31993L0085



Official Journal L 259 , 18/10/1993 P. 0001 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0036
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0036


Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/85/KEE

ta’ l-4 ta’ Ottubru 1993

dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-produzzjoni tal-patata għandha posta ta’ importanza fl-agrikoltura tal-Komunità; billi l-produzzjoni tal-patata hija dejjem mgħeddha minn organiżmi li jagħmlu l-ħsara;

Billi, permezz tal-protezzjoni tal-koltivazzjoni tal-patata kontra dawn l-organiżmi li jagħlu l-ħsara, mhux biss għandha tħares li tinżamm il-kapaċità produttiva iżda l-produttività agrikola għandha tiżdied;

Billi miżuri protettivi sabiex ma jitħallhiex li jidħlu organiżmi li jagħmlu ħsara fit-territorju ta’ l-Istat Membru jkollha biss effett limitat jekk dawn l-organiżmi ma jiġux kontrollati fl-istess ħin u b’mod preċiż fil-Komunità kollha u ma jitħallewx jinfirxu;

Billi wieħed mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-patata huwa l-Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckermann et Kotthoff) Davis et al., l-aġent ‘pathogenic’ tal-marda tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata; billi din il-marda seħħet f’xi partijiet tal-Komunità u xi riżorsi limitati ta’ din l-infezzjoni għadhom jeżistu;

Billi hemm riskju serju illi l-kultivazzjoni tal-patata fil-Komunità kollha jekk ma jittieħdux miżuri effettivi sabiex tinsab din il-marda u tiġi stabbilita d-distribuzzjoni tagħha, sabiex ma titħallhiex isseħħ u tinfirex, u, jekk tinsab, sabiex ma titħallhiex tinfirex u tiġi kkontrollata bl-iskop li tinqered

Billi, sabiex jiġi żgurat dan, ċerti miżuri għandhom jittieħdu fi ħdan il-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom, ukoll, ikunu kapaċi jieħdu miżuri żejda jew aktar iebsa fejn huwa neċessarju, sakemm dan ma jkunx ta’ tfixkil għaċ-ċaqlieq tal-patata fi ħdan il-Komunità, bl-eċċezzjoni ta’ dak li hemm stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill Nru 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul ġewwa l-Istati Membri ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew prodotti tal-pjanti [4]; billi dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/665/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1980 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata [5], stabbilixxiet il-miżuri minimi li għandhom jittieħdu minn kull Stat Membru kontra t-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata;

Billi, minn dak iż-żmien, saru żviluppi importanti fl-għarfien tal-marda tat-tħassir fil-forma ta’ ċirku tal-patata u li tinqabad il-patoġenu tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata;

Billi l-applikazzjoni tal-parti dwar is-saħħa tal-pjanti tal-Komunità bħala arja mingħajr fruntieri interni tagħti lok għal eżaminazzjoni mill-ġdid u reviżjoni ta’ xi disposizzjonijiet tad-Direttiva Nru 80/665/KEE;

Billi, bħala riżultat ta’ din l-eżaminazzjoni mill-ġdid, id-disposizzjonijiet tad-Direttiva Nru 80/665/KEE ma kienux biżżejjed, u speċifikazzjoni aktar tal-miżuri huma meħtieġa;

Billi, f’dik is-sitwazzjoni, id-Direttiva Nru 80/665/KEE għandha titħassar u l-miżuri li hemm bżonn jiġu adottati;

Billi l-miżuri għandhom jikkunsidraw, l-ewwel, illi, il-marda tista’ tibqa’ moħbija u ma tingħarafx sew fl-uċuħ tar-raba’ li qegħdin jikbru kif ukoll fil-basal li hemm maħżuna, u għalhekk tista’ tiġi evitata biss billi għall-produzzjoni tintuża’ żerriegħa tal-patata li ma fihiex l-infezzjoni, u, t-tieni, illi servejs sistematiċi uffiċjali huma bżonjużi sabiex tiġi lokalizzata; billi t-tifrix tal-pathogen qalb l-uċuħ tar-raba’ li qed jikbru m’huwiex l-aktar fattur importanti, imma billi l-patoġenu jista’ jeżisti wkoll matul ix-xitwa fi pjanti tal-patata li tinżera minn jedda (voluntarja) u dawn huma l-akbar sors ta’ infezzjoni li permezz tagħhom tinġarr minn staġun għall-ieħor; billi l-pathogen jinfirex b’mod ewlieni minħabba t-tniġġis tal-patata permezz tal-kuntatt ma’ patata infettata kif ukoll b’kuntatt ma’ l-għodda li biha tinżera, tinħasad u titqandel jew tinġarr u tinħażen f’kontenituri li ġew kontaminati bl-organiżmu permezz ta’ kuntatt minn qabel ma’ patata infettata; billi dawn l-oġġetti infettati jistgħu jibqgħu bl-infezzjoni għal xi żmien wara li jiġu kontaminati; billi t-tifrix tal-pathogen jista’ jitnaqqas jew ma jitħallix permezz ta’ diżinfestazzjoni ta’ dawn l-oġġetti; billi kwalunkwe kontaminazzjoni taż-żerriegħa tal-patata tfisser riskju akbar għat-tifrix tal-pathogen;

Billi, sabiex jiġu stabbiliti d-dettalji għal dawn il-miżuri ġenerali, kif ukoll għal dawk il-miżuri aktar iebsa jew miżjuda li jittieħdu mill-Istati Membri sabiex ma titħallhiex issir l-introduzzjoni tal-patoġenu fi ħdan it-territorju tagħhom, huwa mixtieq illi l-Istati Membri jikkoperaw mill-viċin mal-Kummissjoni fi ħdan l-Kumitat Mwaqqaf għas-Saħħa tal-Pjanti (’il quddiem magħruf bħala ‘l-Kumitat’),

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva hija dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fl-Istati Membri kontra l-Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckermann et Kotthoff) Davis et al., il-kawża tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata (’il quddiem magħrufa bħala ‘l-organiżmu’), sabiex:

(a) tinsab u tiġi stabbilita d-distribuzzjoni tagħha;

(b) li ma titħallhiex titrabba u tinfirex; u

(ċ) jekk tinsab, li ma titħalliex tinfirex u li tiġi kkontrollata bil-għan illi tinqered.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu servejs sistematiċi uffiċjali għall-organiżmu fuq basal u, fejn huwa xieraq, fuq il-pjanti tal-patata (Solanum tuberosum L.) li ġejjin mit-territorju tagħhom, għall-konferma li m’hemmx l-organiżmu.

Għal dan l-istħarriġ, fil-każ tal-basal kampjuni kemm taż-żerriegħa kif ukoll ta’ patata oħra għandhom jittieħdu, preferibbilment minn lottijiet maħżuna u li ġew soġġetti għal ħarsien uffiċjali jew għal testijiet sorveljati fil-laboratorju billi jintuża l-metodu li hemm stabbilit fl-Anness I sabiex jinsab u jintgħaraf l-organiżmu. Barra minn hekk, fejn huwa xieraq, tista’ ssir ispezzjoni viżwali uffiċjali jew sorveljata uffiċjalment billi jinqatgħu basal fuq kampjuni oħrajn.

Fil-każ ta’ pjanti, dan is-servej għandu jsir skond metodi xierqa u l-kampjuni għandhom ikunu soġġetti għal testijiet uffiċjali xierqa jew sorveljati uffiċjalment.

In-numru, l-oriġini, l-istratifikazzjoni u l-ħin tal-ġabra tal-kampjuni għandhom jiġu deċiżi mill-korpi uffiċjali responsabbli skond it-tifsira tad-Direttiva Nru 77/93/KEE bażata fuq prinċipji sodi u statistika u l-bijoloġija ta’ l-organiżmu, u billi tittieħed konsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni tal-patata ta’ l-Istati Membri konċernati. Id-dettalji ta’ dan għandhom jingħataw kull sena lill-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni, bl-iskop illi jiġu żgurati livelli ta’ tqabbil ta’ sigurta’ bejn l-Istati Membri għall-konferma tan-nuqqas tal-organiżmu.

2. Ir-riżultati tas-servejs uffiċjali previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu notifikati mill-anqas darba fis-sena lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. Id-Dettaliji ta’ din in-notifika għandhom ikunu konfidenzali. Jistgħu jingħataw lill-Kumitat skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 16a tad-Direttiva Nru 77/93/KEE.

3. Id-disposizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a tad-Direttiva 77/93/KEE;

- id-dettalji tas-servejs previsti fil-paragrafu 1 hawn fuq, sabiex jitwettqu b’mod konformi mal-prinċipji xjentifiċi sodi u l-prinċipji ta’ l-istatistiċi,

- id-dettalji tan-notifika previsti fil-paragrafu 2 hawn fuq.

4. Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a tad-Direttiva Nru 77/93/KEE:

- il-metodu xieraq għas-servejs u t-testijiet previst fit-tielet paragrafu tal-paragrafu 1 hawn fuq.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi xi ġrajja suspettuża jew konfermata tal-preżenza ta’ l-organiżmu, fil-pjanti tal-patata u l-basal jew maħsuda, maħżuna jew basal li ġew innegozjati fit-territorju tagħhom għandhom jiġu rapportati lill-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom stess.

Artikolu 4

1. Fil-każijiet fejn hemm suspett li ġraw, il-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru li fih ġie rapportat il-każ għandu jiżgura li jsiru testijiet uffiċjali fil-laboratorju jew sorveljati uffiċjalment, billi jintuża l-metodu li hemm stabbilit fl-Anness I, u b’mod konformi mal-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 1 ta’ l-Anness II, sabiex jiġi konfermat jew skartat is-suspett tal-ġrajja. Fil-każ ta’ qabel, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 ta’ l-Anness II għandhom jgħoddu.

2. Sakemm tasal il-konferma jew l-iskartar tal-ġrajja suspetta taħt il-paragrafu 1, f’dawk il-każijiet fejn hemm ġrajja suspetta fejn, jew:

(i) sintomi suspettati tal-marda li ntgħarfu viżwalment; jew,

(ii) test pożittiv ta’ immunofluorescence kif speċifikat fl-Anness I jew test xieraq pożittiv ieħor li ġie identifikat,

il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri għandhom:

(a) ma jħallux il-moviment ta’ dawk il-lottijiet jew konsenji kollha li minnhom ittieħdu l-kampjuni, bl-eċċezzjoni ta’ dawk taħt il-kontroll tagħhom u dment illi ġie stabbilit illi m’hemm ebda riskju magħruf tat-tifrix ta’ l-organiżmu;

(b) jieħdu passi sabiex tinstab l-oriġini tal-ġrajja suspettata;

(ċ) idaħħlu miżuri ta’ prekawzjoni oħrajn li jkunu bażati fuq il-livell ta’ riskju stmat, sabiex jiġi evitat li jinfirex l-organiżmu. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-kontroll uffiċjali tal-moviment tal-basal u l-pjanti l-oħrajn kollha ġewwa jew barra mill-postijiet assoċjati mal-ġrajja suspettata.

3. Id-disposizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu adottati skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 16a tad-Direttiva Nru 77/93/KEE:

- il-miżuri li hemm għalihom referenza fil-paragrafu 2 (c) hawn fuq.

4. Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a tad-Direttiva Nru 77/93/KEE:

- it-test l-ieħor xieraq li hemm previst fil-paragrafu 2 (ii) hawn fuq;

Artikolu 5

1. Jekk it-testijiet uffiċjali jew dawk sorveljati uffiċjalment fil-laboratorju permezz tal-metodu stabbilit fl-Anness I jikkonfermaw il-preżenza ta’ l-organiżmu fil-kampjun tal-basal, pjanti jew partjiet ta’ pjanti, il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru, wara li jikkkunsidra prinċipji xjentifiċi sodi, il-bioloġija ta’ l-organiżmu u l-produzzjoni partikolari, il-marketing u s-sistemi ta’ proċessar f’dak l-Istat Membru għandu:

(a) jiddikjara bħala kontaminati l-basal jew il-pjanti, konsenji u/jew lottijiet, u l-makkinarju, il-vettura, il-bastiment, il-maħżen, jew taqsimiet tiegħu, u kwalunke oġġetti oħrajn inkluż il-materjal ta’ l-imballaġ, li minnu jkun ittieħed il-kampjun, u fejn huwa xieraq, il-posti(jiet) tal-produzzjoni u l-għalqa (għelieqi) li fihom inħasdu l-basal jew il-pjanti;

(b) jistabbilixxi, billi jieħu in konsiderazzjoni d-disposizzjonijiet tal-punt 1 ta’ l-Anness III, il-firxa tat-tniġġis probabbli permezz ta’ kuntatt qabel jew wara l-ħsad jew permezz ta’ rabta fil-produzzjoni mat-tniġġiż dikjarata;

(ċ) jimmarka ż-żona fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tat-tniġġiż taħt (a), il-fatt li ġiet stabbilit il-firxa probabbli tat-tniġġiż taħt (b), u l-possibbiltà li jinfirex l-organiżmu, billi tittieħed konsiderazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-punt 2 ta’ l-Anness III.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummisjoni minnufih, skond id-disposizzjonijiet tal-punt 3 ta’ l-Anness III, ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni dikjarata taħt il-paragrafu 1 (a) u d-dettalji taż-żona mmarkata taħt il-paragrafu 1 (ċ).

Id-dettalji ta’ din in-notifika għandhom ikunu konfidenzali. Din tista’ tinbagħat lill-Kumitat b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a tad-Direttiva Nru 77/93/KEE.

3. Bħala riżultat tan-notifika taħt il-paragrafu 2 u l-elementi stabbiliti hemmhekk, Stati Membri l-oħrajn imniżżla fin-notifika għandhom, fejn huwa xieraq, jiddikjaraw kontaminazzjoni, jistabbilixxu l-firxa tal-probabbli kontaminazzjoni u jimmarkaw iż-żona, skond il-paragrafu 1 (a), (b) u (ċ) rispettivament.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi fejn il-basal jew il-pjanti ġew dikjarati li huma kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a), testijiet b’mod konformi ma’ l-Artikolu 4(1) għandhom jitwettqu fuq ħażniet tal-patata li huma klonalment relatati ma’ dawk involuti fit-tniġġiż. It-testijiet għandhom isiru fuq basal jew pjanti skond il-bżonn sabiex jiġi stabbilit il-probabbli sors ewlieni ta’ l-infezzjoni u l-firxa probabbli tat-tniġġiż, preferibbilment skond il-grad ta’ riskju.

Bħala riżultat tat-testijiet, għandhom isiru aktar deskrizzjonijiet tat-tniġġiż, tiġi stabbilita l-firxa probabbli tat-tniġġiż u tiġi mmarkata ż-żona, kif inhu xieraq, taħt l-Artikolu 5(1)(a), (b) u (ċ) rispettivament.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi l-basal u l-pjanti, dikjarati li huma kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a) ma jistgħux jinżergħu u li, taħt il-kontroll tal-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom, għandhom:

- jeqirduhom, jew

- jeħilsu minnhom b’xi mod ieħor, skond il-miżura(i) uffiċjali ta’ sorveljar, b’mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-punt 1 ta’ l-Anness IV, dment illi jiġi stabbilit illi m’hemm ebda riskju li jingħaraf li permezz tiegħu jista’ jinfirex l-organiżmu.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi l-basal u l-pjanti dikjarati li huma probabbilment kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(b) ma jistgħux jinżergħu u, mingħajr preġudizzju għar-riżultati tat-testijiet li hemm għalihom riferenza fl-Artikolu 6 għal ħażniet relatati permezz ta’ kloni, taħt il-kontroll tal-korpi uffiċjali responsabbli, jintużaw jew jinħelsu bl-aktar mod xieraq kif speċifikat fil-punt 2 ta’ l-Anness IV, b’tali mod illi jiġi stabbilit illi m’hemm ebda riskju li jintgħaraf għall-firxa ta’ l-organiżmu.

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi l-makkinarju, il-vettura, il-bastiment, il-maħżen, jew taqsimiet minnu, u kwalunkwe oġġetti oħrajn inkluz il-materjal ta’ l-imballaġ, dikjarati bħala kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a) jew stabbiliti bħala probabbilment kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(b), għandhom jew jinqerdu jew jitnaddfu jew jiġu diżinfettati billi jintużaw il-metodi xierqa kif speċifikat fil-punt 3 ta’ l-Anness IV. Wara d-diżinfestazzjoni, kwalunkwe oġġett minn dawn m’għandux jibqa’ jitqies bħala kontaminat.

4. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri mdaħħla taħt il-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi, fiż-żona mmarkata taħt l-Artikolu 5(1)(ċ), serje ta’ miżuri, kif speċifikat fil-punt 4 ta’ l-Anness IV, għandhom jiġu implimentati.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu illi ż-żerriegħa tal-patata għandha tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva Nru 77/93/KEE u għandhom jiġu minn linja diretta mill-materjal miksub taħt programm uffiċjali approvat li jkun jinstab mingħajr l-organiżmu fit-testijiet uffiċjali jew dawk sorveljati uffiċjalment billi jintuża wieħed mill-metodi mniżżla fl-Anness I.

It-testijiet hawn fuq imsemmija għandhom isiru:

- fil-każijiet fejn it-tniġġiż jaffettwa l-produzzjoni taż-żerriegħa tal-patata, fuq il-pjanti ta’ l-għażla tal-kloni tal-bidu,

- f’każijiet oħrajn, jew fuq il-pjanti ta’ l-għażla tal-kloni tal-bidu jew fuq kampjuni rappreżentattivi taż-żerriegħa bażika tal-patata jew ta’ tnissiliet ta’ qabel.

2. Id-disposizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu adottati skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 16a tad-Direttiva Nru 77/93/KEE:

- ir-regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu,

- ir-regoli dwar il-kampjuni rappreżentattivi li previsti fit-tieni inċiż tas-subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom joħorġu bandu dwar iż-żamma jew t-tqandil ta’ l-organiżmu.

Artikolu 10

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva Nru 77/93/KEE, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-derogi mill-miżuri li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 6, 7 u 9 ta’ din id-Direttiva għal skopijiet ta’ sperimentazzjoni jew xjentifiċi, u għal xogħol fuq għażla ta’ varjetà, dment illi d-derogi ma jippreġudikawx il-kontroll ta’ l-organiżmu u ma jinħoloq ebda riskju li jinfirex l-organiżmu.

Artikolu 11

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri oħrajn jew aktar iebsa skond kif inhu mixtieq sabiex jiġġieldu l-organiżmu jew ma jħalluhx jinfirex, sa fejn ikun konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva Nru 77/93/KEE.

Il-miżuri miżjuda li jissemmew fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu d-disposizzjoni illi ż-żerriegħa tal-patata li tista’ biss tinżera’ hija dik li jew ġiet ċertifikata uffiċjalment jew spezzjonata uffiċjalment sabiex tilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-istandards tas-saħħa tal-pjanti. Ta’ l-aħħar jista’ japplika b’mod partikolari fil-każ ta’ bdiewa li huma awtorizzati jużaw, fl-istabbiliment tagħhom, żerriegħa tal-patata li kisbu mill-ħsad tagħhom stess u fil-każijiet l-oħrajn fejn tinżera żerriegħa tal-patata prodotta minnhom stess.

Id-dettalji ta’ dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Emendi lill-Annessi ta’ din id-Direttiva, magħmula fid-dawl ta’ l-iżviluppi xjentifiċi jew ta’ tagħrif teknoloġiku, għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 16a tad-Direttiva Nru 77/93/KEE.

Artikolu 13

1. Sal-15 ta’ Novembru 1993 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-disposizzjonijiet li hemm bżonn sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu flimkien ma’ din ir-riferenza fil-ħin li fih jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-proċedura sabiex issir din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mis-16 ta’ Novembru 1993.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet kollha tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn ta’ dan.

Artikolu 14

Direttiva Nru 80/665/KEE permezz ta’ dan qed tiġi mħassra b’effett mis-16 ta’ Novembru 1993.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-4 ta’ Ottubru 1993.

Għall-Kunsill

W. Claes

Il-President

[1] ĠU C 93, tat-2.4.1993, pġ. 12.

[2] ĠU C 176, tat-28.6.1993, pġ. 210.

[3] ĠU C 161, ta’ l-14.6.1993, pġ. 18.

[4] ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 20. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 92/103/KEE (ĠU L 363, tal-11.12.1992, pġ. 1).

[5] ĠU L 180, ta’ l-14.7.1980, pġ. 30.

--------------------------------------------------

ANNESS I

METODU SABIEX TINGĦARAF U SSIR DIJANJOSI TAL-BACTERIUM TAT-TĦASSIR FORMA TA’ ĊIRKU, CLAVIBACTER MICHIGANENSIS (Smith) Davis et al. ssp. SEPEDONICUS (Spieckermann et Kotthof) Davis et al. F’TAQSIMIET TAL-BASAL TAL-PATATA

1. Tneħħija tal-heel-end cores

1.1. Aħsel 200 basla taħt l-ilma tat-vit nieżel u neħħi l-epidermide minn madwar l-għarqub ta’ kull basla billi tuża xafra jew għodda biex tqaxxar il-patata u tiddiżinfetta b’mod regolari; id-diżinfestazzjoni tista’ tintlaħaq billi xxarrab l-għodda tat-tqaxxir f’70 % ethanol u tagħtih in-nar.

1.2. Bir-reqqa neħħi l-conical tissue cores mit-truf ta’ l-għarqub b’sikkina jew għodda biex tqaxxar il-patata. Malli tneħħihom, it-truf ta’ l-għarqub għandhom jiġu proċessati fi żmien 24 siegħa (Ara il-paragrafu 3) jew konservati f’temperatura ta’ -20° C għal mhux aktar minn ġimgħatejn.

2. Eżaminazzjoni viżwali tas-sintomi tat-tħassir forma ta’ cirku

Wara li tneħħi t-truf ta’ l-għarqub, aqta’ kull basla minn nofs u ara jekk hemmx preżenza tas-sintomi tat-tħassir forma ta’ ċirku.

Agħsar il-basal u ara jekk hemmx xi forma ta’ macerated tissues mill-vascular tissue.

Is-sintomi li jidhru l-aktar kmieni huma glassiness jew translucence żgħira tat-tissue mingħajr irtubija madwar is-sistema vaskolari, b’mod partkolari fejn it-tarf ta’ l-għarqub. Iċ-ċirku vaskolari lejn it-tarf ta’ l-għarqub jista’ jkun xi ftit aktar skur bħala kulur min-normal. L-ewwel sintomu li jintagħraf malajr huwa wieħed fejn iċ-ċrieki vaskolari jkollhom kulur safrani u meta l-basla tingħafas ġentilment, kolonni ta’ materjal qisu ġobon joħroġ minn ġo l-vini. F’dan l-istadju l-vascular tissue tista’ ssir kannella. Għall-ewwel, dawn is-sintomi jistgħu jiġu ristretti għal parti waħda taċ-ċirku, mhux bilfors viċin it-tarf ta’ l-għarqub u jistgħu jinfirxu gradwalment lejn iċ-ċirku kollu. Hekk kif tagħmel progress l-infezzjoni, issir il-qerda tal-vascular tissue; il-cortex ta’ barra tista’ tissepara minn mal-cortex ta’ ġewwa. Fi stadji avvanzati ta’ l-infezzjoni, jidhru xquq fuq il-wiċċ tal-basla, li huma sikwiet aħmar fil-kannella fit-truf. Invażjoni sekondarja ta’ fungus jew bakterja jistgħu jaħbu s-sintomi u jista’ jkun diffiċli, jekk mhux impossibli, sabiex wieħed jagħraf s-sintomi avvanzati tat-tħassir forma ta’ ċirku minn tħassir ieħor tal-basla.

3. Preparazzjoni tal-kampjuni għat-tbajja ta’Gram staining, tbajjaimmunofluorescence(IF) u test tal-brunġiel

3.1. Agħffeġ flimkien it-truf ta’ l-għarqub sakemm ikollok tifrik sħiħ f’diluent magħruf bħala Corynebacterium sepedonicum li mhuwiex velenuż (per eżempju, 0,05 M phosphate buffered saline (PBS) pH 7,0) f’temperatura ta’ mhux anqas minn 30° C; kif ukoll l-użu ta’ deflocculant mhux velenuż u jista’ jkun hemm bżonn ukoll ta’ aġent ta’ l-antifoam mhux velenuż (Appendiċi 1 u 2). Tifrik żejjed għandu jiġi evitat.

3.2. Oħroġ il-bakterja mit-taħlita permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin [1]:

A. (a) Centrifuge f’mhux aktar minn 180 g għal 10 minuti.

(b) Centrifuge supernatant f’mhux anqas minn 4000 g għal 10 minuti. Ferra’ u skarta s-supernatant.

B. (a) Agħlli t-tifrik joqgħod għal madwar 30 minuta sakemm il-fdalijiet tat-tissue joqogħdu.

(b) Saffi s-supernatant permezz ta’ filter paper (Whatman No 1) impoġġi f’filtru ta’ sintered glass (No 2 = 40-100mm) billi tuża vacuum pump ta’ l-ilma. Battal il-filtrat ġewwa tubu tas-centrifuge. Aħsel il-filtru b’PBS sterilu sa volum ta’ filtrat massimu ta’ 35 ml.

(ċ) Centrifuga l-filtrat f’mhux anqas minn 4000 g għal 20 minuta.

3.3. Issospendi l-pellet f’0,01 M phosphate buffer pH 7,2 sterilu (Appendiċi 2) sabiex tagħtih volum sħiħ ta’ madwar 1 ml. Aqsam f’biċċtejn ugwali u żomm parti waħda għal skopijiet ta’ riferenza billi tiffriża f’-20° C [2] jew permezz ta’ lyophilization. Aqsam il-parti l-oħra f’biċċtejn u uża nofs wieħed għat-test IF u għat-tebgħa ta’ Gram u l-oħra għat-test tal-brunġiel.

3.4. Huwa imperattiv illi l-kontrolli pożittivi u l-kampjuni tas-C. sepedonicum jiġu trattati separatament sabiex jiġi evitat t-tniġġis. Dan japplika għas-slides ta’ l-IF u għat-testijiet tal-brunġiel.

4. Tbajja’ ta’ Gram

4.1. Ipprepara t-tbajja’ ta’ Gram għad-dilutions tal-pellets kollha (5.2.1) u għal kull basla maqtugħha (2) li turi glassiness, tħassir jew sintomi suspetti oħrajn. Kampjuni għandhom jittieħdu mit-tarf tat-tissues bil-marda.

4.2. Ipprepara t-tbajja’ ta’ Gram għal kolturi ta’ C. sepedonicum magħrufa u, jekk huwa possibbli, għal tissue infettata b’mod naturali (5.1).

4.3. Iddetermina liema sempji fihom celloli tipikici ta’ Gram positve coryneform. B’mod ġenerali, ċelloli tas-C. sepedonicum huma twal bejn 0,8 u 1,2mm u wiesgħin bejn 0,4 u 0,60mm.

Proċedura xierqa ta’ biex ittebba’ tingħata fl-Appendiċi 3.

Preparazzjonijiet minn infezzjonijiet naturali jew kulturi mifruda riċentament juru predominanza ta’ vireg ta’ coccoid rods li s-soltu huma kemm xejn iżgħar miċ-ċelloli minn kulturi oder agar. Fil-biċċa l-kbira tal-kulturi tal-medja, ċelloli tas-C. sepedonicum huma vireg pleomorphic coryneform u jistgħu jagħtu reazzjoni Gram li tvarja. Iċ-ċelloli huma singoli, pari b’‘minkbejn’ karatteristiċi tad-diviżjoni li titgħawweġ, u f’xi okkażjonijiet fi gruppi rregolari li sikwit nirreferu għalihom bħala palisades jew ittri Ċiniżi.

5. Skema għat-testijiet IF

5.1. Uża l-antiserum f’parti magħrufa tal-C. sepedonicum - ATCC 33113 (NCPPB 2137), jew NCPPB 2140. Dan għandu jkollu IF titre ta’ aktar minn 1:600. Żid kontroll wieħed PBS fuq is-slide tat-test sabiex tistabbilixxi jekk il-fluorescein isothiocyanate anti-rabbit immunoglobulin conjugate (FITC) jitħallatx maċ-ċelloli tal-bakterja. Corynebacterium sepedonicum (ATCC 33113 (NCPPB 2137), NCPPB 2140) għandu jintuża bħala homologous antigen controls fuq slide separata. Tissue li tiġi infettata b’mod naturali (miżmuma mil-lyophilization jew friżata f’-20° C) għandħa tintuża fejn huwa possibbli bħala kontroll simili fuq l-istess slide (Stampa 2).

5.2. Proċedura

5.2.1. Ipprepara tliet serial ten fold dilutions (101, 102, 103) tal-pellet finali f’ilma distillat (Stampa 1).

5.2.2. Ħu l-qies standard tal-volum li hemm bżonn bil-pipetta sabiex tiksi t-tieqa (madwar 25 ml) ta’ kull pellet dilution jew C. sepedonicum suspension (madwar 106 ċelloli‘ml) għal twieqi ta’ multispot slide kif muri fl-istampa 1.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

5.2.4. Iksi t-twieqi xierqa b’C. sepedonicum antiserum fit-taħlitiet rakkomandati, 0,01 M PBS pH 7,2 (Appendiċi 2), kif muri fl-istampa 1. (Uża PBS għall-kontroll FITC.) It-taħlita ta’ l-Antiserum li taħdem għandha tkun bejn wieħed u ieħor nofs dik tal-IF titre. Jekk taħlitiet oħra ta’ l-Antiserum għandhom jiġu inklużi, slides separati għandhom jitlestew għal kull taħlita li ser tintuża.

5.2.5. Inkuba f’kamra umda b’temperatura ta’ l-Ambjent għal 30 minuta.

5.2.6. Laħlaħ bir-reqqa b’0,01 M PBS pH 7,2. Aħsel għal madwar ħames minuti fi tliet tibdiliet ta’ 0,01 M PBS pH 7,2.

5.2.7. Bir-reqqa neħħi l-umdità żejda.

5.2.8. Agħtti kull tieqa b’taħlita ta’ FITC fl-istess taħlita li ntużat sabiex jiġi stabbilit t-titre u inkubat f’kamra mudlama u umda f’temperatura ta’ l-ambjent għal 30 minuta.

5.2.9. Laħlaħ u aħsel bħal qabel.

5.2.10. Żid madwar 5 sa 10 ml ta’ 0,1 M phosphate buffered glycerine pH 7,6 (jew prodott simili b’ pH ta’ mhux anqas minn 7,6) lil kull tieqa u agħtti bi ħġieġa (Appendiċi 2).

5.2.11. Eżamina taħt mikroskopju mwaħħal b’sors ta’ dawl epiflorexxenti addattat sabiex wieħed ikun jista’ jaħdem b’FITC. Tkabbir ta’ 400 sa 1000 huwa xieraq. Skanja twieqi ripetuti għal madwar żewġ dijametri f’angoli retti u madwar il-perimetri tat-tieqa.

Osserva ċ-ċelloli florexxenti f’kontrolli pożittivi u stabbilixxi t-titre. Osserva ċ-ċelloli fit-tieqa ta’ kontroll FITC’PBS u, jekk mhux preżenti, ipproċedi bit-twieqi l-oħrajn. Stabbilixxi f’minimu ta’ 10 għelieqi mikroskopiċi l-mean number taċ-ċelloli morfoloġikament florexxenti tipiċi f’kull għalqa u kkalkula n-numru kull ml ta’ pellet mhux imħallta (Appendiċi 4).

Hemm bosta problemi inerenti fl-eżaminazzjoni ta’ l-immunoflorexxenti.

- Il-popolazzjonijiet ta’ l-isfond taċ-ċelloli florexxenti b’morfoloġija li m’hijiex tipika u bakteria saprofitika li tirreaġixxi mal-qies u l-morfoloġija simili għall-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus huwa probabbli li jeżistu fil-pellets tal-patata. Ikkunsidra biss iċ-ċelloli b’daqs tipiku u morfoloġiku.

Minħabba l-possibbiltà ta’ reazzjonijiet minn naħa għall-oħra, kampjuni b’test ta’ immunoflorexxenti pożittiv għandhom jerġgħu jiġu ttestjati b’antiserum differenti.

- Il-limitazzjoni teknika sabiex jintgħaraf permezz ta’ dan il-metodu jinsab bejn 103 u 104 ċelloli kull ml ta’ pellet mhux imħallta. Kampjuni ta’ ċelloli tipiċi IF meta wieħed jgħodd sal-limitu ta’ l-għarfien fejn huma ġeneralment negattivi għal C. m. ssp. sepedonicus imma jista’ jkun marbut mat-testijiet tal-brunġiel.

Test ta’ l-immunoflorexxenti negattiva huwa identifikat għal kwalunkwe kampjun fejn ċelloli morfoloġikament tipikament florexxenti jinstabux. Il-kampjuni għandhom jitqiesu bħala ‘mhux imniġġsa’ bil-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus.

It-test tal-brunġiel mhux miltlub.

Test pożittiv ta’ l-immunoflorexxenti huwa identifikat għal kull kampjun li fih jinsabu ċelloli morfoloġikament tipikament florexxenti.

Kampjuni li għalihom ġie identifikat test pożittiv ta’ immunflorexxenti li fih iż-żewġ antisera għandhom jitqiesu bħala ‘potenzalment imniġġsa’ bil-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus.

It-test tal-brunġiela huwa mitlub għall-kampjuni meqjusa bħala potenzalment imniġġsa.

6. It-test tal-brunġiel

Għal dettalji kulturali, ara Appendiċi 5.

6.1. Qassam il-pellet minn 3.3 bejn mill-anqas 25 brunġiela fl-istadju tal-weraq 3 (Appendiċi 5) b’wieħed mill-metodi mogħti hawn taħt (6.2, 6.3 jew 6.4).

6.2. Qasma tat-tlaqqim I

6.2.1. Poġġi kull qasrija mimduda (blokka ta’ expanded polystyrene b’biċċa 5 cm fonda × 10 cm wiesgħa × 15 cm twila, b’wiċċ minnhom imneħħi (Stampa 3) addattat għal qasrija ta’ 10 cm). Strixxa ta’ fojl ta’ l-aluminium sterilizzat għandha titpoġġa bejn iz-zokk u l-blokk għal kull kampjun ittestjat. Il-pjanta tista’ tinżamm fil-post permezz ta’ lastiku madwar il-blokka.

6.2.2. B’użu ta’ skarpel għamel qatgħa longitutidanali u dijagonali ta’ 0,5 sa 1,0 ċm tul u madwar tliet kwarti tad-dijamentru taz-zokk u madwar tliet kwarti tad-dijamentru fond, bejn il-kotiledon u l-ewwel werqa.

6.2.3. Żomm il-qasma miftuħa bil-ponta tax-xafra tas-sikkina u iżbogħ l-inoculum ġewwa fiha billi tuża pinżell ta’ l-għajnejn jew ta’ l-artist irqieqa ħafna mimlija bil-pellet. Qassam il-bqija tal-pellet bejn il-brunġiel.

6.2.4. Agħlaq il-qasma b’vażellina sterilizzata minn siringa ta’ 2 ml.

+++++ TIFF +++++

6.3. Qasma tat-tlaqqim II

6.3.1. Żomm il-pjanta bejn żewġ swaba, qattar qatra (madwar 5 sa 10 ml) tal-pellet sospiża fuq iz-zokk bejn il-cotyledons u l-ewwel werqa.

6.3.2. Uża sikkina sterilizzata, agħmel qasma dijagolani (f’angolu ta’ madwar 5°), 1,0 cm twila u fonda madwar 2/3 tal-ħxuna taz-zokk, ibda mill-qatra tal-pellet.

6.3.3. Agħlaq il-qasma bil-vażellina sterilizzata minn siringa.

6.4. Tlaqqim bis-siringa

6.4.1. Issaqqix il-brunġiel għal ġurnata qabel it-tlaqqim sabiex tnaqqas il-pressjoni turgor.

6.4.2. Laqqam iz-zkuk tal-brunġiel ’il fuq mill-cotyledons billi tuża siringa mwaħħla ma’ labra ipodermika (mhux anqas minn 23G). Qassam il-pellet bejn il-brunġiel.

6.5. Laqqam 25 pjanta mil-kultura C. sepedonicum u, fejn huwa possibbli, bit-tissue tal-basla infettata b’mod naturali (5.1) bl-istess metodu ta’ tlaqqim (6.2, 6.3 u 6.4).

6.6. Laqqam 25 pjanta b’0,05 M PBS sterilizzat bl-istess metodu ta’ tlaqqim (6.2, 6.3 jew 6.4).

6.7. Inkuba l-pjanti f’kondizzjonijiet xierqa (Appendiċi 5) għal 40 ġurnata. Eżamina regolarment għal sintomi wara tmint ijiem. Għodd in-numru ta’ pjanti li juri s-sintomi. C. sepedonicum tikkawża l-weraq sabiex jinxfu fil-brunġiel u dan jista’ jibda bħala irtubija tal-ġnub jew bejn il-vini. It-tissue li tinxef għal bidu tidher ħadra skura jew ittikkjata imma mbagħad tiċċara qabel ma ssir nekrotika. Inxif bejn il-vini jidher bħala tidlik mgħarraq fl-ilma. Tissue nekrotika sikwit ikollha t-truf sofor jgħajtu. Il-pjanti ma jinqatlux bil-fors; iktar kemm ikun twil iż-żmien qabel ma jiżviluppaw is-sintomi, akbar ikun iċ-ċans li jgħixu. Il-pjanti jistgħu jegħlbu l-infezzjoni. Il-pjanti ż-żgħar tal-brunġiel li huma suxxettibbli huma ħafna aktar sensittivi għall-popolazzjonijiet żgħar ta’ C. sepedonicum minn pjanti ikbar, għalhekk huma bżonjuż illi jintużaw pjanti fl-istadju jew eżatt qabel l-istadju tal-weraq 3.

It-tnixxif jista’ jiġi mill-popolazzjonijiet ta’ baktirja oħrajn jew fungi preżenti fil-pellet tat-tissue tal-basla. Dawn jinkludu l-Erwinia carotovora, subsp. carotovora and E. carotovora subsp. atroseptica, Phoma exigua var. foveata, kif ukoll popolazzjonijiet kbar bħal-baktirja saprophytic. Dan it-tnixxif jista’ jintgħaraf minn dawk ikkawżati mis-C. sepedonicum minħabba illi weraq sħaħ jew pjanti sħaħ jinxfu malajr.

6.8. Ipprepara tebgħa ta’ Gram (4) għall-gruppi kollha tal-brunġiel li juru sintomi, billi tuża biċċiet mit-tissue tal-weraq niexef u tissue miz-zokk tal-pjanti u ifred fuq medda xierqa ta’ sustanzi (7). Iddiżinfetta l-wiċċ tal-weraq tal-brunġiel u z-zkuk billi timsaħ b’70 % ethanol.

6.9. Taħt ċerti ċirkostanzi, b’mod partikolari fejn il-kondizzjonijiet tat-tkabbir m’humiex mill-aqwa, jaf ikun possibbli għas-C. sepedonicum li jeżisiti bħala infezzjoni moħbija ġewwa l-brunġiel anke wara inkubazzjoni ta’ 40 ġurnata. Dawn l-infezzjonijiet jafu jkunu r-riżultat ta’ stunting u nuqqas ta’ qawwa fil-pjanti mlaqqma. Jekk it-test IF jiġi kkunsidrat pożittiv, jista’ jkun neċessarju li jsir test ieħor. Għalhekk huwa essenzali li jitqabblu r-rati tat-tkabbir tal-brunġiel kollu ittestjat bil-kontrolli ta’ tlaqqim sterilizzati 0,05 M PBS u li l-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent fis-serra jiġu mħarsa.

Rakkomandazzjonijiet għal testijiet oħra huma dawn li ġejjin:

6.9.1. aqla z-zkuk ’il fuq mil-post tat-tlaqqim u neħħi l-weraq;

6.9.2. farrak iz-zkuk ġewwa 0,05 M PBS pH 7,0, kif fil-3.1 sa 3.2;

6.9.3. uża nofs il-pellet sabiex tagħmel tebgħa ta’ Gram (4) u test IF (5);

6.9.4. uża n-nofs l-ieħor sabiex tagħmel test ieħor tal-brunġiel (6) jekk it-tebgħa ta’ Gram u/jew it-testijiet IF huma pożittivi. Uża kultura tas-C. sepedonicum magħrufa u sterilizza l-kontrolli 0,05M PBS. Jekk is-sintomi m’humiex imħarsa wara t-test, il-kampjun għandu jiġi meqjus negattiv.

7. Iżolazzjoni tal-C.sepedonicum

Dianjosi tista’ tiġi konfermata biss jekk is-C. sepedonicum jiġi mifrud u b’hekk magħruf (8). Għalkemm is-C. sepedonicum huwa organiżmu li jagħti fastidju, jista’ jiġi mifrud mit-tissue sintomatika. Madankollu, wieħed jista’ jeħles minnu billi jkabbar malajr il-baktirja saprofirika u, għalhekk, firdiet diretti mill-pellet tat-tissue tal-basla (3.3) m’humiex rakkomandati. Il-brunġiel jipprovdi mezz eċċellenti għall-għażla għat-tkabbir tas-C. sepedonicum u jipprovdi wkoll test eċċellenti ta’ konferma bħala wieħed li żamm l-organiżmu.

Firdiet għandhom isiru mill-basal tal-patata u l-brunġiel kollu li jkun fih is-sintomi (4, 6). Tifrik taz-zkuk tal-brunġiel meta jkun hemm bżonn għandu jsir kif stabbilit fi 3. u 6.9.

7.1. Dendil ta’ faxxi fuq wieħed mill-mezzi li ġejjin: (il-formoli jingħataw fl-Appendiċi 6):

sostanza dextrose agar (għas-subkultura biss),

ħmira peptone glucose agar,

sustanza ħmira dextrose agar,

ħmira maħruġa mill-melħ minerali agar.

Inkubazzjoni f’temperatura ta’ 21° C sa 20 ġurnata.

C. sepedonicum jikber bil-mod, is-soltu jagħmel kolonji forma ta’ koppla li jiġu bil-ponta, kulur il-krema fi żmien għaxart ijiem.

Erġa għamel il-faxex sabiex tistabbilixxi l-purità.

Is-subkulturi jtejbu r-rati tat-tkabbir. Kolonji tipiċi huma kulur il-krema fl-abjad jew avorju, tondi, lixxi, imqabbżin, qishom koppla ’l barra, mucoid-fluidal, bi truf sħaħ u s-soltu b’dijametru bejn 1 u 3 mm.

Identifikazzjoni

Ħafna bakterja Gram pożittiva, b’karatteristiċi kolonjali simili għal dawk tas-C. sepedonicum, jistgħu jiġu mifruda minn dawk b’saħħithom jew minn patata marida jew mill-brunġiel. F’dan il-kuntest, is-C. sepedonicum għandu jiġi identifikat permezz tat-testijiet li ġejjin:

Test IF (5.1),

Test tal-brunġiel,

Testijiet ta’ nutrizzjoni u fisjoloġija (Appendiċi 7),

- Test ta’ l-ossidazzjoni/fermentazzjoni (O‘F),

- Test ta’ l-oxidase,

- Tkabbir f’37° C,

- Produzzjoni ta’ l-urease,

- aesculin hydrolysis,

- idroliżi tal-lamtu,

- tolleranza għal soluzzjoni ta’ 7 % sodium chloride,

- test ta’ l-indole,

- test tal-catalase,

- produzzjoni tal-H28,

- citrate utilization,

- idroliżi tal-ġelatina

- aċtu minn: glycerol, lactose, rhamnose u salicin,

- Tebgħa ta’ Gram.

It-testjiet għandhom jinkludu kontroll ta’ C. sepedonicum magħruf. It-testijiet ta’ nutrizzjoni u fisjoloġiċi għandhom isiru billi tintuża l-inocula minn subkulturi ta’ agar bis-sostanzi. Xebħiet morfoloġiċi għandhom isiru minn kulturi ta’ agar b’sostanzi dextrose.

Għat-test IF, il-popolazzjoni taċ-ċelloli għandu jiġi rranġat għal 106 ċelloli/ml. Jekk it-titru IF jkun simili għal dak tal-kultura tal-C. sepedonicum magħrufa.

Għat-test tal-brunġiel il-popolazzjonijiet taċ-ċelloli għandu jiġi rranġat għal 107 ċelloli/ml. It-testijiet tal-brunġiel għandhom isiru billi jintużaw 10 pjanti għal kull organiżmu tat-test, billi terġa’ tintuża’ l-kultura magħrufa bħala C. sepedonicum u kontrolli ta’ ilma sterili; b’kulturi puri tipikament qed jinxfu jinkisbu f’20 ġurnata imma l-pjanti li ma juru ebda sintomi wara dan iż-żmien għandhom jitqegħdu f’inkubatur għal total ta’ 30 ġurnata f’temperaturi li jwasslu għat-tkabbir tal-brunġiel imma li ma jkunux ta’ aktar minn 30° C (Appendiċi 5). Jekk wara 30 ġurnata s-sintomi ma jkunux preżenti, il-kultura ma tistax tiġi konfermata bħala li hija forma patoġenika tal-Corynebacterium sepedonicum.

Test | C. sepedonicum |

O/F | Oxidative inert jew dgħajjef |

Oxidase | - |

Catalase | + |

Tnaqqis tan-Nitrate | - |

Attivita' ta' l-Urease | - |

Produzzjoni tal-H2S | - |

Produzzjoni ta' l-indole | - |

Citrate utilization | - |

idroliżi tal-lamtu | - jew dgħajjef |

Tkabbir f'37°C | - |

Tkabbir f'7 % NaCl | - |

idroliżi tal-ġelatina | - |

Aesculin hydrolysis | + |

Aċtu minn: | |

- Glycerol | - |

- Lactose | - jew dgħajjef |

- Rhamnose | - |

- Salicin | - |

[1] Metodu alternativ li toħroġ il-baktirja ġie mogħti minn Dinesen, 1984.

[2] Hemm xhieda (Janse and Van Vaerenberg, 1987) illi billi tiffriża tista’ tnaqqas il-viabbiltà tal-Corynebacterium sepedonicum. Is-sospensjoni tal-pellet;o 10 % glycerol tista’ ssolvi l-problema.

--------------------------------------------------

ANNESS II

1. Għal kull okkorrenza suspetta li għaliha jiġi identifikat test pożittiv ta’ immunofluorescence skond il-metodu stabbilit fl-Anness I, u konferma jew rifjut permezz ta’ twettiq sħiħ ta’ l-istess metodu mistenni, għandu jkun hemm żamma u konservazzjoni xierqa ta’:

- tal-basal jew pjanti kollha, fejn huwa possibbli, u

- kwalunkwe estratt li jifdal u slides ta’ immunofluorescence żejda ppreparati,

sakemm jitlesta l-metodu msemmi.

2. Fil-każ ta’ konferma pożittiva ta’ l-organiżmu, għandu jkun hemm retenzjoni u konservazzjoni xierqa ta’:

- l-materjal speċifikat fil-paragrafu 1, u

- kampjun tal-materjal tal-brunġiela infettat u mlaqqam bl-estratt tal-basla jew il-pjanta, u

- il-kultura iżolata ta’ l-organiżmu,

sa mill-anqas xahar wara in-notifikazzjoni tal-proċedura taħt l-Artikolu 5(2).

--------------------------------------------------

ANNESS III

1. L-elementi li għandhom jiġu kunsidrati sabiex tiġi stabbilita l-firxa tal-probabbli kontaminazzjoni taħt l-Artikolu 5(1)(b), għandhom jinkludu:

- basal jew pjanti f’post ta’ produzzjoni stabbilit bħala kontaminat taħt l-Artikolu 5(1)(a),

- post(ijiet) ta’ produzzjoni jew stabbilimenti b’xi rabta ta’ produzzjoni mal-basal jew pjanti, stabbiliti bħala kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a), inkluż il-qsim ta’ għodda ta’ produzzjoni u faċilitajiet diretti jew permezz ta’ kuntrattur komuni,

- basal jew pjanti magħmulin f’post(ijiet) ta’ produzzjoni li għalihom hemm riferenza fl-inċiż ta’ qabel, jew preżenti f’tali post(ijiet) ta’ produzzjoni matul il-perjodu meta l-basal u l-pjanti stabbiliti bħala kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a) kienu preżenti fuq il-post jew fil-postijiet ta’ produzzjoni li għalihom hemm riferenza fl-ewwel inċiż,

- imħażen ċentrali li jqandlu l-patata mill-postijiet tal-produzzjoni ta’ hawn fuq,

- kwalunkwe makkinarju, vettura, bastiment, maħżen, jew partijiet tagħhom, u kwalunkwe oġġett ieħor jinkludu l-materjal ta’ imballaġ, li seta’ ġie f’kuntatt mal-basal jew pjanti meqjusa bħala kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a), matul it-12-il xhar ta’ qabel jew fejn huwa xieraq,

- kwalunkwe basal jew pjanti maħżuna, jew f’kuntatt ma’, kull struttura jew oġġett imniżżel fl-inċiż ta’ qabel, qabel it-tindif u d-diżinfestazzjoni ta’ dawn l-istrutturi jew oġġetti, u

- għandha tinkludi, bħala riżultat tat-testijiet taħt l-Artikolu 6, basal jew pjanti bl-istess oriġini kolonjali meqjusa bħala kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a) u għal-liema investigazzjonijiet jindikaw illi kontaminazzjoni hija probabbli.

2. L-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex tiġi stabbilita l-firxa possibbli taħt l-Artikolu 5(1)(c) ser tinkludi:

- kemm huma qrib postijiet oħrajn ta’ produzzjoni għat-tkabbir tal-patata u ta’ pjanti oħrajn li jgħożżuha,

- il-qbil komuni tal-ħażniet taż-żerriegħa tal-patata.

3. Id-dettalji tan-notifika li hemm riferenza għaliha fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) għandha tinkludi:

- għal kull konsenja ta’ patata jew lott stabblit bħala kontaminat, ic-ċertifikati mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva Nru 77/93/KEE, il-passaport jew in-numru ta’ reġistrazzjoni, kif xieraq,

- l-isem tal-varjetà tal-ħażniet taż-żerriegħa tal-patata, u fejn huwa possibbli f’kull każ ieħor,

- deskrizzjoni ta’ l-elementi tal-kontaminazzjoni stabbiliti u ż-żona ta’ demarkazzjoni,

- id-disponibbiltà ta’ l-estratt, ippreparat fuq slides immunofluorescent, materjal ta’ brunġiela infettata u kultura iżolata ta’ l-organiżmu mit-test li fih saret konferma pożittiva ta’ l-organiżmu.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

1. Il-miżuri uffiċjali sorveljati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(1) sabiex jintremew il-basal u l-pjanti meqjusa bħala kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a) għandu jkun:

- użat għall-ipproċessar industrijali permezz ta’ konsenja diretta u immedjata għal impjant ta’ proċessar b’faċilitajiet xierqa għar-rimi tal-fdalijiet li għalihom ġie stabblit illi m’hemm ebda riskju li jintgħaraf li jinfirex l-organiżmu, u b’sistema ta’ disinfestazzjoni tal-postijiet tal-ħażna u tal-vetturi li jitilqu, jew

- miżuri oħra, dment illi ġie stabbilit li m’hemm ebda risku li jintgħaraf li jinfirex l-organiżmu; dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

2. L-użu xieraq jew ir-rimi tal-basal jew pjanti stabbiliti bħala probabbilment kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(b) u li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 7(2), taħt il-kontroll tal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri, għandu jkun:

- użu bħala patata sabiex tintuża għall-konsum, imballata lesta sabiex titqassam direttament u użu mingħajr ma terġa’ tiġi mballata, u intiża sabiex titqassam direttament u għall-użu, jew

- użu bħala patata għall-użu intiża għall-ipproċessar industrijali, u intiża għat-tqassim dirett u immedjat sa impjant ta’ proċessar b’faċilitajiet xierqa ta’ rimi ta’ skart u ta’ disinfezzjoni, jew

- xi użu ieħor jew rimi, dment illi jiġi stabbilit illi m’hemm ebda riskju li jintgħaraf li jista’ jinfirex l-organiżmu.

3. Il-metodi xierqa għat-tindif u diżinfezzjoni ta’ l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(3) għandhom ikunu dawk li għalihom ġie stabbilit illi m’hemm ebda riskju li jintgħaraf li l-organiżmu jinfirex u għandu jkun impjegat taħt is-sorveljanza tal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri.

4. Is-serje ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati fl-Istati Membri fi ħdan iż-żona demarkata stabbilita taħt l-Artikolu 5(1)(c) u li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 7(4) għandha tinkludi:

4.1. f’postijiet fejn il-produzzjoni stabbilita hija kontaminata taħt l-Artikolu 5(1)(a):

(a) f’għalqa stabbilita li għandha tiġi kontaminata taħt l-Artikolu 5(1)(a), jew

(i) - matul mill-anqas tliet snin ta’ tkabbir wara s-sena tal-kontaminazzjoni stabbilita,

- għandhom jittieħdu miżuri sabiex jinqerdu dawk il-pjanti ta’ patata li joffru ruħhom u pjanti oħra naturali li jistiednu l-organiżmu, u

- ebda basal tal-patata, pjanti jew żerriegħa vera, jew pjanti oħra naturali li jistiednu l-organiżmu, jew ħxejjex li għalihom huwa meqjus li hemm ir-riskju li l-organiżmu jgħix jew jinfirex, ma għandhom jinżergħu sakemm l-għalqa tinsab ħielsa minn pjanti tal-patata li joffru ruħhom għal mill-anqas sentejn ta’ tkabbir wara xulxin,

- fl-ewwel staġun tal-ħsad tal-patata wara l-perjodu speċifikat fl-inċiż ta’ qabel, żerriegħa tal-patata ċertifikata uffiċjalment għandha tinżergħa bħala produzzjoni għall-konsum biss u għandu jsir stħarriġ uffiċjali, kif dettaljat fl-Artikolu 2(1);

- fl-istaġun tal-ħsad tal-patata wara dak li hemm referenza għalih fl-inċiż ta’ qabel u wara ċiklu ta’ rotazzjoni xieraq, żerriegħa tal-patata ċertifikata uffiċjalment għandha tinżergħa għal kull żerriegħa jew għall-produzzjoni għall-konsum u stħarriġ uffiċjali kif dettaljat fl-Artikolu 2(1), għandu jittieħed; jew

(ii) - matul l-erba’ snin ta’ tkabbir ta’ wara dik li fiha ġiet stabbilita l-kontaminazzjoni,

- miżuri għandhom jittieħdu sabiex jiġu eliminati l-pjanti tal-patata volontarji u pjanti oħrajn li jkollhom l-organiżmu b’mod naturali, u

- l-għalqa għandħa tinżera’, u tiġi mantnuta, vojta jew bħala post fejn jirgħu l-annimali permanentement bi qtugħ mill-viċin u għalf intensiv,

- fl-ewwel staġun ta’ ħsad tal-patata wara l-perjodu speċifikat fl-inċiż preċedenti, iż-żerriegħa tal-patata ċertifikata uffiċjalment għandha tinżergħa għall-produzzjoni jew taż-żerriegħa jew tal-konsum u għandu jsir stħarriġ uffiċjali, kif dettaljat fl-Artikolu 2(1);

(b) f’egħlieqi oħrajn:

- fis-sena ta’ tkabbir ta’ wara li ġiet stabbilita l-kontaminazzjoni:

- jew ebda basal tal-patata, pjanti jew żerriegħa ta’ veru jew ebda pjanti li b’mod naturali jgħożżu l-organiżmu m’għandhom jinżergħu, u miżuri għandhom jittieħdu sabiex jinqerdu pjanti tal-patata volontarji, kif inhu xieraq, jew

- żerriegħa tal-patata ċertifikata uffiċjalment tista’ tinżergħa għall-konsum biss, bil-kondizzjoni illi l-korpi uffiċjali responsabbli jkunu sodisfatti illi r-riskju tal-pjanti tal-patata volontarji u ta’ pjanti oħrajn li b’mod naturali jkollhom l-organiżmu jkunu inqerdu,

- għal, mill-anqas sentejn ta’ tkabbir wara dak speċifikat fl-inċiż inċiż preċedenti, żerriegħa ċertifikata uffiċjalment biss għandha tinżergħa, sew għall-produzzjoni taż-żerriegħa kif ukoll għall-konsum,

- f’kull sena ta’ tkabbir li hemm riferenza għaliha fl-inċiżi ta’ qabel għandhom jittieħdu miżuri sabiex jinqerdu l-pjanti tal-patata volontarji u pjanti li b’mod naturali jkollhom l-organiżmu, u għandu jsir stħarriġ uffiċjali, kif dettaljat fl-Artikolu 2(1),

- fejn żerriegħa tal-patata ċertifikata uffiċjalment għall-produzzjoni għall-konsum fis-sena ta’ tkabbir wara dik li fiha ġiet stabbilita kontaminazzjoni, il-wiċc tar-raba’ li jkun qed jikber għandu jiġi spezzjonat fi żminijiet xierqa u l-pjanti tal-patata volontarji għandhom jiġu ttestjati għall-organiżmu;

(ċ) immedjatament wara li tkun ġiet stabbilita l-kontaminazzjoni taħt l-Artikolu 5(1)(a) u f’kull sena ta’ tkabbir segwenti sa u inkluż l-ewwel sena li fiha huwa permess staġun ta’ ħsad tal-patata fl-għalqa (egħlieqi) meqjusa bħala kontaminati, kif dettaljat fil-paragrafu (a), il-makkinarju kollu u l-faċilitajiet ta’ ħżin fuq il-post ta’ produzzjoni u involut fil-produzzjoni tal-patata għandha titnaddaf u tiġi diżinfettata kif xieraq bl-użu ta’ metodi xierqa, kif speċifikat fin-numru 3;

(d) f’dawn is-sistemi ta’ produzzjoni fejn tibdil sħiħ tal-mezzi ta’ tkabbir huwa possibbli,

- ebda basal, pjanti jew żerriegħa vera ma għandha tinżera’ sakemm l-unità ta’ produzzjoni ma tkun soġġetta għal miżuri sorveljati uffiċjalment biex jeliminaw l-organiżmu u jneħħu patata jew materjal tat-tip solanaceous, inkluż, ta’ l-anqas, tibdil sħiħ bil-medium li jkun qed jikber u tindif u disinfettar ta’ l-inità ta’ produzzjoni u l-għodda kollha, u, wara tingħata l-approvazzjoni għall-produzzjoni tal-patata mill-korpi uffiċjali responsabbli, u

- il-produzzjoni tal-patata għandha tkun minn żerriegħa tal-patata ċertifikata uffiċjalment, jew minn basal żgħir jew minn pjanti ċkejkna li ġejjin minn sorsi ttestjati;

4.2. fiż-żona demarkata, mingħajr preġudizzju għall-miżuri dettaljati taħt l-4.1, l-Istati Membri għandhom:

(a) minnufih, u għal mill-anqas tliet staġuni ta’ tkabbir, wara li tkun ġiet stabbilita kontaminazzjoni:

- jiżguraw sorveljanza mill-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-istabbilimenti ta’ tkabbir, ħażna u tqandil tal-basal tal-patata, flimkien ma’ l-istabbilimenti li jħaddmu l-makkinarju tal-patata taħt kuntratt,

- jeħtieġu tindif u diżinfezzjoni tal-makkinarju u ta’ l-imħażen, kif xieraq, u bl-użu ta’ metodi xierqa, kif speċifikat taħt in-numru 3,

- jeħtieġu li tinżera’ ż-żerriegħa ċertifikata biss għall-ħsad tal-patata f’dik iż-żona,

- jeħtieġu t-tqandil separat tal-ħażniet taż-żerriegħa tal-ħsad ta’ dawk għall-konsum fuq l-istabbilimenti fi ħdan iż-żona,

- imexxu stħarriġ uffiċjali kif dettaljat fl-Artikolu 2(1);

(b) jistabbilixxu programm, fejn huwa xieraq, sabiex jinbidlu l-ħażniet kollha taż-żerriegħa tal-patata fuq perjodu ta’ żmien xieraq.

Il-miżuri implimentati taħt 4.2, flimkien man-numri tar-reġistrazzjoni ta’ dawk li jipproduċu, imħażen kollettivi u ċentri li minnhom jintbagħtu fiż-żona demarkata, għandhom ikunu notifikat kull sena lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

--------------------------------------------------