31993L0006

Id-Direttiva Tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-adekwatezza ta' kapital ta' ditti ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Official Journal L 141 , 11/06/1993 P. 0001 - 0026
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0058
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0058
CS.ES Chapter 06 Volume 02 P. 16 - 42
ET.ES Chapter 06 Volume 02 P. 16 - 42
HU.ES Chapter 06 Volume 02 P. 16 - 42
LT.ES Chapter 06 Volume 02 P. 16 - 42
LV.ES Chapter 06 Volume 02 P. 16 - 42
MT.ES Chapter 06 Volume 02 P. 16 - 42
PL.ES Chapter 06 Volume 02 P. 16 - 42
SK.ES Chapter 06 Volume 02 P. 16 - 42
SL.ES Chapter 06 Volume 02 P. 16 - 42


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE

tal-15 ta' Marzu 1993

dwar l-adekwatezza ta' kapital ta' ditti ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-ewwel u t-tielet sentenzi ta' l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-għan ewlieni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar is-servizzi ta' l-investiment fil-qasam tas-sigurtajiet [4] huwa li jippermetti ditti ta' l-investiment awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-lokalità u bis-superviżjoni mill-istess awtoritajiet li jistabbilixxu friegħi u jipprovdu servizzi mingħajr xkiel fl-Istati Membri l-oħra; billi dik id-Direttiva għalhekk tipprovdi għall-koordinament tar-regoli li jirregolaw l-awtorizzazzjoni u l-insegwiment tan-negozju ta' ditti ta' l-investiment;

Billi dik id-Direttiva ma tistabbilixxix, madanakollu, normi komuni għal fondi ta' ditti ta' l-investiment, lanqas fil-fatt ma tistabbilixxi l-ammonti tal-kapital inizjali ta' dawk id-ditti; billi din ma tistabbilixxix qafas komuni għall-monitoraġġ tar-riskji li jiltaqgħu magħhom l-istess ditti; billi din tirreferi, f'ħafna dispożizzjonijiet, għal inizjattiva oħra tal-Komunità, li l-għan tagħha għandu jkun preċiżament li tadotta miżuri ta' koordinament f'dawk l-oqsma;

Billi l-approċċ li ġie adottat huwa biss sabiex isseħħ l-armonizzazzjoni essenzjali li hija meħtieġa u suffiċjenti biex tassigura r-rikonoxximent reċiproku ta' l-awtorizzazzjoni u sistemi prudenti ta' superviżjoni; billi l-adozzjoni ta' miżuri biex tkun ikkordinata d-definizzjoni tal-fondi ditti ta' l-investiment, l-istabbiliment ta' l-ammonti tal-kapital inizjali tagħhom u l-istabbiliment ta' qafas komuni għall-monitoraġġ tar-riskji li jiltaqgħu magħhom id-ditti ta' investiment huma aspetti essenzjali ta' l-armonizzazzjoni meħtieġa għas-seħħ ta' rikonoxximent reċiproku fil-qafas tas-suq finanzjarju intern;

Billi huwa xieraq li jkunu stabbiliti ammonti differenti ta' kapital inizjali, skond il-medda ta' attivitàjiet li ditti ta' l-investiment huma awtorizzati li jsegwu;

Billi ditti ta' l-investiment eżistenti għandhom ikollhom il-permess, taħt ċerti kondizzjonijiet, li jkomplu bin-negozju tagħhom anki jekk ma jkunux konformi ma' l-ammont minumu ta' kapital inizjali stabbilit għal ditti ġodda;

Billi l-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu regoli aktar stretti minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva;

Billi din id-Direttiva tifforma parti minn sforzi internazjonali aktar wiesa li jwasslu għall-approssimazzjoni ta' regoli eżistenti rigward is-superviżjoni ta' ditti ta' l-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu (minn hawn il-quddiem irreferuti kollettivament bħala "l-istituzzjonijiet");

Billi normi bażiċi komuni għall-fondi ta' l-istituzzjonijiet huma fattur ewlieni fis-suq intern tas-settur ta' servizzi ta' l-investiment, la darba l-fondi tagħhom iservu biex jassiguraw il-kontinwità ta' l-istituzzjonijiet u biex jipproteġu l-investituri;

Billi f'suq finanzjarju komuni, l-istituzzjonijiet, sew jekk huma ditti ta' l-investiment jew l-istituzzjonijiet ta' kreditu, jidħlu f'kompetizzjoni diretta ma' xulxin;

Billi huwa għalhekk mixtieq li sseħħ l-ugwaljanza fit-trattament ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' ditti ta' l-investiment;

Billi, fir-rigward ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, normi komuni huma diġà stabbiliti għas-superviżjoni u l-monitoraġġ tar-riskji ta' kreditu fid-Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar ir-ratio ta' likwidità għall-istituzzjonijiet ta' kreditu [5];

Billi huwa meħtieġ li jkunu żviluppati normi komuni għal riskji tas-suq li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jkun ipprovdut qafas kumplimentari għas-superviżjoni tar-riskji li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet, partikolarment riskji tas-suq, u aktar speċjalment riskji ta' pożizzjoni, riskji ta' kontro-partijiet/ftehim u riskji ta' kambju barrani;

Billi huwa meħtieġ li jkun introdott il-kunċett ta' "ktieb tan-negozju" (trading-book) li jkun fih il-pożizzjonijiet f'sigurtajiet u strumenti finanzjarji oħra li huma miżmuma għal skopijiet ta' kummerċ u huma suġġetti prinċipalment għar-riskji tas-suq u espożizzjonijiet oħra li jirrigwardjaw ċerti servizzi finanzjarji pprovduti lill-klijenti;

Billi huma mixtieq li l-istituzzjonijiet b'negozju ta' trading-book negliġibbli, kemm f'termini assoluti u wkoll f'termini relattivi, għandhom ikunu jistgħu japplikaw id-Direttiva 89/647/KEE, pjuttost milli l-ħtiġijiet imposti fl-Annessi I u II ta' din id-Direttiva;

Billi huwa importanti li l-monitoraġġ ta' riskji ta' ftehim/forniment għandu jqis is-sistemi eżistenti li joffru protezzjoni adekwata li tnaqqas ir-riskji;

Billi, fi kwalunkwe każ, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi ma' din id-Direttiva fir-rigward tal-koperta ta' riskji ta' kambju barrani dwar in-negozji ġenerali tagħhom; billi ħtiġijiet ta' kapital aktar baxx għandhom ikunu imposti għal pożizzjonijiet f'muniti ikkorrelati mill-qrib, sew jekk statistikament ikkonfermati jew jekk joriġinaw minn xi ftehim inter-governattiv li jorbot, invista tal-ħolqien ta' l-Unjoni Monetarja Ewropea;

Billi l-eżistenza, fl-istituzzjonijiet kollha, ta' sistemi interni għal monitoraġġ u l-kontroll ta' riskji dwar rati ta' imgħax fuq in-negozju kollu tagħhom huwa mod partikolarment importanti ta' kif jitnaqqsu dawk ir-riskji; billi, konsegwentement, dawk ir-riskji għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni sħiħa mill-awtoritajiet kompetenti;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 92/121/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 dwar il-monitoraġġ u l-kontroll ta' riskji kbar ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu [6] m'għandhiex il-għan li tistabbilixxi regoli komuni għal monitoraġġ ta' espożizzjoni għal riskji kbar f'attivitàjiet li huma prinċipalment suġġetti għar-riskji tas-suq; billi dik id-Direttiva tagħmel referenza għal inizjattiva oħra tal-Komunità maħsuba biex tadotta l-ko-ordinament meħtieġ ta' metodi f'dak il-qasam;

Billi huwa meħtieġ li jkunu adottati regoli komuni għal monitoraġġ u l-kontroll ta' espożizzjonijiet għal riskji kbar li jiltaqgħu magħhom ditti ta' investiment;

Billi l-fondi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu diġà ġew mfissra fid-Direttiva tal-Kunsill 89/299/KEE tas-17 ta'April 1989 dwar il-fondi ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu [7];

Billi l-bażi tad-definizzjoni tal-fondi ta' l-istituzzjonijiet għandha tkun dik id-definizzjoni;

Billi, madanakollu, hemm raġunijiet għal fatt li għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva id-definizzjoni tal-fondi ta' l-istituzzjonijiet tista' tkun differenti minn dik tad-Direttiva msemmija qabel sabiex jittieħed akkont tal-karatteristiċi partikolari ta' l-attivitàjiet imwettqa minn dawk l-istituzzjonijiet li prinċipalment jinvolvu riskji tas-suq;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 92/30/KEE tas-6 ta'April 1992 dwar is-superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu fuq bażi kkonsolidata [8] tistqarr il-prinċipju ta' konsolidazzjoni; billi din ma tissabbilixxix regoli komuni għall-konsolidazzjoni ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma involuti f'attivitàjiet prinċipament suġġetti għar-riskji tas-suq; billi dik id-Direttiva tagħmel referenza għal inizjattiva oħra tal-Komunità maħsuba biex tadotta miżuri kkoordinati f'dak il-qasam;

Billi d-Direttiva 92/30/KEE mhix applikabbli għal gruppi li jinkludu waħda jew aktar ditti ta' l-investiment imma l-ebda istituzzjonijiet ta' kreditu; billi kien, madankollu, meqjus bħala mixtieq li jkun ipprovdut qafas komuni għall-introduzzjoni tas-superviżjoni ta' ditti ta' l-investiment fuq bażi kkonsolidata;

Billi addattazzjonijiet tekniċi għal regoli dettaljati stabbiliti f'din id-Direttiva jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa sabiex jieħdu akkont ta' żviluppi ġodda fil-qasam ta' servizzi ta' l-investiment; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk tipproponi dawk l-addattazzjonijiet kif ikunu meħtieġa;

Billi l-Kunsill għandu, fi stadju aktar tard, jadotta dispożizzjoni għall-addattazzjoni ta' din id-Direttiva lejn progress tekniku bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/373/KEE tat-13 ta' Lulju 1987 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar ta' poteri ta' l-implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [9]; billi sadanittant il-Kunsill stess, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jwettaq dawn l-addattazzjonijiet;

Billi għandu jsir provvediment għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva fi żmien tliet snin mid-data ta' l-applikazzjonii tagħha fid-dawl ta' esperjenza, żviluppi fis-swieq finanzjarji u xogħol f'fora internazzjonali ta' awtoritajiet regolatorji; billi din ir-reviżjoni għandha wkoll tinkludi il-possibiltà ta' reviżjoni tal-lista ta' oqsma li jistgħu jkunu suġġetti għal aġġustament tekniku;

Billi din id-Direttiva u d-Direttiva 93/22/KEE dwar servizzi ta' l-investiment fil-qasam ta' sigurtajiet huma hekk interrelatati mill-qrib li d-dħul tagħhom b'effett f'dati differenti jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva lejn ditti ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 2.

2. Stat Membru jista jimponi ħtiġijiet addizzjonali u aktar iebsa fuq ditti ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu li hu jkun awtorizza.

DEFINIZZJONIJIET

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

1. istituzzjonijiet ta' kreditu għandha tfisser l-istituzzjonijiet kollha li jissodisfaw id-definizzjoni ta' l-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill (77/780/KEE) tat-12 ta' Diċembru 1977 dwar il-ko-ordinament ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu [10] li huma suġġetti għall-ħtiġijiet imposti bid-Direttiva 89/647/KEE;

2. ditti ta' investiment għandha tfisser l-istituzzjonijiet kollha li jissodisfaw id-definizzjoni f'punt 2 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/22/KEE, li huma suġġetti għall-ħtiġijiet imposti mill-istess Direttiva, imma esklużi:

- istituzzjonijiet ta' kreditu,

- ditti lokali kif definiti f'20, u

- ditti li biss jirċievu u jittrasmettu ordnijiet minn investituri mingħajr ma jżommu flus jew sigurtajiet li jappartjenu lill-klijenti tagħhom u li għal dik ir-raġuni ma jistgħux fi kwalunkwe żmien li jqiegħdu lilhom infushom f'debitu mal-klijenti tagħhom;

3. istituzzjonijiet għandha tfisser l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment;

4. ditti ta' investiment rikonoxxuti f'pajjiżi terzi għandha tfisser ditti li, jekk huma stabbiliti fil-Komunità, għandhom ikunu koperti bid-definizzjoni ta' ditti ta' investiment fi 2, li huma awtorizzati f'pajjiż u li huma suġġetti għal u konformi ma' regoli prudenti meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti li huma mill-anqas stretti daqs dawk stabbiliti f'din id-Direttiva;

5. strumenti finanzjarji għandha tfisser l-istrumenti mniżżla fis-Sezzjoni B ta' l-Anness tad-Direttiva 93/22/KEE;

6. it-"trading book" ta' l-istituzzjoni għandu jikkonsisti fi:

(a) il-pożizzjonijiet propjetarji tagħha fi strumenti finanzjarji li huma miżmuma għall-bejgħ mill-ġdid u/jew li jittieħdu mill-istituzzjoni bl-intenzjoni li jibbenefikaw fi żmien qasir mid-differenzi attwali u/jew mistennija bejn ix-xiri u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom, jew minn xi varjazzjonijiet ta' prezz jew rata ta' imgħax, u pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji li joriġinaw minn senserija ewlenija mqabbla, jew minn pożizzjonijiet meħuda sabiex ikun hemm kumulazzjoni ta' l-elementi l-oħra tat-"trading book";

(b) ir-riskju minħabba t-transazzjonijiet mhux magħluqa, twassil bla ħlas u ta' strumenti derivattivi disponsibbli mingħajr formalitajiet (OTC) li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ta' l-Anness II, ir-riskji minħabba ftehim ta' xiri mill-ġdid u self ta' sigurtajiet li huma bbażati fuq sigurtajiet inklużi fit-"trading book" kif definit f'(a) li hemm referenza għalih fil-paragrafu 4 ta' l-Anness II, dawk ir-riskji minħabba it-treġġigħ lura ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid u transazzjonijiet ta' self ta' sigurtajiet deskritti fl-istess paragrafu, sakemm l-awtoritajiet kompetenti hekk japprovaw, li jilħqu l-kondizzjonijiet (i), (ii), (iii) u (v) jew il-kondizzjonijiet (iv) u (v) kif ġej:

(i) ir-riskji huma mmarkati għal negozju ta' kull jum skond il-proċeduri stabbiliti fl-Anness II;

(ii) il-kollateral ikun aġġustat sabiex jieħu akkont tat-tibdiliet materjali fil-valur tas-sigurtajiet involuti fil-ftehim jew it-transazzjoni inkwistjoni, skond regola aċċettabli għall-awtoritajiet kompetenti;

(iii) il-ftehim jew it-transazzjoni jipprovdi għal talbiet ta' l-istituzzjonijiet li jkunu awtomatikament u immedjatament rikompensati kontra talbiet tal-kontro-parti fil-każ li dan ta' l-aħħar jonqos;

(iv) il-ftehim jew transazzjoni f'dak il-każ ikun wieħed inter-professjonali;

(v) dak il-ftehim jew transazzjoni jkun limitat għall-użu aċċettat u xieraq tagħhom, u transazzjonijiet artifiċjali, speċjalment dawk li ma humiex ta' natura ta' termini qosra, huma esklużi; u

(ċ) dawk ir-riskji fl-għamla ta' miżati, kummissjoni, imgħax, dividends u marġini fuq derivattivi nnegozjati fuq il-borża li huma direttament relatati ma' l-unitajiet inklużi fit-trading book li hemm referenza għalih fil-paragrafu 6 ta' l-Anness II.

Unitajiet partikolari għandhom ikunu inklużi fil-, jew esklużi mill-, "trading book" bi qbil mal-proċeduri objettivi, inklużi, fejn xieraq, normi ta' kontijiet fl-istituzzjoni kkonċernata, proċeduri bħal dawk u l-implementazzjoni konsistenti tagħhom tkun suġġetta għal reviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti;

7. intrapriża "parent", intrapriża sussidjarja u istituzzjoni finanzjarja għandhom ikunu definiti bi qbil ma' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/30/KEE;

8. holding company finanzjarja għandha tfisser istituzzjoni li l-intrapriżi sussidjari tagħha jkunu jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra, li mill-anqas waħda minnhom tkun istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment;

9. il-piżijiet tar-riskju għandha tfisser il-gradi ta' riskju ta' kreditu applikabbli għal kontro-partijiet relevanti taħt id-Direttiva 89/647/KEE. Madankollu, l-attiv li jikkostitwixxi pretensjonijiet fuq u riskji oħra għal ditti ta' investiment jew ditti ta' investiment rikononoxxuti f'pajjiżi terzi u riskji li jiltaqgħu magħhom "clearing houses" u boroż rikonoxxuti għandhom ikunu assenjati l-istess piż bħal dak assenjat fejn l-kontro-parti relevanti hija istituzzjoni ta' kreditu;

10. strumenti derivattivi disponibbli mingħajr formalitajiet (OTC) għandhom ifissru kuntratti b'rati ta' imgħax u kambju esteru li hemm referenza għalihom fl-Anness II tad-Direttiva 89/647/KEE u għal kuntratti il-barra mill-balance sheet ibbażati fuq ekwitajiet, sakemm l-ebda kuntratti bħal dawn ma jkunu nnegozjati fuq boroż rikonoxxutri fejn ikunu suġġetti għal ħtiġijiet tal-marġini ta' kull jum u, fil-każ ta' kuntratti ta' kambju barrani, li kull kuntratt bħal dan ikollu maturità oriġinali ta' aktar minn 14 jum tal-kalendarju;

11. suq regolat għandi jfisser suq li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 1(13) tad-Direttiva 93/22/KEE;

12. unitajiet kwalifikanti għandha tfisser il-pożizzjonijiet għal żmien twil u qasir fl-attiv li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 89/647/KEE u fi strumenti ta' dejn maħruġa minn ditti ta' investiment jew minn ditti ta' investiment rikonoxxuti f'pajjiż terz. Għandha wkoll tfisser pożizzjonijiet ta' żmien twil u qasir fi strumenti ta' dejn sakemm dawk l-istrumenti jkunu jilħqu dawn il-kondizzjonijiet: dawk l-istrumenti għandhom l-ewwelnett ikunu mniżżla mill-anqas f'suq wieħed rikonoxxut fi Stat Membru jew f'borża ta' pajjiż terz sakemm dik il-borża tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti tar-relevanti Stat Membru; u t-tieni nett li t-tnejn ikunu meqjusa mill-istituzzjoni kkonċernata li jkunu biż-żejjed likwidi u, minħabba l-likwidità ta' min ikun ħarighom, ikunu suġġetti għal grad ta' riskju ta' nuqqas li jkun kumpatibbli lejn jew anqas minn dak ta' l-assi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 89/647/KEE; il-manjera li biha strumenti jkunu assessjati għandha tkun suġġetta għal skrutinju mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom idawru l-verdett ta' l-istituzzjoni jekk huma jħossu li dawn l-istrumenti kkonċernati huma suġġetti għal grad ta' riskju ta' nuqqas għoli wisq biex ikunu unitajiet kwalifikanti.

Minkejja dak li ngħad iktar'l fuq u sakemm isseħħ aktar koordinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom id-diskrezzjoni li jirrikonoxxu bħala unitajiet kwalifikanti strumenti li huma suffiċjentament likwidi u li, minħabba l-likwidità ta' min ikun ħariġhom, ikunu suġġetti għal grad ta' riskju ta' nuqqas li jkun kumparabbli ma' jew anqas minn dak ta' l-assi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 89/647/KEE. Ir-riskju ta' nuqqas assoċjat ma' dawk l-istrumenti għandu jkun ġie evalwat f'dak il-livell minn mill-anqas żewġ aġenziji ta' ratar ta' kreditu rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti jew minn aġenzija ta' ratar waħda biss sakemm dawn ma jkunux ratati taħt dak il-livell minn xi aġenzija ta' ratar ta' kreditu rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, madankollu, iwarrbu l-kondizzjoni imposta fis-sentenza preċedenti jekk huma jqisu li dan ma jkunx xieraq fid-dawl ta', per eżempju, il-karatteristiċi tas-suq, min ikun ħariġhom, il-ħruġ, jew xi għaqda ta' dawk il-karatteristiċi.

Minbarra dan, l-awtorotajiet kompetenti għandhom jenħtieġu l-instituzzjonijiet li japplikaw il-massimu ta' piż muri fit-Tabella 1 fil-paragrafu 14 ta' l-Anness I għal strumenti li ma jurux riskju partikolari minħabba likwidità insuffiċjenti ta' min ikunu għamel il-ħruġ.

L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom regolarment jipprovdu lill-Kumsill u lill-Kummisjoni b'informazzjoni li tikkonċerna l-metodi użati biex ikunu evalutati l-unitajiet kwalifikanti, partikolarment il-metodi użati biex ikun assessjat il-grad ta' likwidità tal-ħruġ jew il-likwidità ta' min jagħmel il-ħruġ;

13. unitajiet ta' gvern ċentrali għandhom ifissru pożizzjonijiet ta' żmien twil u qasir fl-assi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 89/647/KEE u dawk assenjati piż ta' 0 % fl-Artikolu 7 ta' l-istess Direttiva;

14. konvertibbli għandha tfisser sigurtà li, fuq l-għażla tal-propjetàrju tagħha, tista' tinbidel f'sigurtà oħra, normalment l-ekwità ta' min jagħmel il-ħruġ;

15. warrant għandu jfisser strument li jagħti lill-propjetarju d-dritt li jixtri numru ta' ishma ta' stock u bonds komuni bi prezz stipulat sakemm tiskadi d-data tal-warrant. Dawn jingħalqu bil-forniment tas-sigurtajiet innifishom jew ta' l-ekwivalent tagħhom bi flus;

16. warrant kopert għandu jfisser strument maħruġ minn entità apparti minn dik tal-ħruġ ta' l-istrument bażiku li jagħti d-dritt lill-propjetàrju li jixtri numru ta' ishma ta' stocks u bonds komuni bi prezz stipulat jew id-dritt li jassigura profitt jew li jevita telf b'referenza għal varjazzjonijiet f'indiċi relatat ma xi strumenti finanzjarji mniżżla fis-Sezzjoni B ta' l-Anness tad-Direttiva 93/22/KEE sa l-iskadenza tad-data tal-warrant;

17. ftehim ta' xiri mill-ġdid u ftehim ta' qlib tax-xiri mill-ġdid għandhom ifissru xi ftehim li fih l-istituzzjoni jew il-kontro-parti tagħha tittrasferixxi sigurtajiet jew drittijiet iggarantiti li jirrigwardaw titolu għal sigurtajiet meta dik il-garanzija tkun maħruġa minn borża rikonoxxuta li jkollha d-dritt tas-sigurtajiet u l-ftehim ma jkunx jippermetti l-istituzzjoni li tittrasferixxi jew li torbot sigurtà partikolari lejn aktar minn kontro-parti waħda fl-istess żmien, suġġett għall-impenn li tixtrihom lura (jew sigurtajiet sostituti ta' l-istess deskrizzjoni) bi prezz speċifikat f'data futura speċifikata, jew li għad trid tiġi speċifikata, minn dak li jagħmel it-trasferiment, li jkun il-ftehim ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tbigħ is-sigurtajiet u l-ftehim ta' qlib ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tixtrihom.

Ftehim ta' qbil ta' xiri mill-ġdid għandu jkun meqjus bħala transazzjoni inter-professjonali meta l-kontro-parti tkun suġġetta għal ko-ordinament prudenti fil-livell tal-Komunità jew tkun istituzzjoni tal-kreditu fiż-Żona A kif definita fid-Direttiva 89/647/KEE jew tkun ditta ta' l-investiment rikonoxxuta ta' pajjiż terz jew meta l-ftehim ikun konkluż ma' clearing house jew borża rikonoxxuta;

18. self ta' sigurtajiet u tislif ta' sigurtajiet għandha tfisser xi transazzjoni li fiha l-istituzzjoni jew il-kontro-parti tagħha tittrasferixxi sigurtajiet kontra kollateral xieraq suġġett għal impenn li min jissellef għandu jrodd lura sigurtajiet ekwivamenti f'xi data fil-futur jew meta jkun mitlub biex jagħmel hekk minn dak li jitrasferixxi, li jkunu self ta' sigurtajiet għall-istituzzjoni li tittrasferixxi s-sigurtajiet u t-tislif ta' sigurtajiet għall-istituzzjoni li lilha jkunu ġew trasferiti.

Sigurtajiet ta' self għandha tkun meqjusa bħala transazzjoni inter-professjonali meta l-kontro-parti tkun suġġetta għal koordinament prudenti fil-livell tal-Komunità jew tkun l-istituzzjoni tal-kreditu fiż-Żona A kif definit fid-Direttiva 89/647/KEE jew tkun ditta ta' l-investiment rikonoxxuta f'pajjiż terz jew meta l-ftehim ikun konkluż ma' clearing house rikonoxxuta;

19. membru li jgħaddi jfisser membru tal-borża jew ta' "clearing house" li jkollu relazzjoni diretta kontrattwali ma' kontro-parti ċentrali (dak li jiggarantixxi s-suq); membri li ma jgħaddux għandhom ikollhom in-negozji tagħhom mgħoddija minn membru li jgħaddi;

20. ditta lokali għandha tfisser ditta li titratta biss għal kont tagħha fuq fatturi finanzjarji jew għażliet fil-borża jew għall-akkont ta' jew li tagħmel il-prezz għal membri oħra ta' l-istess borża u iggarantita minn membru li jgħaddi ta' l-istess borża. Responsabiltà biex jassigura t-twettiq ta' kuntratti li tkun daħlet fihom ditta bħal din għandhom ikunu merfugħa minn membru li jgħaddi ta' l-istess borża, u dawk il-kuntratti għandhom jittieħdu f'akkont fil-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet ġenerali ta' kapital tal-membru li jgħaddi sakemm il-pożizzjonijiet ta' ditta lokali jkunu kompletament separati minn dawk tal-membru li jgħaddi;

21. delta għandha tfisser il-bidla mistennija fi prezz ta' għażla bħala proporzjon ta' bidla żgħira fil-prezz ta' l-istrument li jkun il-bażi ta' l-għażla;

22. għal l-iskopijiet ta' paragrafu 4 ta' l-Anness I, pożizzjoni fit-tul għandha tfisser pożizzjoni li fiha l-istituzzjoni tkun stabbiliet rata ta' imgħax f'xi żmien fil-futur, u pożizzjoni fil-qasir għandha tfisser pożizzjoni li fiha tkun stabbilita rata ta' imgħax li hi tkun sejra tħallas f'xi żmien fil-futur;

23. fondi ta' l-entità għandha tfisser il-fondi ta' l-entità nnifisha kif definiti fid-Direttiva 89/299/KEE; Din id-definizzjoni tista', madankollu, tkun emendata fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Anness V;

24. kapital inizjali għandu jfisser unitajiet 1 u 2 fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/299/KEE;

25. fondi ta' l-entità oriġinali għandha tfisser is-somma ta' unitajiet 1, 2 u 4, imnaqqsa minnhom is-somma ta' unitajiet 9, 10 u 11 ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/299/KEE;

26. kapital għandu jfisser il-fondi ta' l-entità;

27. dewmien modifikat għandu jkun ikkalkolat bl-użu tal-formula stabbilita fil-paragrafu 26 ta' l-Anness I.

KAPITAL INIZJALI

L-Artikolu 3

1. Ditti ta' l-investiment li jżommu flejjes ta' klijenti u/jew sigurtajiet u li joffru wieħed jew aktar minn dawn is-servizzi għandhom ikollhom kapital inizjali ta' ECU 125000:

- l-ilqugħ u t-trasmissjoni ta' l-ordnijiet ta' l-investituri għal strumenti finanzjarji,

- l-eżekuzzjoni ta' l-ordnijiet ta' l-investituri għal strumenti finanzjarji,

- l-immaniġjar ta' portfolios individwali ta' l-investituri fi strumenti finanzjarji,

sakemm dawn ma jinnegozjawx f'xi strumenti finanzjarji għall-akkont tagħhom jew li jassiguraw ħruġ ta' strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn fiss.

Il-pussess ta' pożizzjonijiet ta' "non-trading-book" fi strumenti finanzjarji sabiex ikunu investiti l-fondi ta' l-entità nnifisha m'għandhiex tkun meqjusa bħala li tinnegozja għall-iskopijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu jew għall-iskopijiet tal-paragrafu 2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, madankollu, jippermettu ditta ta' l-investiment li tesegwixxi ordnijiet ta' l-investituri għal strumenti finanzjarji li żżomm dawk l-istrumenti għal kont tagħha jekk:

- dawk il-pożizzjonijiet joriġinaw min-nuqqas tad-ditta li tqabbel eżattament l-ordnijiet ta' l-investitur,

- il-valur totali tas-suq ta' dawk il-pożizzjonijiet kollha jkun suġġett għal-limitu massimu ta' 15 % tal-kapital inizjali tad-ditta,

- id-ditta tilħaq il-ħtiġijiet imposti bl-Artikoli 4 u 5, u

- dawk il-pożizzjonijiet ikunu inċidentali u proviżjonali fin-natura u strettament illimitati fil-waqt meħtieġ biex tittwettaq it-transazzjoni f'dak il-każ.

2. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għal ECU 50000 meta ditta ma tkunx awtorizzata li żżomm flejjes u sigurtajiet ta' klijent, jew li tinnegozja għal kont tagħha, jew li tassigura ħruġ fuq bażi ta' impenn fiss.

3. Id-ditti l-oħra kollha ta' l-investiment għandhom ikollhom kapital inizjali ta' ECU 730000.

4. Id-ditti li hemm referenza għalihom fit-tieni u t-tielet subinċiżi ta' l-Artikolu 2(2) għandhom ikollhom kapital inizjali ta' ECU 50000 sal-limiti li dawn jibbenefikaw mil-libertà ta' stabbiliment jew li jipprovdu servizzi permezz ta' l-Artikoli 14 jew 15 tad-Direttiva 93/22/KEE.

5. Independentement mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jawtorizzaw ditti ta' l-investiment u ditti koperti bil-paragrafu 4 eżistenti qabel din id-Direttiva tkun applikata għall-fondi tagħhom li huma anqas mil-livelli ta' kapital inizjali kif speċifikat dwarhom fil-paragrafi 1 sa 4. Il-fondi tagħhom ta' dawn id-ditti m'għandhomx jaqgħu taħt l-ogħla livell ta' referenza kkalkolat wara d-data tan-notifika ta' din id-Direttiva. Dak il-livell ta' referenza għandu jkun il-livell tal-medja ta' kull jum tal-fondi tagħha kkalkolati matul perijodu ta' sitt xhur li jippreċedu d-data tal-kalkolazzjoni. Għandu jkun ikkalkolat kull sitt xhur fir-rigward tal-perijodu preċedenti korrespondenti.

6. Jekk il-kontroll ta' ditta koperta bil-paragrafu 5 jkun meħud minn persuna naturali jew legali apparti minn dik il-persuna li tkun ikkontrollat l-istituzzjoni qabel, il-fondi tagħha ta' dik l-istituzzjoni għandhom jilħqu mill-anqas il-livell speċifikat dwarha fil-paragrafi 1 sa 4, ħlief f'dawn is-sitwazzjonijiet:

(i) fil-każ ta' l-ewwel trasferiment b'wirt wara l-applikar ta' din id-Direttiva, suġġett għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, għal mhux aktar minn 10 snin wara dak it-trasferiment;

(ii) fil-każ ta' tibdil fil-kompożizzjoni tas-sħubija, sakemm mill-anqas wieħed mis-sieħba f'dik id-data ta' l-applikar ta' din id-Direttiva jibqa fis-sħubija, għal mhux aktar minn 10 snin wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

7. F'ċerti ċirkustanzi speċifiċi u bil-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti, madankollu, fil-każ ta' għaqda ta' tnejn jew aktar ditti ta' investiment u/jew ditti koperti bil-paragrafu 4, il-fondi tad-ditta nnifisha prodotti bl-għaqda ma jkunx hemm bżonn li jilħqu l-livell speċifikat fil-paragrafi 1 sa 4. Madankollu, matul xi perijodu meta l-livelli speċifikati fil-paragrafi 1 sa 4 ma jkunux milħuqa, il-fondi ta' ditta ġdida nnifisha ma jistgħux jinżlu taħt il-fondi totali tad-ditti li ngħaqdu fil-waqt ta' l-għaqda.

8. Il-fondi ta' ditti ta' l-investiment u ditti koperti bil-paragrafu 4 ma jistgħux jinżlu taħt il-livell speċifikat fil-paragrafi 1 sa 5 u 7. Jekk jagħmlu hekk, madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta ċ-ċirkostanzi hekk jiġġustifikaw, jippermettu lill-dawk id-ditti perijodu limitat li fih jirratifikaw is-sitwazzjonijiet tagħhom jew li jwaqqfu l-attivitàjiet tagħhom.

DISPOŻIZZJONIJIET KONTRA RISKJI

L-Artikolu 4

1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jenħtieġu li l-istituzzjonijiet jipprovdu fondi tagħhom li huma dejjem aktar minn jew ugwali għas-somma ta':

(i) il-ħtiġijiet tal-kapital, ikkalkolati bi qbil ma' l-Annessi I, II u VI, għan-negozju tat-"trading book" tagħhom;

(ii) il-ħtiġijiet tal-kapital, ikkalkolati bi qbil ma' l-Anness III, għall-attivitàjiet tan-negozju kollu tagħhom;

(iii) il-ħtiġijiet tal-kapital imposti fid-Direttiva 89/647/KEE għall-attivitàjiet tal-negozju kollu tagħhom, esklużi kemm in-negozju tat-"trading book" tagħhom u l-assi mhux likwidi li huma mnaqqsa mill-fondi tagħhom permezz tal-paragrafu 2(d) ta' l-Anness V;

(iv) il-ħtiġijiet tal-kapital imposti fil-paragrafu 2.

Irrispettivament mill-ammont tal-ħtiġijiet tal-kapital li hemm referenza għalihom f'(i) sa (iv) il-ħtiġijiet ta' fondi tagħhom għal ditti ta' l-investiment m'għandhom qatt ikunu inqas mill-ammont preskritt fl-Anness IV.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu lill-istituzzjonijiet li jkopru r-riskji li joriġinaw inkonnessjoni man-negozju li jkun barra l-iskop kemm ta' din id-Direttiva u wkoll tad-Direttiva 89/647/KEE u meqjusa li huma simili għar-riskji koperti b'dawk id-Direttivi b'fondi tagħhom adekwati.

3. Jekk il-fondi tagħha miżmuma minn istituzzjoni jaqgħu taħt l-ammont tal-ħtiġijiet ta' fondi tagħha imposti fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-istituzzjoni f'dak il-każ tieħu l-miżuri xierqa biex tirratifika is-sitwazzjoni tagħha malajr kemm jista' jkun.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu lill-istituzzjonijiet li jistabbilixxu sistemi għall-monitoraġġ u l-kontroll tar-riskju dwar rati ta' imgħax għan-negozju kollu tagħhom, u dawk is-sistemi għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni ġenerali mill-awtoritajiet kompetenti.

5. Istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa li jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li huma jużaw sistemi li jistgħu jikkalkolaw il-pożizzjonijiet finanzjarji tagħhom b'eżattezza raġjonevoli fi kwalunkwe żmien.

6. Independentement mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompententi jistgħu jippermettu istituzzjonijiet li jikkalkolaw il-ħtiġijiet tal-kapital għan-negozju tat-"trading book" tagħhom bi qbil mad-Direttiva 89/647/KEE pjuttost milli bi qbil ma' l-Annessi I u II ta' din id-Direttiva, sakemm:

(i) in-negozju tat-"trading book" ta' dawk l-istituzzjonijiet normalment ma jeċċedix 5 % tan-negozju totali tagħhom;

(ii) il-pożizzjonijiet tat-"trading book" total tagħhom normalment ma jeċċedux ECU 15 miljun; u

(iii) in-negozju tat-"trading book" ta' dawk l-istituzzjonijiet qatt ma jeċċedi 6 % tan-negozju totali tagħhom u l-pożizzjonijiet tat-"trading book" total tagħhom qatt ma jeċċedu ECU 20 miljun.

7. Sabiex ikun ikkalkolat il-proporzjon li n-negozju tat-"trading book" ikollu fuq in-negozju totali bħal fil-paragrafu 6(i) u (iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu jew għad-daqs tan-negozju magħqud kemm fi u wkoll barra l-balance sheet, lejn il-kont ta' qligħ u telf jew lejn il-fondi tagħhom ta' l-istituzzjonijiet f'dak il-każ, jew lejn ġabra ta' dawk il-miżuri. Meta d-daqs ta' negozju fi u barra l-balance sheet ikun assessjat, strumenti ta' dejn għandhom ikunu vvalutati fil-prezz tas-suq tagħhom jew tal-valuri ewlenija tagħhom, ekwitajiet fil-prezzijiet tagħhom tas-suq u derivattivi skond il-valuri nominali jew tas-suq ta' l-istrumenti li jkunu l-bażi tagħhom. Pożizzjonijiet fit-tul u pożizzjonijiet fil-qosor għandhom ikunu miġbura rrispettivament mis-sinjali tagħhom.

8. Jekk l-istituzzjoni tinzerta li għal aktar minn żmien qasir teċċedi wieħed jew iż-żewġ limiti imposti fil-paragrafu 6(i) u (ii) jew li teċċedi wieħed jew iż-żewġ limiti imposti fil-paragrafu 6(iii), din għandha tkun meħtieġa li tilħaq il-ħtiġijiet imposti mill-Artikolu 4(1)(i) pjuttost milli dawk tad-Direttiva 89/647/KEE fir-rigward tan-negozju tat-"trading book" tagħha u li tinnotifika lill-awtorità kompetenti.

MONITORAĠĠ U KONTROLL TA' RISKJI KBAR

L-Artikolu 5

1. Istituzzjonijiet għandhom iwettqu monitoraġġ u kontroll ta' riskji kbar bi qbil mad-Direttiva 92/121/KEE.

2. Independentement mill-paragrafu 1, dawk l-istituzzjonijiet li jikkalkolaw il-ħtiġijiet tal-kapital għan-negozji tat-"trading book" tagħhom bi qbil ma' l-Annessi I u II għandhom iwettqu monitoraġġ u kontroll tar-riskji kbar tagħhom bi qbil mad-Direttiva 92/121/KEE suġġett għal modifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI ta' din id-Direttiva.

VALUTAZZJONI TA' POŻIZZJONIJIET GĦAL SKOPIJIET TA' RAPPURTAĠĠ

L-Artikolu 6

1. L-istituzzjonijiet għandhom jimmarkaw lejn is-suq tat-"trading books" tagħhom kull jum sakemm dawn ma jkunux suġġetti għall-Artikolu 4(6).

2. Fin-nuqqas ta' prezzijiet tas-suq li ma jkunux disponibbli mill-ewwel, per eżempju fil-każ ta' negozju fi ħruġ ġodda fuq swieq primarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwarrbu l-ħtieġa imposta fil-paragrafu 1 u jenħtieġu lill-istituzzjonijiet li jużaw metodi alternattivi ta' valutazzjoni sakemm dawk il-metodi jkunu prudenti suffiċjenti u li jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

SUPERVIŻJONI FUQ BAŻI KKONSOLIDATA

L-Artikolu 7

Prinċipji ġenerali

1. Il-ħtiġijiet ta' kapital imposti fl-Artikoli 4 u 5 għall-istituzzjonijiet li la huma parent companies u lanqas sussidjarji ta' dawk l-intrapriżi għandhom ikunu applikati fuq bażi waħdanija.

2. Il-ħtiġijiet imposti fl-Artikoli 4 u 5 għal:

- xi istituzzjoni li jkollha l-istituzzjoni ta' kreditu fil-qofol ta' dak li tfisser id-Direttiva 92/30/KEE, ditta ta' l-investiment jew l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra bħala sussidjarja jew li jkollha parteċipazzjoni f'dik l-entità, u

- xi istituzzjoni li l-parent company tagħha tkun holding company finanzjarja

għandha tkun applikata fuq bażi kkonsolidata bi qbil mal-metodi stabbiliti fid-Direttiva msemmija hawn fuq u fil-paragrafi 7 sa 14 ta' dan l-Artikolu.

3. Meta grupp kopert bil-paragrafu 2 ma jkunx jinkludi l-istituzzjoni ta' kreditu, id-Direttiva 92/30/KEE għandha tkun applikabbli, suġġetta għal dawn l-addattazzjonijiet:

- kumpannija ta' propjetà finanzjarja għandha tfisser istituzzjoni finanzjarja li l-intrapriżi sussidjari tagħha jkunu jew esklussivament jew prinċipalment ditti ta' l-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra, li mill-anqas waħda minnhom tkun ditta ta' l-investiment,

- kumpannija ta' propjetà ta' attività mħallta għandha tfisser parent company, apparti minn kumpannija ta' propjetà finanzjarja jew ditta ta' l-investiment, li s-sussidjarji tagħha jinkludu mill-anqas ditta waħda ta' l-investiment,

- awtoritajiet kompetenti għandha tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li huma awtorizzati bil-liġi jew b'regolament li jagħmlu superviżjoni fuq ditti ta' l-investiment;

- kull referenza għall-istituzzjoni ta' kreditu għandha tinbidel b'referenza għal ditti ta' l-investiment,

- it-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 92/30/KEE m'għandux ikun applikabbli,

- fl-Artikoli 4(1) u (2) u 7(5) tad-Direttiva 92/30/KEE kull referenza għad-Direttiva 77/780/KEE għandha tinbidel b'referenza għad-Direttiva 93/22/KEE,

- għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 3(9) u 8 (3) tad-Direttiva 92/30/KEE ir-referenzi għal Kumitat Konsultattiv Bankarju għandhom jinbidlu b'referenzi għall-Kunsill jew għall-Kummissjoni,

- l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 92/30/KEE għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Meta ditta ta' investiment, holding company finanzjarja jew holding company ta' attività mħallta tikkontrolla waħda jew aktar sussidjarji li huma kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bid-dover pubbliku li jwettqu superviżjoni fuq intrapriżi ta' assigurazzjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib".

4. L-awtoritajiet kompetenti meħtieġa jew awtorizzati li jeżerċitaw superviżjoni ta' grupp koperti bil-paragrafu 3 fuq bażi ikkonsolidata jistgħu, sakemm isseħħ aktar koordinazzjoni tas-superviżjoni ta' dawk il-gruppi fuq bażi kkonsolidata u meta ċ-ċirkostanzi jkunu jiġġustifikawha, li jwarrbu dak l-obbligu sakemm kull waħda minn dawk id-ditti ta' l-investiment fi grupp bħal dak:

(i) tuża d-definizzjoni tal-fondi tagħha mogħtija fil-paragrafu 9 ta' l-Anness V;

(ii) tilħaq il-ħtiġijiet imposti fl-Artikoli 4 u 5 fuq bażi waħdanija;

(iii) tistabbilixxi sistemi ta' monitoraġġ u kontroll tas-sorsi ta' kapital u l-fondi ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra kollha f'dak il-grupp.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu ditti ta' l-investiment fi grupp li jkunu ngħataw l-eżenzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 4 li jinnotifikawhom b'dawk ir-riskji, inklużi dawk assoċjati mal-kompożizzjoni u s-sorsi tal-kapital u l-fondi tagħhom, li jistgħu jimminaw il-pożizzjonijiet finanzjarji tagħhom. Jekk l-awtoritajiet kompetenti imbagħad jikkunsidraw li l-pożizzjonijiet finanzjarji ta' dawk id-ditti ta' l-investiment ma jkunux adekwatament protetti, dawn għandhom ikunu jenħtiġuhom li jieħdu l-miżuri, inklużi, jekk meħtieġ, limitazzjonijiet fuq it-trasferiment ta' kapital minn dawk id-ditti lejn gruppi ta' entitajiet.

6. Meta l-awtoritajiet kompetenti iwarrbu l-obbligazzjoni ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata li hemm dispożizzjoni dwarhom fil-paragrafu 4, huma għandhom jieħdu dawk il-miżuri l-oħra xierqa biex iwettqu monitoraġġ tar-riskji, l-aktar ir-riskji l-kbar, tal-grupp kollu, inklużi xi intrapriżi li ma jkunux lokalizzati fi Stat Membru.

7. L-Istati Membri jistgħu jwarrbu l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet imposti fl-Artikoli 4 u 5, fuq bażi individwali jew sub-konsolidata, lejn l-istituzzjoni li, bħala parent company, tkun suġġetta għal superviżjoni fuq bażi ikkonsolidata, u lejn xi sussidjarja ta' l-istituzzjoni li tkun suġġetta għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tagħhom u li tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ta' l-istituzzjoni li tkun il-parent company tagħha.

L-istess dritt ta' eżenzjoni għandu jingħata meta l-parent company tkun kumpannija ta' propjetà finanzjarja li jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni, sakemm tkun suġġetta għall-istess superviżjoni bħal dik eżerċitata fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' l-investiment, u partikolarment il-ħtiġijiet imposti fl-Artikoli 4 u 5.

Fiż-żewġ każi, jekk id-dritt ta' ċediment ikun eżerċitat, miżuri għandhom jittieħdu biex jassiguraw l-allokazzjoni sodisfaċenti tal-fondi tagħhom f'dak il-grupp.

8. Meta l-istituzzjoni li l-parent company tagħha hija l-istituzzjoni li tkun ġiet awtorizzata u tkun tinstab fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw l-awtorizzazzjoni għandhom għandhom japplikaw ir-regoli stabbbiliti fl-Artikoli 4 u 5 lejn dik l-istituzzjoni fuq bażi individwali jew, fejn xieraq, fuq bażi sub-konsolidata.

9. Independentement mill-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni ta' l-intrapriża sussidjarja jew parent li tkun l-istituzzjoni, jistgħu, permezz ta' ftehim bilaterali, jiddelegaw ir-responsabbiltajiet tagħhom ta' superviżjoni ta' l-adekwatezza tal-kapital tas-sussidjarja kif ukoll ta' riskji kbar, lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw u li jkunu jagħmlu superviżjoni fuq il-parent company. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata bl-eżistenza u l-kontenut ta' ftehim bħal dawk. Din għandha twassal dik l-informazzjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra u lejn il-Kumitat Konsultattiv Bankarju u lejn il-Kunsill, ħlief fil-każi ta' gruppi koperti minn paragrafu 3.

Il-kalkolu tal-ħtiġijiet ikkonsolidati

10. Meta d-dritt ta' ċediment li hemm dispożizzjoni dwaru fil-paragrafi 7 u 9 ma jkunx eżerċitat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-ħtiġijiet tal-kapital stabbilit fl-Anness I u tar-riskji lejn klijenti stabbilit fl-Anness VI fuq bażi kkonsolidata, jippermetti pożizzjonijiet netti fit-"trading book" ta' istituzzjoni waħda biex jibbilanċjaw il-pożizzjonijiet fit-"trading book" ta' l-istituzzjoni l-oħra skond ir-regoli stabbiliti fl-Annessi I u VI rispettivament.

B'żieda, dawn jistgħu jippermettu pożizzjonijiet ta' kambju esteru suġġett għall-Anness III f'istituzzjoni waħda biex jibbilanċjaw il-pożizzjonijiet ta' kambju esteru suġġetti għall-Anness III f'istituzzjoni oħra bi qbil mar-regoli stabbiliti fl-Anness III.

11. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jibbilanċjaw it-"trading book" u l-pożizzjonijiet ta' kambju esteru ta'l-intrapriżi lokalizzati f'pajjiżi terzi, suġġett għal twettiq simultanju ta' dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) dawk l-intrapriżi li jkunu ġew awtorizzati f'pajjiż terz u jew jissodisfaw id-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu mogħtija fl-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/780/KEE jew li huma ditti ta' investiment rikonoxxuti f'pajjiż terz;

(ii) dawk l-intrapriżi jkunu konformi, fuq bażi unika, mar-regoli ta' adekwatezza ta' kapital ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva;

(iii) l-ebda regolamenti ma jkunu jeżistu fil-pajjiżi f'dawk il-każi li jistgħu sinifikatament jaffettwaw it-trasferiment ta' fondi f'dak il-grupp.

12. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippermettu l-ibbilanċjar li hemm dispożizzjoni dwaru fil-paragrafu 10 bejn l-istituzzjonijiet fi grupp li jkunu ġew awtorizzati fl-Istat Membru f'dak il-każ, basta li:

(i) ikun hemm allokazzjoni sodisfaċenti ta' kaptal f'dak il-grupp;

(ii) il-qafas regolatorju, legali jew kontrattwali li fih joperaw dawk l-istituzzjonijiet ikun tali hekk li jiggarantixxi sostenn reċiproku finanzjarju f'dak il-grupp.

13. Minbarra dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-ibbilanċjar li hemm dispożizzjoni dwaru fil-paragrafu 10 bejn l-istituzzjonijiet fl-istess grupp li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imposti fil-paragrafu 12 u xi istituzzjoni inkluża fl-istess grupp li tkun giet awtorizzata fi Stat Membru ieħor sakemm dik l-istituzzjoni tkun obbligata li twettaq il-ħtiġijiet ta' kapital imposti fl-Artikoli 4 u 5 fuq bażi waħdanija.

Definizzjonijiet ta' fondi tagħha kkonsolidati

14. Fil-kalkolazzjoni ta' fondi tagħha fuq bażi kkonsolidata, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/299/KEE għandu jkun applikabbli.

15. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata jistgħu jirrikonoxxu l-validità tad-definizzjonijiet speċifiċi ta' fondi tagħhom applikabbli lejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati permezz ta' l-Anness V fil-kalkolu tal-fondi tagħhom ikkonsolidati.

ĦTIĠIJIET TA' RAPPORTAR

L-Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li ditti ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-lokalità bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-assessjar tal-konformità tagħhom mar-regoli adottati bi qbil ma' din id-Direttiva. Stati Membri għandhom ukoll jassiguraw li l-mekkaniżmi ta' kontroll intern ta' l-istituzzjonijiet u l-proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet jippermettu l-verifika tal-konformità tagħhom ma' dawk ir-regoli fil-waqtiet kollha.

2. Ditti ta' investiment għandhom ikunu obbligati li jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-mod speċifikata minn dawn ta' l-aħħar mill-anqas darba xull xhar fil-każ ta' ditti koperti bl-Artikolu 3(3), mill-anqas darba kull tliet xhur fil-każ ta' ditti koperti bl-Artikolu 3(1) u mill-anqas darba kull sitt xhur fil-każ ta' ditti koperti bl-Artikolu 3(2).

3. Independentement mill-paragrafu 2, ditti ta' l-investiment koperti bl-Artikolu 3(1) u (3) għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu l-informazzjoni fuq bażi kkonsolidata jew sub-konsolidata darba biss kull sitt xhur.

4. L-istituzzjonijiet ta' kreditu huma obbligati li jirrappurtaw bil-mod speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta' spiss kif obbligati li jirrappurtaw skond id-Direttiva 89/647/KEE.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet li jirraportawlhom immedjatament xi każ li fih il-kontro-partijiet tagħhom fix-xiri mill-ġdid jew fi ftehim ta' qlib ta' xiri mill-ġdid jew ta' sigurtajiet ta' self u transazzjonijiet ta' self ta' sigurtajiet li jonqsu mill-obbligazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Kunsill fuq dawk il-każi u l-implikazzjonijiet tagħhom għal trattament ta' kull ftehim bħal dan u transazzjonijiet f'din id-Direttiva mhux aktar minn tliet snin wara d-data li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 12. Dawn ir-rapporti għandhom ukoll jiddeskrivu l-metodu li dawk l-istituzzjonijiet jilħqu dawk tal-kondizzjonijiet (i) sa (v) fl-Artikolu 2(6)(b) li japplikaw għalihom, partikolarment dawk li hemm referenza għalihom f'kondizzjoni (v). Minbarra dan għandha tagħti dettalji ta' xi tibdiliet fil-volum relattiv tas-self tradizzjonali ta' l-istituzzjonijiet u tas-self tagħom permess ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid imreġġa' lura u transazzjonijiet ta' sigurtajiet ta' self. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi fuq il-bażi ta' dan ir-rapport u ta' informazzjoni oħra li aktar salvagwardji jkunu meħtieġa biex ineħħu l-abbuż, din għandha tagħmel il-proposti xierqa.

AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet li għandhom iwettqu d-doveri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan, jindikaw xi diviżjoni ta' doveri.

2. L-awtoritajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi jew korpi uffiċjalment rikonoxxuti b'liġi nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi bħala parti mis-sistema ta' superviżjoni li tkun operattiva fl-Istat Membru kkonċernat.

3. L-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jingħataw il-poteri kollha meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tagħhom, u partikolarment dawk li jagħmlu s-superviżjoni li tikkostitwixxi it-"trading books".

4. L-awtoritajiet kompetenti tal-varji Stati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib bejn xulxin fit-twettiq tad-doveri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva, partikolarment meta servizzi ta' l-investiment ikunu ipprovduti fuq bażi ta' servizzi jew permezz ta' l-istabbiliment ta' friegħi f'wieħed jew aktar Stati Membri. Huma għandhom fuq talba jfornu lill-xulxin bl-informazzjoni kollha li aktarx tiffaċilita s-superviżjoni ta' l-adekwatezza tal-kapital ta' ditti ta' l-investiment u ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, partikolarment il-verifika tal-konformità tagħhom mar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. Xi skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva fir-rigward ta' ditti ta' l-investiment għandha tkun suġġetta għall-obbligazzjoni ta' segretezza imposta fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 93/22/KEE u, f'dak jirrigwardja l-istituzzjonijiet ta' kreditu, għall-obbligazzjoni imposta fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 77/780/KEE, kif emendata bid-Direttiva 89/646/KEE.

L-Artikolu 10

Sakemm isseħħ l-adozzjoni ta' Direttiva oħra li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għal addattazzjoni ta' din id-Direttiva lejn progress tekniku fl-oqsma speċifikati hawn taħt, il-Kunsill għandu, billi jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, bi qbil mad-Deċiżjoni 87/373/KEE, jadotta dawk l-addattazzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa, kif ġej:

- kjarifika tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 biex jassiguraw applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva fil-Komunità kollha,

- il-kjarifika tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 biex jittieħed akkont ta' l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji,

- tibdil fl-ammont ta' kapital inizjali preskritt fl-Artikolu 3 u ta' l-ammont li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4(6) li jieħu akkont tal-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji,

- il-livellar tat-terminoloġija dwar u l-qafas tad-definizzjonijiet bi qbil ma' atti sussegwenti dwar l-istituzzjonijiet u l-materji relatati.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI

L-Artikolu 11

1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ditti ta' l-investiment, suġġetti għall-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 93/22/KEE, li l-fondi tagħhom ikunu fil-jum ta l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva aktar baxxi mil-livelli speċifikati fl-Artikolu 3(1) sa (3) ta' din id-Direttiva. Minn hemm' il quddiem, il-fondi tagħhom ta' dawn id-ditti ta' l-investiment għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(5) sa (8) ta' din id-Direttiva.

2. Independentement mill-paragrafu 14 ta' l-Anness I, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-ħtieġa speċifika ta' riskju għal xi bonds assenjati piż ta' 10 % permezz ta' l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 89/647/KEE ugwali għal nofs il-ħtieġa speċifika ta' riskju għal unità kwalifikanti bl-istess maturità residwa bħal bond.

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 12

1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sad-data stabbilita fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 31 tad-Direttiva 93/22/KEE. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew iżidu referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod li biha referenzi bħal dawn għandhom isiru għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 13

Il-Kummissjoni għandha malajr kemm jista' jkun possibbli tissottometti lejn il-Kunsill proposti għal ħtiġijiet ta' kapital fir-rigward ta' negozjar f'merkanzija essenzjali (commodities trading), derivattivi ta' merkanzija essenjali u unitajiet ta' l-intrapriżi ta' investiment kollettiv.

Il-Kunsill għandu jiddieċedi dwar il-proposti mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

KLAWSOLA TA' REVIŻJONI

L-Artikolu 14

Fi żmien tliet snin mid-data li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 12, billi jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jeżamina u, jekk meħtieġ, jirrevedi din id-Direttiva fid-dawl ta' l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni tagħha, jieħu akkont ta' innovazzjoni fis-suq u, partikolarment, żviluppi fil-fora internazzjonali ta' l-awtoritajiet regolatorji.

L-Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Jelved

[1] ĠU C 152, tal-21.6.1990, p. 6; uĠU C 50, tal-25.2.1992, p. 5.

[2] ĠU C 326, tas-16.12.1991, p. 89.uĠU C 337, tal-21.12.1992, p. 114.

[3] ĠU C 69, tat-18.3.1991, p. 1.

[4] Ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[5] ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 14. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/30/KEE (ĠU L 110, tat-28.4.1992, p. 52).

[6] ĠU L 29, tal-5.2.1993, p. 1.

[7] ĠU L 124, tal-5.5.1989, p. 16. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/30/KEE (ĠU L 110, ta' l-24.9.1992, p. 52

[8] ĠU L 110, tat-28.4.1992, p. 52.

[9] ĠU L 197, tat-18.7.1987, p. 33.

[10] ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 89/646/KEE (ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

RISKJU TAL-POŻIZZJONI

INTRODUZZJONI

Totalizzar

1. L-eċċess tal-pożizzjonijiet fit-tul (fil-qosor) ta' istituzzjoni fuq il-pożizzjonijiet tagħha fil-qosor (fit-tul) fl-istess ekwità, dejn u ħruġ konvertibbli u futuri finanzjarji identiċi, għażliet, warrants, u warants koperti, għandha tkun il-pożizzjoni totalizzata tagħha f'kull waħda minn dawk l-istrumenti differenti. Fil-kalkolu tal-pożizzjoni totalizzata l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu pożizzjonijiet fi strumenti derivattivi li jkunu ttrattati, kif stabbbilit fil-paragrafi 4 sa 7, bħala pożizzjonijiet ta' bażi (jew mistħajla) ta' sigurtà jew sigurtajiet. Propjetajiet ta' l-istituzzjonijiet fi strumenti tagħhom ta' dejn għandhom ikunu injorati fil-kalkolu ta' riskju speċifiku permezz tal-paragrafu 14.

2. L-ebda totalizzar m'għandu jitħalla bejn pożizzjoni konvertibbli u pożizzjoni ta' bilanċjar fl-istrument li jkun il-bażi tagħha, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jadottaw resqien li permezz tiegħu il-probabiltà ta' konvertibbli partikolari li jkun konvertit ikunu kkalkolat jew li jkollu ħtieġa ta' kapital li jkopri xi telf li l-konverżjoni tkun tista' tenħtieġ.

3. Il-pożizzjonijiet totalizzati kollha, irrispettivament mis-sinjali tagħhom, għandhom ikunu ikkonvertiti fuq bażi ta' kull jum fil-munita ta' rapport ta' l-istituzzjoni skond ir-rata prevalenti tal-mument fil-kambju qabel ma jkunu ġew aggregati.

Strumenti partikolari

4. Futuri f'rati ta' imgħax, ftehim f'rati bil-quddiem (FRA) u impennji bil-quddiem biex jixtru jew ibiegħu strumenti ta' dejn għandhom ikunu ittrattati bħala għaqdiet ta' pożizzjonijiet fit-tul u fil-qosor. B'hekk il-pożizzjoni ta' futuri f'rati ta' imgħax għandha tkun ittratata bħala għaqda ta' maturità fis-self mad-data tal-wasla tal-kuntratt tal-futuri u propjetà t'assi b'data ta' maturità egwali għal dik ta' l-istrument jew tal-pożizzjoni maħsuba li sservi bħala l-bażi ta' kuntratt ta' futuri f'dak il-każ. L-istess, FRA mibjugħa għandha tkun ittratata bħala pożizzjoni fit-tul b'data ta' maturità egwali għad-data tat-twettiq kif ukoll tal-perijodu tal-kuntratt, u pożizzjoni fil-qasir b'maturità egwali għad-data tat-twettiq. Kemm il-propjetà ta' self u wkoll ta' assi għandha tkun inkluża fil-kolonna tal-gvern Ċentrali tat-Tabella 1 fil-paragrafu 14 sabiex ikun ikkalkolat il-kapital meħtieġ kontra riskju speċifiku ta' futuri ta' rati t'imgħax u FRA. Impenn bil-quddiem biex jinxtara strument ta' dejn għandu jkun ittrattat bħala għaqda ta' self li jimmatura fil-jum tal-forniment tiegħu u l-pożizzjoni fit-tul (tal-mument) fl-istrument ta' dejn innifsu. Is-self għandu jkun inkluż fil-kolonna tal-gvern ċentrali tat-Tabella 1 għall-iskopijiet ta' riskju speċifiku, u l-istrument ta' dejn skond f'liema kolonna tkun xierqa għall-istess tabella. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-ħtiġijiet tal-kapital għal futuri nnegozjati fuq borża li jkunu egwali għall-marġini meħtieġ mill-borża jekk dawk ikunu kompletament sodisfatti li dawk jipprovdu miżura eżatta tar-riskju assoċjat mal-futuri u li l-metodu użat biex ikun ikkalkolat il-marġini jkun ekwivalenti għall-metodu ta' kalkolazzjoni stabbilit fil-kumplament ta' l-Anness.

5. Opinjonijiet dwar rati ta' imgħax, strumenti ta' dejn, ekwitajiet, indiċi ta' ekwitajiet, futuri finanzjarji, tpartit u munita barranija għandhom ikunu ittrattati bħalli kieku kienu pożizzjonijiet egwali fil-valur għall-ammont ta' l-istrument bażiku li dwaru l-opinjoni tkun tirreferi, immultiplikat bid-delta tiegħu għall-iskopijiet ta' dan l-Anness. Dawn il-pożizzjonijiet ta' l-aħħar jistgħu jkunu ttotalizzati kontra pożizzjonijiet ta' bilanċjar f'sigurtajiet jew f'derivattivi bażiċi identiċi. Id-delta użata għandha tkun dik tal-borża kkonċernata, dik li tkun ġiet ikkalkolata mill-awtoritajiet kompetenti, jew, meta din ma tkunx disponibbli, jew għal opinjonijiet OTC, dik ikkalkolata mill-istituzzjoni, suġġett għal fatt li l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-mudell użat mill-istituzzjoni jkun raġjonevoli.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll jippreskrivu li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw id-delta tagħhom billi jużaw metodoloġija speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu li r-riskji l-oħra, apparti mir-riskju delta, marbuta ma' l-opinjonijiet, ikun hemm salvagward kontra tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-ħtiġijiet kontra għażla ta' kambju nnegozjat bil-kitba li jkunu egwali għall-marġini meħtieġ mill-borża jekk dawk ikunu kompletament sodisfatti li dak jipprovdi miżura eżatta tar-riskju assoċjat ma l-opinjoni u li l-metodu użat biex ikun ikkalkolat il-marġini jkun ekwivalenti għal metodu ta' kalkolazzjoni stabbilit fil-kumplament ta' dan l-Anness għal dawn l-opinjonijiet. B'żieda huma jistgħu jippermettu l-ħtieġa fuq kambju nnegozjat mixtri jew għażla OTC li jkunu l-istess bħal dawk għall-istrument li jkun il-bażi tagħha, suġġett għal-limitu li l-ħtieġa riżultanti ma teċċedix il-valur tas-suq ta' l-għażla. Il-ħtieġa kontra għażla OTC miktuba għandha tkun stabbilita b'relazzjoni ma' l-istrument li jkun il-bażi tagħha.

6. Warrant u warrant kopert għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħall-għażliet permezz tal-paragrafu 5.

7. Skambji għandu jkun ittrattat għal skopijiet ta' riskju ta' rati ta' imgħax fuq l-istess bażi ta' strumenti fil-balance sheet. B'hekk tpartit ta' rati ta' imgħax li permezz tagħhom l-istituzzjoni tirċievi rata ta' imgħax flessibbli u tħallas rata ta' imgħax fissa għandu jkun ittrattat bħala ekwivalenti għal pożizzjoni fit-tul ta' strument ta' rata flessibbli ta' maturità ekwivalenti għall-perijodu sa meta jkun stabbilit l-imgħax li jmiss u għall-pożizzjoni fil-qosor ta' strument ta' rata fissa bl-istess maturità bħall-iskambju innifsu.

8. Madankollu, istituzzjonijiet li jimxu mas-suq u jamministraw ir-riskju ta' rata ta' imgħax fuq strumenti derivattivi koperti bil-paragrafi 4 sa 7 fuq bażi ta' "discounted-cash-flow" jistgħu jagħmlu użu minn mudelli sensittivi biex jikkalkolaw il-pożizzjonijiet li hemm referenza għalihom hawn fuq u jistgħu jużawhom għal xi bond li jkun amortizzat matul il-ħajja residwa tiegħu pjuttost milli permezz ta' pagament finali tal-kapital. Kemm il-mudell u wkoll l-użu tiegħu mill-istituzzjoni għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mudelli għandhom jiġġeneraw pożizzjonijiet li jkollhom l-istess sensittivita għal tibdil fir-rati ta' imgħax u bażi tal-"cash-flow". Din is-sensitivita għandha tkun assessjata b'referenza għal ċaqliq independenti f'kampjun ta' rati matul il-kurva tar-riżultat, b'mill-anqas punt wieħed ta' sensittività f'kull medda ta' maturità stabbilita fit-Tabella 2 tal-paragrafu 18. Il-pożizzjonijiet għandhom ikunu nklużi fil-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 15 sa 30.

9. Istituzzjonijiet li ma jużawx mudelli skond il-paragrafu 8 jistgħu minflok, bl-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, jitrattaw il-bilanċjar ta' xi pożizzjonijiet fl-istrumenti tad-derivattivi koperti fil-paragrafi 4 sa 7 li jilħqu mill-anqas dawn il-kondizzjonijiet:

(i) il-pożizzjonijiet huma ta' l-istess valur u iddenominati fl-istess munita;

(ii) ir-rata ta' referenza (għal pożizzjonijiet ta' rata flessibbli) jew kupun (għal pożizzjonijiet ta' rati fissi) jkunu mqabbla mill-qrib;

(iii) id-data li tkun tmiss għal stabbilizzar ta' imgħax jew, għal pożizzjonijiet ta' kupun fiss, maturita residwa tkun korrespondenti ma' dawn il-limiti:

- anqas minn xahar wieħed għalhekk: l-istess jum,

- bejn xahar wieħed u sena waħda għalhekk: fi żmien sebat ijiem,

- aktar minn sena waħda għalhekk: fi żmien 30 jum.

10. Dak li jitrasferixxi s-sigurtajiet jew drittijiet iggarantiti li jirrigwardaw it-titolu għal sigurtajiet fil-ftehim tax-xiri mill-ġdid u dak li jislef is-sigurtajiet f'self ta' sigurtajiet għandhom jinkludu dawk is-sigurtajiet fil-kalkolu tal-ħtieġa tal-kapital tagħhom taħt dan l-Anness sakemm dawk is-sigurtajiet jilħqu l-kriterja stabbilita fl-Artikolu 2(6)(a).

11. Pożizzjonijiet f'unitajiet ta' l-intrapriżi ta' l-investiment kollettiv għandhom ikunu suġġetti għal ħtiġijiet tal-kapital tad-Direttiva 89/647/KEE pjottost milli għall-ħtiġijiet tal-pożizzjoni ta' riskju skond dan l-Anness.

Riskji speċifiċi u ġenerali

12. Il-pożizzjoni ta' riskju innegozjat li strument ta' dejn jew ekwità (għal dejn jew ekwità derivattiva) għandu jkun maqsum f'żewġ komponenti sabiex ikun ikkalkolat il-kapital meħtieġ kontra tagħha. L-ewwel għandu jkun il-komponent tar-riskju speċifiku tagħha — dan huwa r-riskju ta' tibdil fil-prezz ta' l-istrument ikkonċernat minħabba l-fatturi relatati ma' dak li jagħmel il-ħruġ jew, fil-każ ta' derivattiva, dak li jagħmel il-ħruġ ta' l-istrument bażiku. It-tieni komponent għandu jkopri r-riskju ġenerali tagħha — dan huwa r-riskju ta' tibdil fil-prezz fl-istrument minħabba (fil-każ ta' strument ta' dejn innegozjat jew derivattiva ta' dejn) għal tibdil fil-livell ta' rati ta' l-imgħax jew (fil-każ ta' ekwità jew derivattiva ta' ekwità) għal ċaqliq wiesa' tas-suq ta' l-ekwità li ma tkunx relatata ma xi attribwiti speċifiċi ta' sigurtajiet individwali.

STRUMENTI TA' DEJN INNEGOZJATI

13. L-istituzzjoni għandha tikklassifika l-pożizzjonijiet totalizzati tagħha skond il-munita li fiha dawn ikunu ddenominati u għandha tikkolkola l-ħtieġa ta' kapital għal riskju ġenerali u speċifiku f'kull munita individwali separatament.

Riskju speċifiku

14. L-istituzzjoni għandha tassenja il-pożizzjonijiet totalizzati tagħha, kif ikkalkolati bi qbil mal-paragrafu 1, lejn il-kategoriji xierqa fit-Tabella 1 fuq il-bażi tal-maturitajiet residwi tagħhom u mbagħad timmultiplika dawn bil-piżijiet murija. Għandha tgħodd il-pożizzjonijiet mgħobbija tagħha (independentement minn jekk dawn ikunux fit-tul jew fil-qosor) sa biex tikkalkula l-ħtieġa tal-kapital tagħha kontra riskju speċifiku.

Tabella Nru 1

Unitajiet tal-Gvern Ċentrali | Unitajiet kwalifikanti | Unitajiet oħra |

| Sa limitu ta' 6 xhur | Minn 6 xhur sa limitu ta' 24 xahar | Aktar minn 24 xahar | |

0,00 % | 0,25 % | 1,00 % | 1,60 % | 8,00 % |

Riskju ġenerali

(a) Ibbażati fuq maturità

15. Il-proċedura għal kalkolazzjoni ta' ħtiġijiet tal-kapital kontra riskju ġenerali tinvolvi żewġ passi bażiċi. L-ewwel, il-pożizzjonijiet kollha għandhom ikunu mgħobbija skond il-maturità (kif spjegat fil-paragrafu 16), sabiex ikun ikkalkolat l-ammont ta' kapital meħtieġ kontra dawn. It-tieni, allokazzjoni għandha ssir għal din il-ħtieġa biex tkun imnaqqsa meta pożizzjoni mgħobbija tkun miżmuma biswit pożizzjoni mgħobbija opposta fl-istess medda ta' maturità. Tnaqqis fil-ħtieġa għandu jkun imħolli meta l-pożizzjoni mgħobbija opposta tidħol f'meddiet differenti ta' maturità, bid-daqs ta' dan it-tnaqqis ikunu dipendenti kemm fuq jekk iż-żewġ pożizzjonijiet jidħlux fl-istess żona, jew jekk le, fuq żona waħda partikolari li jidħlu fiha. Hemm tliet żoni (gruppi ta' medda ta' maturità) b'kollox.

16. L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha lejn il-meddiet ta' maturità xierqa fil-kolonna 2 jew 3, kif xieraq, fit-Tabella 2 li tidher fil-paragrafu 18. Għandha tagħmel hekk fuq il-bażi ta' maturità residwa fil-każ ta' strumenti ta' rata fissa u fuq il-bażi tal-perijodu sakemm ir-rata ta' l-imgħax tkun kif imiss stabbilita fil-każ ta' strumenti li dwarhom rata ta' l-imgħax tkun varjabbli qabel il-maturità finali. Għandha wkoll tiddistingwi bejn strumenti ta' dejn b'kupun ta' 3 % jew aktar u dawk b'kupun ta' anqas minn 3 % u b'hekk tallokahom lejn il-kolonna 2 jew lejn il-kolonna 3 fit-Tabella 2. Għandha imbagħad timmultiplika kull waħda minnhom bil-piż tal-medda ta' maturità f'dak il-każ fil-kolonna 4 fit-Tabella 2.

17. Għandha mbagħad tikkalkula s-somma tal-pożizzjonijiet mgħobbija fit-tul u s-somma tal-pożizzjonijiet mgħobbija għal żmien qasir f'kull medda ta' maturità. L-ammont ta' dawk ta' qabel li jkun imqabbel ma' ta' l-aħħar f'medda ta' maturità partikolari għandu jkun imqabbel mal-pożizzjoni mgħobbija f'dik il-medda, waqt li l-pożizzjoni mgħobbija fit-tul jew fil-qosor għandha tkun dik il-pożizzjoni mgħobbija mhux imqabbla għall-istess medda. It-total tal-pożizzjonijiet mgħobbija mqabbla fil-meddiet kollha għandu mbagħad ikun ikkalkolat.

18. L-istituzzjoni għandha tikkalkula t-totali tal-pożizzjonijiet mgħobbija bit-tul li ma jkunux imqabbla għal meddiet inklużi f'kull waħda miż-żoni fit-Tabella 2 sabiex takwista l-pożizzjoni mgħobbija fit-tul li ma tkunx imqabbla għal kull żona. Bl-istess mod is-somma tal-pożizzjonijiet mgħobbija fil-qosor li ma jkunux imqabbla għal kull medda f'żona partikolari għandha tkun miġbura biex tkun ikkalkolata l-pożizzjoni mgħobbija fil-qosor għal dik iż-żona. Dik il-parti mhux imqabbla ta' pożizzjoni mgħobbija fit-tul għal żona speċifika li tkun imqabbla b'pożizzjoni mhix imqabbla mgħobbija fil-qosor għall-istess żona għandha tkun il-pożizzjoni mgħobbija mqabbla għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni mgħobbija fit-tul mhux imqabbla jew il-pożizzjoni mgħobbija fil-qosor mhux imqabbla għal żona li għalhekk ma tkunx tista tiġi mqabbla għandha tkun il-pożizzjoni mgħobbija mhux imqabbla għal dik iż-żona.

Tabella Nru 2

Żona | Medda ta' maturità | Piż (fi %) | Tibdil fir-rata ta' imgħax (fi %) |

Kupun ta' 3 % jew aktar | Kupun ta' anqas minn 3 % |

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

Wieħed | 0 ≤ 1 xahar | 0 ≤ 1 xahar | 0,00 | — |

> 1 ≤ 3 xhur | > 1 ≤ 3 xhur | 0,20 | 1,00 |

> 3 ≤ 6 xhur | > 3 ≤ 6 xhur | 0,40 | 1,00 |

> 6 ≤ 12-il-xahar | > 6 ≤ 12-il-xahar | 0,70 | 1,00 |

Tnejn | > 1 ≤ 2 sentejn | > 1,0 ≤ 1,9 snin | 1,25 | 0,90 |

> 2 ≤ 3 snin | > 1,9 ≤ 2,8 snin | 1,75 | 0,80 |

> 3 ≤ 4 snin | > 2,8 ≤ 3,6 snin | 2,25 | 0,75 |

Tlieta | > 4 ≤ 5 snin | > 3,6 ≤ 4,3 snin | 2,75 | 0,75 |

> 5 ≤ 7 snin | > 4,3 ≤ 5,7 snin | 3,25 | 0,70 |

> 7 ≤ 10 snin | > 5,7 ≤ 7,3 snin | 3,75 | 0,65 |

> 10 ≤ 15-il-sena | > 7,3 ≤ 9,3 snin | 4,50 | 0,60 |

> 15 ≤ 20 sena | > 9,3 ≤ 10,6 snin | 5,25 | 0,60 |

> 20 sena | >10,6 ≤ 12,0 sena | 6,00 | 0,60 |

| >12,0 ≤ 20,0 sena | 8,00 | 0,60 |

| > 20 sena | 12,50 | 0,60 |

19. L-ammont ta' pożizzjoni mgħobbija fit-tul (fil-qosor) li ma tkunx imqabbla f'żona wieħed li tkun imqabbla mill-pożizzjoni mgħobbija fil-qosor (fit-tul) f'żona tnejn għandha mbagħad tkun ikkalkolata. Din għandha tkun irreferuta lejn il-paragrafu 23 bħala pożizzjoni mgħobbija mqabbla bejn iż-żoni wieħed u tnejn. L-istess kalkolu għandu mbagħad ikun magħmul fir-rigward ta' dik il-parti ta' pożizzjoni mgħobbija mhux imqabbla fiż-żona tnejn li titħalla żejda u l-pożizzjoni mgħobbija mhux imqabbla fiż-żona tlieta sabiex tkun ikkalkolata il-pożizzjoni mgħobbija mqabbla bejn iż-żoni tnejn u tlieta.

20. L-istituzzjoni tista', jekk tixtieq, treġġa' lura l-ordni fil-paragrafu 19 sabiex tikkalkula il-pożizzjoni mgħobbija mqabbla bejn iż-żoni tnejn u tlieta qabel ma tikkolkola dik bejn iż-żoni wieħed u tnejn.

21. Il-kumplament tal-pożizzjoni mgħobbija mhux imqabbla fiż-żona wieħed għandha mbagħad tkun imqabbla ma' dak li jifdal minn dak taż-żona tlieta wara li dan ta' l-aħħar ikunu tqabbel maż-żona tnejn sabiex tkun akwistata l-pożizzjoni mgħobbija mqabbla bejn iż-żoni wieħed u tlieta.

22. Pożizzjonijiet residwi, wara it-tliet kalkolazzjonijiet imqabbla separatament fil-paragrafi 19, 20 u 21, għandhom ikunu miġbura.

23. Il-ħtieġa tal-kapital ta' l-istituzzjoni għandha tkun ikkalkolata bħala s-somma ta':

(a) 10 % tas-somma tal-pożizzjonijiet mgħobbija mqabbla fil-meddiet kollha tal-maturità;

(b) 40 % tal-pożizzjoni mgħobbija mqabbla fiż-żona wieħed;

(ċ) 30 % tal-pożizzjoni mgħobbija mqabbla fiż-żona tnejn;

(d) 30 % tal-pożizzjoni mgħobbija mqabbla fiż-żona tlieta;

(e) 40 % tal-pożizzjoni mgħobbija imqabbla bejn iż-żoni wieħed u tnejn u bejn iż-żoni tnejn u tlieta (ara l-paragrafu 19);

(f) 150 % tal-pożizzjoni mgħobbija mqabbla bejn iż-żoni wieħed u tlieta;

(g) 100 % tal-pożizzjonijiet mgħobbija mqabbla b'li jkun fadal.

(b) Bażi ta' tul

24. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jistgħu jħallu l-istituzzjonijiet fuq bażi ġenerali jew fuq bażi individwali li jużaw sistema għall-kalkolu tal-ħtieġa tal-kapital għal riskju ġenerali jew strumenti ta' dejn innegozjati li jirreflettu t-tul minflok is-sistema stabbilita fil-paragrafi 15 sa 23, sakemm l-istituzzjoni tagħmel dan fuq bażi konsistenti.

25. Permezz ta' sistema bħal din l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq ta' kull strument ta' dejn ta' rata fissa u b'hekk tikkalkula ir-riżultat tiegħu sal-maturità, li hija meqjusa fir-rata skontata ta' dak l-istrument. Fil-każ ta' strumenti ta' rata flessibbli, l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq għal kull strument u b'hekk tikkalkula r-riżultat tiegħu billi tassumi li l-kapital ikun dovut meta r-rata ta' l-imgħax tkun tista' terġa' tiġi mibdula.

26. L-istituzzjoni għandha mbagħad tikkalkula t-tul modifikat ta' kull strument ta' dejn fuq il-bażi ta' din il-formula:

tul modifikat =

tul

, fejn

D=

t C

C

t1 + rt

fejn:

r = riżultat sal-maturità (ara l-paragrafu 25),

Ct = pagament fi flus fiż-żmien t,

m = maturità totali (ara l-paragrafu 25).

27. L-istituzzjoni għandha mbagħad talloka kull strument ta' dejn lejn iż-żona xierqa fit-Tabella 3. Għandha tagħmel hekk fuq il-bażi tat-tul modifikat ta' kull strument.

Tabella 3

Żona | Tul modifikat (fi snin) | Imgħax preżunt (bidla f' %) |

(1) | (2) | (3) |

Wieħed | > 0 ≤ 1,0 | 1,0 |

Tnejn | > 1,0 ≤ 3,6 | 0,85 |

Tlieta | >3,6 | 0,7 |

28. L-istituzzjoni għandha mbagħad tikkalkula l-pożizzjoni ta' tul mgħobbi għal kull strument billi timmultiplika l-prezz tagħha tas-suq bit-tul modifikat u bil-bidla assumita ta' rata ta' l-imgħax għal strument ma dak it-tul partikolari modifikat (ara l-kolonna 3 fit-Tabella 3).

29. L-istitiuzzjoni għandha taħdem it-tul mgħobbi għal pożizzjonijiet fit-tul u tul mgħobbi fil-qosor f'kull żona. L-ammont ta' l-ewwel li jkun imqabbel b'dak ta' l-aħħar f'kull żona għandha tkun il-pożizzjoni mqabbla ta' tul mgħobbi għal dik iż-żona.

L-istituzzjoni għandha mbaghad tikkalkula il-pożizzjonijiet ta' tul mgħobbi mhux imqabbel għal kull żona. Għandha mbagħad timxi mal-proċeduri stabbiliti għal pożizzjonijiet mgħobbija mhux imqabbla fil-paragrafi 19 sa 22.

30. Il-ħtieġa tal-kapital ta' l-istituzzjoni għandha mbagħad tkun ikkalkolata bħala s-somma ta':

(a) 2 % tal-pożizzjoni mqabbla ta' tul mgħobbi għal kull żona;

(b) 40 % tal-pożizzjoni mgħobbija imqabbla bejn iż-żoni wieħed u tnejn u bejn iż-żoni tnejn u tlieta;

(ċ) 150 % tal-pożizzjoni mgħobbija mqabbla bejn iż-żoni wieħed u tlieta;

(d) 100 % tal-pożizzjonijiet ta' tul mgħobbi mhux imqabbla li jkun fadal.

EKWITAJIET

31. L-istituzzjoni għandha tgħodd il-pożizzjonijiet fit-tul totalizzati kollha tagħha u l-pożizzjonijiet fil-qosor totalizzati kollha tagħha bi qbil mal-paragrafu 1. Is-somma taż-żewġ figuri għandha tkun il-pożizzjoni totali grossa tagħha. Id-differenza bejn dawn għandha tkun il-pożizzjoni netta totali tagħha.

Riskju speċifiku

32. Għandha timmultiplika il-pożizzjoni grossa totali tagħha bi 4 % sabiex tikkalkula il-ħtiġijiet tal-kapital tagħha kontra riskju speċifiku.

33. Independentement mill-paragrafu 32, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-ħtieġa tal-kapital kontra riskju speċifiku li jkun 2 % pjuttost milli 4 % għal dawk il-portfolios ta' ekwitajiet li l-instituzzjoni żżomm li jilħqu dawn il-kondizzjonijiet:

(i) l-ekwitajiet m'għandhomx ikunu dawk ta' assiguraturi li jkunu ħarġu strumenti ta' dejn negozjat li preżentament jiġbed ħtieġa ta' 8 % fit-Tabella 1 li tidher fil-paragrafu 14;

(ii) l-ekwitajiet għandhom ikunu aġġudikati bħala ferm likwidi mill-awtoritajiet kompetenti skond kriterja oġġettiva;

(iii) l-ebda pożizzjoni individwali m'għandha tiġbor aktar minn 5 % tal-valur ta' portfolio ta' l-ekwità totali ta' l-istituzzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw pożizzjonijiet individwali sa 10 % sakemm t-total ta' dawk il-pożizzjonijiet ma jeċċedix 50 % tal-portfolio.

Riskju ġenerali

34. Il-ħtieġa tal-kapital tagħha kontra riskju ġenerali għandha tkun il-pożizzjoni netta totali immultiplikata b'8 %.

Futuri ta' indiċi ta' stocks

35. Futuri ta' indiċi ta' stocks, l-ekwivalenti ta' delta mgħobbija ta' għażliet f'futuri ta' indiċi ta' stocks u indiċi ta' stocks kollettivament irriferuti minn hawn' il quddiem bħala "futuri ta' indiċi ta' stocks", jistgħu jkunu maqsuma f'pożizzjonijiet f'kull wieħed mill-ekwitajiet konstitwenti tagħhom. Dawn il-pożizzjonijiet jistgħu ikunu ittrattati bħala pożizzjonijiet bażiċi fl-ekwitajiet f'dak il-każ; għalhekk, suġġett għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, dawn jistgħu jkunu ittotalizzati kontra pożizzjonijiet opposti fl-ekwitajiet bażici infushom.

36. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li xi istituzzjoni li tkun totalizzat il-pożizzjonijiet tagħha f'waħda jew aktar ekwitajiet li jikkonstitwixxu futur ta' l-indiċi ta' stocks kontra pożizzjoni waħda jew aktar fl-indiċi ta' stock futuri nfushom ikollha l-kapital adekwat biex tkopri r-riskju ta' telf ikkawżat mill-valuri futuri li ma jimxux kompletament bi dritt ma dawk l-ekwitajiet konstitwenti tagħha; dawn għandhom ukoll jagħmlu hekk meta l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet opposti f'futuri ta' indiċi ta' stocks li ma jkunux identiċi fir-rigward ta' jew il-maturità tagħhom inkella l-kompożizzjoni tagħhom jew it-tnejn.

37. Independentement mill-paragrafi 35 u 36, futuri ta' indiċi ta' stocks li huma innegozjati fuq borża u — fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti — jirrapreżentaw indiċi wiesa' diversifikati, għandhom jattiraw ħtieġa ta' kapital kontra riskju ta' 8 %, imma l-ebda ħtieġa ta' kapital kontra riskju partikolari. Futuri bħal dawn ta' l-indiċi ta' stocks għandhom ikunu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-pożizzjoni totalizzata kollha fil-paragrafu 31, imma imwarrba l-kalkolazzjoni tal-pożizzjoni grossa totali fl-istess paragrafu.

38. Jekk futuri ta' l-indiċi ta' stocks ma jkunx maqsum fil-pożizzjonijiet bażiċi tiegħu, dan għandu jkun ittrattat bħalli kieku kien ekwità individwali. Madankollu, riskju speċifiku fuq din l-ekwità individwali ma jistax ikun injorat jekk il-futur ta' l-indiċi ta' stock f'dak il-każ ikun innegozjat fuq borża u, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, jirrapreżenta indiċi wiesa' diversifikata.

ASSIGURAZZJONI

39. Fil-każ ta' l-assigurazzjoni ta' l-istrumenti ta' dejn u ekwitajiet, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni li tuża dawn il-proċeduri li ġejjin fil-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet tal-kapital. L-ewwel, hi għandha tindika il-pożizzjonijiet totalizzati bit-tnaqqis tal-pożizzjonijietassigurati li huma sottoskritti jew sotto-assigurati minn partijiet terzi fuq il-bażi ta' ftehim formali; it-tieni, hi għandha tnaqqas il-pożizzjonijiet netti b'dawn il-fatturi ta' tnaqqis li ġejjin:

—jum tax-xoghol 0: | 100 % |

—jum tax-xoghol 1: | 90 % |

—jiem tax-xogħol 2 sa 3: | 75 % |

—jum tax-xogħol 4: | 50 % |

—jum tax-xogħol 5: | 25 % |

—wara jum tax-xoghol 5: | 0 % |

Jum tax-xogħol żero għandu jkun il-jum tax-xogħol li fih l-istituzzjoni ssir mingħajr kundizzjoni impenjata li taċċetta kwantità magħrufa ta' sigurtajiet bi prezz miftiehem.

It-tielet, hi għandha tikkalkula l-ħtigijiet tal-kapital tagħha billi tuża pożizzjonijiet imnaqqsa ta' l-assigurazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-istituzzjoni jkollha kapital suffiċjenti kontra r-riskju ta' telf li jeżisti bejn iż-żmien ta' l-impenn inizjali u jum tax-xogħol 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

RISKJU GĦAL FTEHIM U KONTRO-PARTI

RISKJU GĦAL FTEHIM U TWASSIL

1. Fil-każ ta' transazzjonijiet li fihom strumenti ta' dejn u sigurtajiet (esklużi xiri mill-ġdid u ftehim ta' qlib ta' xiri mill-ġdid u self ta' sigurtajiet u self ta' sigurtajiet) ma jkunux imwettqa wara d-dati preskritti għall-forniment tagħhom, l-istituzzjoni għandha tikkalkula d-differenza fil-prezz li għalih ikun hemm ir-riskju. Din hija d-differenza bejn il-prezz miftiehem għall-ftehim għall-istrument ta' dejn jew l-ekwità f'dak il-każ u l-valur kurrenti tagħha fis-suq, meta d-differenza tkun tinvolvi telf għall-istituzzjoni. Għandha timmoltiplika din id-differenza bil-fattur xieraq fil-kolonna A tat-tabella li tidher fil-paragrafu 2 sabiex tikkalkula l-ħtieġa tal-kapital tagħha.

2. Independentement mill-paragrafu 1, istituzzjoni tista', fid-diskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, tikkalkula l-ħtiġijiet tagħha għall-kapital billi timmultiplika l-prezz miftiehem għall-ftehim ta' kull transazzjoni li ma jkunx imwettaq bejn 5 u 45 jiem ta' xogħol wara d-data preskritta bil-fattur xieraq fil-kolonna B tat-tabella t'hawn taħt. Sa minn 46 jum ta' xogħol wara d-data preskritta hi għandha twassal il-ħtieġa biex tkun ta' 100 % tad-differenza fil-prezz li dwaru jkollha r-riskju fil-kolonna A.

Numru ta' jiem ta' xogħol wara d-data preskritta għal ftehim | Kolonna A (%) | Kolonna B (%) |

5—15 | 8 | 0,5 |

16—30 | 50 | 4.0 |

31—45 | 75 | 9,0 |

46 jew iktar | 100 | Ara l-paragrafu 2 |

RISKJU GĦAL KONTRO-PARTI

Twassil b'xejn

3.1. L-istituzzjoni għandha tkun meħtieġa li żżomm kapital kontra riskju ta' kontro-parti jekk:

(i) tkun ħallset għas-sigurtajiet qabel ma tkun irċievithom jew li tkun wasslet is-sigurtajiet qabel ma tirċievi l-pagament għalihom; u

(ii) fil-każ ta' transazzjonijiet trans-fruntieri, jum wieħed jew aktar ikun skada sa minn meta tkun għamlet dak il-pagament jew twassil.

3.2. Il-ħtieġa tal-kapital għandha tkun ta' 8 % tal-valur tas-sigurtajiet jew flus dovoti lill-istituzzjoni immultiplikati bir-riskju mgħobbi applikat għall-kontro-parti relevanti.

Ftehim ta' xiri mill-ġdid u qlib ta' xiri mill-ġdid u self u tislif ta' sigurtajiet

4.1. Fil-każ ta' ftehim għal xiri mill-ġdid u self ta' sigurtajiet ibbażati fuq sigurtajiet inklużi fit-"trading book" l-istituzzjoni għandha tikkalkula d-differenza bejn il-valur tas-suq tas-sigurtajiet u l-ammont imsellef mill-istituzzjoni jew il-valur tas-suq tal-kollateral, meta d-differenza tkun pożittiva. Fil-każ ta' qlib ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid u self ta' sigurtajiet l-istituzzjoni għandha tikkalkula d-differenza bejn l-ammont li l-istituzzjoni tkun silfet jew il-valur tas-suq tal-kollatteral u l-valur tas-suq tas-sigurtajiet li tkun irċeviet, meta dik id-differenza tkun pożittiva.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri biex jassiguraw li l-kollateral b'eċċess mogħti jkun aċċettabli.

Minbarra dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jinkludux l-ammont ta' eċċess ta' kollateral fil-kalkolazzjoni deskritta fl-ewwel żewġ sentenzi ta' dan il-paragrafu jekk l-ammont ta' eċċess ta' kollateral ikun iggarantit b'tali mod li dak li jagħmel it-trasferiment ikun dejjem assigurat li l-eċċess tal-kollateral jingħata lura fil-każ ta' nuqqasijiet tal-kontro-parti tiegħu.

L-imgħax akkumulat għandu jkun inkluż fil-ikkalkolar tal-valur tas-suq ta' l-ammonti mislufa jew midjuna u kollateral.

4.2. Il-ħtieġa tal-kapital għandha tkun ta' 8 % tal-figura prodotta bi qbil mal-paragrafu 4.1, immultiplikata bil-piż ta' riskju applikabbli għall-kontro-parti relevanti.

Strumenti derivattivi OTC

5. Sabiex jikkalkulaw il-ħtieġa tal-kapital ta' l-istrumenti derivattivi tagħhom OTC, istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Anness II tad-Direttiva 89/647/KEE fil-każ ta' rata ta' l-imgħax u l-kuntratti ta' rati ta' kambju; għażliet ta' ekwitajiet OTC mixtrija u l-warrants koperti għandhom ikunu suġġetti għat-trattament mogħti lill-kuntratti ta' rata ta' kambju fl-Anness II tad-Direttiva 89/647/KEE.

Il-piżijiet ta' riskji li għandhom ikunu applikati lejn il-kontro-partijiet relevanti għandhom ikunu iddeterminati bi qbil ma' l-Artikolu 2(9) ta' din id-Direttiva.

OĦRAJN

6. Il-ħtiġijiet tal-kapital tad-Direttiva 89/647/KEE għandhom ikunu applikabbli għal dawk ir-riskji fil-għamla ta' miżati, senserija, imgħax, dividends u marġini f'futuri innegozjati fil-kambju jew f'kuntratti ta' għażliet li la huma koperti f'dan l-Anness jew fl-Anness I u l-anqas imnaqqsa mill-fondi tagħhom permezz tal-paragrafu 2(d) ta' l-Anness V u li huma direttament relatati għal unitajiet inklużi fit-"trading book". Il-piżijiet ta' riskji li għandhom ikunu applikati lejn il-kontro-partijiet relevanti għandhom ikunu ddeterminati bi qbil ma' l-Artikolu 2(9) ta' din id-Direttiva.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

RISKJU TA' KAMBJU ESTERU

1. Jekk il-pożizzjoni ġenerali ta' l-istituzzjoni netta fil-kambju esteru, ikkalkolata bi qbil mal-proċedura stabbilita hawn taħt, teċċedi 2 % tal-fondi totali tagħha, hi għandha timmoltiplika l-eċċess bi 8 % sabiex tikkalkula l-ħtiġijiet tal-fondi tagħha kontra ir-riskju ta' kambju esteru.

2. Kalkolazzjoni ta' żewġ stadji għandha tkun użata.

3.1. L-ewwelnett, il-pożizzjoni miftuħa netta ta' l-istituzzjoni f'kull munita (inkluża l-munita tar-rapport) għandha tkun ikkalkolata. Din il-pożizzjoni għandha tkun tikkonsisti fis-somma ta' dawn l-elementi (pożittivi jew negattivi):

- il-pożizzjoni spot netta (i.e. l-unitajiet ta' l-assi kollha li minnhom jitnaqqsu l-unitajiet ta' responsabbilità, inkluż l-imgħax miġmugħ, fil-munita f'dak il-każ),

- il-pożizzjoni bil-quddiem netta (i.e. l-ammonti kollha li għandhom ikunu mwassla li minnhom jitnaqqsu l-ammonti li għandhom jitħalsu permezz tat-transazzjonijiet tal-kambju bil-quddiem, inklużi futuri tal-munita u l-kapital fuq tpartit ta' munita li ma jkunx ikluż fil-pożizzjoni tal-mument),

- garanziji irrevokabbli (u strumenti simili) li jkunu żgur li jkunu sejrin jissejħu,

- introjti/infiq futuri netti li jkunu għadhom ma ġewx miġmugħa imma li diġà jkunu ġew kompletament imwarrba (fid-diskrezzjoni ta' l-istituzzjoni li tagħmel ir-rapport u bil-kunsens minn quddiem ta' l-awtoritajiet kompetenti, introjti/nfiq netti futuri li jkunu għandhom ma ġewx imdaħħla fir-reġistri tal-kontijiet imma li diġà jkunu ġew kompletament imwarrba bi transazzjonijiet bil-quddiem ta' kambju esteru, jistgħu jkunu inklużi hawnhekk). Din id-diskrezzjoni għandha tkun eżerċitata fuq bażi konsistenti,

- id-delta netta (jew bażi ta' delta) ekwivalenti għat-total fil-ktieb ta' għażliet ta' munita barranija,

- il-valur tas-suq ta' għażjiet oħrajn (i.e. mhux munita barranija),

- xi pożizzjonijiet li l-istituzzjoni tkun deliberatament ħadet sabiex taħżen kontra l-effett ħażin tar-rata tal-kambju fuq ir-relatività tal-kapital tagħha jistgħu jkunu esklużi mill-kalkolazzjoni ta' pożizzjonijiet netti miftuħa dwar muniti. Dawn il-pożizzjonijiet għandhom ikunu ta' natura mhux negozjabbli jew strutturali u l-esklużjonijiet tagħhom, u xi varjazzjonijiet tat-termini ta' l-eskużjonijiet tagħhom, għandhom jenħtieġu l-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti. L-istess trattament suġġett għall-istess kondizzjonijiet bħal dawk t'hawn fuq ghandhom ikunu applikati għal porzjonijiet li l-istituzzjoni jkollha b'relazzjoni ma' l-unitajiet li diġà jkunu mnaqqsa fil-kalkolazzjoni tal-fondi tagħha.

3.2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom id-diskrezzjoni li jippermettu l-istituzzjonijiet li jużaw il-valur nett preżenti meta jikkalkolaw il-pożizzjoni netta miftuħa f'kull munita.

4. It-tieninett, pożizzjonijiet netti fil-qosor u fit-tul f'kull munita apparti mill-munita tar-rapport għandhom ikunu ikkonvertiti bir-rati tal-mument lejn il-muniti tar-rapport. Għandhom ikunu totalizzati separatament biex jiffurmaw it-total tal-pożizzjonijiet netti fil-qosor u t-total tal-pożizzjonijiet netti fit-tul, rispettivament. L-ogħla minn dawn iż-żewġ totali għandha tkun il-pożizzjoni netta ġenerali tal-kambju barrani ta' l-istituzzjoni.

5. Independentement mill-paragrafi 1 sa 4 u sakemm isseħħ aktar koordinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippreskrivu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet li jużaw proċeduri alternattivi għall-iskopijiet ta' dan l-Anness.

6. L-ewwelnett, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jipprovdu ħtiġijiet ta' kapital aktar baxxi kontra pożizzjonijiet f'munita korrelati mill-qrib apparti minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 lilhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu li par ta' muniti jkunu kkorrelati mill-qrib biss jekk il-possibiltà ta' telf — ikkalkolat fuq il-bażi tad-dettalji tar-rata tal-kambju ta' kull jum għat-tlieta jew ħames snin preċedenti — li jseħħu fuq pożizzjonijiet egwali u opposti f'dawk il-muniti matul l-10 ġranet l-oħra ta' xogħol, li tkun ta' 4 % jew anqas tal-valur tal-pożizzjoni mqabbla f'dak il-każ (ivvalutata f'termini tal-munita tar-rapport) ikollha probabilità ta' mill-anqas 99 %, meta perijodu ta' tliet snin ikun użat, jew 95 %, meta perijodu ta' osservazzjoni ta' ħames snin ikun użat. Il-ħtieġa ta' fondi tagħhom fuq pożizzjoni mqabbla f'żewġ muniti kkorrelati mill-qrib għandha tkun 4 % immultiplikata bil-valur tal-pożizzjoni mqabbla. Il-ħtieġa tal-kapital fuq pożizzjonijiet mhux imqabbla f'munita kkorrelati mill-qrib,ul-pożizzjonijiet kollha fil-muniti l-oħra, għandha tkun 8 %, immultiplikata bis-somma l-aktar għolja tal-pożizzjonijiet netti fil-qosor jew netti fit-tulf'dawk il-muniti wara t-tneħħija tal-pożizzjonijiet imqabbla f'muniti kkorrelati mill-qrib.

7. It-tininett, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li japplikaw metodu alternattiv għal dawk spjegati fil-paragrafi 1 sa 6 għall-iskopijiet ta' dan l-Anness. Il-ħtieġa tal-kapital ipproduċuta b'dan il-metodu għandha tkun suffiċjenti:

(i) biex teċċedi t-telf, jekk ikun hemm, li jkun seħħ f'mill-anqas 95 % ta' perijodi mexxejja ta' 10-t ijiem-tax-xogħol matul il-ħames snin preċedenti, jew, b'alternattiva, f'mill-anqas 99 % ta' perijodi mexxejja ta' 10-t ijiem-tax-xogħol matul it-tliet snin preċedenti, li kieku l-istituzzjoni kienet bdiet dak il-perijodu bil-pożizzjonijiet kurrenti tagħha;

(ii) fuq il-bażi ta' l-analiżi ta' ċaqliq tar-rata tal-kambju matul perijodi mexxejja ta' 10-t ijiem-tax-xogħol matul il-ħames snin preċedenti, li jeċċedu l-possibiltà ta' telf matul il-perijodi mexxejja ta' 10-t ijiem-tax-xogħol ta' perijodu ta' żamma 95 % jew aktaw ta' dak iż-żmien, jew, b'alternattiva, li teċċedi l-possibilta ta' telf 99 % jew aktar taż-żmien meta l-analiżi taċ-ċaqliq ta' rata tal-kambju tkopri biss it-tliet snin preċedenti; jew

(iii) irrispettivament mid-daqs ta' (i) jew (ii) biex teċċedi 2 % tal-pożizzjoni netta miftuħa kif imkejla fil-paragrafu 4.

8. It-tiletnett, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jwarrbu l-pożizzjonijiet tagħhom f'xi munita li hija suġġetta għal ftehim inter-governamentali li jkun legalment jorbot sal-limitu tal-varjazzjoni relattiva tiegħu lejn muniti oħra koperti bl-istess ftehim mil-liema jkunu l-metodi deskritti fil-paragrafi 1 sa 7 li huma japplikaw. Istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-pożizzjonijiet mqabbla tagħhom f'dawk il-muniti u li jagħmluhom suġġetti għall-ħtieġa tal-kapital li ma jkunx aktar baxx mill-varjazzjoni massima permissibbli kif stabbilita bil-ftehim inter-governamentali f'dak il-każ fir-rigward tal-muniti ikkonċernati. Pożizzjonijiet mhux imqabbla f'dawk il-muniti għandhom ikunu ittratati bl-istess metodu bħal muniti oħra.

Independentement mill-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-ħtieġa tal-kapital fuq il-pożizzjonijiet imqabbla fil-muniti ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fit-tieni stadju ta' l-unjoni monetarja Ewropea li tkun 1,6 %, immultiplikata bil-valur ta' dawk il-pożizzjonijiet imqabbla.

9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-metodi, jekk ikun hemm, li huma jippreskrivu jew jippermettu fir-rigward tal-paragrafi 6 sa 8.

10. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Kunsill dwar il-metodi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 9 u, fejn meħtieġ, billi jkunu meqjusa l-iżviluppi internazjonali, għandha tipproponi trattament aktar armonizzat tar-riskju ta' kambju barrani.

11. Il-pożizzjonijiet netti f'muniti komposti jistgħu jkunu maqsuma fil-munita komponenti skond il-kwoti eżistenti.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

RISKJI OĦRAJN

Ditti ta' l-investiment għandhom ikunu meħtieġa li jżommu fondi tagħhom ekwivalenti għal kwart ta' l-ispejjeż amministrattivi ġenerali stabbiliti tas-sena ta' qabel. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dik il-ħtieġa fil-każ ta' xi kambjament materjali fin-negozju tad-ditta sa mis-sena preċedenti. Meta ditta ma tkunx wettqet sena ta' negozju, inkluż il-jum li fih tkun bdiet, il-ħtieġa għandha tkun kwart ta' l-ispejjeż amministrattivi ġenerali stabbilliti kif imbassra għall-pjan tan-negozju tagħha sakemm aġġustament għal dak il-pjan ma jkunx meħtieġ mill-awtoritajiet.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

FONDI TAGĦHOM

1. Il-fondi tagħhom ta’ ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu definiti bi qbil mad-Direttiva 89/299/KEE.

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, madankollu, ditti ta’ l-investiment li ma jkollhomx waħda mill-għamliet legali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji [1] għandha madankollu tkun meqjusa li tidħol fl-iskop tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati ta’ banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra [2].

2. Independentement mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu dawk l-istituzzjonijiet li huma obbligati li jilħqu l-ħtiġijiet tal-fondi tagħhom stabbiliti fl-Annessi I, II, III, IV u VI li jużaw definizzjoni alternattiva biss meta jilħqu dawk il-ħtiġijiet. L-ebda parti tal-fondi tagħhom hekk ipprovduti ma jistgħu jkunu użati simultanjament biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet l-oħra tal-fondi tagħhom. Din id-definizzjoni alternattiva għandha tinkludi dawn id-dettalji li ġejjin (a), (b) u (ċ) imnaqqas id-dettal (d), it-tnaqqis ta’ dak id-dettal jitħalla fid-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti:

(a) fondi tagħhom kif definiti fid-Direttiva 89/299/KEE esklużi biss id-dettalji (12) u (13) ta’ l-Artikolu 2(1) ta’ l-istess Direttiva għal dawk id-ditti ta’ l-investiment li huma meħtieġa li jnaqqsu dettal (d) ta’ dan il-paragrafu mit-total ta’ dettalji (a), (b) u (ċ) ta’ dan il-paragrafu;

(b) il-profitti netti tat-"trading book" ta’ l-istituzzjoni ta’ xi tibdil previst jew dividendi, imnaqqsa t-telf netti tan-negozju l-ieħor tagħha sakemm l-ebda minn dawk l-ammonti ma jkunu diġà ġew inklużi f’dettal (a) ta’ dan il-paragrafu permezz ta’ dettal 2 jew 11 ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/299/KEE;

(ċ) kapital ta’ self sub-ordinat u/jew id-dettalji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5, suġġetti għal kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 7;

(d) assi mhux likwidi kif definiti fil-paragrafu 8.

3. Kapital ta’ self sub-ordinat li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2(ċ) għandu jkollu maturità inizjali ta’ mill-anqas sentejn. Għandu jkun imħallas kollu u l-ftehim ta’ self m’għandux jinkludi xi klawsola li tipprovdi li f’xi ċirkostanzi speċjali apparti minn xoljiment ta’ l-istituzzjoni, id-dejn isir ripagabbli qabel id-data miftiehma għall-pagament lura, sakemm l-awtoritajiet kompetenti japprovaw il-pagament lura. La l-kapital u lanqas l-imgħax fuq kapital ta’ self sub-ordinat ma jista’ jitħallas lura jekk dak ir-ri-pagament ikun ifisser li l-fondi tagħha ta’ l-istituzzjoni f’dak il-każ ikunu mbagħad jammontaw għal anqas minn 100 % tal-ħtiġijiet ġenerali ta’ l-istituzzjoni.

B’żieda, l-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-pagamenti lura kollha fuq dak il-kapital b’self sub-ordinat malli l-fondi tagħha jaqgħu taħt il-120 % tal-ħtiġijiet ġenerali tagħha.

4. Il-kapital ta’ self sub-ordinat li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2(ċ) ma jistax jeċċedi il-massimu ta’ 150 % tas-somma oriġinali tal-fondi tagħha mħollija biex jilħqu l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Annessi I, II, III, IV u VI u jistgħu jitressqu lejn dak il-massimu biss fiċ-ċirkostanzi partikolari aċċettabbli għall-awtoritajiet relevanti.

5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jibdlu l-kapital ta’ self sub-ordinat li hemm referenza dwaru fil-paragrafi 3 u 4 ma dettalji 3 u 5 sa 8 ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/299/KEE.

6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu ditti ta’ l-investiment li jeċċedu l-massimi għall-kapital ta’ self sub-ordinat li hu preskritt fil-paragrafu 4 jekk huma jqisuha adekwatament prudenti u jipprovdu li t-total ta’ dak il-kapital ta’ self sub-ordinat u d-dettalji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 ma jkunx jeċċedi 200 % tal-fondi tagħha oriġinali mħollija biex jilħqu l-ħtiġijiet imposti fl-Annessi I, II, III, IV u VI, jew 250 % ta’ l-istess ammont meta ditti ta’ l-investiment inaqqsu dettal 2(d) li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 meta tikkalkula l-fondi tagħha.

7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-massimu għall-kapital ta’ self sub-ordinat preskritti fil-paragrafu 4 li jkun misbuq mill-istituzzjoni ta’ kreditu jekk iqisuha li tkun adekwatament prudenti u sakemm it-total ta’ dak il-kapital ta’ self sub-ordinat u d-dettalji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 ma jkunx jeċċedu 250 % tal-fondi oriġinali tagħha li jkun baqa’ biex jilħqu l-ħtiġijiet imposti fl-Annessi I, II, III u VI.

8. Assi likwidi inklużi:

- assi fissi tanġibbli (ħlief għal-limitu li art u bini jistgħu jitħallew li jgħoddu kontra self li huma jkunu jassiguraw),

- ishma fil-, inklużi talbiet sub-ordinati fuq, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji li jistgħu jkunu nklużi fil-fondi tagħhom ta’ l-istituzzjonijiet bħal dawn, sakemm ikunu mnaqqsa permezz ta’ dettalji 12 u 13 ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/299/KEE jew permezz tal-paragrafu 9(iv) ta’ dan l-Anness.

Meta l-ishma f’istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja jkunu miżmuma temporanjament għall-iskopijiet ta’ għajnuna ta’ operat finanzjarju maħsuba biex jorganizzaw mill-ġdid u b’hekk isalvaw dik l-instituzzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ twarrab din id-dispożizzjoni. Jistgħu wkoll iwarrbu dawn fir-rigward ta’ dawk l-ishma li huma inklużi fir-"trading book" tad-ditta ta’ l-investiment,

- ishma u investimenti oħra, f’intrapriżi apparti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra, li ma humiex innegozjati faċilment,

- defiċjenzi f’sussidjarji,

- depożiti magħmula, apparti minn dawk li huma disponibbli għal ri-pagament fi żmien 90 jum, u wkoll esklużi pagamenti b’konnessjoni ma’ futuri marġinali jew kuntratti ta’ għażliet,

- self u ammonti oħra dovuti, apparti minn dawk li għandhom jitħallsu fi żmien 90 jum,

- stocks fiżiċi, sakemm dawn ma jkunux suġġetti għall-ħtiġijiet tal-kapital imposti fl-Artikolu 4(2) u sakemm dawk il-ħtiġijiet ma jkunux anqas iebsa minn dawk imposti fl-Artikolu 4(1) (iii).

9. Dawk id-ditti ta’ l-investiment inklużi fi grupp li jkunu suġġetti għaċ-ċediment deskritt fl-Artikolu 7(4) għandhom jikkalkolaw il-fondi tagħhom bi qbil mal-paragrafi 1 sa 8 suġġetti għal dawn il-modifikazzjonijiet:

(i) l-assi likwidi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2(d) għandhom ikunu mnaqqsa;

(ii) l-esklużjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2(a) m’għandhiex tkopri dawk il-komponenti tad-dettalji 12 u 13 ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/299/KEE li ditta ta’ l-investiment ikollha fir-rigward ta’ l-intrapriżi inklużi fl-iskop ta’ konsilidazzjoni kif definita fl-Artikolu 7(2) ta’ din id-Direttiva;

(iii) il-limiti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(1)(a) u (b) tad-Direttiva 89/299/KEE għandhom ikunu ikkalkolati b’referenza għall-fondi tagħha oriġinali li minnhom jitnaqqsu dettalji 12 u 13 ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/299/KEE deskritti fi (ii) li huma elementi tal-fondi oriġinali tagħhom ta’ l-intrapriżi f’dak il-każ;

(iv) dawk il-komponenti tad-dettalji 12 u 13 ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/299/KEE li hemm referenza għalihom fi (iii) għandhom ikunu mnaqqsa mill-fondi tagħhom oriġinali pjottost milli mit-total tad-dettalji kollha kif preskritti fl-Artikolu 6(1)(ċ) ta’ l-istess Direttiva għall-iskopijiet, partikolarment, tal-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Anness.

[1] ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE (ĠU L 317, tas-16.11.1990, p. 60).

[2] ĠU L 372, tal-31.12.1986, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

RISKJI KBAR

1. L-istituzzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2) għandhom jissorveljaw u jikkontrollaw ir-riskji tagħhom lejn klijenti individwali jew grupp ta' klijenti konnessi kif definiti fid-Direttiva 92/121/KEE, suġġetti għal dawn il-modifikazzjonijiet li ġejjin.

2. Ir-riskji dwar klijenti individwali li joriġinaw mit-"trading book" għandhom ikunu ikkalkolati billi jsir sommarju ta' dawn id-dettalji (i), (ii) u (iii):

(i) l-eċċess — meta pożittiv — ta' pożizzjoni fit-tul ta' l-istituzzjoni matul il-pożizzjonijiet tagħha fil-qosor fl-istrumenti finanzjarji kollha maħruġa mil-klijent f'dak il-każ (il-pożizzjoni netta ta' kull wieħed mill-istrumenti differenti tkun ikkalkolata skond il-metodi stabbiliti fl-Anness I);

(ii) fil-każ ta' assigurazzjoni ta' dejn jew strument ta' ekwità, ir-riskju ta' l-istituzzjoni għandu jkun il-valur nett tar-riskju (li jkun ikkalkolat bit-tnaqqis ta' dawk il-pożizzjonijiet assigurati li huma sottoskrivi jew sotto-assigurati minn partijiet terzi fuq il-bażi ta' ftehim formali) imnaqqas bil-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 39 ta' l-Anness I.

Sakemm iseħħ aktar koordinament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu lill-istituzzjonijiet li jistabbilixxu sistemi li jissorveljaw u jikkontrollaw ir-riskji assigurati tagħhom bejn iż-żmien ta' l-impenn inizjali u l-jum tax-xogħol wieħed fid-dawl tan-natura tar-riskji nvoluti fis-swieq f'dak il-każ;

(iii) ir-riskji minħabba t-transazzjonijiet, ftehim u kuntratti li hemm referenza għalihom fl-Anness II mal-klijent f'dak il-każ, dawk ir-riskji jkunu ikkalkolati bil-manjiera stabbbilita f'dak l-Anness, mingħajr l-applikar tat-piż għal riskju ta' kontro-parti.

3. Minn hemm 'il quddiem, riskji lejn gruppi ta' klijenti konnessi fuq it-"trade book" għandhom ikunu kkalkolati bis-sommarju tar-riskji ta' klijenti individwali fi grupp, kif ikkalkolat fil-paragrafu 2.

4. Ir-riskji ġenerali kollha lejn klijenti individwali jew gruppi ta' klijenti konnessi għandhom ikunu kkalkolati b'sommarju tar-riskji li joriġinaw mit-"trading book" u mir-riskji li joriġinaw 'il barra mit-"trading book", billi jittieħed akkont ta' l-Artikolu 4(6) sa (12) tad-Direttiva 92/121/KEE. Sa biex ikun ikkalkolat ir-riskju dwar it-"trading book", l-istituzzjonijiet għandhom iqisu r-riskju li joriġina minn assi li huma mnaqqsa mill-fondi tagħhom bis-saħħa tal-paragrafu 2(d) ta' l-Anness V li jkunu żero.

5. Ir-riskji ġenerali totali ta' l-istituzzjonijiet lejn klijenti individwali u gruppi ta' klijenti konnessi ikkalkolati bi qbil mal-paragrafu 4 għandhom ikunu rrappurtati bi qbil ma' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/121/KEE.

6. Dik is-somma ta' riskji lejn klijent individwali jew gruppi ta' klijenti konnessi għandha tkun illimitata bi qbil ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/121/KEE suġġetta għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta' l-Artikolu 6 ta' l-istess Direttiva.

7. Independentement mill-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu assi li jiffurmaw talbiet u riskji oħra fuq ditti ta'l-investiment, f'ditti ta' l-investiment rikonoxxuti f'pajjiż terz u "clearing houses" rikonoxxuti u mezzi ta' kambju fi strumenti finanzjati li jkunu suġġetti għall-istess trattament mogħoti lil dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Artikolu 4(7)(i), (9) u (10) tad-Direttiva 92/121/KEE.

8. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/121/KEE li jkunu misbuqa suġġetti għal dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin li jkunu milħuqa simultanjament:

1. ir-riskji 'l barra mit-"trading book" lejn klijent jew grupp ta' klijenti f'dak il-każ ma jkunux jeċċedu l-limiti stabbiliti fid-Direttiva 92/121/KEE, ikkalkolati b'referenza għall-fondi tagħha kif definiti fid-Direttiva 89/299/KEE, sa biex l-eċċess joriġina kompletament fuq it-"trading book";

2. id-ditta tilħaq ħtieġa ta' kapital addizzjonali fuq l-eċċess fir-rigward tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 92/121/KEE. Dan għandu jkun ikkalkolat billi jintgħażlu dawk il-komponenti tar-riskju totali ta' negozju lejn il-klijent jew grupp ta' klijenti f'dak il-każ li jiġbdu l-ogħla riskju speċifiku tal-ħtiġijiet fl-Anness I u/jew il-ħtiġijiet fl-Anness II, is-somma li tkun ekwivalenti għall-eċċess li hemm referenza għalih fi 1; meta l-eċċess ma jkunx ippersista għal aktar minn 10-t ijiem, il-ħtieġa tal-kapital addizzjonali għandha tkun ta' 200 % tal-ħtiġijiet li hemm referenza għalihom fis-sentenza preċedenti, dwar dawn il-komponenti.

Sa minn 10-t ijiem wara li jkun seħħ l-eċċess, il-komponenti ta' l-eċċess, magħżula bi qbil mal-kriterja t'hawn fuq, għandhom ikunu allokati għal-linja xierqa fil-kolonna 1 tat-tabella t'hawn taħt f'ordni axxendenti ta' ħtiġijiet ta' riskju speċifiku fl-Anness I u/jew ta' ħtiġijiet fl-Anness II. L-istituzzjoni għandha mbagħad tilħaq ħtieġa tal-kapital addizzjonali egwali għas-somma tal-ħtiġijiet ta' riskju speċifiku fl-Anness I u/jew il-ħtiġijiet ta' l-Anness II dwar dawn il-komponenti immultiplikati bil-fattur korrespondenti fil-kolonna 2;

Tabella

Eċċess fuq il-limiti (fuq il-bażi ta' persentaġġ ta' fondi tagħha) | Fatturi |

(1) | (2) |

Sa limitu ta' 40 % | 200 % |

Minn 40 % sa 60 % | 300 % |

Minn 60 % sa 80 % | 400 % |

Minn 80 % sa 100 % | 500 % |

Minn 100 % sa 250 % | 600 % |

Aktar minn 250 % | 900 % |

3. Meta 10-t ijiem jew anqas ikunu għaddew sa minn meta jkun seħħ l-aċċess, ir-riskju tat-"trading book" lejn klijent jew grupp ta' klijenti konnessi f'dak il-każ m'għandux jeċċedi 500 % tal-fondi tagħha ta' istituzzjoni;

4. xi eċċessi li jkunu jippersistu għal aktar minn 10-t ijiem m'għandhomx, b'aggregat, jeċċedu 600 % tal-fondi tagħha ta' istituzzjoni;

5. l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti darba kull tliet xhur il-każi kollha meta l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 92/121/KEE jkunu ġew misbuqa matul it-tliet xhur preċedenti. F'kull wieħed mill-każi li fihom il-limiti jkunu ġew misbuqa l-ammont ta' l-eċċess u l-isem tal-klijenti kkonċernati għandhom ikunu rrappurtati.

9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri, li bihom għandhom jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li ma jħallux lill-istituzzjonijiet milli deliberalment jevitaw il-ħtiġijiet tal-kapital addizzjonali li huma kieku kien ikollhom bżonn dwar ir-riskji li jeċċedu l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 92/121/KEE la darba dawk ir-riskji jkunu nżammu għal aktar minn 10-t ijiem, permezz ta' trasferiment temporanju tar-riskji f'dak il-każ lejn kumpannija oħra, sew jekk fl-istess grupp u anki jekk le, u/jew minn transazzjonijiet atrifiċjali ta' l-intrapriża li tagħlaq ir-riskju matul il-perijodu ta' 10-t ijiem u toħloq riskju ġdid. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu sistemi li jassiguraw li xi trasferiment li jkollu dan l-affett ikun immedjetament irrappurtat lejn l-awtoritajiet kompetenti.

10. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil dawk l-istituzzjonijiet li għandhom il-permess li jużaw l-alternattiva tad-definizzjoni ta' fondi tagħhom permezz tal-paragrafu 2 ta' l-Anness V li jużaw dik id-definizzjoni għall-iskopijiet tal-paragrafi 5, 6 u 8 ta' dan l-Anness sakemm l-istituzzjonijiet ikkonċernati jkunu meħtieġa, b'żieda, li jlaħħqu ma' l-obbligazzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 92/121/KEE, fir-rigward tar-riskji li joriġinaw 'il barra mit-"trading books" tagħhom bl-użu tal-fondi tagħhom kif definiti fid-Direttiva 89/299/KEE.

--------------------------------------------------