31993R1969



Official Journal L 180 , 23/07/1993 P. 0009 - 0009


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1969/93

tad-19 Lulju 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fuq it-tariffa u n-nomenklatura ta' l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni

Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

billi r-REGOLAMENT (KEE) Nru 2658/87 [1] li jistabbilixxi nomenklatura ta' oġġetti msemmija "nomenklatura integrata";

billi l-Kummissjoni stabbiliet tariffa integrata fil-Komunitajiet Ewropej, imsejħa "Taric", ibbażata fuq in-nomenklatura integrata;

billi, skond l-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament imsemmi aktar qabel, Stati Membri jistgħu jdaħħlu sottodiviżjonijiet ta' statistika bejn iċ-ċifrarji użati għas-sottotitoli tan-nomenklatura integrata u ċ- ċifrarji użati biex jidentifikaw sottodiviżjonijiet Taric applikati f'livell tal-Komunità;

billi d-dfferenzi kkawżati minn dawn l-arranġamenti bejn in-nomenklaturi kummerċjali esterni u ċ-ċifrarji ta' l-oġġetti ta' Stati Membri joħolqu diffikultajiet dwar il-kompjuterizzazzjoni, fil-livell tal-Komunità, ta' proċeduri doganali u l-użu tad-dokument amministrattiv uniku; billi, bħala riżultat, il-possibilità li d-dħul ta' sottodiviżjonijiet statistiċi nazzjonali wara n-nomeklatura integrata mgħandhomx jitkomplew;

Billi, l-liġi tal-Komunità kif inhi fil-preżent, huwa min-naħa l-oħra, xieraq li l-possibilità, bid-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament hawn fuq imsemmi, li jużaw sottodiviżjonijiet nazzjonali tinżamm, sabiex tippermetti lill-Istati Membri li jixtiequ hekk li jipprovdu ċifrarju għal rekwiżiti nazzjonali;

billi kunsiderazzjoni għandha tittieħed ukoll tad-data ta' skadenza tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament imsemmi aktar qabel kif ukoll tad-dħul fis-seħħ tar-REGOLAMENT tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Ċifrarju Doganali tal-Komunità [2],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2658/87 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(a) L-Artikolu 3(2), (3) u (4) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Is-sottotitoli tat-Taric għandhom jiġu identifikati bid-9 u l-10 numri li, flimkien man-numri taċ-ċifrarju msemmija fil-paragrafu 1, jiffurmaw in-numri taċ-ċifrarju tat-Taric. Fejn m'hemmx sottodiviżjoni tal-Komunità, id-9 u l-10 numri għandhom jiġu "00".

3. B'mod eċċezzjonali, ċifrarji addizzjonali tat-Taric b'erba' figuri jistgħu jintużaw għall-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi tal-Komunità li mhumiex ċifrati, jew mhumiex ċifrati totalment, f'livell tad-9 u l-10 numru."

(b) l-Artikolu 5(3) u (4) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"3. L-Istati Membri kollha jistgħu jużaw sottodiviżjonijiet li jissodisfaw rekwiżiti nazzjonali; l-identifikar ta' ċifrarji jiġi assenjat lil sottodiviżjonijiet bħal dawn skond ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [3]."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jiġi applikat fl-1 ta' Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Claes

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-REGOLAMENT (KEE) Nru 1891/93 (ĠU L 172, tal-15.7.1993, p. 1).

[2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------