-aċċettazzjoni hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni.

2. Id-dikjarazzjonijiet ippreżentati taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom magħhom dokument magħmul mid-dikjarant u li jkun fih l-indikazzjonijiet li ġejjin skond kemm ikun meħtieġ, u jistgħu jiġu mdaħħlin fil-kaxxa 44 tal-formola użata għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) meta l-persuna li tapplika biex tuża l-proċedura ma tkunx l-istess waħda bħad-dikjarant, l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-applikant;

(b) id-deskrizzjoni kummerċjali u/jew teknika tal-prodotti kompensatorji;

(ċ) in-natura tal-operazzjonijiet ta' proċessar;

(d) it-terminu meħtieġ għar-ri-importazzjoni tal-prodotti kumpensatorji;

(e) ir-rata ta' rendiment jew, fejn xieraq, il-metodu li bih tkun stabbilita din ir-rata;

(f) il-mezzi ta' identifikazzjoni.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-artikol 498 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 502 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 761

1. Meta l-operazzjonijiet ta' proċessar jirrigwardjaw it-tiswijiet ta' natura mhux kummerċjali, sew jekk bi ħlas u sew jekk bla ħlas, l-uffiċċju doganali indikat mill-awtoritajiet doganali għandu, fuq it-talba tad-dikjarant, jippermetti li d-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera titqies fl-istess ħin bħala applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. F'dan il-każ, l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tikkonstitwixxi l-awtorizzazzjoni, u l-imsemmija aċċetazzjoni għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni.

2. Għall-iskopijiet ta' paragrafu 1 "tiswijiet ta' natura mhux kummerċjali" tfisser tiswijiet ta' merkanzija, inkluż r-restawr tagħha għall-kundizzjoni oriġinali tagħha u li tiġi ordinata:

- li jsiru fuq bażi okkażjonali, u

- jirrelataw esklussivament għall-oġġetti ta' użu personali ta' min jimportahom jew tal-familja tiegħu; li ma jkunux min-natura tagħhom jew fi kwantità tali li jirreflettu interess kummerċjali,

3. Għandha tkun għall-applikant li jagħti prova tan-natura mhux kummerċjali tal-merkanzija. L-uffiċċju doganali m'għandux jagħti l-faċilitajiet previsti fil-paragrafu 1 jekk il-kundizzjonijiet kollha ma jkunux sodisfatti.

Sezzjoni 2

Dħul tal-merkanzija għall-proċedura

Artikolu 762

Il-proċeduri li jirregolaw id-dħul tal-merkanzija għall-proċedura ta' proċessar passiv huma applikabbli għal merkanzija esportata temporanjament, inkluża l-merkanzija esportata temporanjament permezz skond is-sistema standar ta' skambji bi jew mingħajr importazzjoni antiċipata.

Sub-sezzjoni 1

Proċedura normali

Artikolu 763

1. Ħlief meta l-Artikoli 760 u 761 jiġu applikati, id-dikjarazzjoni li ddaħħal l-merkanzija esportata temporanjament għall-proċedura ta' proċessar passiv (dikjarazzjoni ta' esportazzjoni) għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċċji tad-dħul għall-proċedura prevista fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-Artikolu 760 jiġi applikat, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata f'wieħed mill-uffiċji doganali awtoriżżat.

Artikolu 764

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 763 għandha tkun magħmula skond id-dispożizzjonijiet previsti għall-esportazzjoni.

2. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 761, id-deskrizzjoni tal-merkanzija mogħtija fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkorispondi għall-ispeċifikazzjonijiet li jidhru fl-awtorizzazzjoni.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 658(3) għandhom japplikaw.

Sub-sezzjoni 2

Proċeduri ssimplifikati

Artikolu 765

IL-proċeduri issimplifikati msemmija fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi għandhom japplikaw bi qbil mal-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 277.

Sezzjoni 3

Dritt għall-benefiċċju tal-proċedura

Artikolu 766

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 754 (il-kors tat-terminu previst fl-Artikolu 149(1) tal-Kodiċi), id-dritt għall-benefiċċji tal-proċedura ta' proċessar passiv huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 767

1. Ħlief meta l-artikoli 760 u 761 jiġu applikati, id-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandha tiġi ippreżentata f'wieħed mill-uffiċċji ta' rilaxx previsti fl-awtorizzazzjoni.

2. Meta l-artikolu 760 jiġi applikat, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ippreżentata fl-uffiċċju doganali li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni.

3. Meta l-artikolu 761 jiġi applikat, id-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandha tkun ippreżentata fl-uffiċċju doganali awtorizzat mill-awtoritajiet doganali.

4. B'danakollu, l-uffiċċju ta' sorveljanza jista' jippermetti li d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ippreżentata fl-uffiċċju doganali differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 768

1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 767 għandha ssir skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli minn 198 sa 252.

2. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 761, id-deskrizzjoni ta' prodotti kumpensatorji jew ta' sostituzzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkorrispondi ma' l-ispeċifikazzjonijiet li jidhru fl-awtorizzazzjoni.

3. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 62(2) tal-Kodiċi, id-dokumenti li jakkompanjaw id-dikjarazzjoni għandhom ikunu dawk li l-produzzjoni tagħhom tkun meħtieġa għar-rilaxx tal-merkanzija f'ċirkolazzjoni libera, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 218 sa 221 u:

- kopja tad-dikjarazzjoni għad-dħul għall-proċedura, jew, fil-każ ta' traffiku trijangolari, il-formola UNF 2 skond id-dispożizzjoni fl-Artikolu 781, u

- meta d-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tkun ippreżentata wara li jiskadi l-perijodu stabbilit skond l-Artikolu 149(1) tal-Kodiċi, u meta l-Artikolu 754(3) huwa applikat, id-dokumenti ta' sostenn li jagħmluha possibli li ssir verifika li l-prodotti kumpensatorji jew ta' sostituzzjoni ġew assenjati it-trattamenti jew l-użu approvati mid-dwana matul l-imsemmi perijodu.

Artikolu 769

Il-proċeduri issimplifikati previsti fl-Artikolu 76 tal-Kodiċi għandhom ikunu applikabbli għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 254 sa 267 u 278.

Sezzjoni 4

Id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni ta' imposti

Artikolu 770

Fil-kalkolazzjoni tal-ammonti li għandhom ikunu mnaqqsa msemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 151(2) tal-Kodiċi, l-ebda akkont m'għandu jittieħed ta:

(a) l-imposti previsti:

- mill-Artikolu 14(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 dwar is-suq taċ-ċereali [27],

- L-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 dwar is-suq tal-laħam tal-majjal [28],

- l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 dwar is-suq tal-bajd [29],

- l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 dwar is-suq tal-laħam tat-tjur [30],

- L-Artikoli 25 u 25a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 dwar is-settur tal-frott u l-legumi [31],

- L-Artikolu 53(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 dwar is-suq tal-inbejjed [32];

(b) dazji ta' kontra d-dumping u dazzji kompensatorji,

li kieku kienu jkunu applikabbli għall-merkanzija esportata temporanjament kienu kienet ġiet importata fl-Istat Membru ikkonċernat mill-pajjiż fejn ikunu għaddew minn operazzjoni ta' proċessar jew l-aħħar waħda minn dawn l-operazzjonijiet.

Artikolu 771

1. Meta t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 151(2) tal-Kodiċi jkun applikat, l-ispejjeż tat-tagħbija, tat-trasport u tal-assigurazzjoni tal-merkanzija esportata temporanjament lejn il-post fejn l-operazzjoni jew l-aħħar operazzjoni ta' proċessar m'għandhomx jiġu inklużi fi:

- il-valur tal-merkanzija esportata temporanjament li jkun ttiehed in konsiderazzjoni biex jiġi stabbilit il-valur doganali tal-prodotti kumpensatorji skond l-Artikolu 31(1)(b) (i) tal-Kodiċi,

- l-ispejjeż tal-ipproċessar, meta l-valur tal-merkanzija esportata temporanjament ma jkunx jista jiġi stabbilit fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 32(1)(b) (i) tal-Kodiċi.

2. L-ispejjeż tal-ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-ispejjeż tat-tagħbija, trasport u assigurazzjoni tal-prodotti kumpensatorji mill-post fejn l-operazzjoni ta' l-ipproċessar jew l-aħħar operazzjoni ta' l-ipproċessar tkun twettqet lejn il-post fejn huma jidħlu fit-territorju doganali tal-komunità.

3. L-ispejjeż ta' tiswija msemmija fl-Artikolu 153 tal-Kodiċi għandhom jikkonsistu mil-pagament totali li jkun sar jew li jkun sejjer isir mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni lill-jew għall-benefiċju tal-persuna li tkun għamlet it-tiswijiet u jinkludu l-pagamenti kollha li jkunu saru jew li għandhom isiru bħala kundizzjoni tat-tiswija tal-merkanzija esportata temporanjament mid-detentur tal-awtorizzazzjoni lill-persuna li għamlet it-tiswija jew mid-detentur tal-awtorizzazzjoni lil terza persuna biex jissodisfa l-obbligazzjoni li għamlet it-tiswija.

Dan il-pagament mhux neċessarajament isir bi flus. Pagament jista' jsir permezz ta' ittri ta' kreditu jew strumenti negozzjabbli u jista' jsir direttament jew indirettament.

L-Artikolu 143 għandu japplika biex tkun eżaminata r-relazzjoni bejn id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni u l-operatur.

Artikolu 772

1. Il-proporzjon ta' merkanzija esportata temporanjament inkorporata fil-prodotti kumpensatorji għandhu jkun ikkalkulat b'wieħed mill-metodi msemmija fl-Artikoli 773 u 775 meta l-prodotti kumpensatorji kollha, apparti minn prodotti kumpensatorji sekondarji msemmija fl-Artikolu 774(3) li jirriżultaw minn operazzjoni ta' proċessar partikulari ma jkunux rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fl-istess żmien.

2. Il-kalkoli msemmija fl-Artikoli 773 sa 775 għandhom isiru fuq il-bażi ta' l-eżempj li hemm fl-Anness 105 jew b'xi metodu ieħor li jagħti l-istess riżultati.

Artikolu 773

1. Meta tip wieħed biss ta' prodott kompensatorju jiġi akkwistat minn operazzjoni ta' proċessar passiv minn wieħed jew aktar tipi ta' merkanzija esportata temporanjament, il-metodu ta' skala kwantitattiva (prodotti kompensatorji) huwa applikat biex jiddetermina l-ammont li għandu jkun imnaqqas mar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tal-prodottu kumpensatorji.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-kwantità ta' kull tip ta' merkanzija esportata temporanjament li tikkorespondi għall-kwantità ta' prodotti kumpensatorji rilaxxati għall-ċirkolazzjoni libera li għandhom jittiehdu b'kunsiderazzjoni biex jiġi idderminat l-ammont li għandu jitnaqqas, għandhom ikunu ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-kwantità totali ta' kull tip ta' merkanzija msemmija b'ko-effiċjenti li jikkorrespondi mar-relattivita tal-kwantità ta' prodotti kumpensatorji li jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera mal-kwantità totali tal-prodotti kumpensatorji.

Artikolu 774

1. Meta diversi tipi ta' prodotti kumpensatorjii jiġu akkwistati minn operazzjonijiet ta' proċessar passiv minn wieħed jew aktar tipi ta' merkanzija esportata temporanjament u l-elementi kollha ta' l-imsemmija merkanzija jinstabu f'kull wieħed mit-tipi differenti ta' prodotti kumpensatorji, il-metodu ta' skala kwantitattiva (merkanzija esportata temporanjament) għandu jkun użat biex jiġi iddeterminat l-ammont li għandu jitnaqqas mar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-prodotti kumpensatorji.

2. Biex ikun stabbilit jekk il-metodu msemmi fil-paragrafu 1 ikunx applikabbli, m'għandux jittiehed kont tat-telf.

3. Il-prodotti kumpensatorji sekondarji li huma rimi, skart, frak, residwi, trufijiet u fdalijiet huma meqjusa bħala telf meta jkun ser jiġi determinat il-proporzjon ta' merkanzija esportata temporanjament.

4. Meta l-paragrafu 1 jkun applikat, il-kwantità ta' kull tip ta' merkanzija esportata temporanjament użata fil-manifattura ta' kull tip ta' prodotti kumpensatorji għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni suċċessivament għall-kwantità totali ta' kull tip ta' merkanzija esportata temporanjament ta' ko-effiċjenti korrespondenti għall-proporzjon bejn il-kwantitajiet ta' dawn il-merkanziji li jinsabu f'kull tip ta' prodott kompensatur u l-kwantitajiet totali tal-merkanziji li jinsabu fil-prodotti kompensatorji meħudin flimkien.

5. Il-kwantità ta' kull tip ta' merkanzija esportata temporanjament li tkun tikkorrespondi mal-kwantità ta' kull tip ta' prodotti kumpensatorji rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera li tittieħed in konsiderazzjoni biex jiġi iddeterminat l-ammont li għandu jiġi mnaqqas, għandha tkun determinata bl-applikazzjoni għall-kwantità ta' kull tip ta' merkanzija esportata temporanjament imdaħħla fil-proċess ta' kull tip ta' prodott kalkolata skond il-paragrafu 4 bil-ko-effiċjent stabbilit skond l-Artikolu 773(2).

Artikolu 775

1. Meta l-Artikoli 773 u 774 ma jistgħux jiġu applikati, il-metodu tas-skala tal-valur għandu jintuża fil-każijiet.

B'danakollu, bi ftehim mad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni u għall-iskopijiet ta' simplifikazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu japplikaw il-metodu ta' l-iskala kwantitattiva (merkanzija esportata temporanjament) minflok il-metodu tal-iskala tal-valur meta l-applikazzjoni ta' metodu wieħed jew l-ieħor tagħti riżultati simili.

2. Sabiex ikunu iddeterminati il-kwantitajiet ta' merkanzija esportata temporanjament użati fil-manifattura ta' kull tip ta' prodott kumpensatorju, jiġi applikat suċċessivament għall-kwantitajiet totali ta' merkanzija esportata temporanjament, ko-effiċjent li jikkorrespondi għar-rapport bejn il-valur doganali ta' kull prodott kumpensatorju u l-valur doganali totali ta' dawn il-prodotti.

3. Meta tip wieħed ta' prodott kumpensatorju ma jkunx ri-importat, il-valur ta' l-imsemmi prodott għall-iskopijiet tal-skala tal-valur għandu jkun il-prezz tal-bejgħ l-aktar riċenti fil-komunità ta' prodotti identiċi jew simili, bil-kondizzjoni li dak il-prezz ma jkunx influwenzat mir-rabtiet bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ.

L-Artikolu 143 għandu japplika ħalli ssir l-istima tar-rabtiet bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ.

Jekk il-valur ma jistax ikun iddeterminat bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet t'hawn fuq, għandu jkun iddeterminat mill-awtoritajiet doganali bi kwalunkwe metodu raġjonevoli.

4. Il-kwantità ta' kull tip ta' merkanzija esportata temporanjament li tkun tikkorrespondi mal-kwantità ta' kull tip ta' prodotti kumpensatorji rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera li għandha tkun ikkunsidrata biex ikun iddeterminat l-ammont li għandu jiġi mnaqqas, għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni għall-kwantità ta' kull tip ta' merkanzija esportata temporanjament imdaħħla għall-proċess ta' l-istess prodotti kalkulata skond il-paragrafu 2, il-ko-effiċjent stabbilit skond il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 773(2).

Artikolu 776

1. Meta l-awtorizzazzjoni għall-proċessar passiv tkun maħruġa b'mod li ma tipprovdix għal tiswijiet u l-awtoritajiet doganali bi ftehim mad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jkunu f'qagħda li jistabilixxu l-ammont approssimattiv ta' dazzju li għandu jitħallas skond id-dispożizzjonijiet li għandhom ma' l-eżenzjoni parzjali mid-dazzji ta' l-importazzjoni, l-imsemmija awtoritajiet jistgħu jiffissaw rata ta' dazzju applikabbli għall-operazzjonijiet kollha ta' proċessar li għandhom ikunu mwettqa permezz ta' dik l-awtorizzazzjoni (rilaxx aggregat) fil-każ ta' intrapriżi li ta' spiss iwettqu operazzjonijiet ta' proċessar passiv.

2. Ir-rata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun iddeterminata għal kull perijodu li ma jeċċedix sitt xhur fuq il-bażi ta':

- stima approssimattiva magħmula bil-quddiem tas-somma pagabbli għal dak il-perijodu, jew

- esperjenza akkwistata f'dak li jirrigwardja l-ġbir ta' l-ammont imħallas f'dak li għandu x'jaqsam mal-perijodu ekwivalenti preċedenti.

Ir-rata għandha tkun miżjuda kif xieraq bil-għan li jkun assigurat li l-ammont ta' dazzju ta' l-importazzjoni mdaħħal fil-kontijiet ma jkunx anqas mill-ammont legalment dovut.

3. Ir-rata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun applikata proviżorjament għall-importi tal-proċessar għal prodotti kumpensatorji rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera għal perijodu ta' referenza identiku għal dak użat għall-kalkolazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, mingħajr ma jkun meħtieġ li jsir għal kull rilaxx f'cirkolazzjoni libera l-kalkolu biex jiġi stabbilit eżattament l-ammont ta' dazzju ta' l-importazzjoni li għandu jitħallas.

4. L-ammont ta' dazzju ta' l-importazzjoni li jirriżulta bl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandu jiddaħħal fil-kontijiet bil-kondizzjonijiet u fit-termini previsti fl-Artikoli 217 sa 232 tal-Kodiċi.

5. Fit-tmiem ta' kull perijodu ta' referenza l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu li jivverifikaw il-proċedura b'mod globali u jagħmlu il-kalkolu finali skond id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-eżenzjoni parzjali mid-dazzji ta' l-importazzjoni.

6. Jekk jirriżulta mill-kalkoli finali li l-ammont ta' dazzju ta' importazzjoni li jkun iddaħħal fil-kontijiet ikun għoli wisq, jew jekk, allavolja iż-żieda magħmula skond il-paragrafu 2, l-ammont ta' dazzju doganali mdaħħal fil-kontijiet ikun anqas mill-ammont legalment dovut, għandu jsir aġġustament.

Sezzjoni 5

Traffiku trijangulari

Artikolu 777

1. L-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 751 għandhom jippermettu l-użu ta' sistemta ta' traffiku trijangulari:

(a) kemm taħt l-awtorizzazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 147 jew l-Artikolu 152 tal-Kodiċi;

(b) kemm fuq it-talba partikolari tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni, preżentata wara li l-awtorizzazzjoni tkun ġiet mogħtija imma qabel ir-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tal-prodotti kumpensatorji.

2. L-użu ta' sistema ta' traffiku trijangulari m'għandux ikun awtoriżżat taħt is-sistema ta' l-iskambji standard bl-importazzjoni antiċipata.

Artikolu 778

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 783, meta s-sistema ta' traffiku trijangolari tkun użata il-folja ta' informazzjoni magħrufa bħala "INF 2" għandha tintuża.

2. Il-folja ta' informazzjoni INF 2, korrespondenti għall-mudell u għad-dispożizzjonijiet fl-Anness 106, għandha ssir f'oriġinal u kopja li għandhom jiġu ippreżentati flimkien lill-uffiċċju tad-dħul.

Il-folja ta' informazzjoni INF 2 għandha titħejja għall-kwantità ta' merkanzija imdaħħla għall-proċedura. Meta jkun mistenni li l-prodotti kumpensatorji jew ta' sostituzzjoni jiġu re-importati f'aktar minn konsenja waħda fl-uffiċċji doganali differenti, l-uffiċċju tad-dħul għandu, fuq talba tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni, joħroġ in-numri meħtieġa ta' folji INF 2 magħamla għall-kwantità ta' merkanzija mdaħħla għall-proċedura.

3. Fil-każ ta' serq, ta' telf jew ta' qerda tal-folja t'informazzjoni INF 2, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-proċessar passiv jista' jitlob duplikat mill-uffiċċju doganali li jkun ikkontrofirma. Dan l-uffiċċju għandu jilqa' din it-talba bil-kondizzjoni li jiġi stabbilit illi l-merkanzija esportata temporanjament, li għaliha jintalab id-duplikat ma ġietx ri-importata.

Il-kopja duplikata hekk maħruġa għandha jkollha fuqha waħda minn dawn l-indikazzjonijiet:

- DUPLICADO,

- DUPLIKAT,

- DUPLIKAT,

- ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ,

- DUPLICATE,

- DUPLICATA,

- DUPLICATO,

- DUPLICAAT,

- SEGUNDA VIA.

4. It-talba tal-ħruġ ta' folja ta' informazzjoni INF 2 għandha tikkonstitwixxi il-kunsens tad-detentur għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 150(1)(b) tal-Kodiċi.

Artikolu 779

1. L-uffiċċju tad-dħul għal proċedura għandu jikkontrofirma l-oriġinal u l-kopja tal-folja ta' informazzjoni INF 2. Għandu jżomm il-kopja u jirritorna l-oriġinal lid-dikjarant.

2. Meta l-uffiċċju tad-dħul tal-proċedura jikkunsidra li l-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera se tkun ippreżentata jkun jeħtieġ ċerti partikularitajiet ta' l-awtorizzazzjoni li ma jkunux jidhru fuq il-folja ta' informazzjoni, għandu jdaħħal dawk il-partikularitajiet fuq il-folja ta' l-informazzjoni.

3. L-oriġinal tal-folja ta' informazzjoni INF 2 għandu jkun ippreżentat fl-uffiċċju doganali meta l-merkanzija titlaq mit-territorju doganali tal-komunità. Dan l-uffiċċju għandu jiċċertifika fuq l-oriġinal li l-merkanzija tkun ħarġet minn dak it-territorju u għandu jagħtiha lura lill-persuna li ippreżentata.

Artikolu 780

1. Meta l-uffiċċju tad-dħul tal-proċedura jkun imsejjaħ sabiex jikkontrofirma l-folja ta' informazzjoni INF 2, dan għandu jindika fil-kaxxa 16 il-mezzi użati biex jassigura l-identifikazzjoni tal-merkanzija esportata temporanjament.

2. Meta jittieħdu l-kampjuni jew ikunu użati illustrazzjonijiet jew deskrizzjonijiet tekniċi, l-uffiċċju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jawtentika l-kampjuni, illustrazzjonijiet jew deskrizzjonijiet tekniċi billi jwaħħal is-siġill doganali jew fuq l-merkanzija, meta n-natura tagħha tippermetti li jsir dan, jew fuq l-imballaġġ, b'tali mod li ma jkunx jista' jiġi mbagħbas.

Tikketta li jkun fiha it-timbru tal-uffiċċju u l-partikularitajiet tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandha tiġi imwaħħla mal-kampjuni, illustrazzjonijiet jew deskrizzjonijiet tekniċi b'tali manjiera li ma jistgħux jiġu issostitwiti.

3. Il-kampuni, illustrazzjonijiet jew deskrizzjonijiet tekniċi, awtentikati u issiġillati skond il-paragrafu 2, għandhom jiġu ritornati lill-esportatur, li għandu jippreżentahom bis-siġilli intatti meta l-prodotti kumpensatorji jew ta' sostituzzjoni jiġu re-importati.

4. Meta analisi tkun meħtieġa u r-riżultati ma jkunux magħrufa ħlief wara li l-uffiċċju doganali jkun ikkontrofirma l-folja ta' informazzjoni INF 2, id-dokument li jkun fih ir-riżultati ta' l-analisi għandu jingħatha lill-esportatur f'envelope issiġillat u li ma jistgħax jitbgħabas.

Artikolu 781

1. L-importatur tal-prodotti kumpensatorji jew ta' sostituzzjoni għandu jippreżenta l-oriġinal tal-folja ta' informazzjoni INF 2 u, meta xieraq, il-mezzi ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 780(3) u (4) lill-uffiċċju tar-rilaxx meta jippreżenta d-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

2. Meta l-prodotti kumpensatorji jew ta' sostituzzjoni jkunu rilaxxati f'ċirkolazzjoni libera f'konsenja waħda jew f'aktar minn konsenja waħda imma fl-istess uffiċċju doganali, dak l-uffiċċju għandu jinnota fuq l-oriġinal tal-folja ta' informazzjoni INF 2 il-kwantitajiet ta' oġġetti esportati temporanjament li jikkorrispondi għall-kwantitajiet ta' prodotti kumpensatorji jew ta' sostituzzjoni rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. Meta l-folja ta' informazzjoni INF 2 tkun verifikata, din għandha tkun annessa mad-dikjarazzjoni korrespondenti. F'nuqqas ta' dan, din għandha tintbagħat lura lid-dikjarant u dan il-fatt ikun innutat fil-kaxxa 44 tal-formola IM prevista fl-Artikolu 205.

3. Meta l-prodotti kumpensatorji jew ta' sostituzzjoni ikunu rilaxxati għal-ċirkolazzjoni libera f'aktar minn kunsenja waħda f'aktar minn uffiċċju doganali wieħed u l-Artikolu 778(2) ma jkunx ġie applikat, l-uffiċċju doganali fejn l-ewwel dikjarazzjoni għar- rilaxx f'ċirkolazzjoni libera ġiet ippreżentata għandu joħroġ, fuq it-talba tad-dikjarant, in sostituzzjoni tal-folja ta' informazzjoni INF 2 inizjali folji INF 2 imħejjija għall-kwantità ta' merkanzija esportata temporanjament li għada mhiex rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera. L-uffiċċju doganali għandu jindika fuq il-folja jew folji ta' informazzjoni li jkunu ġew mibdula in-numru tal-folja ta' informazzjoni ta' qabel u l-uffiċċju doganali li jkun ħariġha. Il-kwantitajiet miktuba fuq il-folja jew folji ta' informazzjoni li jissostitwuha għandhom jiġu miktubha fuq il-kwantitajiet msemmija fuq il-folja INF 2 tal-bidu li, la darba kompletament rilaxxata b'dan il-mod, hi annessi ma' l-ewwel dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Kull folja sostitwita kompletament rilaxxata, hi annessa mad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera li għaliha tirreferi.

Artikolu 782

L-uffiċċju ta' rilaxx għandu jkun awtoriżżat li jitlob lill-uffiċċju doganali li jkun ikkonferma l-folja ta' informazzjoni INF 2 għall-kontroll sussegwenti ta' l-awtentiċita tal-folja ta' informazzjoni u l-eżatezza tal-partikularitajiet li jkun fiha u xi informazzjoni addizzjonali li jkunu eventwalment imdaħħlin.

Dan l-uffiċċju doganali ta' l-aħħar għandu jilqa' din it-talba malajr kemm jista jkun.

Artikolu 783

Il-proċeduri issimplifikati ta' informazzjoni u kontroll jistgħu jintużaw għal movimenti ta' traffiku trijangulari speċifiku.

L-Istati Membri interessati għandhom jibagħtu bil-quddiem lill-Kummissjoni abbozz tal-proċedur proposti għall-moviment in kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

Il-proċeduri issimplifikati komunikati lill-Kummissjoni jistgħu jiġu implimentati sakemm il-Kummissjoni ma tgħarrafx lill-Istati Membri interessati, fi żmien xahrejn mid-data li fiha rċeviet l-abozz illi kien hemm oġġezzjonijiet kontra l-implimentazzjoni ta' dawk il-proċeduri.

Sezzjoni 6

Miżuri ta' politika kummerċjali

Artikolu 784

1. Miżuri ta' politika kummerċjali dwar l-esportazzjoni għandhom ikunu applikabbli fil-mument ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għad-dħul fil-proċedura.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux jaffettwa d-deċiżjonijiet li jippermettu rmied u residwi tar-ramm u liegi tar-ramm li jidħlu fl-intestatura tal-kodiċi NM 2620 u trab tar-ramm u liegi tar-ramm li jidħlu fl-intestatura tal-kodiċi NM 740400 li ma jkunux imposti kontra l-kwoti ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 785

1. Meta l-prodotti kumpensatorji msemmija fl-Artikolu 145(1) tal-Kodiċi jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, il-miżuri ta' politika kummerċjali speċifika fis-seħħ għal dawk il-prodotti fil-meta meta d-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tkun aċċettata tapplika biss għal dawk il-prodotti li ma joriġinawx fil-komunità fis-sens ta' l-Artikoli 23 u 24 tal-Kodiċi.

2. Miżuri ta' politika kummerċjali għall-importazzjoni m'għandhomx ikunu applikabbli meta is-sistema standard ta' skambji tkun użata, l-anqas fil-każ ta' tiswijiet jew ta' operazzjonijiet ta' proċessar addizjonali li jkunu sejrin jitwettqu skond l-Artikolu 123 tal-Kodiċi.

Sezzjoni 7

Kooperazzjoni Amministrativa

Artikolu 786

1. Għal kull applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni miċħuda minħabba li l-kondizzjonijiet ekonomiċi ma jkunux ġew ikkunsidrati sodisfatti, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjonijiet imsemmija fl-Anness 107.

2. Il-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru matul ix-xahar ta' wara dak li fih tkun ġiet miċħuda l-applikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiċċirkola dik l-informazzjoni lill-Istati Membru l-oħra u din għandha tkun eżaminata mill-Kumitat meta dan iħoss li jkun meħtieġ.

Artikolu 787

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a) il-lista ta' l-awtoritajiet doganali li lilhom l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għandhom jiġu ippreżentati, bl-eċċezzjoni tal-każ meta jiġu applikati l-Artikoli 760 u 761;

(b) il-lista ta' uffiċċji doganali li jkunu ingħataw is-setgħa li joħorġu awtorizzazzjonijiet bis-saħħa ta' l-Artikoli 760 u 761.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 649(2) u (3) għandhom japplikaw.

IT-TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI RIGWARD L-ESPORTAZZJONI

IL-KAPITOLU 1

Esportazzjoni definittiva

Artikolu 788

1. Titqies esportatur, fis-sens ta' l-Artikolu 161(5) tal-Kodiċi, il-persuna li għaliha tkun saret id-dikjarazzjoni u li fil-mument li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni hi l-propjetarja ta' jew għandha dritt simili li tiddisponi mill-merkanzija in kwistjoni.

2. Meta propjeta' jew dritt simili li tiddisponi mill-merkanzija jappartjeni lil persuna stabbilita barra mil-Komunità bis-saħħa ta' kuntratt li fuqu l-esportazzjoni tkun saret, il-parti kontraenti stabbilita fil-Komunità tiġi kkunsidrata l-esportatur.

Artikolu 789

F'każi li jinvolvu sub-kuntratti, id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tista' wkoll tkun ippreżentata fl-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn is-sub-kuntrattur ikun stabbilit.

Artikolu 790

Meta għal raġunijiet amministrattivi, l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 161(5) tal-Kodiċi ma tkunx tista tiġi applikata, id-dikjarazzjoni tista tkun ippreżentata fi kwalunkwe uffiċċju doganali kompetenti għal dik l-operazzjoni fl-Istat Membru in kwistjoni.

L-Artikolu 791

1. Meta jkun hemm raġunijiet iġġustifikati kif suppost, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni tista tkun aċċettata:

- fl-uffiċċju doganali differenti minn dak msemmi fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 161(5) tal-Kodiċi,

jew

- fl-uffiċċju doganali differenti minn dak msemmi fl-Artikolu 790.

F'dan il-każ, il-kontrolli li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet għandhom jieħdu kunsiderazzjoni tan-natura speċjali tas-sitwazzjoni.

2. Meta, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, formalitajiet tal-esportazzjoni li ma jkunux ġew mimlija fl-Istat Membru tal-esportatur, l-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tkun ġiet ippreżentata għandu jingħata kopja tad-Dokument Amministrattiv Singolu lill-uffiċji innominat fl-Istat Membru ta' l-esportatur.

Artikolu 792

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 207, meta d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun magħmula fuq il-bażi ta' Dokument Amministrattiv Singolu, kopji 1, 2 u 3 għandhom jintużaw. L-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun ġiet ippreżentata (uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni) għandu jittimbra l-Kaxxa A u jimla, meta jkun il-każ il-kaxxa D. Meta jagħti r-rilaxx tal-merkanzija, għandu jżomm kopja 1, jibgħat kopja 2 lill-uffiċċju ta' l-istatistika tal-Istat Membru tal-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u jrodd il-kopja 3 lill-persuna interessata.

Artikolu 793

1. Il-kopja 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu u l-merkanzija rilaxxata għall-esportazzjoni għandhom jiġu ippreżentati lid-dwana fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

2. Uffiċċju doganali tal-ħruġ ifisser:

(a) għall-merkanzija esportata bil-ferrovija, bil-posta, bl-ajru jew bil-baħar, l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn il-merkanzija tkun tgħabbiet permezz ta' kuntratt singolu ta' trasport lejn pajjiż terz mill-kumpaniji tal-ferrovija, l-awtoritajiet postali, il-linji tal-ajru u l-kumpaniji tal-bastimenti;

(b) fil-każ ta' merkanzija esportata permezz ta' tubi jew bl-enerġija elettrika, l-uffiċċju innominat mill-Istat Membru fejn l-esportatur ikun stabbilit;

(ċ) fil-każ ta' merkanzija esportata b'meżżi oħra jew f'ċirkostanzi li ma humiex koperti b' (a) u (b), l-aħħar uffiċċju doganali ta' qabel ma l-merkanzija toħroġ mit-territorju doganali tal-komunità.

3. L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun sodisfatt li l-merkanzija ippreżentata tkun tikkorrespondi ma' dik iddikjarata u għandu jagħmel sorveljanza u jiċċertifika it-tluq attwali billi jikkontrofirma dan fuq in-naħa ta' wara ta' kopja 3. Din il-kontrofirma għandha ssir permezz ta' timbru li juri l-isem tal-uffiċċju u d-data. L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jirritorna il-kopja 3 lill-persuna li tkun ippreżentatha, biex tintbagħat lura lid-dikjarant.

Fil-każ ta esportazzjoni diviża, il-konferma għandha tingħata biss għal dik il-merkanzija li tkun attwalment ġiet esportata. Fil-kaz ta' esportazzjoni diviża bejn diversi uffiċji doganali, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ fejn l-oriġinal tal-kopja 3 ikun ippreżentat, għandu, meta jirċievi t-talba li tkun iġġustifikata kif xieraq, jiċċertifika l-kopja 3 għal kull parti mill-merkanzija in kwistjoni, bil-ħsieb li din tkun ippreżentata lill-uffiċċju ieħor tal-ħruġ li jkun ikkonċernat. L-oriġinal tal-kopja 3 għandu jkun innutat konsegwentement.

Meta l-operazzjoni kollha titwettaq fit-territorju ta' Stat Membru wieħed, dak l-Istat Membru jista jagħmel dispożizzjoni biex ma jkunx hemm għalfejn li l-kopja 3 tkun kontrofirmata, f'liema każ din il-kopja m'għandiex tintbagħat lura.

4. Meta l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jistabilixxi li merkanzija tkun nieqsa, għandu jagħmel nota fuq il-kopja tad-dikjarazzjoni ippreżentata u jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni.

Meta l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jistabilixxi li jkun hemm merkanzija żejda, dan għandu jiċħad il-ħruġ ta' dik il-merkanzija sakemm il-formalitajiet ta' l-esportazzjoni ma jkunux ġew imwettqa.

Meta l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jistabilixxi diskrepanza fin-natura tal-merkanzija, għandu jirrifjuta l-ħruġ sakemm il-formalitajiet ta' l-esportazzjoni ma jkunux saru u għandu jinforma b'dan lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni.

5. Fil-kazijiet imsemmija fil-paragrafu 2 (a), l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jikkonferma il-kopja 3 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni skond il-paragrafu 3 wara li jikteb fuq id-dokument tat-trasport il-kliem "Esportazzjoni" bl-aħmar jqiegħed it-timbru tiegħu. Meta, fil-każ ta' rotot regolari ta' vapuri jew trasport dirett jew titjiriet lejn destinazzjonijiet f'pajjiżi terzi, l-operaturi jkunu jistgħu jiggarantixxu ir-regolarita' ta' l-operazzjoni b'mezzi oħra, il-kitba "Esportazzjoni" ma tkunx meħtieġa.

6. Meta l-merkanzija mibgħuta lejn pajjiż terz jew lejn uffiċċju doganali tal-ħruġ permezz ta' proċedura ta' transitu tkun ikkonċernata, l-uffiċċju tat-tluq għandu jikkontrofirma l-kopja 3 skond il-paragrafu 3 u jibgħatha lura lid-dikjarant wara li jkun kiteb "Esportazzjoni", bl-aħmar, fuq il-kopji kollha tad-dokument ta' transitu jew fuq kull dokument ieħor li jissostitwih. L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jikkontrolla il-ħruġ fiżiku tal-merkanzija.

L-ewwel sub-paragrafu m'għandux ikun japplika meta l-preżentazzjoni fl-uffiċċju tat-tluq kif imsemmija fl-Artikolu 419(4) u (7) u l-Artikolu 434(6) u (9) tkun mwarrba.

7. L-uffiċċju doganali ta'l-esportazzjoni jista' jitlob lill-esportatur biex jipprovdi evidenza li l-merkanzija tkun telqet mit-territorju doganali tal-komunità.

Artikolu 794

1. Il-Merkanzija li ma tkunx suġġetta għal projbizjoni jew restrizzjoni u li l-valur tagħha ma jeċċedix 3000 ECU għal kull konsenja u kull dikjarant tista' tkun iddikjarati fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li din id-dispożizzjoni ma tkunx tapplika meta l-persuna li tagħmel id-dikarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun taġixxi bħala aġent doganali professjonali fl-isem oħrajn.

2. Dikjarazzjonijiet verbali jistgħu isiru biss fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

Artikolu 795

Meta merkanzija tħalli t-territorju doganali tal-Komunità mingħajr dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, dik id-dikjarazzjoni għandha tkun ippreżentata retrospettivament mill-esportatur fl-uffiċċju doganali kompetenti għal post fejn ikun stabbilit. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 790 għandhom japplikaw f'dawn iċ-ċirkostanzi.

L-aċċettazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni għandha tkun suġġetta għal preżentazzjoni mill-esportatur, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-uffiċċju doganali ikkonċernat, bil-prova li l-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità ikun attwalment sar u tan-natura u l-kwantità tal-merkanzija in kwestjoni. Dan l-uffiċċju għandu wkoll jikkontrofirma il-kopja 3 tad-Dokument Amminisrattiv Singolu.

L-Aċċettazjoni retrospettiva ta' din id-dikjarazzjoni m'għandiex timpedixxi la l-applikazzjoni tal-penali fis-seħħ, u l-anqas il-konsegwenzi li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tal-politika agrikola komuni.

Artikolu 796

1. Meta merkanzija rilaxxata għall-esportazzjoni ma titlaqx mit-territorju doganali tal-Komunità, id-dikjarant għandu jinforma immedjatament lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni. Il-Kopja 3 tad-dikjarazzjoni in kwestjoni għandha tintbagħat lura lil dan l-uffiċċju.

2. Meta, fil-kazijiet imsemmija fl-Artikolu 793(5) jew (6), kambjament tal-kuntratt tat-trasport ikollu l-effett li t-terminazzjoni ssir ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità meta suppost tkun intemmet 'il barra minnu, il-kumpaniji jew awtoritajiet in kwestjoni jistgħu iwettqu il-kuntratt kif modifikat bi ftehim mal-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 793(2)(a) jew, fil-każ ta' użu ta' proċedura ta' transitu, ma' l-uffiċċju tat-tluq. F'dan il-każ il-kopja 3 għandha tintradd.

IL-KAPITOLU 2

Esportazzjoni temporanja bil-librett ATA

Artikolu 797

1. Il-librett ATA jista' jintuza għall-esportazzjoni meta dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin jkunu sodisfatti:

(a) il-librett ATA ikun maħruġ fi Stat Membru tal-Komunità u ikkontrofirmat u garantit minn assoċjazzjoni stabbilità fil-Komunità li tkun tifforma parti minn katina internazzjonali ta' garanzija.

Il-Kummissjoni għandha tippublika lista ta' l-assoċjazzjonijiet;

(b) il-librett ATA għandu jkopri biss il-merkanzija Komunitarja:

- li ma tkunx ġiet suġġetta fil waqt ta' l-esportazzjoni barra mit-territorji doganali tal-Komunità għall-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni li jkollhom l-iskop ta' rimbors tal-pagamenti jew ħlas ta' pagamenti oħra ta' l-esportazzjoni skond il-politika agrikola komuni,

- li dwarhom ma jkunu ingħataw l-ebda benefiċċji finanzjarji barra minn dawn ir-rimborsi jew pagamenti oħra skond il-politika agrikola komuni, bl-obbligu ta' esportazzjoni tal-merkanzija,

- li għalihom ma tkunx saret applikazzjoni għar-rimbors;

(ċ) id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 221 għandhom ikunu ippreżentati. L-awtoritajiet doganali jistgħu jkunu jeħtieġu il-presentazzjoni tad-dokument tat-trasport;

(d) il-merkanzija għandha tkun intenzjonati għal re-importazzjoni.

2. Meta merkanzija koperta minn librett ATA tiddaħal għal skopijiet ta' esportazzjoni temporanja, l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzoni għandu jwettaq il-formalitajiet li ġejjin:

(a) jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-kaxex A sa Ġ tal-fattura ta' l-esportazzjoni kontra l-merkanzija koperta bil-librett;

(b) jimlija, meta jkun il-każ, il-kaxxa "Ċertifkat mill-awtoritajiet doganali" fuq il-paġna ta' barra tal-librett;

(ċ) jimla' il-mamma u l-kaxxa H tal-fattura ta' l-esportazzjoni;

(d) jikteb ismu fil-kaxxa H (b) tal-fattura tar-re-importazzjoni;

(e) iżomm il-fattura ta' l-esportazzjoni.

3. Jekk l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni jkun differenti mill-uffiċċju tal-ħruġ, l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni għandu jwettaq il-formalitajiet imsemmija filparagrafu 2, imma ma jimlix il-kaxxa 7 tal-mamma ta' l-esportazzjoni, liema kaxxa għandha timtela' mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

4. It-terminu għar-re-importazzjoni tal-merkanzija stabbili mill-awtoritajiet doganali fil-kaxxa H (b) tal-fattura ta' l-esportazzjoni me jistax jeċċedi il-perjodu tal-validità tal-librett.

Artikolu 798

Meta merkanzija li tkun ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità permezz tal-librett ATA ma tkunx aktar intenzjonata għal re-importazzjoni, dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandu jkun fiha l-elementi imsemmija fl-Anness 37 u tkun ippreżentata lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni.

Mal-preżentazzjoni tal-librett in kwestjoni, dan ta' l-aħħar għandu jikkontrofirma l-kopja 3 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni u jħassar il-fattura u l-mamma tar-re-importazzjoni.

IT-TITOLU V:

TRATTAMENTI JEW UŻI OĦRA APPROVATI MID-DWANA

IL-KAPITOLU 1

Żoni franki u mħażen bla dazju

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 799

1. Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, operatur ifisser kull persuna li twettaq operazzjoni ta' ħażna, ix-xogħol, l-iproċessar, il-bejgħ jew xiri ta' merkanzija f'żona franka jew maħżen bla dazju.

2. Id-definizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 503 għandhom japplikaw ukoll għal dan il-kapitolu.

Artikolu 800

Meta l-atti Komunitarji jipprovdu miżuri ta' politika kummerċjali għal:

(a) rilaxx f'ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija, dawn il-miżuri m'għandhomx japplikaw meta l-merkanzija tiddaħħal f'żona franka jew maħżen bla dazji matul is-sliem li jibqgħu hemm;

(b) dħul ta' merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, dawn il-miżuri għandhom japplikaw meta merkanzija li mhiex Komunitarja titqiegħed f'żona franka jew maħżen bla dazju;

(ċ) l-esportazzjoni ta' merkanzija, dawn il-miżuri għandhom japplikaw meta merkanzija Komunitarja li tkun f'żona franka jew maħżen bla dazju tkun esportata barra mit-territorju doganali tal-Komunità. Din il-merkanzija għandha tkun sorveljata mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 801

Kull persuna tista' titlob li parti partikolari mit-territorju doganali tal-Komunità ssir żona franka jew li jinħoloq maħżen bla dazju.

Iż-żoni franki eżistenti fil-Komunità u li huma in funzjoni huma mniżżla fl-Anness 108.

Artikolu 802

Il-perimetru li jdawwar iż-żoni franki jew l-bini ta' l-imħażen bla dazju għandhom ikunu tali li jiffaċilitaw is-sorveljanza mill-awtoritajiet doganali minn barra ż-żona franka jew il-maħżen bla dazju u li jeskludu l-hruġ irregolari ta' merkanzija minn żona franka jew maħżen bla dazju.

L-art immedjatament barra mill-perimetru għandha tkun tali li tippermetti sorveljanza adegwata mill-awtoritajiet doganali. Dħul għal din l-art għandu jkun jenħtieġ il-kunsens ta' l-imsemmija awtoritajiet.

Artikolu 803

1. l-Awtorizzazzjoni biex isir bini f'żona franka għandha tintalab bil-miktub.

2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-attività li għaliha l-bini jkun sejjer jiġi użat u tagħti xi informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtoritajiet doganali li jagħmlu stima biex tista' tingħata l-awtorizzazzjoni.

3. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu awtorizzazzjoni fil-każijiet meta dan ma jfixkilx ir-regolamentazzjoni doganali.

4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ukoll japplikaw meta bini f'żona franka jew bini li jikkostitwixxi maħżen bla dazju ikunu trasformati.

Artikolu 804

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza imsemmija fl-Artikolu 168(1) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali ma jagħmlux il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 168(2) u (4) tal-Kodiċi ħlief okkażjonalment jew meta jkollhom dubju raġonevoli li jirrigwarda it-twettieq tal-leġislazzjoni applikabbli.

Sezzjoni 2

Attività mwettqa f'żona franka jew f'maħżen bla dazju u approvazzjoni tar-reġistri ta' l-iskorti

Artikolu 805

Fil-każ ta' attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 176(1) tal-Kodiċi, in-notifika msemmija fl-Artikolu 172(1) ta' l-istess Kodiċi hija ikkostitwita bil-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-dettalji tal-ħażniet msemmija fl-Artikolu 808.

Artikolu 806

L-operatur għandu jieħu dawk il-prekawzjonijiet kollha biex jassigura li l-persuni li impjega biex iwettqu l-attivitajiet tiegħu jirrispettaw il-leġislazzjoni doganali.

Artikolu 807

1. Qabel ma jibda l-attivitajiet tiegħu f'żona franka jew f'maħżen bla dazju, l-operatur għandu jottjeni mill-awtoritajiet doganali l-approvazzjoni tad-dettalji tal-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 176 tal-Kodiċi.

2. L-approvazzjoni fil-paragrafu 1 ma tingħatax ħlief lill-persuni li joffru il-garanziji kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar żoni franki u mħażen bla dazju.

Artikolu 808

1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 807, minn hawn il-quddiem imsejħa "applikazzjoni", għandha tkun sottomessa bil-kitba lill-awtoritajiet doganali innominati mill-Istat Membru fejn iż-żona franka jew il-maħżen bla dazju jinsab.

2. L-applikazzjoni għandha tispeċifika liema mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 176(1) tal-Kodiċi jkunu ippjanati. Għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata tar-reġistri ta' l-iskorti miżmuma, jew li sejrin ikunu miżmuma, in-natura u l-istatus doganali tal-merkanzija li għandha x'taqsam ma' dawn l-attivitajiet, il-proċedura doganali li permezz tagħha l-attivitajiet ikunu sejrin jitwettqu, fejn applikabbli, u xi informazzjoni oħra meħtieġa mill-awtoritajiet doganali sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw żoni franki u mħażen bla dazju.

3. L-applikazzjonijiet u d-dokumenti li għandhom x'jaqsmu magħhom ikunu ikkonservati mill-awtoritajiet doganali għallinqas għal tlett snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li matula l-operatur jieqaf mill-attività fiż-żona franka jew il-maħżen bla dazju.

Artikolu 809

L-approvazzjoni ta' dettalji tal-ħażniet għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun datata u iffirmata.

L-applikant għandu jkun mgħarraf bl-approvazzjoni.

Kopja waħda għandha tinżamm għall-perjodu msemmi fil-Artikolu 808(3).

Artikolu 810

1. L-awtoritajiet doganali għandhom jimmodifikaw jew jirrevokaw l-approvazzjoni meta huma joħorġu projbizzjoni lill-persuna li lilha tkun ingħatat l-approvazzjoni milli twettaq attività f'żona franka jew f'maħżen bla dazju permezz ta' l-Artikolu 172(2) jew (3) tal-Kodiċi.

2. L-approvazzjoni għandha tkun irrevokata mill-awtoritajiet doganali meta jsibu diversi drabi li merkanzija tkun sparixxiet u li dwarha ma tkun tista tingħata l-ebda spjegazzjoni għas-sodisfazzjon tagħhom.

3. La darba approvazzjoni tkun ġiet irrevokata, l-attivitajiet li dwarhom ir-reġistri ta' l-iskorti jirreferu, ma jkunux jistgħu aktar ikunu mwettqa fiż-żona franka jew f'maħżen bla dazju.

Sezzjoni 3

Dħul ta' merkanzija f'żona franka jew f'maħżen bla dazju.

Artikolu 811

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 812 u 813, meta l-merkanzija tasal f'żona franka jew f'maħżen bla dazju, ma jkunx hemm bżonn li tiġi ippreżentata u l-anqas ma jkun hemm il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni doganali.

Il-wasla ta' xi merkanzija fil-postijiet użati għall-eżerċizzju ta' l-attività għandha tiġi nutata bla dewmien fir-reġistri ta' l-iskorti msemmija fl-Artikolu 807.

Artikolu 812

Id-dokument tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 168(4) tal-Kodiċi għandu jkun kull dokument li għandu x'jaqsam mat-trasport, bħal ma hu polza ta' kargu, nota ta' irċevuta, manifest jew nota ta' spaċċ, basta li jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi identifikata l-merkanzija.

Artikolu 813

1. Mingħajr preġudizzju għal xi proċeduri issimplifikati previsti fil-proċedura doganali li għanda tkun itterminata, meta l-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali tkun tenħtieġ li tiġi ippreżenatata lill-awtoritajiet doganali bis-saħħa ta' l-Artikolu 170(2)(a) tal-Kodiċi, id-dokument relevanti għandhu jkun ippreżentat mal-merkanzija.

2. Meta l-proċedura ta' l-ipproċessar attiv jew il-proċedura ta' importazzjoni temporanja tkun mitmuma bit-tqegħid tal-prodotti kumpensatorji jew merkanzija impurtata taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern, li tkun segwita mid-dħul fiż-żona franka jew f'maħżen bla dazju bil-hsieb ta' esportazzjoni sussegwenti barra mit-territorju doganali tal-Komunità, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu verifiki okkażjonali biex ikunu sodisfatti li l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 817(3)(f) ikunu mdaħħla fir-reġistri ta' l-iskorti.

Għandhom ukoll ikunu sodisfatti li meta l-merkanzija tkun trasferità minn operatur għall-ieħor fiż-żona franka dan it-trasferiment jiddaħħal fir-reġistri ta' l-iskorti tad-destinatarju.

Artikolu 814

Meta d-deċiżjoni li jiġi rimborsat jew jitnaqqas id-dazju ta' l-importazzjoni tawtoriżża it-tqegħid tal-merkanzija f'żona franka jew f'maħżen bla dazju, l-awtoritajiet doganali għandhom joħorġu iċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 887(5).

Artikolu 815

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 823, id-dħul f'żona franka jew f'maħżen bla dazju ta' merkanzija li tkun suġġetta għal dazji ta' l-esportazzjoni jew għal proċeduri oħra ta' esportazzjoni u li għalihom l-awtoritajiet doganali jeħtieġu skond l-Artikolu 170(3) tal-Kodiċi li għandhom ikunu komunikati lis-servizz tad-dwana, ma jistax jagħti lok għall-preżentazzjoni ta' dokument mad-dħul u l-anqas kontrolli sistematiċi u ġeneralizzati fuq il-merkanzija li tiddaħħal.

Artikolu 816

Meta l-awtoritajiet doganali jiċċertifikaw l-istatus tal-merkanzija Komunitarji jew non-Komunitarji, skond l-Artikolu 170(4) tal-Kodiċi, għandhom jużaw il-formola li tkun konformi mal-mudell u d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness 109.

Sezzjoni 4

Funzjonament ta' żona franka jew ta' maħżen bla dazju

Artikolu 817

1. L-operatur li jżomm ir-reġistri ta' l-iskorti approvati skond l-Artikolu 807 għandu jdaħħal fihom il-partikolaritajiet kollha meħtieġa biex tiġi ivverifikata l-applikazzjoni xierqa tal-leġislazzjoni doganali.

2. Jekk l-operatur isib li l-merkanzija tkun naqset ħlief b'kawżi naturali hu għandu jgħarraf lill-awtoritajiet doganali.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 824, ir-reġistri ta' l-iskorti għandhom jinkludu:

(a) partikolaritajiet ta' marki, numri ta' identifikazzjoni, numru u tip ta' imballaġġi, il-kwantità u d-deskrizzjoni kummerċjali tas-soltu tal-merkanzija u, meta jkun il-każ, il-marki ta' identifikazzjoni tal-container;

(b) informazzjoni li tippermetti li l-merkanzija tkun segwita, partikolarment fejn ikunu jinsabu;

(ċ) partikolaritajiet ta' referenza tad-dokument tat-trasport użat għad-dħul u għall-ħruġ tal-merkanzija;

(d) indikazzjoni ta' l-istatus doganali u, meta jkun il-każ, partikolaritajiet ta' referenza taċ-ċertifikat ta' dan l-istatus imsemmi fl-Artikolu 816;

(e) partikolaritajiet tal-forom tal-maniġġ tas-soltu;

(f) meta t-twassil ta' merkanzija f'żona franka jew f'maħżen bla dazju jittermina il-proċedura ta' l-ipproċessar attiv, il-proċedura ta' importazzjoni temporanja jew proċedura ta' magażinaġġ doganali, jew proċedura ta' transitu Komunitarju estern li innifisha tkun itterminat waħda minn dawn il-proċeduri, l-indikazzjonijiet imsemmija f':

- l-Artikolu 522(4),

- l-Artikolu 610(1) u l-Artikolu 644(1),

- l-Artikolu 711;

(g) meta merkanzija tkun tqiegħdet fil-proċedura ta' transitu Komunitarju estern wara li ħarġet minn żona franka jew minn maħżen bla dazju, u dik il-proċedura tkun itterminata bil-wasla tagħhom f'żona franka jew f'maħżen bla dazju, l-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 818(4);

(h) partikolaritajiet li jikkonċernaw il-merkanzija li kieku ma tkunx suġġetta għal dazji ta' importazzjoni jew miżuri ta' strateġija kummerċjali, mar-rilaxx tagħha f'ċirkolazzjoni libera jew importazzjoni temporanja, li l-użu jew id-destinazzjoni tagħha għandhom ikunu ivverifikati.

4. Meta jkollhom jinżammu l-kontijiet għall-iskopijiet ta' proċedura doganali, l-informazzjoni li tkun tinsab f'dawk ir-reġistri ma jkunx hemm bżonn li tiġi ripetuta fir-reġistri ta' l-iskorti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 818

1. Il-maniġġi tas-soltu msemmija fl-Artikolu 173(b) tal-Kodiċi huma dawk definiti fl-Anness 69.

2. Meta il-maniġġi jistgħu jwasslu għal xi vantaġġ fitl-kalkolu ta' dazji ta' l-importazzjoni applikabli għal merkanzija non-Komunitarja wara maniġġ b'paragun ma' dawk applikabbli qabel il-maniġġ, dan jista' jsir biss bil-kondizzjoni li dik l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 178(2) tal-Kodiċi tkun ippreżentata fl-istess żmien mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, skond l-Artikolu 523(1) u (2).

3. Meta l-maniġġ ikollu7 bħala riżultat dazji ogħla ta' l-importazzjoni fuq merkanzija qabel il-maniġġ, dan il-maniġġ jista' jsir mingħajr awtorizzazzjoni u l-interessat ma jistax jippreżenta applikazzjoni skond l-Artikolu 178(2) tal-Kodiċi.

4. Meta l-merkanzija mqiegħda f'żona franka jew f'maħżen bla dazju tkun iddikjarata għal trattament jew użu approvat mid-dwana barra mir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għar-ri-esportazzjoni, jew imqiegħda f'maħżen temporanju, u l-paragrafu 2 japplika, il-kaxxa 31 tad-dikjarazzjoni li ddaħħal il-merkanzija għal trattament jew użu f'dak il-każ jew il-kaxxa irriservata għad-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dokument użat għal ħażna temporanja għandha jkun fiha wieħed minn dawn l-indikazzjonijiet:

- Mercancías MU,

- SB-varer,

- UB-Waren,

- Εμπορεύματα ΣΕ,

- UFH goods,

- Marchandises MU,

- Merci MU,

- GB-goederen,

- Mercadorias MU.

5. Meta l-merkanzija li għaliha japplika il-paragrafu 2, wara li tkun mqiegħda taħt waħda mill-proċeduri doganali, tkun rilaxxata għal-ċirkolazzjoni libera jew imqiegħda taħt xi proċedura doganali oħra li tista tirriżulta fil-ħolqien ta' dejn doganali, il-folja t'informazzjoni INF 8 msemmija fl-Anness 79 għandha tiġi użata.

L-awtoritajiet doganali li għandhom tkun ġiet depositata d-dikjarazzjoni tad-dħul għal ċirkolazzjoni libera jew għal xi proċedura doganali oħra li tista tirriżulta fl-involviment ta' dejn doganali, għandhom jużaw il-folja ta' informazzjoni INF 8, li għandhom jikkontrofirmaw, b'talba lill-awtoritajiet doganali kompetenti biex jagħmlu sorveljanza taż-żona franka u tal-maħżen bla dazju fejn il-formoli tas-soltu għall-maniġġ kienu mwettqa u jindikaw in-natura, il-valur doganali u l-kwantità ta' merkanzija dikjarata li għandha tittieħed f'kunsiderazjoni jekk l-merkanzija ikkonċernata ma tkunx għaddiet mill-istess maniġġ.

L-oriġinali tal-folja INF 8 għandha tintbagħat lill-awtoritajiet doganali kompetenti biex jagħmlu ssorveljanza taż-żona franka u tal-maħżen bla dazju u l-kopja għandha tiġi ikkonservata mill-awtoritajiet doganali li jikkontrofirmaw il-kaxxa 14 tal-folja INF 8.

L-uffiċċju doganali kompetenti għas-sorveljanza taż-żona franka u l-maħżen bla dazju għandu jagħti l-informazzjoni mitluba fil-kaxxi 11, 12 u 13, jikkontrofirma il-kaxxa 15 u jibgħat lura l-oriġinali tal-folja INF 8 lill-uffiċċju doganali msemmi fil-kaxxa 4.

6. Id-dikjarant jista' jitlob il-ħruġ tal-folja INF 8 fil-mument tal-ħruġ tal-merkanzija miż-żona frnak jew mill-maħżen bla dazjubiex tidħol għall-proċedura doganali oħra barra minn ċirkolazzjoni libera jew ir-ri-esportazzjoni.

F'dan il-każ, l-awtoritajiet doganali kompetenti għas-sorveljanza taż-żona franka jew tal-maħżen bla dazju hagħtu l-informazzjonijiet imsemmija fil-kaxxi 11, 12 u 13, jikkontrofirmaw il-kaxxa 15 u jibgħat lura l-oriġinali tal-folja INF 8 lid-dikjarant.

Artikolu 819

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 175(2) tal-Kodiċi, meta merkanzija non-Komunitarja tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera ġewwa żona franka jew f'maħżen bla dazju, il-proċedura prevista fl-Artikolu 253(3) għandka tkun applikabbli mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtoritajiet doganali. F'dan il-każ l-approvazzjoni tar-reġistri ta' l-iskorti imsemmija fl-Artikolu 809 għandha wkoll tkopri l-użu ta' l-imsemmija reġistri ta' l-iskorti għall-verifika tal-proċedura issimplifikata għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

2. L-istatus Komunitarju tal-merkanzija rilaxxata f'ċirkolazzjoni libera skond il-paragrafu 1 għandha tkun iċċertifikata bid-dokument imsemmi fl-Anness 109, li għandu jinħareġ mill-operatur.

Sezzjoni 5

It-tneħħija ta' merkanzija minn żona franka u maħżen bla dazju.

Artikolu 820

Il-Partikolaritajiet tat-tneħħija ta' merkanzija minn postijiet użati għall-attività għandhom jiġu miktubha immedjatament fid-reġistri ta' l-iskorti msemmija fl-Artikolu 807 sabiex jipprovdu bażi għal verifika mill-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 822.

Artikolu 821

Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri applikabli f'każijiet meta l-esportazzjoni tkun suġġetta għal dazji ta' l-esportazzjoni jew għal miżuri ta' politika kummerċjali jew għad-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 6, meta l-merkanzija tittieħed direttament barra mit-territorju doganali tal-Komunità la l-preżentazzjoni tal-merkanzija u l-anqas id-dikjarazzjoni doganali ma jkunu meħtieġa.

Artikolu 822

Mingħajr preġudizju għall-Artikolu 827, sabiex ikunu sodisfatti li d-dispożizzjonijiet dwar l-esportazzjoni, ri-esportazzjoni jew spedizzjoni applikabli għall-merkanzija maħruġa miż-żona franka u mill-maħżen bla dazju ikun ġie mwettaq, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu verifiki okkażjonali fir-reġistri ta' l-ikorti ta' l-operatur.

Sezzjoni 6

Dispożizzjonijiet partikolari rigward merkanzija agrikola Komunitarja

Artikolu 823

1. Merkanzija pre-finanzjata mqiegħda f'żona franka jew f'maħżen bla dazju bis-saħħa ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 għandha tkun ippreżentata u iddikjarata fid-dwana.

2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir skond l-Artikolu 530.

Artikolu 824

Ir-reġistri ta' l-iskorti msemmija fl-Artikolu 807 għandhom jinkludu, barra mill-inkazzjonijiet li hemm fl-Artikolu 817, id-data li fiha l-merkanzija pre-finanzjata kienet mdaħħla fiż-żona franka u maħżen bla dazju kif ukoll ir-referenza għad-dikjarazzjoni tad-dħul.

Artikolu 825

L-Artikolu 532 għandu jkun applikabbli għall-maniġġ ta' merkanzija pre-finanzjata.

Artikolu 826

Il-proċessar ta' prodotti bażiċi li jkunu pre-finanzjati f'żona franka jew f'mahżen bla dazju għandu jseħħ skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80.

Artikolu 827

1. IL-Merkanzija pre-finanzjata għandha tkun iddikjarata għall-esportazzjoni u tħalli t-territorju doganali tal-Komunità fit-termini previsti fir-regolamentazzjoni agrikola Komunitarja.

2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir skond l-Artikolu 534.

3. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru386/90 [33], l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw okkażjonalment fuq il-bażi tar-reġistri ta' l-iskorti biex jiżguraw li t-termini msemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew osservati.

Artikolu 828

Maħżen ta' merkanzija ta' l-ikel jista' jkun stabbilit f'żona franka u maħżen bla dazju skond l-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [34].

Sezzjoni 7

Il-proċeduri applikabbli meta l-proċedura ta' proċessar attiv (sistema ta' sospensjoni) jew il-proċedura għal proċessar taħt kontroll doganali jiġu wżati f'żona franka u maħżen bla dazju.

Artikolu 829

L-Operazzjonijiet ta' proċessar imwettqa permezz tal-proċedura ta' proċessar attiv (sistema ta' sospenzjoni) jew il-proċedura għal proċessar taħt kontroll doganali f'żona franka u maħżen bla dazju m'jistgħux isiru ħlief wara l-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni fl-Artikolu 556 jew fl-Artikolu 652 skond il-każ.

L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika iż-żona franka jew il-maħżen bla dazju fejn ikunu sejrin jitwettqu l-operazzjonijiet.

Artikolu 830

L-awtoritajiet doganali għandhom jiċħdu l-awtorizzazzjoni li tkun użata l-proċedura issimplifikata msemmija f'din is-Sezzjoni meta l-garanziji meħtieġa għat-twettieq xieraq ta' l-operazzjonijiet ma jkunux ingħataw.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jiċħdu l-awtorizzazzjoni lill-persuni li ma jwettqux ta' spiss l-operazzjonijiet ta' proċessar attiv jew proċessar taħt il-kontroll doganali.

Artikolu 831

1. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jżomm reġistri tal-proċessar attiv jew reġistri tal-proċessar taħt kontroll doganali, imsemmija rispettivament fl-Artikoli 556(3) u 652 (3), li għandu jkollhom ukoll referenza għall-awtorizzazzjoni.

2. Għall-iskopijiet tat-tħejjija taċ-ċertifikat tar-rilaxx imsemmi fl-Artikolu 595 jew fl-Artikolu 664, referenza għall-iskrizzjoni fir-reġistri speċifikati fil-paragrafu 1 għandha tissostitwixxi r-referenza għad-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 595(3) jew fl-Artikolu 664(3).

Artikolu 832

1. Meta l-merkanzija tkun mddaħħla għall-proċedura ta' proċessar attiv jew dik taħt kontroll tad-dwana fil-mument li tiddaħħal fiż-żona franka jew fil-maħżen bla dazju, il-proċedura ta' rilaxx lokali stabbilità fl-Artikolu 276 għandha tkun applikabli.

2. B'danakollu, l-operatur jista' jitlob l-applikazzjoni tal-proċedura normali għad-dħul ta' merkanzija taħt il-proċedura ta' proċessar attiv jew dik taħt kontroll doganali.

3. Meta l-proċedura ta' rilaxx lokali tkun tapplika skond l-Artikolu 276 l-iskrizzjoni fir-reġistri ta' proċessar attiv jew reġistri ta' proċessar taħt kontroll doganali għandu jieħu post l-iskrizzjoni fir-reġistri ta' l-iskorti fiż-żoni frank jew fl-imħażen bla dazji.

4. L-iskrizzjoni fir-reġistri ta' proċessar attiv jew reġistri ta' proċessar taħt kontroll doganali għandu jirreferi għad-dokument li bis-saħħa tiegħu l-merkanzija tkun inġarret.

Artikolu 833

1. Meta l-merkanzija li tkun diġa f'żona franka jew f'maħżen bla dazju tiddaħħal fil-proċedura ta' proċessar attiv jew fi proċedura taħt kontroll doganali, il-proċedura ta' rilaxx lokali msemmija fl-Artikolu 276 għandha tkun applikabli.

2. Il-Partikolaritajiet ta' referenza għall-iskrizzjoni fir-reġistri ta' proċessar attiv jew reġistri ta' proċessar taħt kontroll doganali għandhom jiġu mniżżla fir-reġistri ta' l-iskorti taż-żona franka jew tal-maħżen bla dazju.

Artikolu 834

1. Il-proċedura ta' proċessar attiv jew il-proċedura għal proċessar taħt kontroll doganali għandhom jkunu itterminati bl-iskrizzjoni fir-reġistri ta' l-iskorti, f'dak li għandu x'jaqsam mall-prodotti kumpensatorji, prodotti ipproċessati jew merkanzija fi stat mhux mibdul li jkunu jinsabu f'żona franka u f'maħżen bla dazju. Il-partikolaritajiet tar-referenza għal din l-iskrizzjoni għandhom jiġu irreġistrati fir-reġistri tal-proċessar attiv jew fir-reġistri ta' proċessar taħt kontroll doganali, skond kif ikun il-każ.

2. L-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 610 għandhom jiddaħlu fir-reġistri ta' l-iskorti taż-żona franka jew tal-maħżen bla dazju.

Artikolu 835

1. Meta l-proċedura ta' proċessar attiv, f'dak li għandu x'jaqsam ma prodotti kumpensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul, jew il-proċedura għal proċessar taħt kontroll doganali, f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti proċessati jew merkanzija fi stat mhux mibdul, ikunu itterminati fil-mument li jinħarġu miż-żona franka jew maħżen bla dazju, bir-ri-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti jew merkanzija, din ta' l-aħħar skond il-proċedura ta' rilaxx lokali stabbilità fl-Artikolu 283.

Mingħajr preġudizzju għal proċeduri applikabbli fil-każi meta l-esportazzjoni tkun suġġetta għal dazji ta' l-esportazzjoni jew miżuri ta' politika kummerċjali applikabbli għall-esportazzjoni, meta l-prodotti jew merkanzija jittieħdu direttament minn żona franka u maħżen bla dazju 'il barra mit-territorju doganali tal-Komunità, id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni ma tkunx meħtieġa.

2. Meta l-proċedura ta' proċessar attiv, f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti kumpensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul, jew il-proċedura għal proċessar taħt kontroll doganali, f'dak li għandu x'jaqsam ma prodotti proċessati jew merkanzija fi stat mhux mibdul, tkun itterminata fil-waqt tat-tneħħija miż-żona franka jew minn maħżen bla dazju għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-prodotti jew merkanzija, il-proċedura ta' rilaxx lokali msemmija fl-Artikoli 263 sa 267 għandha tkun applikabbli.

3. Meta l-proċedura għal proċessar attiv tal-prodotti kompensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul jew il-proċedura għal proċessar taħt kontroll doganali tkun itterminata fl-istess żmien meta l-prodotti kumpensatorji, prodotti proċessati jew merkanzija fi stat mhux mibdul ikunu mneħħija minn żona franka u minn maħżen bla dazju biex jiddaħlu għal proċedura oħra barra minn rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew esportazzjoni, il-proċeduri normali jew issimplifikati kif stabbiliti għal dan l-effett għandhom ikunu applikabli.

4. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 832(2) għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis.

5. Meta l-paragrafi 1 u 2 jkunu japplikaw, it-tneħħija ta' prodotti kumpensatorji, prodotti proċessati jew merkanzija fi stat mhux mibdul minn żona franka u minn maħżen bla dazju ma jkunx hemm bżonn li jiddaħlu fir-reġistri ta' l-iskorti taż-żona franka jew maħżen bla dazju.

Artikolu 836

L-Artikoli 835(2) u (5) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 122, 135 u 136 tal-Kodiċi li jirrigwardjaw t-tassazzjoni fuq merkanzija jew prodotti mqiegħda taħt proċedura ta' proċessar attiv jew dik taħt kontroll doganali.

Artikolu 837

Qabel it-tmiem tax-xahar ta' wara l-ewwel tlett xhur, l-awtoritajiet doganali tar-Repubblika Federali Ġermaniża għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Anness 85 li jirrigwardjaw l-awtorizzazzjonijiet tal-proċessar attiv maħruġa jew immodifikati fil-Port Ħieles l-Antik ta' Hamburg matul it-tliet xhur preċedenti li ma jkunux suġġetti għall-kondizzjonijiet ekonimiċi stabbiliti fil-proċedura ta' proċessar attiv.

Artikolu 838

L-istatus Komunitarju ta' prodotti kumpensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew imneħħija minn żona franka u maħżen bla dazju għandhom ikunu iċċertifikati bid-dokument imsemmi fl-Anness 109, li għandu jinħareġ mill-operatur.

L-ewwel paragrafu għandu wkoll ikun applikabbli għal prodotti kumpensatorji jew merkanzija fi stat mhux mibdul imqiegħda fis-suq tal-Komunità skond l-Artikolu 580(3).

Artikolu 839

Id-dħul fir-reġistri ta' proċessar attiv jew reġistri ta' proċessar taħt kontroll doganali għandu jippermetti lill-awtorità doganali li fi kwalunkwe żmien tivverifika is-sitwazzjoni eżatta tal-merkanzija kollha jew prodotti mqiegħda taħt waħda mill-proċeduri f'dak il-każ jew f'żona franka u maħżen bla dazju.

Sezzjoni 8

Komunikazzjoni ta' informazzjoni

Artikolu 840

1. L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom jikomunikaw din l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a) iż-żoni franki li jkunu ġew iffurmati jew li jibdew joperaw, billi jkunu diġa ġew iffurmati, u l-mħażen bla dazju li huma jawtorizzaw biex jinħolqu u jibdew jaħdmu, irrispettivament minn kif jiġu deskritti;

(b) l-awtoritajiet doganali indikati li lilhom l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 808 għandha tkun ippreżentata;

(ċ) tibdil fl-arranġamenti għal kontroll tal-proċedura ta' proċessar attiv jew dik taħt kontroll doganali skond l-Artikolu 173 tal-Kodiċi.

2. Il-kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b) fil-Jurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, serje C.

IL-KAPITOLU 2

Ri-esportazzjoni, distruzzjoni jew abbandun.

Artikolu 841

Meta r-ri-esportazzjoni tkun suġġetta għal dikjarazzjoni doganali, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 788 sa 796 għandhom ikunu appikabbli mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet partikolari li jistgħu jkunu applikabbli meta l-proċedura doganali dwar l-impatt ekonomiku tkun terminata.

Artikolu 842

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 182(3) tal-Kodċi, notifika ta' destruzzjoni tal-merkanzija għandha ssir bil-miktub u iffirmata mill-interessat. In-notifika għandha ssir fi żmien suffiċjenti biex tippermetti lill-awtoritajiet doganali li jagħmlu sorveljanza tad-destruzzjoni.

2. Meta l-merkanzija f'dak il-każ tkun diġa suġġetta għal dikjarazzjoni aċċettata mill-awtoritajiet doganali, dawn għandhom jagħmlu referenza għad-destruzzjoni fid-dikjarazzjoni u jinvalidaw din ta' l-aħħar skond l-Artikolu 66 tal-Kodiċi.

L-awtoritajiet doganali li jkunu prezenti meta l-merkanzija tiġi distrutti għandhom jindikaw fuq il-formola it-tip jew il-kwantità ta' skart u trab li jirriżultaw minn din id-destruzzjoni sabiex jiddeterminaw id-dettalji ta' l-imposti applikabbli lilhom u li għandhom ikunu wżati meta jingħatalhom trattament jew użu ieħor approvat mid-dwana.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 2 għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis għall-merkanzija li tiġi abbandunata a favur ta' l-Erarju Pubbliku.

IT-TITOLU VI

MERKANZIJA LI TĦALLI T-TERRITORJU DOGANALI TAL-KOMUNITÀ

Artikolu 843

1. Meta merkanzija li ma tkunx taħt proċedura doganali u li l-esportazzjoni tagħha mill-Komunità tkun ipprojbità jew suġġetta għal restrizzjonijiet, dazju ta' l-esportazzjoni jew imposta oħra fuq l-esportazzjoni, toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità bl-ħsieb li tiġi re-introdotta f'parti oħra ta' dak it-territorju, il-ħruġ tagħha għandu jagħti lok għat-tħejjija tal-folja tal-kontroll T5 skond l-Artikoli 472 sa 495.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għat-trasport minn kumpanija tal-linja ta' l-ajru jew b'kumpanija tal-bastimenti, basta li dak it-trasport bil-baħar ikun effettwat b'rotot diretti jew b'bastiment ta' linja regolari mingħajr waqfien 'il barra mit-territorju doganali tal-Komunità.

3. Il-folja tal-kontroll T5 tista' titħejja minn kull uffiċċju doganali meta l-merkanzija f'dak il-każ tkun ippreżentata u għandha tkun ipprezentata flimkien mal-merkanzija in kwestjoni lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

4. L-imsemmija folja għandha tinkludi:

- fil-kaxex 31 u 33 rispettivament, id-deskrizzjoni tal-merkanzija u l-kodiċi tan-nomenklatura magħquda relattiv,

- fil-kaxxa 38, il-massa netta tal-merkanzija,

- fil-kaxxa 104, marka fil-kaxxa

"Oħrajn (tispeċifika)"

, u b'ittri kapitali wieħed milli ġejjin:

"Ħruġ mill Komunità suġġett għal restrizzjonijiet - Merkanzija destinata biex tiġi re-introdotta fit-territorju tal-Komunità",

"Ħruġ mill-Komunità suġġett għal dazju - Merkanzija destinata biex tiġi ri-introdotta fit-territorju tal-Komunità."

5. L-oriġinali tal-folja ta' kontroll T5 għandha tkun ippreżentata flimkien mal-merkanzijai lill-uffiċċju doganali kompetenti fil-post fejn l-merkanzija tiġi ri-introdotta fit-territorju doganali tal-Komunità.

6. Il-folja tal-kontroll T5 għandha tintbagħat lura mingħajr dewmien lill-uffiċċju doganali li jkun ħejjijha mill-uffiċċju doganali li msemmi fil-paragrafu 5, wara li dan ta' l-aħħar ikun ikkontrofirma fil-kaxxa "J: Kontroll jew użu u/jew destinazzjoni" billi jagħmel marka fl-ewwel kaxxa u jikteb id-data meta l-merkanzija ġiet ri-introdotta fit-territorju doganali tal-Komunità.

B'danakollu fil-każ ta' irregolaritajiet, nota approprijata għandha ssir fil-kaxxa "Rimarki".

PART III

MERKANZIJA RITORNATA

Artikolu 844

1. Skond l-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi, dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati mid-dazji ta' l-importazzjoni:

- merkanzija li kienet esportata barra mit-territorju doganali tal-Komunità, li dwarha il-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni jkunu saru bil-ħsieb li jkunu akkwistati rimborsi jew ammonti oħra previsti għall-esportazzjoni taħt il-politika agrikola komuni,

jew

- merkanzija li dwarha vantaġġ finanzjarju barra mill-imsemmi rimbors jew ammonti oħra jkunu ġew mogħtija taħt il-politika agrikola komuni, bl-obligazzjoni li tkun esportata l-imsemmija merkanzija,

basta li jkun stabbilit, kif xieraq, li r-rimbors jew ammonti oħra skond il-każ imħallsa jkunu ġew rimborsati jew li l-passi meħtieġa jkunu ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti biex dawk is-somom jinżammu, u l-vantaġġi finanzjarji l-oħra jkunu ikkanċellati, u li l-merkanzija:

(i) ma tkunx tista' tiddaħħal għal konsum fil-pajjiż li lejh tkun intbagħtet minħabba liġijiet applikabbli f'dak il-pajjiż;

(ii) tkun ritornata mid-destinatarju minħabba li tkun difettuża jew mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt;

(iii) kienet ri-impurtata fit-territorju doganali tal-Komunità għax ma tistax tintuża għall-iskop li għalih tkun intenzjonata minħabba ċirkostanzi oħra li ma jkunux fil-kontroll ta' l-esportatur.

2. Iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 (iii) għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a) merkanzija ritornata lura fit-territorju doganali tal-Komunità wara avarija li tiġri qabel il-konsinna lid-destinatarju, kemm fil-merkanzija nnifisha u kemm fil-mezzi tat-trasport li fuqhom tkun tinġarr;

(b) merkanzija oriġinarjament esportata biex jiġu ikkunsmati jew mibjugħa f'fiera kummerċjali jew manifestazzjoni simili u li ma tkunx hekk ġiet ikkunsmata jew mibjugħa;

(ċ) merkanzija li ma setgħetx tiġi ikkunsinnata lid-destinatarju minħabba xi inkapaċita fiżika jew legali tiegħu u li minħabba fiha ma jkunx jista' jonora l-kuntratt li bih il-merkanzija tkun ġiet esportata;

(d) li, minħabba avvenimenti naturali, politiċi jew soċjali, ma tistax tiġi ikkunsinnata lid-destinatarju jew li tkun waslitlu wara t-terminu finali kif stipulat fil-kuntratt li bih il-merkanzija tkun ġiet esportati;

(e) prodotti koperti mill-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex, esportati u mibgħuta għal bejgħ bil-kunsinna, imma li ma jkunux inbiegħu fis-suq tal-pajjiż terz destinatarju.

3. Merkanzija esportata taħt il-politika agrikola komuni b'ċertifikat t'esportazzjoni jew ta' prefissazzjoni ma tkunx eżentata mid-dazji doganali jekk ma jkunx stabbilit illi d-dispożizzjonijiet relevanti Komunitarji jkunu sodisfatti.

4. Il-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun eżentata mid-dazji doganali sakemm ma tkunx iddaħħlet f'ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Komunità fi żmien tnax-il-xhar mid-data tat-twettieq tal-formalitajiet doganali li għandhom x'jaqsmu mal-esportazzjoni tagħha.

Artikolu 845

Il-merkanzija ritornata għandha tkun eżentata mid-dazji ta' l-importazzjoni anki meta dik tkun tikkostitwixi biss parti mill-merkanzija li tkun ġiet esportata qabel barra mit-territorju doganali tal-Komunità.

L-istess ikun japplika meta l-merkanzija tikkonsisti f'partijiet jew aċċessorji li jkunu jappartienu għal magni, strumenti, apparat jew prodotti li kienu esportati qabel barra mit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 846

1. B'deroga mill-Artikolu 186 tal-Kodiċi, merkanzija ritornata f'waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin għandha tkun eżentata mid-dazji doganali:

(a) merkanzija li, wara li tkun ġiet esportata mit-terrirorju doganali tal-Komunità, ma tkun irċeviet l-ebda trattament apparti minn dak neċessarju biex tinżamm fi stat tajjeb ta' konservazzjoni jew f'maniġġ ieħor li jbiddel biss id-dehra tagħha;

(b) merkanzija li, wara li tkun ġiet esportata barra mit-territorju doganali tal-Komunità, tkun irċeviet trattament barra minn dak neċessarju biex tinżamm f'kondizzjoni tajba jew maniġġ ieħor barra minn dak li jbiddel biss id-dehra tagħha, imma li tkun irriżultat difettuża jew inaddattata għal użu intenzjonat, basta li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ikunu imwettqa:

- jew jekk il-merkanzija tkun ħadet trattament jew maniġġ unikament biex tiġi msewwija jew restawrata;

- jew il-fatt li ma tkunx adatti għall-użu intenzjonat jirriżulta biss wara li dan it-trattament jew maniġġ ikun inbeda.

2. Meta merkanzija ritornata tkun ħadet trattament jew maniġġ skond il-paragrafu 1 (b) u dak it-trattament ikun għamilha suġġetta għal dazji doganali li kieku kienet taħt arranġament ta' proċessar passiv, ir-regoli eżistenti għal imposizzjoni tad-dazju skond l-imsemmija proċedura ikunu japplikaw.

B'danakollu, jekk l-merkanzija tkun għaddiet minn operazzjoni ta' tiswija jew restawr li jkunu saru meħtieġa minħabba avveniment imprevedibbli li jkun ġara wara u barra mit-territorju doganali tal-Komunità, u li l-eżistenza tiegħu tkun ġiet stabbilita għas-sodisfazjon ta' l-awtoritajiet doganali, eżemzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni għandha tingħata bil-kondizzjoni li l-valur tal-merkanzija ritornata ma jkunx ogħla, bħala riżultat ta' dik l-operazzjoni, mill-valur fil-mument ta' l-esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Komunità.

3. Għall--iskopijiet tat-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 2:

(a) tiswija jew restawr li saru neċessarji ifisser: kull operazzjoni li tirrimedja d-difetti jew il-ħsara materjali li tkunu sofriet il-merkanzija meta kienet barra mit-territorju doganali tal-Komunità, li mingħajrhom il-merkanzija ma tkunx aktar utilizzabli fil-kondizzjonijiet normali għall-iskopijiet li għalihom tkun iddestinata;

(b) il-valur tal-merkanzija ritornata jkun meqjus li ma jkunx aktar ogħli, bħala riżultat ta' l-operazzjoni li għaddiet minnha, milli kellha fil-mument ta' l-esportazzjoni tagħha barra mit-territorju doganali tal-Komunità, meta din l-operazzjoni ma teċċedix dak li jkun strettament neċessarju biex jippermetti l-użu bl-istess mod fil-mument ta' l-esportazzjoni.

Meta t-tiswija jew ir-restawr tal-merkanzija teħtieġ l-inkorporazzjoni ta' spare parts, dik l-inkorporazzjoni għandha illimitata għal dawk il-partijiet strettament neċessarji biex tippermetti l-użu tal-merkanzija fl-istess kondizzjonijiet bħal dawk tal-mument ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 847

Meta jispiċċaw il-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom, fuq talba ta' l-interessat, joħorġu dokument li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-merkanzija fil-każ li terġa' tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 848

1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu meqjusa bħala merkanzija ritornata:

- min-naħa waħda l-merkanzija li dwarha dawn id-dokumenti jkunu ġew preżentati bħala sostenn tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera:

(a) il-kopja tad-dikjarazjoni ta' l-esportazzjoni mingħuta lill-esportatur mill-awtoritajiet doganali, jew kopja ta' dokument bħal dak li tkun iċċertifikata bħala ġenwina mill-imsemmija awtoritajiet; jew

(b) il-folja ta' informazzjoni prevista fl-Artikolu 850.

Meta l-awtoritajiet doganali ta' l-uffiċċju doganali ta' re-importazzjoni jkunu f'pożizzjoni li jistabbilixxu permezz ta' prova li jkollhom fl-idejhom, jew li jistgħu jeżiġu mingħand l-interessat li l-merkanzija dikjarata għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tkun il-merkanzija oriġanarjament esportata barra mit-territorju doganali tal-Komunità, u li dak iż-żmien kienet issodisfat il-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni bħala merkanzija ritornata, id-dokumenti msemmija f'(a) u (b) m'humiex meħtieġa.

- min-naħa l-oħra l-merkanzija koperta mil-librett ATA maħruġ mill-Komunità.

Din il-merkanzija tista' titqies bħala merkanzija ritornata, fil-limiti stabbiliti mill-Artikolu 185 tal-Kodiċi, anki meta il-validita tal-librett ATA tkun skadiet.

Fil-każijiet kollha, il-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 290(2) għandhom ikunu mwettqa.

2. Id-dispożizzjoniet ta' l-ewwel inċiż tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għaċ-ċirkolazzjoni internazzjonali ta' materjal ta' l-imballaġġ, mezzi ta' trasport jew ċerta merkanzija mdaħħla għall-proċedura doganali partikolari, meta dispożizzjonijiet awtonomi jew konvenzjonali jipprevedu f'dawn iċ-ċirkostanzi d-dispensa mid-dokumenti doganali.

L-anqas m'għandhom ikunu applikabbli fil-każijiet meta merkanzija tkun tista' jiġu dikjarata verbalment jew b'xi att ieħor għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

3. Meta jikkunsidraw li jkun meħtieġ, l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tar-ri-importazzjoni jistgħu jitolbu lill-interessat biex jissottometti provi addizjonali in partikolari għall-iskopijiet ta' identifikazzjoni tal-merkanzija ritornata.

Artikolu 849

1. Id-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera li għandha x'taqsam ma' merkanzija ritornata li l-esportazzjoni tagħha tista' tagħti lok għall-formalitajiet doganali ta' esportazzjoni bl-iskop ta' otteniment ta' restituzzjoni jew ammonti oħra previsti għall-esportazzjoni fil-politika agrikola komuni, għandhom ikunu sostnuti mhux biss bid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 848, imma b'ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti biex jawtorizzaw ir-restituzzjoni jew il-ħlas ta' l-ammonti, fl-Istat Membru ta' l-esportazzjoni. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun fih il-partikolaritajiet meħtieġa biex jippermetti lill-uffiċċju doganali fejn il-merkanzija in kwestjoni kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera li jivverifkaw dak li għandu x'jaqsam ma l-istess merkanzija.

2. Meta l-esportazzjoni tal-merkanzija ma tagħtix lok li jsiru il-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni bl-iskop ta' otteniment tar-restituzzjoni jew ta' ammonti oħra previsti għall-esportazzjoni fil-politika agrikola komuni, iċ-ċertifkat għandu jkollu waħda minn dawn l-indikazjonijiet li ġejjin:

- Sin concesión de restituciones u otras cantidades a la exportación;

- Ingen restitutioner eller andre beløb ydet ved udførslen;

- Keine Ausfuhrerstattungen oder sonstige Ausfuhrvergünstigungen;

- Δεν έτυχαν επιδοτήσεων ή άλλων χορηγήσεων κατά την εξαγωγή;

- No refunds or other amounts granted on exportation;

- Sans octroi de restitutions ou autres montants à l'exportation;

- Senza concessione di restituzioni o altri importi all'esportazione;

- Geen restituties of andere bij de uitvoer verleende bedragen;

- Sem concessão de restituicões ou outros montantes na exportação.

3. Meta l-esportazzjoni tal-merkanzija tkun tat lok għall-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni bl-iskop ta' otteniment tar-restituzzjoni jew ta' ammonti oħra previsti għall-esportazzjoni fil-politika agrikola komuni, iċ-ċertifkat għandu jkollu waħda minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

- Restituciones y otras cantidades a la exportación reintegradas por (cantidad);…

- De ved udførslen ydede restitutioner eller andre beløb er tilbagebetalt for … (mængde);

- Ausfuhrerstattungen und sonstige Ausfuhrvergünstigungen für … (Menge) zurückbezahlt;

- Επιδοτήσεις και άλλες χορηγήσεις κατά την εξαγωγή επεστράφησαν για … (ποσότης);

- Refunds and other amounts on exportation repaid for … (quantity);

- Restitutions et autres montants à l'exportation remboursés pour … (quantité);

- Restituzioni e altri importi all'esportazione rimborsati per … (quantità);

- Restituties en andere bedragen bij de uitvoer voor … (hoeveelheid) terugbetaald;

- Restituições e outros montantes na exportação reembolsados para… (quantidade);

jew

- Titulo de pago de restituciones u otras cantidades a la exportación anulado por … (cantidad);

- Ret til udbetaling af restitutioner eller andre beløb ved udførslen er annullerei for … (mængde);

- Auszahlungsanordnung über die Ausfuhrerstattungen und sonstigen Ausfuhrvergünstigungen für … (Menge) ungültig gemacht;

- Αποδεικτικό πληρωμής επιδοτήσεων ή άλλων χορηγήσεων κατά την εξαγωγή ακυρωμένο για … (ποσότης),

- Entitlement to payment of refunds or other amounts on exportation cancelled for … (quantity);

- Titre de paiement des restitutions ou autres montants à l'exportation annulé pour … (quantité);

- Titolo di pagamento delle restituzioni o di altri importi all'esportazione annullato per … (quantità);

- Aanspraak op restituties of andere bedragen bij uitvoer vervallen voor … (hoeveelheid);

- Titulo de pagamento de restituições ou outros montantes na exportação anulado para … (quantidade);

skond jekk ir-restituzzjoni jew l-ammonti oħra previsti għall-esportazzjoni jkunux ġew jew le diġa mħallsa mill-awtoritajiet kompetenti..

4. Fil-każ imsemmi fis-sub-paragrafu (b) ta' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 848(1), iċ-ċertifikat imsemmi fi.l-paragrafu 1 għandu jsir fuq il-folja ta' informazzjoni INF 3 prevista fl-Artikolu 850.

5. Meta l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali fejn il-merkanzija tkun iddikjarata għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera jkollhom il-mezzi biex jissodisfaw ruħhom li l-ebda restituzzjoni jew ammont ieħor previsti għall-esportazzjoni fil-politika agrikola komuni ma ġie awtorizzat jew jista' jiġi awtorizzat susseġwetament, iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx meħtieġ.

Artikolu 850

Il-folja ta' informazzjoni INF 3 għandha ssir fl-oriġinali u żewġ kopji fuq formoli li jkunu konformi għall-mudelli li jidhru fl-Anness 110.

Artikolu 851

1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, il-folja ta' informazzjoni INF 3 għandha tinħareġ fuq talba ta' l-esportatur mill-awtoritajiet doganali ta' l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni fil-mument li jsiru l-formalitajiet ta' l-esportazzjoni tal-merkanzija in kwestjoni, jekk l-esportatur jiddikjara li jkun probabli li din il-merkanzija ser tiġi ritornata permezz ta' uffiċċju doganali differenti minn dak ta' l-esportazzjoni.

2. Il-folja ta' informazzjoni INF 3 tista' wkoll tinħareġ, fuq talba ta' l-esportatur, mill-awtoritajiet doganali ta' l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni wara li jsiru l-formalitajiet ta' l-esportazzjoni għall-merkanzija in kwestjoni basta li dawn l-awtoritajiet jistgħu jistabilixxu fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, illi l-informazzjoni fit-talba ta' l-esportatur tikkorrispondi sewwa għall-merkanzija esportata.

3. Fil-każ ta-merkanzija msemmija fl-Artikolu 849(1), il-folja ta' informazzjoni INF 3 tista tinħareġ biss wara li l-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni relattivi għaliha jkunu saru u taħt l-istess riservi għal dawk previsti fil-paragrafu 2.

Barra min hekk, din tista tinħareġ biss bill-kondizzjoni li:

(a) il-kaxxa B tkun ġiet minn qabel mimlija u ikkontrofirmata mill-awtoritajiet doganali; u

(b) il-kaxxa A tkun ġiet minn qabel mimlija u ikkontrofirmata mill-awtoritajiet doganali, meta l-informazzjoni li jkun fiha tkun waħda meħtieġa.

Artikolu 852

1. Il-folja ta' informazzjoni INF 3 għandha jkun fiha l-elementi kollha ta' informazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet doganali għall-iskop tar-rikonoxximent ta' l-identita' tal-merkanzija esportata.

2. Meta jkun previst li l-merkanzija esportata tkun ser tkun ritornata fit-territorju doganali tal-Komunità minn diversi uffiċċji doganali differenti mill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni, l-esportatur jista' jitlob għal diversi folji ta' informazzjoni INF 3 li għandhom jinħarġu biex ikopru il-kwantità totali tal-merkanzija esportata.

Bl-istess mod, l-esportatur jista' jitlob lill-awtoritajiet doganali li jkunu ħarġu folja ta' informazzjoni INF 3 li din tkun sostitiwita b'diversi folji ta' informazzjoni INF 3 li jkopru il-kwantità totali ta' merkanzija inklużi fil-folja ta' informazzjoni INF 3 maħruġa inizjalment.

L-esportatur jista' wkoll jitlob għal folja ta' informazzjoni INF 3 biex tkun maħruġa f'dak li għandu x'jaqsam ma' partita waħda mill-merkanzija esportata.

Artikolu 853

L-oriġinali u kopja waħda tal-folja ta' informazzjoni INF 3 għandhom jiġu ritornati lill-esportatur biex jippreżentahom fl-uffiċċju doganali tar-ri-importazzjoni. It-tieni kopja għandha tinżamm fl-arkivji uffiċjali ta' l-awtoritajiet doganali li jkunu ħarġuha.

Artikolu 854

L-uffiċċju doganali tar-ri-importazzjoni għandu jirreġistra fuq l-oriġinali u fuq il-kopja tal-folja ta' informazzjoni INF 3 il-kwantità tal-merkanzija ritornata li tkun ġiet eżentata mid-dazju ta' l-importazzjoni, iżomm l-oriġinali u jibgħat l-kopja, li jkollha in-numru ta' referenza u d-data tad-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera, lill-awtoritajiet doganali li jkunu ħarġuha.

L-imsemmija awtoritajiet doganali għandhom iqabblu din il-kopja ma' dik li tkun fil-pussess tagħhom u jżommuha fl-arkivji uffiċjali tagħhom.

Artikolu 855

Fil-każ ta' serq, telf jew qerda ta' l-oriġinali tal-folja t'informazzjoni INF 3, il-persuna interessata tista titlob lill-uffiċċju doganali li jkun ħariġha għal kopja dduplikata. Għandhom jilqgħu din it-talba jekk dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkostanzi. Il-kopja iddupplikata hekk maħruġa għandu jkollha fuqha wahda minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

- DUPLICADO,

- DUPLIKAT,

- DUPLIKAT,

- ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ,

- DUPLICATE,

- DUPLICATA,

- DUPLICATO,

- DUPLICAAT,

- SEGUNDA VIA.

L-awtoritajiet doganali għandhom jirreġistraw fuq il-kopja tal-folja ta' informazzjoni INF 3 fil-pussess tagħhom li kopja iddupplikata li tkun ġiet maħruġa.

Artikolu 856

1. L-awtoritajiet doganali ta' l-uffiċċju doganali ta' esportazzjoni għandhom jibgħatu lill-awtoritajiet ta' l-uffiċċju doganali ta' ri-importazzjoni meta dawn hekk jitolbu l-informazzjoni kollha li huma jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jippermettu li jiġi stabbilit jekk il-merkanzija tissodisfax il-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiddaħħal għall-proċedura ta' din il-parti.

2. Il-folja ta' informazzjoni INF 3 tista tintuża għat-talba u għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

PARTI IV

DEJN DOGANALI

IT-TITOLU I

GARANZIJI

Artikolu 857

1. It-tipi ta' garanzija differenti mid-depositu ta' flus jew tal-garanti, fis-sens ta' l-Artikoli 193, 194 u 195 tal-Kodiċi, u d-depositu ta' flus jew id-depożitu ta' dokumenti ta' garanzija li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu anki jekk ma jkunux konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 194(1) tal-Kodiċi, huma dawn li ġejjin;

(a) il-kostituzzjoni ta' ipoteka, imposta fuq l-immobli, l-antikresi jew dritt ieħor meqjus bħala ekwivalenti għad-dritt gravanti l-immobli;

(b) iċ-ċessjoni ta' kreditu, kostituzzjoni ta' rahan, kemm billi l-oġġett jgħaddi fil-pusses jew le, tal-merkanzija, titoli jew krediti jew, partikolarment, ktieb tat-tifdil tal-bank jew dħul fir-reġistru ta' dejn ta' l-istat;

(ċ) il-kostituzzjoni ta' solidarjetà tar-responsabiltà kontrattwali passiva għall-ammont sħiħ tad-dejn minn parti terza approvata għal dak l-effett minn awtoritijiet doganali u, partikolarment, bil-preżentazzjoni ta' kambjala li l-pagament tagħha jkun iggarantit minn dik il-parti terza;

(d) id-depositu ta' flus jew simili f'munita differenti minn dik ta' l-Istat Membru fejn isir id-depositu;

(e) il-parteċipazzjoni, permezz ta' ħlas ta' kontribuzzjoni, fi skema ta' garanzija ġenerali amministrata mill-awtoritajiet doganali.

2. Il-każijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom jista' jsir rikors għall-modi ta' garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu iffissati mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 858

Meta l-garanzija tingħata b'depositu ta' flus, l-ebda imgħax fuq dan m'għandu jitħallas mill-awtoritajiet doganali.

IT-TITOLU II

ĦOLQIEN TAD-DEJN

IL-KAPITOLU 1

Nuqqasijiet bla konsegwenzi reali fuq il-ħażna temporanja jew fuq il-proċedura doganali

Artikolu 859

In-nuqqasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala bla konsegwenzi reali fuq il-ħażna temporanja jew proċedura doganali fis-sens ta' l-Artikolub204 (1) tal-Kodiċi, sakemm:

- ma jikkostitwux tentattiv li titneħħa merkanzija illegalment mis-sorveljanza doganali,

- ma jkunux jimplikaw negliġenza evidenti da parti tal-persuna interessata, u

- il-formalitajiet kollha meħtieġa ħalli tkun irregolarizzata s-sitwazzjoni tal-merkanzija jkunu saru sussegwentement:

1. li jeċċedu t-terminu li fih il-merkanzija tkun assenjata għal wieħed mit-trattamenti jew użi approvati mid-dwana previsti taħt il-proċedura għall-ħażna temporanja jew doganali in kwestjoni, meta tkun awtorizzata proroga mitluba fit-terminu;

2. fil-każ ta' merkanzija imqiegħda taħt proċedura ta' transitu, teċċedi t-terminu tal-preżentazzjoni ta' dik il-merkanzija fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, fejn preżentazzjoni bħal din kellha isseħħ sussegwentement;

3. fil-każ ta' merkanzija imqiegħda f'ħażna temporanja jew taħt proċedura ta' magazzinaġġ doganali, il-maniġġ mingħajr awtorizzazzjoni antiċipata ta' l-awtoritajiet doganali, sakemm dak il-maniġġ kien ikun awtoriżżat kieku saret applikazzjoni għalih;

4. fil-każ ta' merkanzija imqiegħda taħt proċedura ta' importazzjoni temporanja, l-użu tal-merkanzija b'kondizzjonijiet differenti minn dawk previsti fl-awtorizzazzjoni, sakemm dak l-użu kien ikun awtoriżżat taħt il-proċedura kieku kienet saret applikazzjoni għalih;

5. fil-każ ta' merkanzija f'ħażna temporanja jew imqiegħda taħt proċedura doganali, moviment mhux awtoriżżat tal-merkanzija, sakemm il-merkanzija tista tiġi ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fuq it-talba tagħhom;

6. fil-każ ta' merkanzija f'ħażna temporanja jew imqiegħda taħt proċedura doganali, it-tneħħija tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità jew id-dħul tagħha f'żona franka jew maħżen bla dazju mingħajr it-twettieq tal-formalitajiet meħtieġa;

7. fil-każ ta' merkanzija li tkun rċeviet trattament ta' tariffa favorevoli minħabba l-użu partikolari tagħha, iċ-ċessjoni tal-merkanzija mingħajr notifikazzjoni lill-awtoritajiet doganali, qabel ma tkun imqiegħda għall-użu previst sakemm:

(a) iċ-ċessjoni tkun ġiet reġistrata fir-reġistru ta' l-iskorti taċ-ċedent; u

(b) iċ-ċessjonarjui jkun id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-merkanzija in kwestjoni.

Artikolu 860

L-awtoritajiet doganali għandhom iqisu li jkun inħoloq dejn doganali permezz ta' l-Artikolu 204(1) tal-Kodiċi sakemm il-persuna li kieku tkun id-debitriċi ma tistabilixxix illi l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 859 ikunu sodisfatti.

Artikolu 861

Il-fatt li n-nuqqasijiet imsemmija fl-Artikolu 859 ma joħolqux dejn doganali m'għandux jimpedixxi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali eżistenti jew għal dispożizzjonijiet li jippermettu kanċellament jew revoka ta' l-awtorizzazzjonijiet skond il-proċedura doganali f'dak il-każ

IL-KAPITOLU 2

Telf naturali

Artikolu 862

1. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 206 tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom, jieħdu kont fuq talba tal-persuni interessati tal-kwantitajiet nieqsa kull darba li jista jkun pruvat li t-telf misjub ikun riżultat biss min-natura tal-merkanzija u mhux minn xi negliġenza jew manipulazzjoni da parti ta' dik il-persuna.

2. In partikolari, negliġenza jew manipulazzjoni għandhom jinftiehmu bħala li jfissru inosservanza tar-regoli imposti mill-awtoritajiet doganali jew minn prattika normali li għandhom x'jaqsmu mat-trasport, mal-ħażna, mal-maniġġ, ma' xogħol jew proċessar tal-merkanzija in kwestjoni.

Artikolu 863

L-awtoritajiet doganali jistgħu jiddispensaw mill-obbligu lill-persuna interessata milli tipprova li parti mill-merkanzija kienet mitlufa għall-kollox minħabba n-natura tagħħa stess meta jkunu sodisfatti li ma jkunx hemm xi spjegazzjoni oħra għal dak it-telf.

Artikolu 864

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri li jirrigwardjaw in-normi tar-rati għal telf li ma jistax ikun irkuprat minħabba n-natura tal-merkanzija stess għandhom ikunu applikati meta l-persuna interessata tonqos milli turi li t-telf reali jeċċedi dak ikkalkulat bir-rata normali għall-merkanzija in kwestjoni.

IL-KAPITOLU 3

Status doganali ta' merkanzija f'ċerti sitwazzjonijiet irregolari

Artikolu 865

Il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali għall-merkanzija in kwestjoni, jew xi att ieħor li jkollu l-istess effett legali, u l-preżentazzjoni ta' dokument għal kontrofirma minn awtoritajiet kompetenti, għandu jkun meqjus bħala tneħħija illegali tal-merkanzija mis-sorveljanza doganali fis-sens ta' l-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi, meta dawn l-atti jkollhom l-effett li falzament jagħtu lill-merkanzija status doganali ta' merkanzija Komunitarja.

Artikolu 866

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti li jirrigwardjaw il-projbizjonijiet jew ir-restrizzjonijiet li jistgħu jkunu applikabbli għall-merkanzija in kwestjoni, meta jkun inħoloq dejn doganali fuq l-importazzjoni jkun sar dovut skond l-Artikoli 202, 203, 204 jew 205 tal-Kodiċi u id-dazji fuq l-importazzjoni jkunu tħallsu, dik il-merkanzija tiġi kkunsidrata bħala Komunitarja mingħajr il-bżonn li ssir dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 867

Il-konfiska ta' merkanzija fis-sens ta' l-Artikolu 233(c) u (d) tal-Kodiċi m'għandiex taffettwa l-istatus doganali tal-merkanzija in kwestjoni.

IT-TITOLU III

DĦUL FIL-KONTIJIET U IRKUPRU A POSTERIORI

Artikolu 868

Stati Membru m'humiex meħtieġa li jdaħħlu fil-kontijiet l-ammonti ta' dazji li jkunu anqas minn 10 ECU.

M'għandu jkun hemm l-ebda rkupru a posteriori ta' dazji ta' l-importazzjoni jew ta' dazji ta' l-esportazzjoni meta l-ammont ta' kull azzjoni ta' rkupru jkun anqas minn 10 ECU.

Artikolu 869

L-awtoritajiet doganali għandhom huma stess jiddeċiedu li ma jagħtux kas a posteriori dazji li ma jkunux jinġabru:

(a) f'każijiet li fihom it-trattament ta' tariffi preferenzjali jkun ġie applikat fil-kuntest ta' kwota ta' tariffa, ta' limitu massimu ta' tariffa jew ta' arranġamenti oħra meta l-intitolament għal dan it-trattament ikun ġie soppress fil-mument ta' l-aċċettazjoni tad-dikjarazjoni doganali mingħajr li dak il-fatt ikun ġie ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel ir-rilaxx f'ċirkolazjoni libera tal-merkanzija f'dak il-każ jew, meta dik is-soppressjoni ma tkunx ġiet ippublikata, li jkun ġie mgħarraf bil-manjera xierqa fl-Istat Membru kkonċernat, il-persuna li tkun suġġetta għal pagament li da parti tagħha tkun aġixxiet in bona fide u tkun ikkonformat mad-dispożizzjonijiet kollha stabbiliti bil-leġislazjoni eżistenti f'dak li għandu x'jaqsam mad-dikjarazjoni doganali;

(b) f'każijiet li jikkunsidraw li fihom l-kondizjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi jkunu sodisfatti, sakemm l-ammont mhux miġbur mill-operatur ikkonċernat f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazjoni waħda jew aktar ta' l-importazzjoni jew ta' l-esportazzjoni imma b'konsegwenza ta' żball wieħed, ikun anqas minn 2000 ECU;

(ċ) f'każijiet li fihom Stat Membru li lejh l-imsemmija awtoritajiet ikunu suġġetti jkun ġie awtoriżżat skond ma l-Artikolu 875.

Artikolu 870

1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista tal-każijiet spjegati fil-qosor li dwarhom id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 869(a), (b) jew (c) jkunu ġew applikati.

2. Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi komunikata ma' tul l-ewwel u t-tielet trimestri ta' kull sena għal każijiet kollha meta kien deċiż ma jitteġidx kont tagħom a posterioroi id-dazji matul is-sitt xhur ta' qabel.

3. Il-Kummissjoni għandha tiċċirkola il-listi lill-Istati Membri l-oħra kollha.

4. Il-listi għandhom ikunu eżaminati perjodikament mill-Kumitat.

Artikolu 871

F'każijiet apparti minn dawk msemmija fl-Artikolu 869, meta l-awtoritajiet doganali jew jikkunsidraw li l-kondizjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi jkunu mwettqa jew ikollhom dubju dwar l-kamp ta' l-applikazzjoni preċiża tal-kriterji ta' dik id-dispożizzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' każ partikolari, dawk l-awtoritajiet għandhom jissottimettu il-każ lill-Kummissjoni, sabiex deċiżjoni tkun tista tittieħed bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 872 sa 876. Il-każ sottomess lill Kummissjoni għandu jkun fieħ l-informazzjoni kollha meħtieġa għal eżami sħieħ tal-każ.

Malli tirċievi il-każ il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-Istat Membru kkonċernat.

Jekk jinstab li l-informazzjoni fornuta mill-Istat Membru ma tkunx biż-żejjed ħalli tkun tista tittieħed deċiżjoni dwart il-każ ikkonċernat fid-dawl tal-fatti kollha magħ rufa, il-Kummissjoni tista' titlob li tingħatala informazzjoni addizjonali.

Artikolu 872

Fi żmien 15 il-jum mil-wasla tal-każ msemmi f'l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 871, il-Kummissjoni għandha tgħaddi kopja tiegħu lill-Istati Membri.

Konsiderazjoni ta' dak il-każ għandha tkun inkluża malajr kemm jista' jkun fl-aġenda ta' laqgħa tal-Kumitat previst fl-Artikolu 247 tal-Kodiċi.

Artikolu 873

Wara li jikkonsulta ma' grupp ta' esperti li jkun kompost minn-rapreżentanti ta' l-Istati Membri kollha, li jiltaqgħu fil-kwadru tal-Kumitat biex jikkunsidraw dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk iċ-ċirkostanzi li jkunu qiegħdin jiġu kkunsidrati ikunu jew ma jkunux tali li d-dazji f'dak il-każ ma jkunx hemm bżonn li jiddaħlu fil-kontijiet a posteriori.

Deċiżjoni bħal din għandha tittieħed fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-każ msemmi fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 871(1) ikun wasal għand il-Kummisjoni. Meta l-Kummissjoni issib li jkun meħtieġ li titlob informazzjoni addizjonali mill-Istat Membru sabiex tkun tista' tasal għal deċiżjoni, it-terminu ta' sitt xhur għandu jkun mtawwal b'perjodu ekwivalenti għal dak ta' bejn id-data ta' meta l-Kummissjoni tibgħat it-talba tagħha għal informazzjoni addizjonali u d-data li fih tirċievi dik l-informazzjoni.

Artikolu 874

L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun innotifikat bid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 873 malajr kemm jista jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum minn meta jiskadi it-terminu speċifikat f'dak l-Artikolu.

Kopja tad-deċiżjoni għandha tintbgħat lill-Istati Membriu l-oħra

Artikolu 875

Meta jkun stabbilit bid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 873 li ċ-ċirkostanzi li jkunu qiegħdin jiġu kkunsidrati ikunu tali li d-dazi f'dak il-każ, ma jkunx hemm bżonn li jiddaħlu fil-kontijiet a posteriori, il-Kummissjoni tista', b'kondizjonijiet li tiddetermina hija stess, tawtoriżża lil xi Stat Membru wieħed jew aktar li jieqfu milli jieħdu kont a posteriori f'każijiet li fihom hemm elementi paragunabli ta' fatt u ta' dritt.

F'każ bħal dak, id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 873 għandha wkoll tkun innotifikata lil kull Stat Membru hekk awtoriżżat.

Artikolu 876

Jekk il-Kummissjoni tonqos milli tieħu deċiżjoni fil-perjodu previst fl-Artikolu 873 jew tonqos milli tinnotifika deċiżjoni lill-Istat Membru kkonċernat ma tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 874, l-awtoritajiet doganali ta' dak l-Istat Membru m'għandhomx idaħħlu fil-kontijiet dawk id-dazji ta' dak il-każ a posteriori.

IT-TITOLU IV

RIMBORS JEW REMISSJONI TA' DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI JEW FUQ L-ESPORTAZZJONI

IL-KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 877

1. Għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu:

(a) uffiċċju doganali tad-dħul fil-kontijiet ifisser: l-uffiċċju doganali fejn id-dazji ta' l-importazzjoni jew ta' l-esportazzjoni li r-rimbors jew ir-remissjoni tagħhom ikunu mitluba, ġew imdaħħla fil-kontijiet;

(b) awtorità doganali ta' deċiżjoni tfisser: l-awtorità doganali kompetenti li tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għal rimbors jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni fl-iStat Membru fejn id-dazji kkonċernati jkunu ġew imdaħħla fil-kontijiet;

(ċ) uffiċċju doganali ta' sorveljanza jfisser: l-uffiċċju doganali li jkollu l-ġurisdizjoni fuq l-merkanzija li mħabba fiha ikunu iddaħlu il-kontijiet tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, li r-rimbors jew ir-remissjoni tagħhom ikunu mitluba, u l-imsemmi uffiċċju jwettaq ċerti verifiki sabiex tkun eżaminata l-applikazzjoni;

(d) uffiċċju doganali ta' l-implementazjoni jfisser: l-uffiċċju doganali li jaddotta il-miżuri meħtieġa ħalli jassigura li d-deċiżjoni biex isir ir rimbors jew li ssir ir-remissjoni tad-dazju ta' l-importazzjoni jew esportazzjoni tkun ġiet implimentata kif suppost.

2. L-istess uffiċċju doganali jista' jassumi il-funzjonijiet jew parti mill-funzjonijiet ta' l-uffiċċju tad-dħul fil-kontijiet, l-uffiċċju ta' deċizjoni, dak ta' sorveljenza u dak ta' implementazzjoni.

IL-KAPITOLU 2

Implimentazjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 236 sa 239 tal-Kodiċi

Sezzjoni 1

L-Applikazzjoni

Artikolu 878

1. L-applikazzjoni għar-rimbors jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni aktar 'l quddiem msemmija bħala "applikazzjoni għar-rimbors jew remissjoni", għandha ssir mill-persuna li tkun ħallset jew li tkun suġġetta li tħallas dawk id-dazji, jew il-persuna li akkwistat dawk id-drittijiet u obligazjonijiet.

Applikazzjoni għar-rimbors jew remissjoni tista wkoll issir mir-rapreżentant tal-persuna jew persuni msemmija fl-ewwel paragrafu.

2. Mingħajr preġudizju għal l-Artikolu 882, applikazzjoni għal rimbors jew remissjoni għandha ssir, fuq oriġinali waħda u kopja waħda, fuq formola li tkun konformi mal-mudell u d-dispożizzjonijiet fl-Anness 111.

B'dana kollu, applikazzjoni għal rimbors jew remissjoni tista ssir wkoll, fuq talba tal-persuna jew persuni msemmija fil-paragrafu 1, fuq karta sempliċi, basta li din ikun fiha l-informazzjoni li tidher fl-imsemmi l-Anness.

Artikolu 879

1. Applikazzjonijiet għal rimbors jew għal remissjoni, akkumpanjati mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 6(1) tal-Kodiċi, għandhom ikunu ippreżentati fl-uffiċċju doganali tad-dħul fil-kontijiet, sakemm l-awtoritajiet doganali ma jindikawx uffiċċju ieħor għal dan l-iskop; l-imsemmi uffiċċju għandu jittrasmetti din l-applikazzjoni immedjatament wara li jkunu aċċettaha lill-awtorita doganali li tieħu d-deċiżjonijiet jekk ma jkunx hu stess innominat biex jagħmel hekk.

2. L-uffiċċju doganali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jikteb id-data tal-wasla fuq l-oriġinali u l-kopja ta' l-applikazzjoni. Għandu jibgħat lura il-kopja lill-applikant.

Meta t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 878(2) jkun applikat, l-imsemmi uffiċċju doganali għandu jikkonferma lill-applikant bil-miktub il-wasla ta' l-applikazzjoni.

Artikolu 880

Mingħajr preġudizju għal xi dispożizzjonijiet speċifiċi addottati b'konnessjoni ma dan permezz tal-politika agrikola komuni, applikazzjoni li jkollha x'taqsam ma' merkanzija li dwarha liċenzja ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni jew ċertifikat ta' prefissazzjoni, ikun inħareġ meta id-dikjarazjoni doganali relevanti tkun ġiet ippreżentata għandha wkoll tkun akkumpanjata miċ-ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet responsabbli għal ħruġ ta' dik il-liċenzja jew ċertifikat, li jikkonferma li jkunu ttieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu kkanċellati l-effetti ta' l-imsemmija liċenzja jew ċertifikat.

B'dana kollu ċertifikazjoni bħal din ma tkunx meħtieġa:

- meta l-awtorita doganali li lilha l-applikazzjoni tkun saret, hi stess tkun ħarġet il-liċenzja jew ċertifikat f'dak il-każ,

- meta r-raġuni mogħtija bħala sostenn ta' l-applikazzjoni jkun żball materjali li ma jkollu l-ebda effett fuq l-għoti tal-liċenzja jew ċertifikat f'dak il-każ.

Artikolu 881

1. L-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 879 jista jaċċetta applikazzjoni li ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha previsti fuq il-formola msemmija fl-Artikolu 878(2). B'dana kollu, l-applikazzjoni għandha jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni li trid tiddaħħal f'kaxxi 1 sa 3 u 7.

2. Meta paragrafu 1 ikun applikat, l-imsemmi uffiċċju doganali għandu jistabbilixxi t-terminu għal komunikazzjoni ta' xi partikolaritajiet nieqsa u/jew dokumenti nieqsa.

3. Meta it-terminu previst mill-uffiċċju doganali bis-saħħa ta' paragarafu 2 ma jkunx osservat, l-applikazzjoni għandha tkun meqjusa bħala li kienet irtirata.

L-applikant għandu jkun infurmat b'dan immedjetament.

Artikolu 882

1. Għal merkanzija ritornata li meta esportata barra mit-territorju doganali talkomunita kienet tagħat lok għal ħlas ta' dazju ta' l-esportazzjoni r-rimbors jew remissjoni tad-dazju huwa suġġett għall-preżentazzjonmigħand l-awtoritajiet doganali ta' aplikkazzjoni li jkollha magħha:

(a) dokument maħruġ bħala prova tal-pagament, meta l-ammonti kkonċernati jkunu diġa ngabru;

(b) l-oriġinali, jew il-kopja ċċertifikata mill-uffiċċju doganali tar-rijimportazzjoni, tad-dikjarazjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija ritornata.

Dan id-dokument għandu jkun fieh waħda minn dawn il-kitbiet magħmula mill-uffiċċju doganali tar-rijimportazzjoni:

- Mercancías de retorno en aplicación de la letra b) del apartado 2 del artículo 185 del Código

- Returvarer i henhold til kodeksens artikel 185, stk. 2, litra b)

- Rückwaren gemäß Artikel 185 Absatz 2 Buchstabe b) des Zollkodex

- Εμπορεύματα επανεισαγόμενα κατ' εφαρμογή του άρθρου 185 παράγραφος 2 στοιχείο β) του κώδικα

- Goods admitted as returned goods under Article 185 (2) (b) of the Code

- Marchandises en retour en application de l'article 185 paragraphe 2 point b) du code

- Merci in reintroduzione in applicazione dell'arti-colo 185, parágrafo 2, lettera b) del códice

- Goederen die met toepassing van artikel 185, lid 2, onder b), van het Wetboek kunnen worden toegelaten als terugkerende goederen

- Mercadorias de retorno por aplicação da alínea b) do n.o 2 do artigo 185.o do código;

(ċ) il-kopja tad-dikjarazjoni ta' l-esportazzjoni mibgħuta lura lill-esportatur fil-waqt tat-twettiq tal-formalitajiet ta' l-esportazzjoni tal-merkanzija, jew kopja ta' din id-dikjarazzjoni ċċertifikata bħala konformi mill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni.

Meta l-awtorità doganali ta' deċiżjoni jkollha digà fl-idejha il-partikolaritajiet li jkun hemm f'wahda jew aktar mid-dikjaraazjonijiet msemmija f'(a), (b) jew (c) hawn fuq, id-dikjarazjoni jew dikjarazjonijiet ikkunċernati ma jkunux meħtieġa.

2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata fl-uffiċċju doganali previst fl-Artikolu 879 f'terminu ta' 12 il-xahar li jibda jgħodd mid-data ta' l-aċċettazjoni tad-dikjarazjoni ta' l-esportazzjoni.

Sezzjoni 2

Proċedura għal għoti ta' rimbors jew remissjoni

Artikolu 883

L-awtorità doganali ta' deċiżjoni tista' tawtoriżża it-twettieq tal-formalitajiet doganali li għalihom ir-rimbors jew ir-remissjoni jkunu suġġetti qabel ma tkun ħadet deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tar-rimbors jew remissjoni. Dik l-awtorizzazzjoni m'għandha tippreġudika bl-ebda mogħod id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

Artikolu 884

Mingħajr preġudizju għal l-Artikolu 883 u sa kemm deċiżjoni tkun ittieħdet dwar l-applikazzjoni għal rimbors jew remissjoni, l-merkanzija li dwarha ir-rimbors jew ir-remissjoni tad-dazji tkun intalbet ma tkunx tista' tiġi trasferita għal-lokalità barra minn dik fl-applikazzjoni jekk l-applikant ma jinfurmax bil-quddiem lill-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 879, li minn naħa tiegħu għandu jinforma lill-awtorità doganali ta' deċiżjoni.

Artikolu 885

1. Meta applikazzjoni għal rimbors jew remissjoni tkun marbuta ma każ li dwaru informazzjoni supplimentari trid tkun mogħtija jew li dwaru l-merkanzija tkun eżaminatà sa biex jkun assigurat li l-kondizjonijiet għal rimbors jew remissjoni previsti fil-Kodiċi u f'dan it-Titolu jkunu ġew sodisfatti, l-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjonijiet għandha taddotta l-miżuri meħtieġa għal dak l-iskop, jekk meħtieġ billi tibgħat lill-uffiċċju doganali ta' kontroll, talba li tindika bi preċiżjoni n-natura ta' l-informazzjoni li għandha bzonn jew il-verifiki li għandhom ikunu mwettqa.

L-uffiċċju doganali ta' kontrol għandu jsegwi malajr din id-domanda u għandu jgħaddi l-informazzjoni akwistata u r-riultati tal-verifiki mwettqa lill-awtorita doganali ta' deċiżjoni.

2. Meta l-applikazzjoni jkollha x'taqsam ma merkanzija li tkun tisbab fi Stat Membru differenti minn dak li fieh id-dazji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ġew mdaħħla fil-kontijiet, id-dispożizzjonijiet ta' Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu għandhom jkunu applikabbli.

Artikolu 886

1. Meta l-awtorità doganali ta' deċiżjoni ikollha il-partikolaritajiet kollha meħtieġa, għandha tagħti deċiżjoni bil-miktub dwar l-applikazzjoni għal rimbors jew remissjoni bi qbil ma l-Artikolu 6(2) u (3) tal-Kodiċi.

2. Meta l-applikazzjoni tkun approvata, id-deċiżjoni għandha tinkludi il-partikolaritajiet kollha meħtieġa għall-implementazjoni tagħha.

Dawn il-partikolaritajiet kollha jew in parti skond il-każ għandhom jidhru fid-deċiżjoni:

(a) l-informazzjoni meħtieġa biex tidentifika l-merkanzija li għaliha tkun tapplika;

(b) ir-raġuni tar-rimbors jew ir-remissjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni b'referenza għall-artikolu korrespondenti tal-Kodiċi u, meta jkun il-każ, l-artikolu korrespondenti ta' dan it-Titolu;

(ċ) l-użu li għalih l-merkanzija tista' titqiegħed skond il-possibilitajiet previsti fil-każ partikolari mill-kodiċi u meta jkun il-każ fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni speċifika mill-awtoritajiet doganali ta' deċiżjoni.

(d) it-terminu taż-żmien għat-twettieq tal-formalitajiet li għalihom ir-rimbors jew ir-remissjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni jew esportazzjoni tkun suġġetta;

(e) Indikazzjoni li d-dazji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jkunux rimborżabli jew jistgħu jiġu rimessi sa kemm l-uffiċċju doganali ta' l-implementazjoni ma jkunx iċċertifika ma' l-awtoritajiet doganali ta' deċiżjoni li l-formolitajiet li għalihom kien suġġett dan ir-rimbors jew remissjoni attwalment saru;

(f) partikolaritajiet tal-ħtiġiet li dwarhom l-oġġetti jiqgħu suġġetti sa kemm id-deċiżjoni tkun implimentata;

(g) avviż li jinforma lill-benefiċjarju li dan għandu jibgħat l-oriġinali tad-deċiżjoni lill-uffiċċju doganali ta' l-implementazjoni ta' l-għażla tiegħu meta jippreżenta l-merkanzija.

Artikolu 887

1. L-uffiċċju doganali ta' l-implementazjoni għandu jieħu passi ħalli jassigura:

- fil-każ, li l-ħtiġiet msemmija fl-Artikolu 886(2)(f) jkunu sodisfatti,

- li fil-każijiet kollha l-merkanzija tkun attwalment wżata bil-manjera jew tkun mibgħuta lid-destinazjoni speċifikata fid-deċiżjoni tar-rimbors jew remissjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni jew esportazzjoni.

2. Meta d-deċiżjoni li tispeċifika li l-merkanzija tista' tkunu mqiegħda f'magażinaġġ doganali, f'żona franka jew f'maħżen bla dazju, u li l-benefiċjarju jagħmel użu minn din l-opportunita, il-formalitajiet meħtieġa għandhom ikunu mwettqa mill-uffiċċju doganali ta' l-implementazjoni.

3. Meta d-deċiżjoni tar-rimbors jew remissjoni tad-dazji tispeċifika użu li għalieh għandhom titqiegħed il-merkanzija jew id-destinazjoni ta' fejn din għanda tintbagħat li jista' jkun stabbilit biss minn Stat Membru apparti minn dak fejn ikun jinsab l-uffiċċju doganali ta' l-implementazjoni, prova tat-twettieq għandha tkun fornuta fil-proivista ta' kopja ta' kontroll T5 li tkun maħruġa u wżata skond mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 471 sa 495, u ta' l-Artikolu preżenti.

Kopja ta' kontroll T5 għandha jkun fiha dan li ġej:

(a) fil-kaxxa in-numru tal-kodiċi tan-nomenklatura magħquda relativ għall-merkanzija;

(b) fil-kaxxa 103 miktuba bil-kliem il-kwantità netta tal-merkanzija;

(ċ) fil-kaxxa 104skond il-każ, kif xieraq, jew il-kliem "ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità," jew waħda minn dawn li ġejjin taħt l-intestatura "oħrajn":

- Tqassim b'xejn lill-opra ta' karità li ġejja…;

- Distruzzjoni taħt is-sorveljanza tad-dwana,

- Dħul fil-proċedura doganali kif ġej…;

- Tqegħid f'żona franka jew maħżen bla dazju;

(d) fil-kaxxa 106 referenza tal-partikolaritajiet tad-deċiżjoni li tagħti ir-rimbors jew ir-remissjoni tad-dazji;

(e) fil-kaxxa 107 il-kliem "L-Artikolu 871 sa 912 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93".

4. L-uffiċċju doganali ta' sorveljanza li jistabilixxi jew li fuq ir-responsabbilta tiegħu jkun stabbilit li l-merkanzija ġiet attwalment użata għall-iskop speċifikat jew li tkun waslet fid-destinazjoni preskritta għandu jimla l-kaxxa ntitolata "Kontroll ta' l-użu u/jew destinazjoni" tad-dokument tal-kontroll billi jagħmel salib ma ġemb "irċevew l-użu u/jew id-destinazjoni iddikjarata hawn wara" u jagħti id-data rilevanti.

5. Meta l-ufiċju doganali ta' l-implementazjoni jkun sodisfatt li l-kondizjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti, għandu jibgħat ċertifikat ta' dan lill-awtorità doganali ta' deċiżjioni.

Artikolu 888

L-awtorità doganali ta' deċiżjoni, wara li tkun approvat l-applikazzjoni għal rimbors jew remissjoni tad-dazji għandha tagħmel ir-rimbors jew ir-remissjoni wara dak li tirċievi ċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 887(5).

Artikolu 889

1. Meta t-talba għal rimbors jew remissjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza, fil-waqt ta meta d-dikjarazjoni għal rilaxx f'ċirkolazjoni libera ta' merkanzija tkun aċċettata, ta' dazju ta' l-importazzjoni b'rata mnaqqsa jew b'rata żero fuq l-merkanzija fil-kwota tariffarja, fil-massimu tat-tariffa jew fl-arranġamenti preferenzjali tat-tariffa, rimborsi jew remissjoni għandha tkun mogħtija biss bil-kondizjoni li, fid-data tal-preżentazzjoni ta l-applikazzjoni tkun akkompanjata mid-dokumenti meħtieġa:

- fil-każ tal-kwota tariffarja, il-volum tagħha ma jkunx ġie eżawrit,

- fil-każijiet l-oħra, ir-rata tad-dazju normalment dovuta ma ġaetx ristabbilita.

Jekk il-kondizjonijiet previsti mil-paragrafu preċedenti ma jkunux imwettqa, ir-rimbors jew ir-remissjoni għandhom b'dana kollu jkunu mogħtija meta n-nuqqas li tkun applikata rata ta' dazju mnaqqsa jew rata żero għall-merkanzija tkun b'riżultat ta' żball da parti ta' l-awtoritajiet doganali stess u d-dikjarazjoni għal ċirkolazjoni libera jkun fiha l-partikolaritajiet kollha u tkun akkumpanjata mid-dokumenti kollha meħtieġa għar-rata mnaqqsa jew rata żero.

2. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista tal-każijiet li dwarhom id-dispożizzjonijiet tat-tieni sub-paragrafu ta' paragrafu 1 jkunu ġew applikati, u jagħti spjegazzjoni fil-qosor ta' kull każ.

L-Artikolu 870(2), (3) u (4) għandu japplika.

Artikolu 890

Jekk bħala sostenn ta' applikazzjoni għal rimbors jew remissjoni jkun preżentat ċertifikat ta' oriġini, ċertifikat ta' ċirkolazzjoni, dokument ta' transitu Komunitarju intern jew li dokument ieħor xieraq li juri illi l-merkanzija importata setgħet, meta ġiet aċċettata dikjarazzjoni għar-rilaxx b'ċirkolazzjoni libera, tkun tibbenefika minn trattament komunitarju jew minn trattament tariffarju preferenzjali, l-awtorità doganali ta' deċiżjoni ma tagħtix deċiżjoni favorevoli għall-applikazzjoni ħlief meta ikun stabbilit kif xieraq:

- li d-dokument hekk fornut ikun jirreferi speċifikament għall-merkanzija in konsiderazzjoni u li l-kondizjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-aċċettazjoni ta' l-imsemmmi dokumenti ikunu sodisfatti,

- li l-kondizjonijiet l-oħra kollha għall-għoti ta' trattament ta' tariffa preferenzjali jkunu sodisfatti.

Ir-rimbors jew remissjoni għandhom isseħħu mal-preżentazjoni tal-merkanzija. Meta l-merkanzija ma tistax tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali ta' l-implementazjoni, dan ta' l-aħħar għandu jippermetti ir-rimbors jew ir-remissjoni meta jkollu informazjoni li tindika bla dubbju li ċ-ċertifikat jew dokument ippreżentati wara r-rilaxx ikun japplika għall-imsemmija merkanzija.

Artikolu 891

Ir-Rimbors jew ir-remissjoni tad-dazju ma jingħatawx meta bħala sostenn ta' l-applikazzjoni jiġu ppreżentati ċertifikati għall-pre-fissazzjoni ta' imposti.

Artikolu 892

Id-dazji ta' l-importazzjoni m'għandhomx jiġu rimborsati jew remissi taħt l-Artikolu 239 tal-Kodiċi meta:

- in-natura difettuża tal-merkanzija tkun ittieħdet in konsiderazzjoni fil-formolazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-kuntratt, b'mod partikolari tal-press, l-imsemmija merkanzija tkun idaħħlet għal proċedura doganali li minnha joħroġ l-obbligu li jitħallsu id-dazji ta' l-importazzjoni,

- il-merkanzija kienet imbiegħet mill-impurtatur wara li jkun ġie aċċertat li din kienet difettuża jew mhux konformi mal-kondizzjonijiet tal-kuntratt.

Artikolu 893

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 900(1)(c), l-awtorità doganali ta' deċiżjoni għandha tistabilixxi terminu ta' mhux aktar minn xaharejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tar-rimbors jew tar-remissjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni jew tad-dazji ta' l-esportazzjoni, għat-twettiq tal-formalitajiet doganali li għalihom ir-rimbors jew ir-remissjoni tad-dazji tkun suġġetta.

2. In-non-osservanza tat-terminu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jġib miegħu t-telf tad-dritt għar-rimbors jew għar-remissjoni ħlief meta il-benefiċjarja iġġib prova illi kienet miżmuma milli tosserva t-terminu minħabba każ fortuwitu jew forza maġġuri.

L-Artikolu 894

Meta d-distruzzjoni tal-merkanzija awtorizzata mill-awtorità doganali ta' deċiżjoni tħalli fdal u rimi, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala merkanzija non-Komunitarja la darba deċiżjoni tkun ittieħdet li tilqa' l-applikazzjoni għar-rimbors jew remissjoni.

Artikolu 895

Meta l-awtorizzazzjoni imsemmija fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 238(2)(b) tal-Kodiċi tkun mogħtija, l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa ħalli jassiguraw li l-merkanzija mqiegħda f'magażinaġġ doganali, żona franka jew maħżen bla dazju tista' sussegwentament tkun tista' tingħaraf bħala merkanzija non-Komunitarja.

Artikolu 896

1. Merkanzija li, taħt il-politika agrikola komuni, tiġi mdaħħla għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu li jitħallsu d-dazji ta' l-importazzjoni taħt il-liċenzja ta' l-importazzjoni jew ċertifikat ta' pre-fissazzjoni, għandha tgawdi mill-benefiċċju ta' l-Artikoli 237, 238 u 239 tal-Kodiċi biss meta l-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 870 ikun sodisfatt li l-passi meħtieġa ikunu ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti biex jikkanċellaw l-effetti fir-rigward taċ-ċertifikat li permezz tiegħu l-importazzjoni tkun saret.

2. Il-paragrafu 1 għandu wkoll japplika fil-każ ta' ri-esportazzjoni, tqegħid f'magażinaġġ doganali, f'żona franka jew f'maħżen bla dazju, jew ta' distruzzjoni tal-merkanzija.

Artikolu 897

Meta ma tkunx il-merkanzija kollha li tkun esportata, ri-esportata jew distrutta jew assenjata għal trattament jew użu ieħor approvat mid-dwana, imma parti waħda jew aktar jew komponenti ta' dik il-merkanzija, l-ammont li għandu jkun rimborsat jew remiss għandu jkun id-differenza ta' bejn l-ammont ta' dazju ta' l-importazzjoni fuq il-merkanzija fit-totalità u l-ammont ta' dazju ta' l-importazzjoni li kieku kien ikun impost fuq il-kumplament tal-merkanzija li kieku din ta' l-aħħar kienet imdaħħla fi stat mhux mibdul għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu tal-pagament ta' dawn id-dazji, fil-jum li fih il-merkanzija fit-totalità kienet hekk imdaħħla.

Artikolu 898

L-ammont msemmi fl-Artikolu 240 tal-Kodiċi huwa issa stabbilit għal 10 ECU.

IL-KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet speċifiċi relattivi għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 239 tal-Kodiċi

Sezzjoni 1

Deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri

Artikolu 899

Mingħajr preġudizzju għal sitwazjonijiet oħra li għandhom ikunu meqjusa każ b'kaz skond il-proċedura stabbilita mill-Artikoli 905 sa 909, meta l-awtorità doganali ta' deċiżjoni tistabilixxi li xi applikazzjoni għar-rimbors jew għar-remissjoni sottomessa taħt l-Artikolu 239(2) tal-Kodiċi:

- tkun ibbażata fuq bażi korrespondenti għal waħda jew l-oħra miċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikoli 900 sa 903, u li dawn ma jkunux ir-riżultat ta' qerq jew negliġenza evidenti da parti tal-persuna interessata, għandha tawtorizza r-rimbors jew ir-remissjoni ta' l-ammont ta' dazju ta' l-importazzjoni in kwestjoni.

"Il-persuna interessata" għandha tfisser il-persuna jew persuni msemmija fl-Artikolu 878(1), jew ir-rappreżentanti tagħhom, u xi persuna oħra involuta mat-twettiq tal-formalitajiet doganali li għandhom x'jaqsmu mal-merkanzija in kwestjoni jew li tat l-istruzzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta' l-istess formalitajiet,

- tkun ibbażata fuq bażi korrespondenti għal waħda jew l-oħra miċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 904, m'għandiex tagħti r-rimbors jew ir-remissjoni ta' l-ammont ta' dazju ta' l-importazzjoni in kwestjoni.

Artikolu 900

1. Id-dazji ta' l-importazzjoni għandhom jiġu rimborsati jew remissi meta:

(a) merkanzija non-Komunitarja li tkun mqiegħda taħt proċedura doganali li tinvolvi l-eżenzjoni totali jew parzjali mid-dazji ta' l-importazzjoni jew merkanzija rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera bi trattament tariffarju favorevoli li minħabba l-użu finali tagħha tkun misruqa, basta li dik il-merkanzija tinstab fi żmien qasir u mqiegħda fi stat li kienet fih fil-mument tas-serq fir-rigward tas-sitwazzjoni doganali inizjali;

(b) merkanzija non-Komunitarja li bi zvista tinħareġ mill-proċedura doganali li tinvolvi eżenzjoni totali jew parzjali mill-imsemmija dazji li taħtha tkun tqiegħdet, basta li, malli jinsab l-iżball, tkun mqiegħda mill-ġdid fis-sitwazzjoni doganali oriġinali fl-istat fejn kienet qabel ma nħarġet;

(ċ) ikun impossibli li jkun operat il-mekkaniżmu għal-ftuħ tal-meżżi tat-trasport li l-merkanzija li qabel kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera kienet tinstab fihom, u għalhekk li tinħatt mal-wasla tagħha fid-destinazzjoni, basta li tkun immedjetamant ri-esportata;

(d) merkanzija oriġinarjament rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera tiġi sussegwentament ritornata lill-fornitur stabbilit f'pajjiż terz taħt proċedura ta' proċessar passiv, sew biex ikun jista - mingħajr ħlas - jelimina difetti eżistenti qabel ir-rilaxx tal-merkanzija (anki jekk dawn jinstabu wara r-rilaxx tal-merkanzija) u sew biex jiġu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt li permezz tiegħu tkun rilaxxata f'ċirkolazzjoni libera, u l-imsemmi furnitur jiddeċiedi li jżomm il-merkanzija in kwestjoni definittivament minħabba li ma jkunx jista jirrimedja id-difetti jew għaliex ma jkunx jaqbel ekonimikament li jagħmel hekk;

(e) jinstab, meta l-awtoritajiet doganali jiddeċiedu li wara r-rilaxx isir id-dħul fil-kontijiet tad-dazji ta' l-importazzjoni attwalment dovut fuq il-merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera b'eżenzjoni totali ta' dawn id-dazji, li l-merkanzija tkun ġiet ri-esportata barra mit-territorju doganali tal-Komunità mingħajr sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali, basta li jkun stabbilit li l-kondizzjonijiet sostantanzjali ffissati fil-Kodiċi għar-rimbors jew għar-remissjoni ta' dawk id-dazji doganali jkunu attwalment sodisfatti fil-waqt tar-ri-esportazzjoni jekk l-ammont ikun tħallas meta l-istess merkanzija tkun ġiet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera;

(f) korp ġudizzjarju jkun ipprojbixxa il-kummerċ tal-merkanzija li qabel tkun iddaħħlet għal proċedura doganali illi tinvolvi l-obbligu ta' ħlas ta' dazju ta' l-importazzjoni taħt il-kondizzjonijiet normali, segwit mir-ri-esportazzjoni barra mit-territorju doganali tal-Komunità jew distruzzjoni taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali, b'mod li jiġi stabbilit illi l-merkanzija in kwestjoni ma tkunx effetivament ġiet użata fil-Komunità;

(g) il-merkanzija tkun iddaħħlet għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu ta' pagament ta' dazji mid-dikjarant li jkunu ingħata l-poter li jagħmel hekk fuq l-inizjattiva tiegħu stess u, għalkemm mhux tort tad-dikjarant, ma kienx possibbli li din titwassal lid-destinatarju;

(h) il-merkanzija tkun intbagħtet lid-destinatarju bi żball ta' min bagħatha;

(i) il-merkanzija tkun instabet li ma tkunx addatta għall-użu intenzjonat mid-destinatarju minħabba żball sostanzjali evidenti fl-ordni tiegħu;

(j) wara li jkun irċeviet r-rilaxx għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu tal-pagament ta' dazji ta' l-importazzjoni, il-merkanzija tinstab li ma kenitx konformi, fil-mument tar-rilaxx tagħhom, mar-regoli fis-seħħ f'dak li jirrigwarda l-użu jew il-kummerċ tagħha u għalhekk ma tkunx tista' tintuża għall-iskopijiet intenzjonati mid-destinatarju;

(k) l-użu tal-merkanzija għall-iskopijiet intenzjonati mid-destinatarju ma jkunx jista' jsir jew ikun konsiderevolement ristrett bħala riżultat ta' miżuri ta' natura ġenerali, meħudha wara d-data tar-rilaxx għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu ta' pagament ta' dazji ta' l-importazzjoni, minn awtorità jew korp li jkollu il-poter tad-deċiżjoni f'dik il-materja;

(l) eżenzjoni totali jew parzjali mid-dazju ta' l-importazzjoni li għalih tkun saret applikazzjoni mill-persuna interessata skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ ma tistax, għar-raġunijiet li ma jkunux ħtija ta' dan tiġi mogħtija mill-awtoritajiet doganali li in konsegwenza għandhom jieħdu kont tad-dazji ta' l-importazzjoni li jsiri eżiġibbli

(m) il-merkanzija tkun waslet għand id-destinatarju wara t-terminu stipulat fil-kuntratt li bih kienet iddaħħlet fil-proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu ta' pagament ta' dazji ta' l-importazzjoni;

(n) ma kienx possibli li tinbiegħ il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità u din tingħata mingħajr ħlas lill-opri ta' benefiċenza:

- li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi terzi, basta li dawn ikunu rappreżentati fil-Komunita,

jew

- li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fit-territorju doganali tal-Komunità, basta li dawn ikunu eliġibbli għal għajnuna fil-każ ta' importazzjoni għal ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija simili minn pajjiżi terzi.

2. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3, ir-rimbors jew ir-remissjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (c) u (f) sa (n) għandhom, ħlief meta l-merkanzija tkun distrutta b'ordni ta' awtorità pubblika jew mogħtija mingħajr ħlas lill-opri ta' benefiċenza li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fil-Komunità, għandha tkun ikkondizzjonata bill-ri-esportazzjoni tagħha mit-territorju doganali tal-Komunità taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali.

Jekk mitluba, l-awtorità ta' deċiżjoni għandha tawtorizza li r-ri-esportazzjoni tal-merkanzija li għandha tkun sostitwita bid-distruzzjoni tagħha jew billi titqiegħed, bl-iskop ta' ri-esportazzjoni, taħt il-proċedura ta' transitu Komunitarju estern, jew taħt arranġament ta' magazinaġġ doganali, jew f'żona franka u maħżen bla dazju.

Merkanzija assenjata għal wieħed minn dawn it-trattamenti għandha tkun meqjusa bħala merkanzija non-Komunitarja.

F'dan il-każ, l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li l-merkanzija mqiegħda f'magazinaġġ doganali, f'żona franka jew f'maħżen bla dazju tista' tingħaraf sussegwentement bħala merkanzija non-Komunitarja.

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (h) u (i), ir-rimbors jew ir-remissjoni ta' dazji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu kondizzjonati għar-ri-esportazzjoni tal-merkanzija lill-fornitur oriġinali jew lejn indirizz ieħor speċifikat minnu.

4. Barra minn dan, l-uffiċċju doganali ta' sorveljanza għandu jkun sodisfatt li l-merkanzija ma kienetx użata u l-anqas mibjugħa qabel ir-ri-esportazzjoni tagħha.

Artikolu 901

1. Barra minn dan, jistgħu jingħataw rimborsi jew remissjonijiet mid-dazji ta' l-importazzjoni meta:

(a) merkanzija mdaħħla bi żball fi proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu ta' pagament ta' dazji ta' l-importazzjoni tiġa ri-esportata barra mit-territorju doganali tal-Komunità mingħajr ma kienet ġiet iddikjarata minn qabel għal proċedura doganali li taħtha hija suppost li tkun mqiegħda, basta li l-kondizzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 237 tal-Kodiċi jkunu sodisfatti;

(b) il-merkanzija kienet ġiet ri-esportata jew destrutta skond l-Artikolu 238(2)(b) tal-Kodiċi mingħajr ma kien sar sorveljanza mill-awtoritajiet doganali, basta li l-kondizzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-imsemmi Artikolu jkunu sodisfatti;

(ċ) il-merkanzija kienet ri-esportati jew distrutta mingħajr ma saret sorveljanza mill-awtoritajiet doganali skond l-Artikolu 900(1)(c) u (f) sa (n), basta li l-kondizzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 900(2) u (4) jkunu mwettqa.

2. L-awtorizzazzjoni ta' rimbors jew remissjoni ta' dazji ta' l-importazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjoni li:

(a) jiġu preżentati elementi ta' prova neċessarji biex jippermettu lill-awtoritajiet doganali ta' deċiżjoni li jkunu sodisfatti li l-merkanzija li għaliha jintalab ir-rimbors jew ir-remissjoni tkun ġiet:

- effetivament ri-esportata mit-territorju doganali tal-Komunità, jew

- tkun ġiet distrutta taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet jew persuni li jkunu ngħataw il-poter li jiċċertifikaw uffiċjalment id-distruzzjoni;

(b) ir-ritorn, lejn awtorità doganali ta' deċiżjoni, tad-dokument kollyha li jiċċertifkaw l-istatus Komunitarju tal-merkanzija in kwestjoni li taħthom, skond il-każ, l-imsemmija merkanzija tkun ħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità, jew il-preżentazzjoni ta' kull mezz ta' prova meqjusa neċessarja minn din l-awtorità biex tassigura li dak id-dokument ma jkunx jista' jiġi wżat fl-okkażjoni oħra ta' importazzjon ta' merkanzija fil-Komunità.

Artikolu 902

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 901(2):

(a) il-prova meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità doganali ta' deċiżjoni li tkun sodisfatta li l-merkanzija li dwarha jintalab ir-rimbors jew ir-remissjoni ġiet effetivament ri-esportata barra mit-territorju doganali tal-Komunità għandha tikkunsisti fil-preżentazzjoni bil-preżentazjoni mill-applikant ta':

- l-oriġinali jew kopja ċertifikata tad-dikjarazzjoni għall-esportazzjoni tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità,

u

- ċertifikazzjoni mill-uffiċċju doganali li minnu l-merkanzija attwalment tkun ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità.

Meta din iċ-ċertifikazzjoni ma tistax tkun fornuta, prova li l-merkanzija tkun effetivament ħallet it-territorju doganali tal-Komunità tista' tirriżulta minn:

- ċertifikazzjoni mill-uffiċċju doganali tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni li tikkonferma li l-merkanzija tkun waslet, jew

- l-oriġinali jew kopja ċertifikata tad-dikjarazzjoni doganali tal-merkanzija magħmula fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni.

Dawn id-dokumenti għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti amministrattivi u kummerċjali li jippermettu lill-awtorità doganali ta' deċiżjoni li tivverifika li il-merkanzija esportata mit-territorju doganali tal-Komunità kienet l-istess bħal dik li ġiet iddikjarata għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu ta' pagament ta' dazji ta' l-importazzjoni, jiġifieri:

- l-oriġinali jew kopja ċertifakata tad-dikjarazzjoni għall-imsemmija proċedura,

u

- sa fejn ikun ikkunsidrat meħtieġ mill-awtorità doganali ta' deċiżjoni, dokumenti kummerċjali jew amministrattivi (bħal ma huma fatturi, dettalji tat-tluq, dokumenti ta' transitu jew ċertifikati sanitarji) li jkun fihom deskrizzjoni preċiża tal-merkanzija (deskrizjoni kummerċjali, kwantitajiet, marki u partikolaritajiet oħra ta' identifikazzjoni) li kienu ippreżentati mad-dikjarazzjoni ta' l-imsemmija proċedura jew mad-dikjarazzjoni għall-esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Komunità jew tad-dikjarazzjoni doganali magħmula għall-merkanzija minn pajjiż terz tad-destinazzjoni, skond ma jkun il-każ;

(b) l-elementi ta' prova meħtieġa biex jippermettu lill-awtorità doganali ta' deċiżjoni li tkun sodisfatta li l-merkanzija fir-rigward tagħħa jintalab ir-rimbors jew ir-remissjoni, kienet effetivament distrutta taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet jew tal-persuni awtorizzati biex jiċċertifikaw uffiċjalment dik id-distruzzjoni għandha tikkonsisti fil-preżentazzjoni mill-applikant:

- kemm ta' proċess verbal jew dikjarazzjoni ta' distruzzjoni maħruġha mill-awtoritajiet uffiċjali li taħt il-kontroll tagħhom saret dik id-distruzzjoni, jew ta' kopja ċċerifikata ta' dan,

- kemm ta' ċertifikat maħruġ mill-persuna awtorizzata biex tiċċertifika id-distruzzjoni, akkompanjata bi prova ta' l-awtorità tagħha.

Dawn id-dokumenti għandu jkun fihom deskrizzjoni suffiċjentement preċiża tal-merkanzija distrutta (deskrizzjoni kummerċjali, kwantitajiet, marki u partikolaritajiet oħra ta' identifikazzjoni) li jgħinu lill-awtoritajiet doganali li jkunu sodisfatti, permezz ta' paragun mal-partikolaritajiet mogħtija fid-dikjarazzjoni għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu ta' pagament ta' dazji ta' l-importazzjoni u d-dokumenti kummerċjali li jkunu magħha (fatturi, dettalji tat-tluq, eċċ.), li l-merkanzija distrutta tkun dik li kienet iddikjarata għall-imsemmija proċedura.

2. Meta l-prova msemmija fil-paragrafu 1 tkun insuffiċjenti biex tippermetti l-awtorità doganali ta' deċiżjoni li tieħu deċiżjoni dwar il-każ sottomess lilha bit-tagħrif sħiħ tal-fatti, jew meta ċerti provi ma jkunux disponibbli, dik il-prova għandha tkun issuplimentata jew sostitwtia bid-dokumenti l-oħra kollha ikkunsidrati meħtieġa mill-imsemmija awtorito.

Artikolu 903

1. Għall-merkanzija ritornata li meta esportata barra mit-territorju doganali tal-Komunità tat lok għal pagament ta' dazju ta; l-esportazzjoni, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandu jagħti d-dritt għar-rimbors ta' l-ammonti li kienu ġew imħallsa.

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli biss għall-merkanzija li tkun tinsab f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 844.

Għandu jkun ippruvat għas-sodisfazzjon ta' l-uffiċċju doganali fejn l-merkanzija tkun iddikjarata għal rilaxx f'ċirkolazzjoni libera li l-merkanzija tkun f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 185(2)(b) tal-Kodiċi.

3. Il-Paragrafu 1 għandu jkun applikabbli anki meta l-merkanzija ritornata tikkonstitwixxi biss parti mill-merkanzija esportata qabel barra mit-territorju doganali tal-Kommunità.

Artikolu 904

Dazji ta' l-importazzjoni m'għandhomx jiġu rimborsari jew ikunu remissi meta l-unika bażi li fuqha tkun saret l-applikazzjoni għar-rimbors jew għar-remissjoni tkun, skond ma jkun il-każ:

(a) ir-ri-esportazzjoni barra mit-territorju doganali tal-Komunità ta' merkanzija li qabel kienet ddaħħlet għal proċedura doganali li tinvolvi l-obligazzjoni li jitħallsu d-dazji doganali, għal raġunijiet differenti minn dawk imsekmmija fl-Artikolu 237 jew 238 tal-Kodiċi jew imsemmija fl-Artikolu 900 jew 901, u partikolarment għar-raġuni li ma nbiegħux;

(b) id-distruzzjoni, għal kwalunkwe raġuni, ħlief fil-każijiet espressament previsti fir-regolamenti Komunitarji, ta' merkanzija mdaħħla għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu ta' pagament ta' dazji ta' l-importazzjoni wara li tkun rilaxxata mill-awtoritajiet doganali;

(ċ) il-preżentazzjoni, imqar in buona fede, għall-iskop ta' awtorizzazzjoni għal trattament tarrifarju preferenzjali a favur ta' merkanzija ddikjarata għal ċirkolazzjoni libera, ta' dokumenti li sussegwentament instabu foloz, falsifikati jew invalidi għall-awtorizzazzjoni għal trattament tariffarju preferenzjali.

Sezzjoni 2

Deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni

Artikolu 905

1. Meta l-awtorità doganali ta' deċiżjoni li lilha l-applikazzjoni għar-rimbors jew remissjoni skond l-Artikolu 239(2) tal-Kodiċi tkun ġiet sottomessa, ma tkunx tista' tieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 899, imma l-applikazzjoni tkun sostnuta minn prova li tista tikkostitwixxi sitwazzjoni partikolari li tirriżulta minn ċirkostanzi li fihom l-ebda qerq jew negliġenza evidenti min-naħa ta' l-interessat ma tkun attribwita lil dan, l-Istat Membru li lilu tkun tappartieni din l-awtorità għandu jittrasmetti il-każ lill-Kummissjoni biex dan ikun deċiż skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 906 sa 909.

Il-frażi "il-persuna interessata" għandha tinftiehem fis-sens ta' l-Artikolu 899.

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtorità doganali ta' deċiżjoni għandha tiċħad l-applikazzjoni.

2. Il-każ li jintbagħat lill-Kummissjoni għandu jinkludi il-fatti meħtieġa għall-ezami sħiħ tal-każ ippreżentat.

Malli tirċievi il-każ il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat kif xieraq.

Jekk jinstab li l-informazzjoni fornuta mill-Istat Membru ma tkunx biżżejjed ħalli tkun tista tittieħed deċiżjoni dwar il-każ ikkonċernat fid-dawl tal-fatti kollha magħrufa, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali.

3. Mingħajr ma tistenna li tiġi finalizzata il-proċedura prevista fl-Artikoli 906 sa 909, l-awtorità doganali ta' deċiżjoni tista, jekk l-applikazzjoni tkunsaret lilha, tawtorizza t-twettiq tal-formalitajiet doganali li għandhom x'jaqsmu mar-ri-esportazzjoni jew distruzzjoni tal-merkanzija qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni fuq il-każ in kwestjoni. Awtorizzazzjoni bħal din ma tippreġudika bl-ebda mod id-deċiżjoni finali fuq il-każ in kwestjoni.

Artikolu 906

Fi żmien ħmistax – il jum minn mindu tirċievi l-każ kif imsemmi fl-Artikolu 905(2), il-Kummissjoni għandha tgħaddi kopja tiegħu lill-Istati Membri.

L-eżami tal-każ għandu jkun inkluż malajr kemm jista jkun fl-aġenda ta' laqgħa tal-Kumitat previst fl-Artikolu 247 tal-Kodiċi.

Artikolu 907

Wara li tikkonsulta grupp ta' esperti magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri kollha, li jiltaqa' fil-kwadru tal-Kumitat biex jikkunsidraw dak il-każ partikolari, il-Kumissjoni għandha tiddeċiedi jekk ikun hemm jew le sitwazzjoni speċjali li tiġġustifika r-rimbors jew ir-remissjoni.

Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien sitt xhur minn mindu tkun irċeviet il-każ kif imsemmi fl-Artikolu 905(2). Meta l-Kummissjoni issib li jkun meħtieġ li titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru sabiex tkun tista' tasal għal deċiżjoni, is-sitt xhur għandhom ikunu mtawwla b'perjodu ekwivalenti għal dak ta' bejn id-data ta' meta l-Kummissjoni tibgħat it-talba tagħha għall-informazzjoni addizzjonali u d-data li fiha tirċievi dik l-informazzjoni.

Artikolu 908

1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun innotifikat bid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 907 malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien tletin jum minn meta jiskadi il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 907.

Kopja tad-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Istati Membriu l-oħra

2. Fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tkun notifikata skond il-paragrafu 1, l-awtorità ta' deċiżjoni għandha tiddeċiedi jekk tilqax jew tiċħadtx l-applikazzjoni magħmulha lilha.

3. Meta jkun stabbilit bid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 907 li ċ-ċirkostanzi li bihom il-konsiderazzjoni tiġġustifika r-rimbors jew remissjoni, il-Kummissjoni tista', bil-kondizzjonijiet li hi għanda tiddetermina, tawtoriżża xi Stat Membru wieħed jew aktar li jirrimborsaw jew li jagħmlu remissjoni ta' dazji fil-każijiet li jinvolvu problemi kumparabbli kemm tal-fatt u kif ukoll tad-dritt.

F'każijiet bħal dak, id-deċiżjoni skond l-Artikolu 907 għandha wkoll tkun innotifikata lill kull Stat Membru hekk awtorizzat.

Artikolu 909

Jekk il-Kummissjoni tonqos li tieħu deċiżjoni fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 907, jew tonqos milli tinnotifika lill-Istat Membru in kwestjoni fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 908, l-awtorità doganali ta' d-deċiżjoni għandha tilqa' l-applikazzjoni għar-rimbors jew remissjoni.

IL-KAPITOLU 4

Assistenza amministrattiva bejn l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri

Artikolu 910

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 885(2), l-awtorità dogana ta' deċiżjoni għandha tibgħat lill-uffiċċju doganali ta' sorveljanza t-talba tagħha bil-miktub f'żewġ kopji magħmula fuq dokument konformi mal-mudell fl-Anness 112. It-talba għandha tkun akkumpanjata mill-oriġinali jew kopji ta' l-applikazzjoni għar-rimbors jew għar-remissjoni u tad-dokumenti kollha meħtieġa ħalli jkun possibli għall-uffiċċju doganali ta' sorveljanza li jakkwista l-informazzjoni jew li jagħmel il-verifiki mitluba.

Artikolu 911

1. Fi żmien ġamgħatejn minn meta jirċievu t-talba l-uffiċċju doganali tas-sorveljanza għandu jakkwista l-informazzjoni jew jagħmel il-verifiki mitluba mill-awtorità doganali ta' deċiżjoni. Għandu jikteb ir-riżultati akkwistati fil-parti riservata għalhekk ta' l-oriġinali tad-dokument imsemmi fl-Artikolu 910 u għandu jirritornah lill-awtorità doganali ta' deċiżjoni flimkien mad-dokumenti kollha li jkunu twasslu lilha.

2. Meta ma tkunx tista' takkwista l-informazzjoni jew tagħmel il-verifiki mitluba fit-terminu ta' ġimgħatejn imsemmi fil-paragrafu 1, l-uffiċċju doganali ta' sorveljanza għandu jikkonferma l-wasla tat-talba sottomessa lilu f'dan it-terminu billi jirritorna lill-awtorità doganali ta' deċiżjoni l-kopja tad-dokument imsemmi fl-Artikolu 910 wara li jkun għamel nota fuqu.

Artikolu 912

L-uffiċċju doganali ta' l-implementazzjoni għandu jibgħat iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 887(5) lill-awtorità doganali ta' deċiżjoni fuq il-formola konformi mal-mudell fl-Anness 113.

PARTI V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 913

Dawn ir-Regolamenti u Direttivi huma mħassra:

- Ir-Regolament (KEE) Nru 37/70 tal-Kummissjoni tad-9 ta' Jannar 1970 dwar id-determinazzjoni ta' l-oriġini ta' spare parts essenzjali għall-użu ma' xi biċċa tgħamir, magna, apparat jew vettura, mibgħuta preċedentement [35].

- Ir-Regolament (KEE) Nru 2632/70 tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 1970 dwar id-determinazzjoni ta' l-oriġini ta' riċevituri tar-radju jew tat-televiżjoni [36],

- Ir-Regolament (KEE) Nru 315/71 tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 1971 dwar id-determinazzjoni ta' l-oriġini ta' mbejjed bażiċi għal preparazzjoni tal-vermouth, u l-oriġini tal-vermouth [37],

- Ir-Regolament (KEE) Nru 861/71 tal-Kummissjoni tas-27 t'April 1971 dwar id-determinazzjoni ta' l-oriġini tat-tape recorders [38],

- Ir-Regolament (KEE) Nru 3103/73 tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 1973 dwar iċ-ċertifikat ta' l-oriġini u l-applikazzjoni għalih fl-iskambji inter-komunitarji [39],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2945/76 tas-26 ta' Novembru 1976 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 754/76 dwar it-trattament tariffarju għal merkanzija ritornata fit-territorju doganali tal-Komunità [40], kif l-aħħar emendat bil-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall,

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 137/79 tad-19 ta' Diċembru 1979 dwar l-istituzzjoni ta' metodi għal kooperazjoni amministrattiva speċjali għall-implimentazzjoni ta' trattament intra-Komunitarju għal qabdiet ta' ħut minn bastimenti ta' l-Stati Membri [41], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3399/91 [42],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1494/80 tal-11 ta' Ġunju 1980 dwar noti interprettattivi u prinċipji ta' kontijiet ġeneralment aċċettati għall-iskopijiet tal-valur doganali [43].

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1459/80 tal-11 ta' Ġunju 1980 li jimpimenta ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1224/80 dwar il-valutazzjoni ta' merkanzija għal skopijiet doganali [44], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 558/91 [45],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1496/80 tal-11 ta' Ġunju 1980 dwar id-dikjarazzjoni ta' partikolaritajiet għad-determinazzjoni tal-valur doganali u l-preżentazzjoni ta' dokumenti relattivi [46], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 979/93 [47],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1574/80 tal-20 ta' Ġunju 1980 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni ta' l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1430/79 dwar ir-rimbors jew ir-remissjoni ta' dazji ta' l-importazzjoni jew ta' l-esportazzjoni [48],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3177/80 tal-5 ta' Diċembru 1980 dwar il-post ta' l-introduzzjoni li għandu jittieħed in konsierazzjoni skond l-Artikolu 14(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1224/80 dwar il-valutazzjoni ta' merkanzija għal skopijiet doganali [49], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2779/90 [50],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3179/80 tal-5 ta' Diċembru 1980 dwar imposti postali li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni biex jiġi determinat il-valur doganali ta' merkanzija mibgħuta bil-posta [51], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1264/90 [52],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 553/81 tat-12 ta' Frar 1981 dwar iċ-ċertifikat ta' l-oriġini u l-applikazzjoni għalih [53],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1577/81 tat-12 ta' Ġunju 1981 li jistabilixxi sistema ta' proċeduri ssimplifikati għad-determinazzjoni tal-valur doganali ta' ċerta merkanzija li titħassar [54], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3334/90 [55],

- Id-Direttiva tal-Kummissjoni 82/57/KEE tas-17 ta' Diċembru 1981 li tistabilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 79/695/KEE dwar l-armonizzazzjoni ta' proċeduri għar-rilaxx ta' merkanzija għal ċirkolazzjoni libera [56], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/371/KEE [57],

- Id-Direttiva tal-Kummissjoni 82/347/KEE tat-23 t'April 1982 li tistabilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 81/177/KEE dwar l-armonizzazzjoni ta' proċeduri għall-esportazzjoni tal-merkanzija Komunitarja [58],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3040/83 tat-28 t'Ottubru 1983 li jistabilixxi id-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni ta' l-Artikoli 2 u 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1430/79 dwar ir-rimbors jew ir-remissjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni [59],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3158/83 tad-9 ta' Novembru 1983 dwar l-inċidenza tad-drittijiet ta' l-awtur u ħlasijiet tal-liċenzja fil-valur doganali [60],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1751/84 tal-13 ta' Ġunju 1984 li jimplementa ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3599/82, li għandu x'jaqsam mal-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja [61] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3693/92 [62],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 3548/84 tas-17 ta' Diċembru 1984 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2763/83 dwar proċedura li tippermetti proċessar taħt id-dwana ta' merkanzija qabel ma tiġi rilaxxata f'ċirkolazzjoni libera [63], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2361/87 [64],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1766/85 tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar ir-rati tal-kambju li għandhom ikunu applikati għad-determinazzjoni tal-valur doganali [65], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 593/91 [66],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3787/86 tal-11 ta' Diċembru 1986 dwar l-annullament jew ir-revoka ta' awtorizzazzjoni maħruġa permezz ta' ċerti proċeduri doganali b'impatt ekonomiku [67],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3799/86 tat-12 ta' Diċembru 1986 li jistabbilixxi ċċerti dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1430/79 dwar ir-rimbors jew ir-remissjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni [68],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2458/87 tal-31 ta' Lulju 1987 li jistabilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2473/86 dwar l-ipproċessar passiv u ta' sistema ta' skambju standard [69], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3692/92 [70],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4128/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jistabilixxi il-kondizzjonijiet għad-dħul ta' tabakk tip Virġania li jkun flue-cured, tip Burley li jkun light air-cured (inklużi l-ibridi Burley), tip Maryland li jkun light air-cured u fire-cured, li jidħlu fis-sub-intestaturi 24011010 sa 24011049 u minn 24012010 sa 2401202049 tan-nomenklatura magħquda [71],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4129/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jispeċifika il-kondizzjonijiet għall-inklużjoni ta' ċerti annimali ħajjin ta' l-ispeċi ta' bovini domestiċi u ċertu laħam ta' l-ispeċi tal-bovini taħt in-nomenklatura magħquda mniżżla fl-Anness C tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Jugoslavia [72],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4130/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi il-kondizzjonijiet għad-dħul ta' żbib frisk għall-mejda tal-varjetà Emperor (Vitis vinifera cv) li jidħlu fis-sub-intestatura 08061011 tan-nomenklatura magħquda [73],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4131/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina l-kondizzjonijiet tad-dħul ta' l-imbejjed Port, Madeira, Sherry, Muscatel ta' Setubal u Tokay (Aszu u Szamorodni) li jidħlu fis-sub-intestaturi 22042141, 22042151, 22042941, 22042945, 22042951 u 22042955 tan-nomenklatura magħquda [74], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2490/91 [75],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4132/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina il-kondizzjonijiet tad-dħul tal-whiskey bourbon fis-sub-intestatura 22083011 u 22083019 tan-nomenklatura magħquda [76],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4133/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina l-kondizzjonijiet għad-dħul tal-vodka fin-nomenklatura sub-intestaturi 22089031 u 22089053, impurtata fil-Komunità, għall-kondizzjonijiet tat-tariffa msemmija fil-ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Finlandja dwar kummerċ reċiproku ta' ċerti mbejjed u xorb spritituż [77],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4134/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina il-kondizzjonijiet tad-dħul ta' preparazjonijiet magħrufa bħala fondues tal-ġobon li għandhom ikunu inklużi fis-sub-intestatura 21069010 tan-nomenklatura magħquda [78],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4135/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina il-kondizzjonijiet tad-dħul tan-nitrat tas-sodju naturali u ta' nitrat tal-potassa tas-sodju naturali li jidħlu fis-sub-intestaturi 31025010 u 31059010 rispettivament fin-nomenklatura magħquda [79],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4136/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina il-kondizjonijiet tad-dħul ta' żwiemel intenzjonati għal qatla taħt is-sub-intestatura 01011910 tan-nomenklatura magħquda [80],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4137/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina l-kondizzjonijiet tad-dħul tal-merkanzija fis-sub-intestaturi 04081190, 04081990, 04089190 u 04089990, 11062010, 25010051, 35021010 u 35029010 tan-nomenklatura magħquda [81],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4138/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina il-kondizzjonijiet tad-dħul tal-patata, qamħ-ir-rum ħelu, ċereali, ċerti frottijiet u ċerti żrieragħ taż-żejt, ikunu eliġibbli mal-importazzjoni għal arranġamenti tariffarji favorevoli għar-raġuni li jkunu destinati għaż-żriegħ [82],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4139/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina l-kondizzjonijiet tad-dħul ta' ċerti prodotti petroliferi b'arranġament tariffarju favorevoli għar-raġuni tad-destinazzjoni partikolari tagħhom [83],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4140/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jiddetermina il-kondizzjonijiet tad-dħul ta' drapp tal-filoxx mhux meħjut, taħt is-sub-intestatura 59112000 tan-nomenklatura magħquda [84],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4141/87 tad-9 ta' Deċembru 1987 li jiddetermina il-kondizzjonijiet tad-dħul ta' prodotti destinati għal ċerti kategoriji ta' ajruplani jew bastimenti b'arranġamenti tariffarji favorevoli ma' l-importazzjoni minħabba d-destinazzjoni partikolari tagħhom [85], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1418/91 [86],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4142/87 tad-9 ta' Deċembru 1987 li jiddetermina il-kondizzjonijiet tad-dħul ta' ċerta merkanzija b'arranġament tariffarju favorevoli ma' l-importazzjoni minħabba d-destinazzjoni partikolari tagħha [87], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3803/92 [88],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 693/88 tal-4 ta' Marzu 1988 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinanti għal skopijiet ta' l-applikazzjoni ta' tariffi preferenzjali mogħtija mill-Komunità Ekonomika Ewropea lil ċerti prodotti ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw [89], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 3660/92 [90],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 809/88 tal-14 ta' Marzu 1988 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta'"prodotti oriġinanti" u għal metodi ta' kooperazjoni amministrattiva applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li joriġinaw minn Territorji Okkupati [91], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 3660/92 [92],

- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4027/88 tal-21 ta' Diċembru 1988 li jistabilixxi ċertu dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni fl-arranġamenti ta' importazzjoni temporanja ta' kontenituri [93], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3348/89 [94],

- Ir-Regolament (KEE) Nru 288/89 tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 1989 dwar id-determinazzjoni ta' l-oriġini ta' ċirkuwiti integrati [95],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 597/89 tat-8 ta' Marzu 1989 li jistabilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2144/87 dwar dejn doganali [96],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2071/89 tal-11 ta' Lulju 1989 dwar id-determinazzjoni ta' l-oriġini ta' apparati ta' fotokopja, b'sistema ottiku jew tat-tip tal-kuntatt [97],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3850/89 tal-15 ta' Diċembru 1989 li jistabilixxi għal ċerti prodotti agrikoli suġġetti arranġamenti speċjali ta' importazzjoni [98], d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 802/68 dwar id-definizzjoni komuni tal-kunċett ta' l-oriġini ta' merkanzija.

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2561/90 tat-30 ta' Lulju 1990 li jistabbilixxi ċċerti dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2503/88 dwar magażinaġġ doganali [99], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3001/92 [100],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2562/90 tat-30 ta' Lulju 1990 li jistabilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2504/88 dwar żoni franki u mħażen bla dazju [101], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2485/91 [102],

- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2883/90 tal-5 t'Ottubru 1990 li jiddetermina l-oriġini ta' ġulepp ta' l-għeneb [103],

- Ir-Regolament (KEE) Nru 2884/90 tal-Kummissjoni tal-5 t'Ottubru 1990 li jiddetermina l-oriġini ta' ċerti prodotti derivati mill-bajd [104],

- Ir-Regolament (KEE) tal-Kummissjoni Nru 3561/90 tal-11 ta' Diċembru 1990 li jiddetermina l-oriġini ta' ċerti prodottu taċ-ċeramika [105],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3620/90 tal-14 ta' Diċembru 1990 dwar id-detterminazzjoni ta' l-oriġini ta' laħam u interjuri, friski, imkessħa jew iffriżati, ta' ċerti annimali domestiċi [106],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3672/90 tat-18 ta' Diċembru 1990 li jiddetermina l-oriġini tal-ball, roller jew needle roller bearings [107],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3716/90 tat-19 ta' Diċembru 1990 li jistabilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4046/89 dwar il-garanzija li għandha tingħata ħalli tassigura l-pagament ta' dejn doganali [108],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 tal-28 ta' Diċembru 1990 li jistabilixxi d-dispożizzjonijiet għall-apllikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90 dwar l-informazzjoni ipprovduta mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għall-klassifika ta' merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda [109], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2674/92 [110],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1364/91 tal-24 ta' Mejju 1991 li jiddetermina l-oriġini tat-tessuti u affarijiet tat-tessuti li jidħlu fis-Sezzjoni XI tan-Nomenklatura Magħquda [111],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1365/93 tal-24 ta' Mejju 1991 li jiddetermina l-oriġini ta' faxex tal-qoton, feltru u drappijiet mhux minsuġa imprenjati, ħwejjeġ ta' l-ilbies magħmula mill-ġild, żraben u ċineg ta' l-arloġġi tat-tessuti [112],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1593/91 tat-12 ta' Ġunju 1991 li jipprovdi għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 719/91 dwar l-użu fil-Komunità tal-librett TIR u l-librett ATA bħala dokumenti ta' transitu [113],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1656/91 tat-13 ta Ġunju 1991 li jistabilixxi dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal ċerti tipi ta' operazzjonijiet ta' proċessar attiv jew proċessar taħt il-kontroll doganali [114],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2164/91 tat-23 ta' Lulju 1991 li jistabilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1697/79 dwar l-irkupru a posteriori tad-dazji ta' l-importazzjoni jew ta' dazji ta' l-esportazzjoni li ma kienux ġew rekwiżiti mingħand persuna għal merkanzija mdaħħla fil-proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu ta' pagament ta' dawk id-dazji [115],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2228/91 tas-26 ta' Ġunju 1991 li jistabilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1999/85 dwar arranġamenti għal proċessar attiv [116], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3709/92 [117],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2249/91 tal-25 ta' Lulju 1991 li jistabilixxi id-dispożizzjonijiet għall-implementazjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1855/89 dwar l-importazzjoni temporanja ta' mezzi tat-trasport [118],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2365/91 tal-31 ta' Lulju 1991 li jistabilixxi il-kondizzjonijiet għall-użu tal-librett ATA għall-importazzjoni temporanja ta' merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità jew l-esportazzjoni temporanja tagħhom barra minn dak it-territorju [119],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 3717/91 tad-18 ta' Diċembru 1991 li jistabilixxi lista ta' merkanzija li tista' tibbenefika mill-arranġamenti għal proċessar ta' merkanzija taħt kontroll doganali qabel ma tkun rilaxxata f'ċirkolazzjoni libera [120] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 209/93 [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 343/92 tat-22 ta' Jannar 1992 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinanti u l-metodu ta' kooperazjoni amministrattiva applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti oriġinanti mir-Republiki tal-Kroazja u s-Slovenja u r-Republiki Jugoslavi tal-Bosnja-Herzegovina u tal-Maċedonja [], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 3660/92 [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1214/92 tat-12 t'April 1992 dwar id-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-proċedura ta' transitu Komunitarju u għal ċerti simplifikazzjonijiet ta' dik il-proċedura [], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3712/92 [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1823/92 tat-3 ta' Lulju 1992 li jistabbilixxi ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli u formalitajiet applikabbli għal bagalji fil-kabina jew fl-istiva ta' persuni fi vjaġġ bl-ajru intra-Komunitarju u l-bagalji ta' persuni fi vjaġġ bil-baħar intra-Komunitarju [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2452/92 tal-11 ta' Lulju 1992 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 717/91 dwar id-Dokument Amministrattiv Singolu [], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 607/93 [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2674/92 tal-15 ta' Settembru 1992 li jissuplimenta d-dispożizzjonijiet li jimplementaw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90 dwar l-informazzjoni ipprovduta mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li tikkonċerna il-klassifika ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2713/92 tas-17 ta' Settembru 1992 dwar il-muviment ta' merkanzija bejn ċerti partijiet tat-territorju doganali tal-Komunità [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3269/92 tal-10 ta' Novembru 1992 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikoli 161, 182 u 183 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura ta' l-esportazzjoni u ri-esportazzjoni u ta' merkanzija li toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3566/92 tat-8 ta' Diċembru 1992 dwar id-dokumenti li għandhom jintużaw għal skopijiet ta' implementazzjoni ta' miżuri tal-Komunità li jeħtieġu verifika ta' l-użu u/jew tad-destinazzjoni tal-merkanzija [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3689/92 tal-21 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 719/91 dwar l-użu fil-Komunità ta' librett TIR u librett ATA bħala dokumenti ta' transitu u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3599/82 dwar arranġamenti ta' importazzjoni temporanja [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3691/92 tal-21 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 719/91 dwar l-użu fil-Komunità ta' librett TIR u librett ATA bħala dokumenti ta' transitu u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3599/82 dwar arranġamenti ta' importazzjoni temporanja [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3710/92 tal-21 ta' Diċembru 1992 li jistabilixxi l-proċeduri għal trasferiment ta' merkanzija jew prodotti koperti b'arranġamenti ta' proċessar attiv (sistema ta' sospensjoni) [],

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3903/92 tal-21 ta' Diċembru 1992 dwar spejjeż tat-trasport bl-ajru [].

Artikolu 914

Ir-referenzi għal dispożizzjonijiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għal dan ir-Regolament.

Artikolu 915

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mil-1 ta' Jannar 1994.

L-Artikolu 791(2) għandu jieqaf milli jkun applikabbli mill-1 ta' Jannar 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u ikun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[3] ♣♣♣♣♣

[4] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2320.

[5] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2309.

[6] ĠU L 169, ta' l-10.7.1969, p. 3.

[7] ĠU L 106, tat-18.4.1989, p. 1.

[9] ĠU L 370, tal-31.12.1990 p. 86.

[10] ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 4.

[11] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1.

[12] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[13] ĠU L 144, tat-2.6.1981, p. 1.

[14] ĠU L 144, tat-2.6.1981, p. 1.

[15] ĠU L 270, tat-23.9.1987, p. 1.

[16] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

[17] ĠU L 323, tad-29.11.1980, p. 1.

[18] ĠU L 323, tad-29.11.1980, p. 27.

[19] ĠU L 351, ta' l-14.12.1987, p. 1.

[20] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[21] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

[22] ĠU L 86, tal-31.3.1989, p. 34.

[23] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[24] ĠU L 258, tal-11.9.1981, p. 16.

[25] ĠU L 370, tat-30.12.1978, p.72.

[26] Ġu Nru L 252, tat-28.9 1978, p. 1.

[27] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1.

[28] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 1.

[29] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 49.

[30] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.

[31] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1.

[32] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.

[33] ĠU L 42, tas-16.2.1990, p. 6.

[34] ĠU L 351, ta' l-14.12.1987, p. 7.

[35] ĠU L 7, ta' l-10.1.1970, p. 6.

[36] ĠU L 279, ta' l-24.12.1970, p. 35.

[37] ĠU L 36, tat-13.2.1971, p. 10.

[38] ĠU L 95, tat-28.4.1971, p. 11.

[39] ĠU L 315, tas-16.11.1973, p. 34.

[40] ĠU L 335, ta' l-4.12.1976, p. 1.

[41] ĠU L 20, tas-27.1.1979, p. 1.

[42] ĠU L 320, tat-22.11.1991, p. 19.

[43] ĠU L 154, tal-21.6.1980, p. 3.

[44] ĠU L 154, tal-21.6.1980, p. 14.

[45] ĠU L 62, tat-8.3.1991, p. 24.

[46] ĠU L 154, tal-21.6.1980, p. 16.

[47] ĠU L 101, tas-27.4.1993, p. 7.

[48] ĠU L 161, tas-26.6.1980, p. 3.

[49] ĠU L 335, tat-12.12.1980, p. 1.

[50] ĠU L 267, tad-29.9.1990, p. 36.

[51] ĠU L 335, tat-12.12.1980, p. 62.

[52] ĠU L 124, tal-15.5.1990, p. 32.

[53] ĠU L 59, tal-5.3.1981, p. 1.

[54] ĠU L 154, tat-13.6.1981, p. 26.

[55] ĠU L 321, tal-21.11.1990, p. 6.

[56] ĠU L 28, tal-5.2.1982, p. 38.

[57] ĠU L 204, tat-28.7.1983, p. 63.

[58] ĠU L 156, tas-7.6.1982, p. 1.

[59] ĠU L 297, tad-29.10.1983, p. 13.

[60] ĠU L 309, ta' l-10.11.1983, p. 19.

[61] ĠU L 171, tad-29.6.1984, p. 1.

[62] ĠU L 374, tat-22.12.1992, p. 28.

[63] ĠU L 331, tad-19.12.1984, p. 5.

[64] ĠU L 215, tal-5.8.1987, p. 9.

[65] ĠU L 168, tat-28.6.1985, p. 21.

[66] ĠU L 66, tat-13.3.1991, p. 14.

[67] ĠU L 350, tat-12.12.1986, p. 14.

[68] ĠU L 352, tat-13.12.1986, p. 19.

[69] ĠU L 230, tas-17.8.1987, p. 1.

[70] ĠU L 374, tat-22.12.1992 p. 26.

[71] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 1.

[72] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 9.

[73] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 16.

[74] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 22.

[75] ĠU L 231, ta' l-20.8.1991, p. 1.

[76] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 36.

[77] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 42.

[78] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 48.

[79] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 54.

[80] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 60.

[81] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 63.

[82] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 67.

[83] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 70.

[84] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 74.

[85] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 76.

[86] ĠU L 135, tat-30.5.1991, p. 28.

[87] ĠU L 387, tal-31.12.1987, p. 82.

[88] ĠU L 384, tat-30.12.1992 p. 15.

[89] ĠU L 77, tat-22.3.1988, p. 1.

[90] ĠU L 370, tad-19.12.1992, p. 11.

[91] ĠU L 86, tat-30.3.1988, p. 1.

[92] ĠU L 370, tad-19.12.1992, p. 11.

[93] ĠU L 355, tat-23.12.1988, p. 22.

[94] ĠU L 323, tat-8.11.1989, p. 17.

[95] ĠU L 33, ta' l-4.2.1989, p. 23.

[96] ĠU L 65, tad-9.3.1989, p. 11.

[97] ĠU L 196, tat-12.7.1989, p. 24.

[98] ĠU L 374, tat-22.12.1989, p. 8.

[99] ĠU L 246, ta' l-10.9.1990, p. 1.

[100] ĠU L 301, tas-17.10.1992, p. 16.

[101] ĠU L 246, ta' l-10.9.1990, p. 33.

[102] ĠU L 228, tas-17.8.1991, p. 34.

[103] ĠU L 276, tas-6.10.1990, p. 13.

[104] ĠU L 276, tas-6.10.1990, p. 14.

[105] ĠU L 347, tat-12.12.1990, p. 10.

[106] ĠU L 351, tal-15.12.1990, p. 25.

[107] ĠU L 356, tad-19.12.1990, p. 30.

[108] ĠU L 358, tal-21.12.1990, p. 48.

[109] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 17.

[110] ĠU L 271, tas-16.9.1992, p. 5.

[111] ĠU L 130, tal-25.5.1991, p. 18.

[112] ĠU L 130, tal-25.5.1991, p. 28.

[113] ĠU L 148, tat-13.6.1991, p. 11.

[114] ĠU L 151, tal-15.6.1991, p. 39.

[115] ĠU L 201, ta' l-24.7.1991, p. 16.

[116] ĠU L 210, tal-31.7.1991, p. 1.

[117] ĠU L 378, tat-23.12.1992, p. 6.

[118] ĠU L 204, tas-27.7.1991, p. 31.

[119] ĠU L 216, tat-3.8.1991, p. 24.

[120] ĠU L 351, ta' l-20.12.1991, p. 23.

[] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 18.

[] ĠU L 38, ta' l-14.2.1992, p. 1.

[] ĠU L 370, tad-19.12.1992, p. 11.

[] ĠU L 132, tas-16.5.1992, p. 1.

[] ĠU L 378, 23. tat- 12.12.1992, p. 15.

[] ĠU L 185, 4. tas- 7.7.1992, p. 8.

[] ĠU L 249, 28. tat- 8.8.1992, p. 1.

[] ĠU L 65, 17. tat- 3.3.1993, p. 5.

[] ĠU L 271, 16. tad- 9.9.1992, p. 1.

[] ĠU L 275, 18. tad- 9.9.1992, p. 11.

[] ĠU L 326, 12. tal- 11.11.1992, p. 11.

[] ĠU L 362, tal-11.12.1992, p. 11.

[] ĠU L 374, tat-22.12.1992, p. 14.

[] ĠU L 374, tat-22.12.1992, p. 25.

[] ĠU L 378, tat-23.12.1992, p. 9.

[] ĠU L 393, tal-31.12.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

IMPLIMENTAZZJONI TA' PROVIŻJONIJIET GĦALL-KODIĊI DOGANALI TAL- KOMUNITÀ

L-ANNESS I

LISTA TA' L-ANNESSI

Numru | Suġġett | Paġna |

1 | Informazzjoni Tariffarja Obbligatorja Formula ta' notifika | 218 |

2 | Ċertifikat ta' awtentiċità Għeneb tal-mejda frisk "Emperor" | 223 |

3 | Ċertifikat għall-preparazzjonijiet magħruf bħala "fondues"tal-ġobon | 224 |

4 | Ċertifikat ta' l-ismijiet ta' l-oriġini għall-imbejjed "Tokay" (Aszu, Soamorodni) | 225 |

5 | Ċertifikat ta' awtenċità għall-whiskey Bourbon | 226 |

6 | Ċertifikat ta' awtenċità għall-Finnish vodka | 227 |

7 | Ċertifikat ta' awtenċità għat-tabakk | 228 |

8 | Ċertifikat ta' kwalità għal nitrat minn Ċili | 229 |

9 | Noti introduttorji għall-listi ta' operazzjonijiet ta' xogħol jew ta' l-ipproċessar li jagħtu jew li ma jagħtux status li joriġina lill-prodotti manifatturati meta jiġu mwettqa fuq materjali non oriġinanti | 230 |

10 | Lista ta' operazzjonijiet ta' xogħol jew ta' l-ipproċessar li jagħtu jew li ma jagħtux status li joriġina lill-prodotti manifatturati meta jiġu mwettqa fuq materjali li ma joriġinaw. Tessili u artikoli tessili li ma jaqawx fi ħdan is-sezzjoni XI | 233 |

11 | Lista ta' operazzjonijiet ta' xogħol jew ta' l-ipproċessar li jagħtu jew li ma jagħtux status li joriġina lill-prodotti manifatturati meta jiġu mwettqa fuq materjali li ma joriġinaw. Prodotti għajr tessili u artikoli tessili li jaqaw fi ħdan is-sezzjoni XI | 238 |

12 | Ċertifikat ta' l-oriġini u applikazzjoni relatata | 241 |

13 | Ċertifikat ta' l-oriġini għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea | 245 |

14 | Noti introduttorji li japplikaw għat-tlett reġimi preferenzjali | 2246 |

15 | Lista ta' operazzjonijiet ta' xogħol u ta' l-ipproċessar meħtieġa li jiġu mwettqa fuq materjali non oriġinanti sabiex il-prodott manifatturat jista' jottjeni status li joriġina (GSP) | 247 |

16 | Xogħol eskluż minn kumulu reġjonali GSP | 248 |

17 | Ċertifikat ta' l-oriġini formula A | 249 |

18 | Formula APR | 254 |

19 | Lista ta' operazzjonijiet ta' xogħol u ta' l-ipproċessar meħtieġa li jitwettqu fuq materjali non oriġinanti sabiex il-prodott manifatturat jista' jottjeni status li joriġina (Territorji Okkupati) | 259 |

20 | Lista ta' operazzjonijiet ta' xogħol u ta' l-ipproċessar meħtieġa li jitwettqu fuq materjali non oriġinanti sabiex il-prodott manifatturat jista' jottjeni status li joriġina (Repubbliki tal-Bosnja-Ħerzegovina, Kroazja, Slovenja u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) | 260 |

21 | Ċertifikat tal-moviment EUR.1 u l-applikazzjonijiet relevanti | 261 |

22 | Formula EUR.2 | 266 |

23 | Noti interprettativi dwar valur doganali | 269 |

24 | Applikazzjoni ta' prinċipji ta' kontijiet ġeneralment aċċettati għad-determinazzjoni ta' valur doganali | 275 |

25 | Spejjez ta' trasport ta' l-ajru irid jiġI inkluż fil-valur doganali | 276 |

26 | Klassifikazzjoni ta' merkanzija smerkanzija għall-valuri ta' unità | 333 |

27 | Ċentri ta' suq għall-għan ta' l-Iċċekjar tal-valuri ta' unità, bl-intestatura ta' klassifikazzjoni | 336 |

28 | Dikjarazzjoni ta' partikolaritajiet relatati mall-valur doganali - D.V.1- | 339 |

29 | Kontinwazzjoni tal-karta –D.V.1 bis- | 341 |

30 | Tabelli biex jiġu mwaħħla fuq bagalji miżmuma ċċekjati ġo ajruport tal-Komunità | 343 |

31 | DSA - Dokument Singolu Administrattiv | 346 |

32 | SDA- Sistema ta' Ipproċessar ta' Dikjarazzjonijiet kompjuterizzati | 358 |

33 | DSA -Formula Supplementari | 364 |

34 | DSA -Formula Supplementari | 372 |

35 | Indikazzjonijiet tal-koppji tal-formuli murija fl-Annessi 31 u 33 u fuq liema l-informazzjoni trid tidher bi proċess ta' self-copying | 376 |

36 | Indikazzjoni tal-koppji tal-formuli murija fl-Anness 32 u 34 u fuq liema l-informazzjoni trid tidher bi proċess ta' self-copying | 377 |

37 | DSA – Notifikazzjoni ta' min juża' | 378 |

38 | Kodiċi li jridu jintużaw fil-formuli | 391 |

39 | Lista ta' prodotti tal-pitrolju għal liema l-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' tariffa favorevoli bħala riżultat ta' l-użu aħħari tagħhom japplikaw | 398 |

40 | Lista ta' prodotti maħsuba għall-inġenju ta' l-ajru, bastimenti u drilling jew pjattaformi tal-produzzjoni għall-liema l-kundizzjonijiet ta' l-ammissjoni b' trattament favoreli ta' tariffi bħala riżultat ta' l-użu aħħari tagħhom japplikaw | 399 |

41 | Lista ta' merkanzija għall-liema, b'referenza għall-Artikoli 291 sa 304, il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni b'trattament favorevoli ta' tariffi bħala rizultat ta' l-użu aħħari tagħhom ma japplikawx | 400 |

42 | Tikketta safra | 401 |

43 | Formula T2M | 402 |

44 | Noti li jidhru fuq paġna 2 tal- wiċċ tal-ktejjeb li fihom formuli T2M | 405 |

45 | Lista tat-tagħbija | 406 |

46 | TC 10 - Nota ta' twissija tat-tranżitu | 407 |

47 | TC 11- Notifika | 408 |

48 | It-tranżitu tal-Komunità – Kampjun ta' garanzija komprensiva | 409 |

49 | It-tranżitu tal-Komunità – Kampjun ta' garanzija għal operazzjoni singola | 411 |

50 | It-tranżitu tal-Komunità – Kampjun ta' garanzija ta' rata waħda | 413 |

51 | TC 31 - Ċertifikat ta' garanzija | 415 |

52 | Lista ta' merkanzija li meta jiġu trasportati jġiebu żdieda fil-garanzija ta' rata waħda | 416 |

53 | Lista ta' merkanzija li meta jiġu trasportati jġiebu żdieda fil-garanżija komprensiva | 417 |

54 | TC 32 – Riċevuta ta' garanzija ta' rata waħda | 418 |

55 | Rinunzja tal-garanzija – impriża minn persuna kkonċernata | 419 |

56 | Lista ta' merkanzija li jipprexentaw żdieda fir-riskju għal-liema r-rinunzja tal-garanzija ma tapplikax | 420 |

57 | TC 33- Ċertifikat ta' rinunzja tal-garanzija | 421 |

58 | Tikketta (Artikoli 417 u 432) | 422 |

59 | Mudell ta' memo informazzjoni msemmija fl-Artikolu 459 | 423 |

60 | Formula tat-taxxa | 424 |

61 | Mudell ta' skariku | 427 |

62 | Firma speċjali | 428 |

63 | Formula tal-koppja tal-kontrol T5 | 429 |

64 | Formula tal-koppja tal-kontrol T5 bis | 433 |

65 | Lista ta' tagħbija T5 | 435 |

66 | Istruzzjoni ta' l-użu tal-formuli meħtieġa biex tfassal koppja tal-kontrol T5 | 439 |

67 | Kampjun ta' l- applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall- proċeduri varji doganali li għandhom impatt ekonomiku | 443 |

68 | Kampju ta' awtorizzazzjonijiet ta' proċeduri varji tad- dwana li għandhom impatt ekonomiku | 448 |

69 | Lista tal-formuli tas-soltu ta' maniġġ bl-idejn msemmija fl-Artikolu 522 | 453 |

70 | Fuljett ta' l-informazzjoni INF 8 | 454 |

71 | Trasferiment ta' l-merkanzija bejn mħażen doganali - Proċedura normali | 455 |

72 | Trasferiment ta' l-merkanzija bejn mħażen doganali – Proċedura simplifikata | 456 |

73 | Merkanzija finanzjati qabel – Lista ta' formuli ta' maniġġ bl-idejn msemmija fl-Artikolu 532 | 457 |

74 | Lista ta' merkanzija (aċċessorji tal-produzzjoni) msemmija fl-Artikolu 550 – proċedura ta' proċessar 'il ġewwa | 458 |

75 | Merkanzija li l-valur totali għall-għanijiet ta' l-Artikolu 552 (1) (a)(v) ma jistax jeċċedi ECU 100000 – Proċedura ta' proċessar 'il ġewwa | 459 |

76 | Eżempji ta' aggregazzjoni ta' Kull l xahar u ta' Kull l kwart ta' sena | 460 |

77 | Rati ta' livell stabbilitt | 461 |

78 | Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw kumpens ekwivalenti u esportazzjoni minn qabel għal ċerti tipi ta' oġġetti | 462 |

79 | Prodotti kkumpensati għal iliema dazji speċifiċI jistgħu japplikaw taħt l-ewwel indent ta' l-Artikolu 122(1) (a) tal-Kodiċi | 463 |

80 | Eżempji tal-kalcolazzjonijiet tal-proporżjon ta' l-merkanzija importati, inkorporati f'prodotti kkumpensati | 464 |

81 | Fuljett ta' l-informazzjoni INF 5 | 465 |

82 | Fuljett ta' l-informazzjoni INF 1 | 466 |

83 | Trasferiment ta' merkanzija u prodotti koperti b'arranġament minn possessur ta' awtorizzazzjoni waħda għal possessur ta' oħra | 467 |

84 | Fuljett ta' l-informazzjoni INF 7 | 468 |

85 | Proċedura ta' proċessar 'il ġewwa. Ritorn ta' informazzjoni kif meħtieġ minn Artikou 648(1) (a) (Awtorizzazzjonijiet maħruġa) | 469 |

86 | Proċedura ta' proċessar 'il ġewwa. Ritorn ta' informazzjoni kif meħtieġ minn Artikolu 648(1)(b) (Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni rrifjutati) | 470 |

87 | Lista ta' operazzjonijiet ipproċessati msemmija fl-Artikoli 650 | 471 |

88 | Proċedura għall-ipproċessar taħt kontrol doganali. Ritorn ta' informazzjoni taħt l-Artikolu 668 (1) (a). (Awtorizzazzjonijiet mogħtija) | 472 |

89 | Proċedura għall-ipproċessar taħt kontrol doganali. Ritorn ta' informazzjoni taħt l-Artikolu 668 (1) (b). (Applikazzjonijiet irrifjutati) | 473 |

90 | Tagħmir professjonali . Lista illustrattiva | 474 |

91 | Għajnuniet tat-tagħlim. Lista illustrattiva | 475 |

92 | Effetti personali tal-vjaġġaturi u l-merkanzija importati għall-finijiet ta' l-isports. Lista illustrattiva | 476 |

93 | Dokumenti u materjali ta' pubbliċità turistika, Lista illustrattiva | 477 |

94 | Materjali ta' assistenza għall-seafarers. Lista illustrattiva | 478 |

95 | Merkanzija esklużi minn benifiċċju sa solliev parzjali | 479 |

96 | Lista ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 697 (2) għal liema importazzjoni temporarja jistgħu jitwettqubil-presentazzjoni ta' l - carnet ATA | 480 |

97 | Każijiet ipprovduti fl-Artikolu 700 f'limea l-awtoritajiet kompetenti ma jkollhomx bzonn depożitu ta' garanzija | 481 |

98 | Karta ta' l-informazzjoni INF 6 | 482 |

99 | Lista ta' pajjiżi msemmija fl-Artikolu 727(1) li jistgħu jirrikonoxxu kontenituri kif approvati għat-trasport taħt is-siġill doganali | 483 |

100 | Miżuri sabiex jizguraw li l-kontenituri approvati għat-trasport internazzjonali taħt is-siġill doganali jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijie relevanti; l-irtirar ta' l-approvazzjoni | 484 |

101 | Nota ta' spjegazzjoni dwar l-użu tal-kontenituri mpoġġija taħt il-proċedura temporarja ta' l-importazzjoni ġot-traffiku intern | 485 |

102 | Importazzjoni temporanja. Informazzjoni provdutataħt l-Artikolu 746(1) (b). (Awtorizzazzjonijiet mogħtija) | 486 |

103 | Importazzjoni temporanja. Informazzjoni provduta taħt l-Artikolu 746(1) (ċ). (Awtorizzazzjonijiet mogħtija) | 487 |

104 | Dokument ta' l-informazzjoni biex iħaffef l-esportazzjoni temporanja ta' l-merkanzija mibgħuta minn pajjiż wieħed għall-manifattura, l-ipproċessar u t-twissija ġo ieħor | 488 |

105 | Metodi għall-kalkolu tal-proporzjon ta' l-merkanzija exportati temporanjament inkorporati fil-prodotti tal- kumpens | 496 |

106 | Karta ta' l-informazzjoni INF 2 | 497 |

107 | Proċedura ta' l-ipproċessar għall-ħruġ 'il barra mill-pajjiż. Ritorn ta' l-Informazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 786. ( Applikazzjonijiet irrifjutati) | 498 |

108 | Żoni ħielsa existenti fil-Komunità u operati | 499 |

109 | Ċertifikat ta' l-i status doganali | 500 |

110 | Karta ta' l-informazzjoni INF 3 – Merkanzija mibgħuta lura | 503 |

111 | Applikazzjoni għall-ħlas /remissjoni | 508 |

112 | Ħlas jew remissjoni tad-dmirijiet. Talba għall-examinazzjoni | 511 |

113 | Ċertifikat għall-ħlas jew remissjoni tad-dmir | 515 |

--------------------------------------------------

ANNESS 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 2

ĊERTIFIKAT TA' AWTENTIĊITÀ GĦENEB TAL-MEJDA FRISK "EMPEROR"

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 1602/2002, ĠU L 188, 26.7.2000, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 3

ĊERTIFIKAT GĦALL-PREPARAZZJONIJIET MAGĦRUF BĦALA "FONDUES TAL-ĠOBON"

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 1602/2002, ĠU L 188, 26.7.2000, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 4

ĊERTIFIKAT TA' L-ISMIJIET TA' L-ORIĠINI GĦALL-INBEJJED "TOKAY" (ASZU, SOAMORODNI)

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 1602/2002, ĠU L 188, 26.7.2000, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 5

ĊERTIFIKAT TA' AWTENTIĊITÀ GĦALL-WHISKEY BOURBON

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 1602/2002, ĠU L 188, 26.7.2000, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 6

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 7

ĊERTIFIKAT TA' AWTENTIĊITÀ GĦAT-TABAKK

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 1602/2002, ĠU L 188, 26.7.2000, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 8

ĊERTIFIKAT TA' KWALITÀ GĦAL NITRAT MINN ĊILI

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 1602/2002, ĠU L 188, 26.7.2000, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 9

NOTI INTRODUTTIVI GĦAL-LISTI TA' OPERAZZJONIJIET TA' XOGĦOL JEW PROĊESSAR LI JIKKONFERIXXU JEW MA JIKKONFERIXXUX STATUS TA' ORIĠINI LILL-PRODOTTI MANIFATTURATI META JITWETTQU FUQ MATERJALI NON-ORIĠINANTI

KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

Nota 1

1.1. L-ewwel żewġ kolonni fil-listi għall-Annessi 10 u 11, jiddeskrivu l-prodott riżultat. L-ewwel kolonna tagħti n-numru ta' l-intestatura, jew in-numru tal-kapitolu, użat fin-nomenklatura magħqudha u t-tieni kolonna tagħti deskrizzjoni tal-merkanzija użata fin-nomenklatura maqgħuda għal dik l-intestatura jew kapitolu. Għal Kull l reġistrazzjoni fl-ewwel żewġ kolonni, ir-regola hija speċifikata fil-kolonna 3. Fejn l-entratura fl-ewwel kolonna hija preċeduta minn "ex", dan juri li r-regola fil-kolonna 3 tapplika biss għall-parti ta' dik l-intestatura jew kapitolu kif deskritt fil-kolonna 2.

1.2. Meta diversi numri ta' intestatura huma miġbura flimkien fil-kolonna 1 u numru ta' kapitolu huwa mogħti, u d-deskrizzjoni tal-prodott fil-kolonna 2 hija f'termini ġenerali, ir-regola biswit il-kolonna 3 tapplika għall-prodotti kollha li, taħt in-nomenklatura maqgħudha, huma klassifikati fl-intestaturi tal-kapitolu jew fi kwalunkwé waħda mill-intestaturi miġbura flimkien taħt il-kolonna 1.

1.3. Fejn il-listi jinkludu regoli differenti li japplikaw għall-diversi prodotti f'intestatura waħda, Kull l inċiż fih deskrizzjoni ta' dik il-parti ta' l-intestatura koperta mir-regola biswit fil-kolonna 3.

Nota 2

2.1. Il-kelma "manifattura" tkopri Kull l tip ta' xogħol jew proċessar inkluż 'l-assemblaġġ' jew operazzjonijiet speċifiċi.

2.2. Il-kelma "materjal" tkopri Kull l "ingredjent", "materja prima""komponent" jew "parti", eċċ., użata fil-manifattura tal-prodott.

2.3. Il-kelma "prodott" tirreferi għall-prodott li qed jiġi manifatturat, anki jekk huwa intiż għall-użu aktar tard f'operazzjoni oħra tal-manifattura.

Nota 3

3.1. Ix-xogħol jew l-ipproċessar meħtieġ mir-regola fil-kolonna 3 għandu jsir biss f'relazzjoni mal-materjal non-oriġinanti wżat. Ir-restrizzjonijiet fir-regola fil-kolonna 3 ukoll japplikaw għall-materjal non-oriġinanti wżat.

3.2. Jekk prodott, magħmul minn materjal non-oriġinanti li akkwista hu stess status oriġinanti matul il-manifattura, jintuża bħala materjal fil-manifattura ta' prodott ieħor, allura ir-regola fil-lista applikabbli għall-prodott li fih hu inkorporat ma tapplikax għalih.

Per eżempju:

Drapp mhux irrakkmat jista' jakkwista l-oriġini billi jiġi minsuġ bil-ħjut. Jekk dan imbagħad jintuża biex isir friex tas-sodda irrakkmat, il-perċentwali tal-valur limitu impost fuq l-użu tad-drapp mhux irrakkmat ma japplikax f'dan il-każ.

Nota 4

4.1. Ir-regoli fil-listi jirrapprexentaw l-ammont minimu ta' xogħol u pproċessar meħtieġ u t-twettiq ta' aktar xogħol jew pproċessar ukoll jinkonferixxi status oriġinanti; bil-maqlub, meta jsir anqas xogħol jew ipproċessar dan ma jagħtix oriġini. Hekk, jekk regola tgħid li l-materjal non-oriġinanti f'ċertu livell tal-manifattura jista' jintuża, l-użu ta' dan il-materjal fi stat aktar bikri tal-manifattura huwa permess u l-użu ta' tali materjal fi stadju aktar tard m'huwiex.

4.2. Meta regola f'lista tispeċifika li prodott jista' jiġi manifatturat minn aktar minn materjal wieħed, dan ifisser li Kull l wieħed jew aktar mill-materjali jista' jintuża. Mhux rikjest li kollha jintużaw.

Per eżempju:

Ir-regola għall-ħajt tgħid li fibri naturali jistgħu jintużaw u li materjali kimiċi, fost materjali oħra, ukoll jistgħu jintużaw. Dan ma jfissirx li t-tnejn iridu jintużaw, wieħed jista' juża waħda jew l-oħra jew it-tnejn.

4.3 Meta regola f'lista tispeċifika li prodott għandu jiġi manifatturat minn materjal partikolari, din il- kondizzjoni ovvjament ma żżomx mill- użu ta' materjali oħra li minħabba n- natura inerenti tagħhom, ma jissodisfawk ir- regola.

Nota 5

Għall-prodotti kollha li m'humiex imsemmija fl-Anness 11 (ħlief għat-tessuti li jaqgħu fis-Sezzjoni XI), l-oriġini hija determinata każ b'każ billi jiġi stmat Kull l proċess jew operazzjoni in relazzjoni mal-kunċett ta' l-aħħar proċessar sustanzjali jew xogħol definit fl-Artikolu 24 tal-Kodiċi.

Nota 6

6.1. Il-kelma "fibri"; użata fil-lista fl-Anness 10 tkopri "fibri naturali" u "fibri artifiċjali bażiċi" li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 5501 sa 5507, u fibri tat-tip użat għall-manifattura tal-karta.

6.2. Il-frażi "fibri naturali" hija wżata fil-lista fl-Anness 10 biex tirreferi għall-fibri oħra barra dawk artifiċjali jew sintetiċi u hija ristretta għall-istadji qabel il-brim, u tinkludi r-rimi, u dment li ma tiġix speċifikata mod ieħor, il-frażi "fibri naturali" tinkludi fibri li ġew imqardxa, mimxuta jew b'mod ieħor ipproċessati iżda mhux mibruma.

6.3. Il-frażi "fibri naturali" tinkludi x-xagħar taż-żiemel li jidħol taħt il-kodiċi NM 0503, ħarir li jidħol taħt il-kodiċi NM 5002 u 5003 kif ukoll il-fibri tas-suf, xagħar raffinat jew le ta' l-annimali li jidħol taħt il-kodiċi NM 5101 sa 5105, fibri tal-qoton li jidħlu taħt il-kodiċi NM 5201 sa 5203 u fibri minn ħxejjex li jidħlu taħt il-kodiċi NM 5301 sa 5305.

6.4. Il-frażi "fibri artifiċjali bażiċi" hija wżata fil-lista fl-Anness 10 biex tirreferi għal filament ta' l-istoppa sintetika jew artifiċjali, fibri prinċipali jew rimi, li jidħlu taħt il-kodiċi NM 5501 sa 5507.

6.5. Il-frażijiet "polpa tat-tessili" u "materjali kimiċi" huma wżati fil-lista fl-Anness 10 biex jiddeskrivu materjali li m'humiex tessili (dawn m'humiex klassifikati fil-Kapitoli 50 sa 63) li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta' fibri jew ħjut artifiċjali jew sintetiċi, jew fibri tat-tip użat fil-manifattura tal-karta.

6.6. Għall-prodotti riżultati minn żewġ materjali tessili jew iktar id-dispożizzjonijiet li jidhru fil-kolonna 3 huma applikabbli għall-Kull l wieħed mill-materjali tessili li minnu hija komposta t-taħlita.

Nota 7

7.1. Il-frażi "ibbliċjat minn qabel", użata fil-lista fl-Anness 10 biex tikkaratterizza l-livell ta' manifattura meħtieġ meta ċerti materjali non oriġinanti huma użati, japplika għall-ċerti ħjut, fibri minsuġa jew maljati jew drappijiet meħjuta bil-ganċ li nħaslu biss wara l-operazzjoni tal-brim jew ta' l-insiġ.

Prodotti li jkunu ġew ibbliċjati fi stadju bikri tal-manifattura qabel prodotti bliċjati oħra, li għaddew minn diversi banjijiet ta' aġenti li jibbliċjaw (aġenti ossidanti bħall-perossidu ta' l-idroġenu u aġenti li jirriduċu).

7.2. Il-frażi "tgħaqqad kompletament" użata fil-lista ta' l-Anness 10 tfisser li l-operazzjonijiet kollha wara l-qtugħ tal-drapp jew l-imaljar jew il-ħjata bil-ganċ tal-drapp direttament fuq il-forma iridu jkunu jsiru.

Madanakollu, dan ma jiġix ikkunsidrat bħala inkomplet meta xi waħda jew iktar mill-operazzjonijiet tal-finalizzar ma jkunux ġew imwettqa.

Il-lista li ġejja hija lista t' exempji ta' operazzjonijiet tal-finalizzar:

- l-attakar tal-buttuni u/jew tipi oħra ta' qafla,

- manifattura ta' aċċetti għall-buttuni

- il-kfief tal-qliezi u tal-kmiem jew il-keffa tad-dbielet u lbiesi,

- twaħħil ta' borduri u aċċessorji bħal bwiet, tikketti, emblemi, eċċ.,

- mogħdija u preparamenti oħra ta' lbies li jinbiegħ "lest"

Rimarki dwar l-operazzjonijiet ta' irfinar - Każijiet speċjali

Huwa possibli li operazzjonijiet tal-manifattura partikolari, it-twettiq ta' operazzjonijiet ta' irfinar speċjalment fil-każ ta' operazzjonijiet aggregati, huma ta' importanza tali illi dawn l-operazzjonijiet iridu jiġu kkunsidrati bħala iktar minn sempliċi irfinar.

F'dawn il-każijiet partiKull ari, il-fatt illi dawn l-operazzjonijiet ma jsirux ifisser illi t-tgħaqqid ma jkunx komplet.

7.3. Il-frażi "mili, kisi, għata jew laminar" ma tkoprix dawk l-operazzjonijiet intiżi biex jgħaqqdu d-drappijiet flimkien.

--------------------------------------------------

ANNESS 10

LISTA TA' OPERAZZJONIJIET TA' XOGĦOL JEW IPPROĊESSAR LI JIKKONFERIXXU JEW LI MA JIKKONFERIXXUX STATUS ORIĠINANTI LILL-PRODOTTI MANIFATTURATI META JITWETTQU FUQ MATERJALI NON-ORIĠINANTI

Tessili u atrikoli tessili li jidħlu fis-Sezzjoni XI

Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-prodott | Operazzjonijiet tax-xogħol jew ipproċessar li saru fuq materjali non-oriġinanti li jikkonferixxu l-istatus ta' prodotti oriġinanti |

(1) | (2) | (3) |

ex5101 | Suf, mhux imqardax jew mimxut: | |

— sgrassat, mhux karbonizzat | Manifattura minn suf grassat, inkluż suf tal-biċċiet li l-valur tiegħu ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

— karbonizzat | Manifattura minn suf sgrassat, mhux karbonizzat, li l-valur tiegħu ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

ex5103 | Skart tas-suf jew ta' xagħar raffinat jew le ta' l-annimali, karbonizzat | Manifattura minn skart mhux karbonizzat, li l-valur tiegħu ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

ex5201 | Qoton, mhux imqardax jew mimxut, ibbliċjat | Manifattura minn qoton mhux maħdum, li l-valur tiegħu ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

5501 sa5507 | Drappijiet artifiċjali bażiċi: | |

— mhux imqardxa jew mimxuta jew b'mod ieħor ipproċessati għall-brim | Manifattura minn materjali kimiċi jew polpa tessili |

— imqardxa jew mimxuta jew oħrajn | Manifattura minn materjali kimiċi jew polpa tessili jew rimi li jidħlu fil-kodiċi NM 5505 |

ex Kapitoli 50 sa 55 | Spag, monofilament u ħajt, ħlief għall-spag tal-karta: | |

— stampat jew miżbugħ | Manifattura minn: drappijiet naturali mhux imqardxa jew mimxuta jew preparati b'mod ieħor għall-brim.ħarir grege jew rimi tal-ħarir,materjali kimiċi jew polpa tessili, jewdrappijiet artifiċjali bażiċI, filamenti ta' l-istoppa jew rimi ta' fibri , mhux imqardxa jew mimxuta jew preparati b'mod ieħor għall-brim.Jew Stampar jew zebgħa ta' spag jew monofilamenti, mhux bliċjati jew bliċjati minn qabel, akkumpanjati minn operazzjonijiet preparatorji jew ta' l-irfinar, tidwir jew l-għoti tal-forma ma jiġux kunsidrati bħala tali, il-valur tal-materjal non-oriġinanti (inkluż l-ispag), ma jeċċedix 48 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

— oħrajn | Manifattura minn: fibri naturali mhux imqardxa jew mimxuta jew preparati b'mod ieħor għall-brim.Ħarir grege jew rimi tal-ħarir,materjal kimiku jew polpa tessili, jewfibri artifiċjali bażiċi, filamenti ta' l-istoppa jew rimi ta' fibri, mhux imqardxa jew mimxuta jew preparati b'mod ieħor għall-brim. |

Drappijiet meħjuta, ħlief għall-drappijiet ta' ħjut mill-karta: | |

— stampati jew mizbugħa | Manifatturati mill-ħjut: Jew Stampar jew zebgħa ta' drappijiet mhux bliċjati jew bliċjati minn qabel, akkumpanjati minn operazzjonijiet preparatorji jew ta' irfinar |

— oħrajn | Manifattura mill-ħjut |

5601 | Tajjar minn materjal tessili u artikoli tiegħu; drappijiet tessili li ma jaqbżux il-5 mm fit-tul (flock), trab tessili u għoqod tar-raddiena | Manifattura mid-drappijiet |

5602 | Il-pannu, kemm jekk mimli jew le, miksi, kopert jew laminat: | |

— stampat jew mizbugħ | Manifattura minn fibri Jew Stampar jew zebgħa ta' pannu mhux bliċjat jew ibbliċjat minn qabel, akkumpanjat minn operazzjonijiet preparatorji jew ta' irfinar |

— Mimli, miksi, kopert jew laminat | — Mili, kisi, għata jew laminar ta' tessuti mhux minsuġa, mhux ibbliċjati |

— Oħrajn | Manifattura minn fibri |

5603 | Drappijiet mhux minsuġa, kemm jekk mimlija jew le, miksija, koperti jew laminati: | |

— Stampati jew miżbugħa | Manifattura mill-fibri jew Stampar jew żebgħa ta' drappijiet mhux minsuġa mhux bliċjati jew ibbliċjati minn qabel, akkumpanjati minn operazzjonijiet preparatorji jew li jirfinaw |

— Mimli, miksi, kopert jew laminat | Mili, kisi, kopertura jew laminar ta' drappijiet mhux minsuġa, u mhux bliċjati |

— Oħrajn | Manifattura minn fibri |

5604 | Ħajt u kordi tal-lastku, miksija bid-drapp, żigarelli u ħajt tat-tessili, u oħrajn jixbħuhom li jidħlu fil-kodiċi NM 5404 sa 5405, mimlija, miksija, koperti jew imdawwra bil-gomma jew plastik | |

— Ħajt tal-gomma u korda, koperta bid-drapp | Manifattura minn ħajta jew korda tal-lastku, li mhix mgħottija bid-drapp |

— oħrajn | Mili, kisi, kopertura jew tidwir ta' ħajt u żigarelli tat-tessili u oħrajn jixbhuhom, mhux bliċjati |

5607 | Ċimi tal-kurdar, ħbula u cables kemm jekk immaljati jew imberfla u kemm jekk mimlija, miksija, kopetti jew imdawwra bil-gomma jew plastik | Manifattura minn fibri, spag, spag tal-filament sintetiku jew artifiċjali jew monofilament |

5609 | Artikoli ta' l-ispag, żigarelli jew oħrajn jixbħuhom li jidħlu fil-kodiċi NM 5404 sa 5405, Spag, ċimi, ħbula u cables li m'huma msemmija jew inklużi mkien | Manifattura minn fibri, spag, spag tal-filament sintetiku jew artifiċjali jew monofilament |

5704 | Tapiti u gvieret ta' l-art, tal-pannu, bla troffi jew fjokki, kemm jekk mgħaqqda kemm jekk le | Manifattura minn fibri |

Kapitolu 58 | Drappijiet minsuġa speċjali, drappijiet tessili bit-troffi; bizzilla; arazzi, dekorazzjonijiet; rakkmu; | |

— rakkmu bil-biċċa, f'żigarelli jew f'ornamenti (kodiċi NM 5810) | Manifattura li fiha l-valur tal-materjali użati ma jeċċedix il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

— stampati jew mizbugħa | Manifattura mill-ħajt jew Stampar jew zebgħa ta' drappijiet mhux bliċjati jew ibbliċjati minn qabel, pannu jew drapp mhux minsuġ akkumpanjat minn operazzjonijiet preparatorji jew ta' irfinar |

— Mimlija, miksija jew koperti | Manifattura minn drappijiet mhux bliċjati, pannu jew drapp mhux minsuġ |

— Oħrajn | Manifattura mill-ħajt |

5901 | Drappijiet tessili miksija bil-gomma jew sustanzi amilaċei tat-tip użat għall-qxur ta' barra tal-kotba jew simili; drapp tat-tfassil; kanvas ippreparat għall-pittura, bukram u drappijiet oħra simili mwebbsa ta' tip ta' l-inforra tal-kpiepel. | Manifattura minn drappijiet mhux bliċjati |

5902 | Materjal tal-korda tat-tajers ta' ħjut tan-najlon jew polijamidi oħra, poliesteri jew rayon viskuż ta' tenaċità qawwija, | Manifattura mill-ħajt |

5903 | Drappijiet tessili, mimlija, miksija, koperti jew laminati bil-plastik, barra minn dawk li jidħlu fil-kodiċi NM 5902 | Manifattura minn drappijiet mhux bliċjati Jew Stampar jew zebgħa ta' drappijiet mhux bliċjati jew ibbliċjati minn qabel, akkumpanjati minn operazzjonijiet preparatorji jew ta' irfinar |

5904 | Linoleum, kemm jekk maqtugħ għall-forma kemm jekk le; għata ta' l-art li jikkonsistu minn kisja jew kopertura applikata fuq fond tessili, kemm jekk maqtugħha għall-forma kemm jekk le | Manifattura minn drappijiet mhux bliċjati, pannu jew drapp mhux minsuġ |

5905 | Għata tessili tal-ħitan | Manifattura minn drappijiet mhux bliċjati Jew Stampar jew zebgħa ta' drappijiet mhux bliċjati jew ibbliċjati minn qabel, akkumpanjati minn operazzjonijiet preparatorji jew ta' irfinar |

5906 | Drappijiet tessili mogħtija il-gomma, ħlief dawk li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 5902 | Manifattura minn drappijiet bliċjati minsuġa jew meħjuta bil-ganċ, jew minn drappijiet oħra mhux bliċjati |

5907 | Drappijiet tessili mimlija, miksija jew koperti b'mod ieħor, ; kanvas miżbugħha li hi xenarju teatrali, drappijiet ta' l-isfond ta' l-istudjo jew simili | Manifattura minn drappijiet mhux bliċjati jew stampar jew zebgħa ta' drappijiet mhux bliċjati jew ibbliċjati minn qabel, akkumpanjati minn operazzjonijiet preparatorji jew ta' rfinar |

5908 | Ftieli tessili, minsuġa, maljati għall-lampi, kuċiniera, lighters, xemgħa u simili; mantil tal-gass inkandexxenti u drapp tal-mantil tal-gass immaljat għall-tubu, kemm jekk mimli u kemm jekk le | Manifattura mill-ħajt |

5909 | Manka tessili u tubi tessili simili bl-inforra jew mingħajrha, armatura jew aċċessorji ta' materjali oħra | Manifattura mill-ħajt jew fibri |

5910 | Ċinturini tat-trasmissjoni jew conveyor belts jew ċintorini ta' materjal tessili, kemm jekk rinforzati bil-metall jew materjal ieħor u kemm jekk le | Manifattura mill-ħajt jew fibri |

5911 | Prodotti tessili u artikoli, għall-użi tekniċi, speċifikati fin-Nota 7 tal-Kapitolu 59 tan-nomenklatura magħqudha: | |

— Diski jew ċrieki li jillostraw ħlief dawk tal-pannu | Manifattura mill-ħajt, drapp tar-rimi jew ċraret li jidħlu fil-kodiċi NM 6310 |

— Oħrajn | Manifattura mill-ħajt jew fibri |

Kapitolu 60 | Drappijiet minsuġa jew meħjuta bil-ganċ: | |

— Stampati jew miżbugħa | Manifattura mill-ħajt Jew stampar jew zebgħa ta' drappijiet mhux bliċjati jew ibbliċjati minn qabel, akkumpanjati minn operazzjonijiet preparatorji jew ta' irfinar |

— oħrajn | Manifattura mill-ħajt |

Kapitolu 61 | Artikoli ta' lbies u aċċessorji ta' l-ilbies, immaljati jew bil-ganċ: | |

Riżultat ta' ħjata flimkien jew tqegħed flimkien b'mod ieħor ta' żewġ biċċiet jew aktar ta' drapp immaljat jew bil-ganċ li jew inqata' għall-forma jew sar direttament fill-forma , | Konfezzjoni totali |

— oħrajn | Manifattura mill-ħajt |

ex Kapitolu 62 | Artikoli ta' lbies u aċċessorji ta' l-ilbies, mhux immaljat jew bil-ganċ ħlief dawk li jidħlu fil-kodiċi NM 6213 u 6214 li għalihom ir-regoli huma stabbiliti hawn taħt: | |

— Irfunuti jew kompleti | Konfezzjoni totali |

— Mhux irfinuti jew inkompleti | Manifattura mill-ħajt |

6213 u6214 | Mkatar, xalel, imkatar ta' l-għonq, xalpi, mantilli, veli u simili: | |

— irrakkmati | Manifattura mill-ħajt Jew Manifattura minn drapp li mhux irrakkmat, dment li l-valur tad-drapp mhux irrakkmat użat ma jeċċedix l-40 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

— oħrajn | Manifattura mill-ħajt |

6301 saex6306 | Kutri u gvieret tal-vjaġġ; għażel tas-sodda, tal-mejda, tal-banju u tal-kċina; purtieri (inklużi id-drappijiet tagħhom) u tendini; franġI tal-purtieri u tas-sodda; artikoli oħra ta' l-għamara (ħlief dawk li jidħlu fil-kodiċi NM 9494); xkejjer u basktijiet tat-tip użat għall-ippakkjar ta' l-oġġetti; inċirata tal-kisi, kanvas, u merkanzija ta' l-ikkampjar: | |

— tal-pannu jew tessuti mhux minsuġa: | |

— mhux mimlija, miksija, koperti jew laminati | Manifattura mill-ħajt |

— mimlija, miksija, koperti jew laminati | Mili, kisi, kopertura jew laminar ta' pannu u tessuti mhux minsuġa, mhux bliċjati |

— oħrajn: | |

— immaljati jew bil-ganċ | |

— mhux irrakkmati | Konfezzjoni totali (5) |

— irrakkmati | Konfezzjoni totali (5) Jew Manifattura minn drapp li mhux irrakkmat, dment li l-valur tad-drapp mhux irrakkmat użat ma jeċċedix l-40 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

— mhux minsuġa jew bil-ganċ: | |

— mhux irrakkmati | Manifattura mill-ħajt |

— irrakkmat | Manifattura mill-ħajt Jew Manifattura minn drapp li mhux irrakkmat, dment li l-valur tad-drapp mhux irrakkmat użat ma jeċċedix l-40 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

6307 | Artikoli oħrajn tat-tessuti manifatturati (inklużi mudelli ta' lbiesi), ħlief għall-imriewaħ u palji, li m'humiex mekkaniċi, gwarniċi u manki tagħhom u partijiet minn dawn il-gwarniċi u manki: | |

— bċejjeċ ta' l-art, paljazzi, bċejjeċ tat-tfarfir u simili | Manifattura mill-ħajt |

— oħrajn | Manifattura li fiha l-valur tad-drapp mhux irrakkmat użat ma jeċċedix l-40 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

6308 | Settijiet magħmulha minn drappijiet minsuġa u ħajt, kemm jekk bl-aċċessorji u kemm jekk le, biex isiru gvieret, arazzi, dvalji jew srievet irrakkmati jew artikoli tessili simili, mqiegħda f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut | Inkorporazzjoni f'sett li fih il-valur totali ta' l-artikoli kollha non oriġinanti inkorporati ma jeċċedix il-25 % tal-prezz mill-fabbrika tas-sett |

--------------------------------------------------

ANNESS 11

LISTA TA' OPERAZZJONIJIET TA' XOGĦOL JEW IPPROĊESSAR LI JIKKONFERIXXU JEW LI MA JIKKONFERIXXUX STATUS ORIĠINANTI META MAGĦMULHA FUQ MATERJALI NON-ORIĠINANTI

Prodotti li mhumiex tessili u artikoli tessili li jidħlu fis-Sezzjoni XI

Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-prodott | Operazzjonijiet tax-xogħol jew ipproċessar li saru fuq materjali non-oriġinanti li jikkonferixxu l-istatus ta' prodotti oriġinanti |

(1) | (2) | (3) |

0201 | Laħam tal-bhejjem tal-fart, frisk jew imkessaħ | Qatla, preċeduta minn perjodu tas-simna ta' mill-anqas tliet xhur |

0202 | Laħam tal-bhejjem tal-fart, iffriżat | Qatla, preċeduta minn perjodu tas-simna ta' mill-anqas tliet xhur |

0203 | Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Qatla, preċeduta minn perjodu tas-simna ta' mill-anqas tliet xhur |

0204 | Laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Qatla, preċeduta minn perjodu tas-simna ta' mill-anqas tliet xhur |

0205 | Laħam taż-żwiemel, ħmir, bgħula, jew bardotti, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Qatla, preċeduta minn perjodu tas-simna ta' mill-anqas tliet xhur |

0206 | Interjuri ta' l-ikel mill-bhejjem tal-fart, majjali, nagħaġ u mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bardotti, friski, mkessħa jew iffriżati | Qatla, preċeduta minn perjodu tas-simna ta' mill-anqas tliet xhur, jew xahrejn fil-każ tal- majjal, nagħaġ jew mogħoż |

ex0408 | Bajd ta' l-għasafar, mhux fil-qoxra, mnixxfa u l-isfar tal-bajd, imnixxef | Tnixxif (wara l-fsieq u s-separazzjoni, kif xieraq) ta: bajd ta' l-għasafar, fil-qoxra, frisk jew preservat, li jidħol fil-kodiċi NM ex0407bajd ta' l-għasafar, mhux fil-qoxra, ħlief dawk imnixxfa, li jidħlu fil-kodiċi Nm ex0408abjad tal-bajd, barra mill-imnixxef li jidħlu fil-kodiċi NM ex0408 |

ex1404 | Garża tal-qoton, bliċijiet | Manifattura mill-qoton mhux maħdum, li l-valur tiegħu ma jeċċedix il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

| | Xogħol jew ipproċessar mwettaq fuq materjali non oriġinanti li ma jikkonferixxux l-istatus ta' prodotti oriġinanti |

ex2009 | Għasir ta' l-għeneb, mhux iffermentat u bla spirtu miżjud, kemm jekk fih u kemm jekk le zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa | Manifattura mill-mostu ta' l-għeneb |

ex2204 | Inbid minn għeneb frisk maħsub għall-preparazzjoni tal-vermut li fih mostu miżjud ta' l-għeneb friski, kemm jekk konċentrati u kemm jekk le, jew alkoħol | Manifattura mill-inbid ta' l-għeneb frisk |

| | Proċess jew operazzjoni mwettqa fuq materjali non oriġinanti li jikkonferixxu l-istatus ta' prodotti oriġinanti |

ex2205 | Vermut | Manifattura mill-inbid ta' għeneb frisk li fihom mostu ta' għeneb frisk, kemm jekk konċentrati kemm jekk le, jew alkoħol, u jidħlu fil-kodiċi NM 2204 |

ex3401 | Pannu u drappijiet mhux minsuġa, mimlija, miksija jew koperti bis-sapun jew deterġent | Manifattura mill-pannu u drappijiet mhux minsuġa |

ex3405 | Pannu u drappijiet mhux minsuġa, mimlija, miksija jew koperti bil-lostri u kremi, għaż-żraben. għamara, artijiet, tgħammir fuq il-karozzi u vaguni, ħġieġ jew metall, pasti ta' l-għorik u trabijiet u preparati simili | Manifattura mill-pannu u drappijiet mhux minsuġa |

ex3502 | Albumina tal-bajd imnixxef | Tnixxif (wara l-fsieq u s-separazzjoni, kif xieraq) ta: bajd ta' l-għasafar, fil-qoxra, frisk jew preservat, li jidħol fil-kodiċi NM ex0407bajd ta' l-għasafar, mhux fil-qoxra, barra mill-imnixxfa, li jidħlu fil-kodiċi NM ex0408 jewabjad tal-bajd, li m'huwiex imnixxef, li jidħol fil-kodiċi NM ex3502 |

ex4203 | Artikoli tal-ilbies tal-ġilda jew komposizzjoni tal-ġilda | Ħjata jew assemblaġġ ta' biċċtejn jew aktar tal-ġilda jew ta' komposizzjoni tal-ġilda |

ex4910 | Kalendarji taċ-ċeramika ta' Kull l tip, stampati, inklużi arloġġi tal-kalendarju, iddekorati | Dekorazzjoni ta' l-artikolu taċ-ċeramika kkonċernat, dment li din id-dekorazzjoni rrizultat fil- klassifikazzjoni tal-prodott miksub fl-intestatura tariffarja barra minn dik li tkopri l-prodotti użati |

6401 sa6405 | Żraben | Manifattura minn materjali ta' Kull l intestatura ħlief għall-assemblaġġ ta' l-uċuħ mas-suletta ta' ġewwa jew ma' komponenti oħra tas-suletti li jaqgħu fil-kodiċi NM 6406 |

ex6911 saex6913 | Ċeramika għall-mejda, għall-kċina, għall-użu domestiku jew għall-banju; statwetti u artikoli ornamentali oħra taċ-ċeramika; dekorati | Dekorazzjoni ta' l-artikolu taċ-ċeramika in kwestjoni, dment li din id-dekorazzjoni rrizultat fil- klassifika tal-prodotti miksuba fl-intestatura tariffarja barra minn dik li tkopri l-prodotti użati |

ex7117 | Ġojelli taċ-ċeramika ta' l-imitazzjoni, dekorati | Dekorazzjoni ta' l-artikolu taċ-ċeramika in kwestjoni, dment li din id-dekorazzjoni rrizultat fil- klassifikazzjoni tal-prodotti miksuba fl-intestatura tariffarja barra minn dik li tkopri l-prodotti użati |

ex8482 | Ball bearings, roller bearings, jew needle roller bearings, magħquda | Assemblaġġ preċedut minn trattament bis-sħana, bis-sinn u l-lostru taċ-ċrieki ta' ġewwa u ta' barra |

ex8520 | Reġistraturi tat-tejp mannjetiċI, kemm jekk ikollhom magħhom tagħmir li jirriproduċi l-ħoss u kemm jekk le | Manifattura meta iż-żieda fil-valur akkwistata b'riżultat ta' l-operazzjonijiet ta' l-assemblaġġ u, jekk applikabbli, l-inkorporazzjoni ta' partijiet li joriġinaw fil-pajjiż ta' l-assemblaġġ jirrapprexentaw milll-anqas 45 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott Meta r-regola tal-45 % ma tintlaħaqx, l-apparat għandu jiġi ttrattat bħala li joriġina mill-pajjiż ta' l-oriġini tal-partijiet li l-prezz mill-fabbrika tagħhom jirrapprexenta aktar minn 35 % tal-prezz mill-fabbrika ta' l-apparat Meta r-regola tal-35 % tintlaħaq f'żewġ pajjiżi, l-apparat għandu jiġI ttrattat bħala li joriġina mill-pajjiż ta' l-oriġini tal-partijiet li jirrapprexentaw l-akbar perċentwali ta' valur |

ex8527 | Apparat ta' riċezzjoni għax-xandir bir-radju, kemm jekk kombinat fl-istess kolokazzjoni ma' apparat li jirrekordja l-ħsejjes jew jirriproduċihom u kemm jekk le, jew arloġġ | Manifattura meta ż-żieda fil-valur akkwistata bħala riżultat ta' l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ u, jekk applikabbli, l-inkorporazzjoni ta' partijiet li joriġinaw fil-pajjiż ta' l-assemblaġġ jirrapprexentaw mill-anqas 45 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott Meta r-regola tal-45 % ma tintlaħaqx, l-apparat għandu jiġi ttrattat bħala li joriġina mill-pajjiż ta' l-oriġini tal-partijiet li l-prezz mill-fabbrika tagħhom jirrapprexenta aktar minn 35 % tal-prezz mill-fabbrika ta' l-apparat Meta r-regola tal-35 % tintlaħaq f'żewġ pajjiżi, l-apparat għandu jiġI ttrattat bħala li joriġina mill-pajjiż ta' l-oriġini tal-partijiet li jirrapprexentaw l-akbar perċentwali ta' valur |

ex8528 | Riċevituri tat-televiżjoni, (esklużi videotuners, apparat ta' projezzjoni televiżiva u monitors tal-video), kemm jekk kombinati u kemm jekk le, fl-istess kolokazzjoni, riċevituri tax-xandiriet tar-radju jew apparat li jirrekordja jew jirriproduċI l-ħoss, Iżda mhux bl-apparat ta' l-irrekordjar jew riproduzzjoni tal-videos | Manifattura meta ż-żieda fil-valur akkwistata bħala riżultat ta' l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ u, meta applikabbli, l-inkorporazzjoni ta' partijiet li joriġinaw fil-pajjiż ta' l-assemblaġġ jirrapprexentaw mill-anqas 45 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott Meta r-regola tal-45 % ma tintlaħaqx, l-apparat għandu jiġI ttrattat bħala li joriġina mill-pajjiż ta' l-oriġini tal-partijiet li l-prezz mill-fabbrika tagħhom jirrapprexenta aktar minn 35 % tal-prezz mill-fabbrika ta' l-apparat Meta r-regola tal-35 % tintlaħaq minn żewġ pajjiżi, l-apparat għandu jiġI ttrattat bħala li joriġina mill-pajjiż ta' l-oriġini tal-partijiet li jirrapprexentaw l-akbar perċentwali ta' valur |

ex8542 | Ċirkuwiti integrati | L-operazzjoni tad-diffużjoni (meta ċ-ċirkuwiti integrati huma ffurmati fuq substrata ta' semi-konduttur bl-introduzzjoni selettiva ta' dopanti approprijati) |

| | Proċessar jew operazzjoni li ssir fuq materjali non oriġinanti li jikkonferixxu l-istatus ta' prodotti oriġinanti |

ex9009 | Apparat tal-fotokopji li jinkorpora sistema ottika jew tat-tip bil-kuntatt | Assemblaġġ ta' apparat tal-fotokopji akkumpanjat mill-manifattura tas-sarġ, ċilindru, rollijiet, pjanċi tal-ġenb, roller bearings, viti u skorfini |

| | Proċess jew operazzjoni mwettqa fuq materjali non oriġinanti li jikkonferixxu l-istatus ta' prodotti li oriġinanti |

ex9113 | Ċineg, faxex u brazzuletti ta' l-arloġġi, u partijiet tagħhom, tat-tessili | Manifattura fejn il-valur tal-materjali użati ma jeċċedix l-40 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott |

ex9401 u9403 | Sedili taċ-ċeramika (barra minn dawk li jidħlu fil-kodiċi NM 9402) kemm jekk konvertibbli f'soddod jew għamara oħra u kemm jekk le, u partijiet tagħhom, dekorati | Dekorazzjoni ta' l-artikolu taċ-ċeramika in kwestjoni, dment li din id-dekorazzjoni rrizultat fil- klassifikazzjoni tal-prodott miksub f'intestatura tariffarja barra minn dik li tkopri l-prodotti użati |

ex9405 | Lampi taċ-ċeramika u fittings tad-dawl, inklużi search lights u spotlights u partijiet tagħhom, li m'huma speċifikati mkien jew inklużi, dekorati; sinjali taċ-ċeramika illuminati, plakki bl-ismijiet u affarijiet oħra jixbħuhom, li jkunu mixgħula b'fonti ta' dawl imqiegħed permanentement, u partijiet tagħhom, li m'huma speċifikati jew inklużi mkien, dekorati | Dekorazzjoni ta' l-artikolu taċ-ċeramika in kwestjoni, dment li din id-dekorazzjoni rrizultat fil- klassifikazzjoni tal-prodott miksub f'intestatura tariffarja barra minn dik li tkopri l-prodotti użati |

--------------------------------------------------

ANNESS 12

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 13

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 14

NOTI INDRODUTTIVI LI JAPPLIKAW GĦAT-TLIET REĠIMI PREFERENZJALI

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 881/2003, ĠU L 134, 29.5.2003, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 15

LISTA TA' XOGĦOL JEW OPERAZZJONIJIET TA' PROĊESSAR MEĦTIEĠA LI JSIRU FUQ MATERJALI NON-ORIGINANTI BIEX IL-PRODOTT MANIFATTURAT IKUN JISTA' JAKKWISTA STATUS T'ORIĠINI (GSP)

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 881/2003, ĠU L 134, 29.5.2003, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 16

XOGĦOLIJIET ESKLUŻI MILL-KUMULAZZJONI REĠJONALI SĠP

Xogħol bħal:

- attakkar tal-buttuni u/jew tipi oħra ta' qafliet,

- l-għamla tal-aċċetti,

- il-keff tal-qliezi l-kommom jew il-keffa tad-dbielet u ta' l-ilbiesi eċċ.,

- keffa ta' l-imkatar, bjankerija tal-mejda eċċ.,

- attakkar ta' tirqim u aċċessorji bħal bwiet, tikketti, stemmi, eċċ.,

- mogħdija u preparazzjonijet oħra ta' lbiesi għall-bejgħ bħala lesti,

- Kull kombinazzjoni ta' dawn ix-xogħolijiet.

--------------------------------------------------

ANNESS 17

ĊERTIFIKAT TA' ORIĠINI TA' FORMOLA A

1. Ċertifikati ta' formola ta' oriġini A għandhom jikkonformaw mal-kampjun muri f'dan l-Anness. L-użu ta' l-Ingliż jew Franċiż għan-noti fuq in-naħa ta' wara taċ-ċertifikat mhux obbligatorju. Iċ-ċertifikati għandhom isiru bl-Ingliż jew Franċiż. Jekk magħmula bl-idejn, id-dħul għandu jkun bil-linka u b'ittri kapitali.

2. Kull l ċertifikat għandu jkollu d-daqs ta' 210 × 297 mm; tingħata tolleranza ta' sa 8mm iżjed u 5mm inqas fit-tul. Il-karta wżata għandha tkun bajda, karta tal-kitba, mdaqqsa, li ma fihiex polpa mekkanika u li tiżen mhux inqas minn 25g/m2. Għandu jkollu l-isfond b'disinn guilloche aħdar stampat li jirrendi l-falsifikazzjoni b'meżżi mekkaniċi u kimiċi tagħati fil-għajn.

Jekk iċ-ċertifikati għandhom bosta kopji, l-kopja ta' fuq biss li hija l-oriġinali għandha tkun stampata bi sfond ta' disinn guilloche aħdar.

3. Kull l ċertifikat għandu jkollu numru serjali, stampat jew b'mod ieħor, li jista' jkun identifikat.

+++++ TIFF +++++

NOTES (1988)

I. Countries which accept Form A for the purposes of the generalized system of preferences (GSP):

Australia | Norway | European Economic Community: | Ireland |

Austria | Sweden | Belgium | Italy |

Canada | Switzerland | Denmark | Luxembourg |

Finland | United States of America | France | Netherlands |

Japan | | Federal Republic of Germany | Portugal |

New Zealand | | Greece | Spain |

| | | United Kingdom |

People's Republic of Bulgaria | | |

Czechoslovak Socialist Republic | | |

Hungarian People's Republic | | |

Polish People's Republic | | |

Union of Soviet Socialist Republics | | |

+++++ TIFF +++++

Australie | Japon | Communauté économique européenne: | Irlande |

Autriche | Norvège | République fédérale d'Allemagne | Italie |

Canada | Nouvelle-Zélande | Belgique | Luxembourg |

États-Unis d'Amérique | Suède | Danemark | Pays-Bas |

Finlande | Suisse | Espagne | Portugal |

| | France | Royaume-Uni |

| | Grèce | |

République populaire de Bulgarie | | |

République populaire de Pologne | | |

République populaire hongroise | | |

République socialiste tchécoslovaque | | |

Union des Républiques socialistes soviétiques | | |

--------------------------------------------------

ANNESS 18

FORMOLA TA' FORMOLI APR

1. Il-Formola APR għandha tikkonforma ma' l-kampjun mogħti f'dan l-Anness. L-użu ta' l-Ingliż jew Franċiż għan-noti mehmuża ma' Formola APR mhux obbligatorju. Għandha ssir bl-Ingliż jew l-Franċiż. Jekk hija miktuba bl-idejn, għandha ssir bil-linka u b'ittri kapitali. Il-firma sabiex titpoġġa f'kaxxa 6 tal-formola għandha tkun miktuba bl-idejn.

2 Il-Formola APR għandha tkun 210 × 148 mm; tolleranza ta' sa 8 mm iktar jew 5 mm inqas fit-tul. Il-karta wżata għandha tkun karta bajda għall-kitba, meqjusa, li ma fihix polpa mekkanika u li tiżen mhux inqas minn 64g/m2.

3 Kull l formola għandu jkollha numru konsekuttiv, stampat jew le, li bih tista' tkun identifikata.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 19

LISTA TA' OPERAZZJONIJIET TA' XOGĦOL U TA' L-IPPROĊESSAR MEĦTIEĠA LI JITWETTQU FUQ MATERJALI NON-ORIĠINANTI SABIEX IL-PRODOTT MANIFATTURAT JISTA' JOTTJENI STATUS LI JORIĠINA

(Territorji Okkupati)

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 1602/2000, ĠU L 188, 26.7.2000, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 20

LISTA TA' OPERAZZJONIJIET TA' XOGĦOL U TA' L-IPPROĊESSAR MEĦTIEĠA LI JITWETTQU FUQ MATERJALI NON-ORIĠINANTI SABIEX IL-PRODOTT MANIFATTURAT JISTA' JOTTJENI STATUS LI JORIĠINA

(Repubbliki tal-Bosnja-Ħerzegovina, Kroazja, Slovenja u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja)

Dan l-Anness ġie mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni 1602/2000, ĠU L 188, 26.7.2000, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS 21

ĊERTIFIKAT TA' MOVIMENT EWR. 1 U APPLIKAZZJONIJIET RILEVANTI

1. Ċertifikat ta' moviment EWR. 1 għandu jinħareġ fil-forma li tidher f'dan l-Anness. Din il-formola għandha tiġi stampata f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu f'waħda minn dawn il-lingwi u fi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali ta' l-Istat jew territorju li qed jesporta. Jekk huma miktuba bl-idejn, għandhom jiġu jinkitbu bil-linka u b'ittri kapitali.

2. Kull l ċertifikat għandu jkollu daqs ta' 210 × 297 mm; b'tolleranza sa 5mm inqas jew 8mm aktar fit-tul. Il-karta użata trid tkun bajda, tad-daqs xieraq għall-kitba u li ma fihiex polpa mekkanika u tiżen mhux anqas minn 25g/m2. Għandha jkollha stampata disinn guilloche fl-isfond li jagħmel Kull l falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi tagħti fil-għajn.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat jew territorju li qed jesporta jistgħu jirriservaw id-dritt li jistampaw ċertifikati huma stess jew jordnaw li jiġu stampati minn stampaturi approvati. Fil-każ ta' l-aħħar Kull l ċertifikat għandu jinkludi riferenza għal din l-approvazzjoni. Kull l ċertifikat għandu jkollu l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew il-marka li biha jrid jiġi identifikat l-istampatur. Għandu jkollu wkoll numru konsekuttiv, kemm jekk stampat u kemm jekk le, li bih jista' jiġi identifikat.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 22

FORMOLA EUR. 2

1. Il-Formola EUR. 2 għandha ssir fuq il-mudell tal-kampjun li jidher f'dan l-Anness. Din il-formola għandha tiġi stampata f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-formoli għandhom isiru f'xi waħda minn dawn il-lingwi u skond id-dispożizzjonijiet tal-liġI nazzjonali ta' l-Istat jew territorju esportatur. Jekk miktuba bl-idejn, għandhom jsiru bil-linka u b'ittri kapitali.

2. Kull l formula għandha tkun tad-daqs ta' 210 x 148 mm; b'tolleranza sa' 5 mm inqas jew 8 mm aktar fit-tul. Il-karta użata trid tkun bajda, tad-daqs xieraq għall-kitba, li ma jkunx fiha polpa mekkanika u li tiżen mhux anqas minn 64g/m3.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat jew territorju esportatur jistgħu jirriservaw id-dritt li jistampaw il-formoli huma stess jew jordnaw li jiġu stampati minn stampaturi approvati. Fil-każ ta' l-aħħar Kull l ċertifikat għandu jinkludi riferenza għal din l-approvazzjoni. Kull l formola għandha jkollha l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew il-marka li biha jrid jiġI identifikat l-istampatur. Għandha jkollha wkoll numru konsekkutiv, kemm jekk stampat u kemm jekk le, li bih tista' tiġi identifikata.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Istruzzjonijiet għall-mili tal-formola EUR.2

1. Formola EUR.2 tista' tintela' biss għal merkanzija li fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ imsemmi fil-kaxxa 1. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu studjati sewwa qabel ma timtela' l-formola.

2. Fil-każ ta' kunsinna bil-posta ta' pakketti l-esportatur jehmeż il-formola man-nota ta' l-ispedizzjoni. Fil-każ ta' kunsinna bil-posta ta' l-ittri għandu jinkludi l-formola f'pakkett. Ir-referenza "EUR.2" u numru konsekuttiv tal-formola għandhom ikunu indikati fuq id-dikjarazzjoni tat-tabella l-ħadra doganali Ċ1 jew fid-dikjarazzjoni doganali Ċ2/ĊP3, kif approprijat.

3. Dawn l-istruzzjonijiet ma jeżentawx lill-esportatur milli jkun konformi ma' xi formalitajiet oħrajn meħtieġa mir-regolamenti postali jew doganali.

4. Esportatur li juża din il-formola huwa obbligat li jissottometti lill-awtoritajiet approprijati Kull l prova in sostenn li jistgħu jeħtieġu u li jaqbel li ssirlu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tiegħu u tal-proċessi tal-manifattura tal-merkanzija deskritta fil-kaxxa 11 ta' din il-formola.

--------------------------------------------------

ANNESS 23

NOTI INTERPRETATTIVI DWAR VALUR DOGANALI

L-ewwel kolonna | It-tieni kolonna | | |

Referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi doganali | Noti | | |

Artikolu 29 (1) | Il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli jirreferi għall-prezz ta' merkanzija importata. B'hekk il-passaġġ ta' dividendi jew pagamenti oħra mix-xerrej għall-bejjiegħ li m'għandhomx x'jaqsmu mal-merkanzija importata ma jifformawx parti mill-valur doganali. | | |

Artikolu 29 (1) (a), it-tielet inċiż | Eżempju ta' din ir-restrizzjoni huwa dak ta' meta bejjiegħ jeħtieġ mingħand xerrej ta' karozzi li la jbiegħhom u lanqas jeżebihom qabel data fissa li tirrapreżenta il-bidu tas-sena tal-mudell. | | |

Artikolu 29 (1) (b) | Xi eżempji ta' dan jinkludu: (a)il-bejjiegħ jiffissa il-prezz tal-merkanzija importata bil-kundizzjoni li x-xerrej jixtri merkanzija oħra fi kwantità speċifika;(b)il-prezz tal-merkanzija importata jiddependi fuq il-prezz jew prezzijiet li bihom ix-xerrej tal-merkanzija importata jbiegħ merkanzija oħra lill-bejjiegħ tal-merkanzija importata;(ċ)il-prezz huwa iffissat fuq il-bażi ta' forma ta' pagament estranja għall-merkanzija importata bħal meta il-merkanzija importata tikkonsisti fi prodotti semi-lavorati li ġew provduti mill-bejjiegħ bil-kundizzjoni li huwa jirċievi kwantità speċifika tal-merkanzija lesta.Madankollu, kundizzjonijiet jew kunsiderazzjonijiet dwar il-produzzjoni jew suq tal-merkanzija importata ma' jridux jirriżultaw f'rifjut tal-valur tan-negozju. Per eżempju, il-fatt li xerrej jipprovdi lill-bejjiegħ bl-inġinerija u pjanijiet li jkunu saru fil-pajjiż ta' importazzjoni m'għandux jirriżulta f'rifjut tal-valur tan-negozji għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 29 (1). | | |

Artikolu 29 (2) | 1.Il-paragrafi 2 (a) u (b) jipprovdu modi differenti ta' kif tistabilixxi jekk valur ta' negozju hux aċċettabbli.2.Il-paragrafu 2 (a) jipprovdi li meta x-xerrej u l-bejjiegħ huma relatati, iċ-ċirkostanzi li jakkompanjaw il-bejgħ għandhom jiġu eżaminati u l-valur an-negozju jiġi aċċettat bħala il-valur doganali dment li r-relazzjoni ma' tkunx influwenzat il-prezz. Dan ma jfissirx li għandu jsir eżami taċ-ċirkostanzi f'Kull l każ fejn il-bejjiegħ u x-xerrej huma relatati. Dan l-eżami huwa meħtieġ biss meta ikun hemm dubju jekk il-prezz hux aċċettabbli. Meta l-awtoritajiet doganali ma' jkollhom l-ebda dubju dawr jekk il-prezz ikunx aċċettabbli, għandu jkun aċċettat mingħajr ma tintalab aktar informazzjoni mingħand id-dikkjarant. Per eżempju, l-awtoritajiet doganali jistgħu jkunu diġa eżaminaw ir-relazzjoni, jew jista' jkollhom diġa informazzjoni dettaljata dwar il-bejjiegħ u x-xerrej, u jistgħu diġà jkunu sodisfatti min dan l-eżami jew din l-informazzjoni illi r-relazzjoni ma' influenzatx il-prezz.3.Meta l-awtoritajiet doganali ma' jkunux jistgħu jaċċettaw il-valur tat-tranżazzjoni minhajr aktar investigazzjoni, huma jridu jagħtu opportunità lid-dikkjarant biex iforni aktar informazzjoni kif ikun neċessarju biex jippermetti li jiġu eżaminati iċ-ċirkustanzi li jakkompanjaw il-bejgħ, f'dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu ippreparati li jexaminaw aspetti relevanti tan-negozju, inkluż il-mod li bih ix-xerrej u l-bejjiegħ jorganizzaw ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom u l-mod ta' kif il-prezz in kwistjoni jkun ġie stabbilit, sabiex jistabbilixxu jekk ir-relazzjonijiet ikunx influwenzaw il-prezz. Meta jkun jista' jiġI muri li l-bejjiegħ u x-xerrej, għalkemm relatati taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 143 ta' dan ir-Regolament, jixtru u jbiegħu lil xulxin daqs li kieku ma' kienux relatati, dan ikun juri li l-prezz ma' jkunx ġie influenzat mir-relazzjoni. Bħala eżempju ta' dan, jekk il-prezz ġie stabbilit b'manjiera konsistenti mal-prattika ta' kif jiġu ffissati il-prezzijiet fl-industrija in kwistjoni jew mal-mod kif il-bejjiegħ jistabilixxi l-prezzijiet għal bejgħ lil xerrejja li mhumiex relatati miegħu, dan juri illi l-prezz ma kienx i