31993D0436



Official Journal L 202 , 12/08/1993 P. 0031 - 0041
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0100
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0100


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Ġunju 1993

li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili

(93/436/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni kkonduċew żjara ta’ spezzjoni fiċ-Ċili biex jivverifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lill-Komunità;

Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni taċ-Ċili dwar l-ispezzjoni tas-saħħa u l-monitoraġġ tal-prodotti tas-sajd jistgħu jiġu kkunsidrati ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Billi s-Servicio nacional de Pesca, (Sernap) l-awtorità kompetenti taċ-Ċile, u d-dipartiment ‘Sanidad pesquera’, huma kapaċi effettivament li jivverifikaw l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi l-proċedura biex jiġi akkwistat iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 11(4) a tad-Direttiva 91/493/KEE għandha wkoll tkopri d-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, il-ħtiġiet minimi li jirrigwardaw il-lingwa(i) li fihom għandu jiġi abbozzat u l-kwalifiki tal-persuna fis-setgħa li tiffirmah;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha tiġi mwaħħla marka mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ l-oriġini jew tal-bastiment tal-fabbrika;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titfassal lista ta’ stabbilimenti u/jew bastimenti tal-fabbrika approvati; billi dik il-lista tista’ titfassal fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mis-Sernap lill-Kummissjoni; billi għalhekk is-Sernap għandhom jassiguraw konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti b’dak l-iskop fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Billi s-Sernap ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali li jirrigwardaw konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness mad-Direttiva 91/493/KEE u li jirrigwardaw li jiġu sodisfatti ħtiġiet ekwivalenti li għandhom jiġu stabbiliti minn dik id-Direttiva għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti u bastimenti tal-fabbrika;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sernap, dipartiment tal-Ministeru taċ-Ċili għall-Ekonomija, ix-Xogħolijiet Pubbliċi u r-Rikostruzzjoni, għandu jkun l-awtorità kompetenti fiċ-Ċili għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti tas-sajd mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili, ħlief għal molluski bivalvi, ekinodermi, turnikati u gastropodi marini f’kull forma, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull kunsinna għandu jkollha magħha ċertifikat tas-saħħa oriġinali enumerat, ikkompletat kif suppost, iffirmat, bid-data u li jinkludi folja waħda skond il-mudell fl-Anness A m’hawnhekk;

2. għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati jew bastimenti tal-fabbriki elenkati fl-Anness B ma’ hawnhekk;

3. ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati bl-ingrossa u intiżi għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel ippreservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom il-kelma ‘Ċili’ u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ l-oriġini jew tal-bastiment tal-fabbrika f’ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Iċ-Ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom jiġu abbozzati f’almenu lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru meta jsiru l-kontrolli.

2. Iċ-Ċertifikati għandu jkollhom l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappreżentant tas-Sernap u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak ta’ firem oħrajn.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 1993.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI U BASTIMENTI TAL-FABBRIKI

I. Stabbilimenti

Numru | Isem u Indirizz | Approvazzjoni mogħtija sa |

01003 | Procemar SA Africa | tat- 30.12.1995 |

01007 | Frigopesca SA Africa | tat- 30.08.1995 |

01011 | Agropesca SA Africa | tat- 30.04.1995 |

01012 | Novamar SA Africa | tat- 30.08.1995 |

01013 | Pesquera Marvesa SA Africa | tat- 30.08.1995 |

01060 | Pesquera Iquique-Guanayes SA lquique | tat- 30.12.1995 |

01064 | Pesquera del Norte SA Iquique | tat- 30.12.1995 |

01065 | Pesquera Vamar Ltda Iquique | tat- 30.04.1995 |

01068 | Inversiones Santa Mónica Ltda Iquique | tat- 30.04.1995 |

01069 | Pesquera Centomar Ltda Iquipe | tat- 30.04.1995 |

01070 | Sarmenia Cultivos Marinos Iquique | tat- 30.04.1995 |

02005 | Helga Mánquez Monardes Tocopilla | tat- 30.04.1995 |

02022 | Pesquera Friomar Ltda Antofagasta | tat- 30.12.1995 |

02023 | Rodoifo Rojas y Cía Ltda Antofagasta | tat- 30.04.1995 |

02024 | Ricardo Devoto Riveros Antofagasta | tat- 30.04.1995 |

02025 | Pesquera Marazul Ltda Antofagasta | tat- 30.04.1995 |

02029 | Universidad de Antofagasta Antofagasta | tat- 30.12.1995 |

02030 | Sociedad Abaroa y Gómez Ltda Antofagasta | tat- 30.08.1995 |

02035 | Pesquera Arántzazus SA Antofagasta | tat- 30.08.1995 |

02037 | Norpesca Ltda Antofagasta | tat- 30.04.1995 |

02043 | Oriele Rojas Rojas Antofagasta | tat- 30.08.1995 |

02046 | Sociedad Pesquera Galeb Ltda Antofagasta | tat- 30.08.1995 |

02050 | Pesquera y Conservera Tamail Ltda Taltal | tat- 30.12.1995 |

02055 | Santana y Cía Ltda Mejillones | tat- 30.04.1995 |

03061 | Cía Pesquera Camanchaca SA Caldera | tat- 30.04.1995 |

03062 | Sociedad Pesquera Caldera SA Caldera | tat- 30.12.1995 |

03067 | Gilframar Ltda Caldera | tat- 30.12.1995 |

03072 | Pesquera Playa Blanca SA Caldera | tat- 30.12.1995 |

03073 | Cabo Negro SA Caldera | tat- 30.12.1995 |

03074 | Pesqucra Skuna Ltda Caldera | tat- 30.12.1995 |

03077 | Pesquera Huillinco Ltda Caldera | tat- 30.04.1995 |

03078 | Sociedad Exportadora Mas-Mar Ltda Caldera | tat- 30.04.1995 |

04002 | Sarpesca SA Coquimbo | tat- 30.04.1995 |

04005 | Pesquera Humboldt SA Coquimbo | tat- 30.12.1995 |

04007 | Pesquera San José SA Coquimbo | tat- 30.12.1995 |

04011 | Pesquera Sabropesca Ltda Coquimbo | tat- 30.12.1995 |

04013 | Productora v Comercializadora del Mar Ltda (Procomar Ltda) Coquimbo | tat- 30.12.1995 |

04017 | Sociedad Agrícola Industrial y Comercial Pérez y Ramírez Ltda (Leymo) Coqulmbo | tat- 30.12.1995 |

04023 | Empresa Pesquera y Conservera Proteus SA Coquimbo | tat- 30.04.1995 |

04031 | Pesquera Andacollo SA Coquimbo | tat- 30.04.1995 |

04051 | Pesquera Mares de Chile SA Coquimbo | tat- 30.04.1995 |

05003 | Pesquera Quintero SA Quintero | tat- 30.04.1995 |

05011 | Pesquera Santa Lucía SA Quintero | tat- 30.04.1995 |

05050 | Pesquera San Sebastián SA San Antonio | tat- 30.04.1995 |

05054 | Comercial Alesa SA Valparaíso | tat- 30.04.1995 |

05057 | Pesquera Francis Drake SA Valparaíso | tat- 30.04.1995 |

05060 | Conservera Trans Antartic Ltda Valparaíso | tat- 30.12.1995 |

05067 | La Ballenita Ltda Valparaíso | tat- 30.04.1995 |

05071 | Intercomercial Sama SA Valparaíso | tat- 30.04.1995 |

05077 | Mavicruz SA Valparaíso | tat- 30.04.1995 |

05079 | Pesquera Marli Mar SA Valparaíso | tat- 30.04.1995 |

05205 | Jaime Azocar Campusano San Antonio | tat- 30.04.1995 |

05212 | Pesquera Mamina SA San Antonio | tat- 30.04.1995 |

05214 | Pesquera Marazul Ltda San Antonio | tat- 30.04.1995 |

07005 | Pesquera Constitución Ltda Constitución | tat- 30.04.1995 |

08003 | Chile Algas Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08090 | Conservas Multiexport SA Coronel | tat- 30.12.1995 |

08097 | Arlavan Ltda Talcahuano | tat- 30.04.1995 |

08098 | Comercial Alesa SA Talcahuano | tat- 30.04.1995 |

08100 | Pesquera Santa María SA Talcahuano | tat- 30.04.1995 |

08104 | Prodemar Ltda Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08107 | Pesquera San Miguel Ltda Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08113 | Iquique-Guanaye Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08116 | Congelados del Pacífico Ltda Talcahuano | tat- 30.04.1995 |

08120 | Pesquera San José del Sur SA Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08123 | Pesquera del Golfo SA Talcahuano | tat- 30.04.1995 |

08128 | Pesquera Cantábrico SA Talcahuano | tat- 30.08.1995 |

08133 | Unifish SA Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08136 | Frioexport SA Coronel | tat- 30.04.1995 |

08137 | Heriberto Muñoz Concha Talcahuano | tat- 30.04.1995 |

08138 | Pesquera Grimar SA Talcahuano | tat- 30.04.1995 |

08141 | Frigorífico Talcahuano Talcahuano | tat- 30.04.1995 |

08142 | Sociedad Empacadora Austral SA Talcahuano | tat- 30.04.1995 |

08143 | Sociedad Pesquera Camanchaca SA Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08146 | Pesquera Larus Ltda Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08148 | Unifish Canning Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08150 | Industria Conservera Agromar Ltda Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08152 | La Fuente del Mar Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08250 | Cía Pesquera San Pedro SACI Talcahuano | tat- 30.12.1995 |

08252 | Fundación para la Capacitación Pescador Artesanal 'Funcap' Coronel | tat- 30.12.1995 |

08253 | Sociedad Pesquera Viento Sur LT Coronel | tat- 30.04.1995 |

08254 | Independent Fisheries SA Coronel | tat- 30.04.1995 |

08259 | Commercial a Industrial Anchomar Ltda Coronel | tat- 30.08.1995 |

10012 | Fast-Service Ltda Valdivia | tat- 30.04.1995 |

10014 | Serviven SA Valdivia | tat- 30.12.1995 |

10018 | Piscícola Entrerríos SA Valdivia | tat- 30.04.1995 |

10019 | Pesquera Río Calle Calle SA Valdivia | tat- 30.04.1995 |

10030 | Isla Tenglo Ltda Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10032 | Eicomar SA Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10034 | Pesquera Trans Antantartic Ltda Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10136 | Proaustral Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

100.37 | Jaalmar Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10039 | Pesquera Ralún Ltda Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10050 | Pesquera Royale Ltda Puerto Montt | tat- 30.11.1995 |

10053 | Alimentos Multiexport SA Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10054 | Infrimar Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10055 | Pcsquera Quehui Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10057 | Pesquera Luis Ibarra Pozo Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10058 | Asenav SA Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10060 | Pesquera Luis Andrade Pinto Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10063 | Tamai Ltda Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10064 | Pesquera Mar Antártico SA Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10066 | Aquasur Fischeries SA Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10067 | Agroindustrial Santa Cruz SA Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10068 | Dipromar SA Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10070 | Nichiro Chile Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10072 | Pesquera Aguamar SA Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10076 | Pesquera Cormoran Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10080 | Fiordo Blanco Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10081 | Conservamar SA Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10082 | Produal Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10083 | Seabay Chile SA Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10084 | Ventisqueros SA Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10085 | Comercial Comtesa Ltda Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10092 | Vartich Comercio Exterior Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10097 | Pesquera Santa Marta Ltda Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10100 | Luis Orlando Retamales Carden Puerto Montt | tat- 30.12.1995 |

10103 | Canales del Sur SA Puerto Montt | tat- 30.04.1995 |

10150 | Conservera San Rafael Ltda Calbuco | tat- 30.12.1995 |

10154 | Soto Lenize Hijos Ltda Calbuco | tat- 30.12.1995 |

10156 | Fitz-Roy SA Calbuco | tat- 30.12.1995 |

10157 | Pesquera Leymo Ltda (Pérez y Ramírez Ltda) Calbuco | tat- 30.12.1995 |

10158 | Pesquera Puluqui Ltda Calbuco | tat- 30.12.1995 |

10159 | Pesquera y Conservera El Ancla Ltda Calbuco | tat- 30.12.1995 |

10160 | Aguas Claras SA Calbuco | tat- 30.12.1995 |

10163 | South Pacific Fishing Co. SA Calbuco | tat- 30.12.1995 |

10166 | Conservera Sacramento SA Calbuco | tat- 30.12.1995 |

10180 | Pesquera American Seafood Ltd Ancud | tat- 30.12.1995 |

10182 | Infrimar Ltda Ancud | tat- 30.04.1995 |

10183 | Sociedad Comercial Gran América Ltda Ancud | tat- 30.04.1995 |

10189 | Pesquera Messamar SA Ancud | tat- 30.12.1995 |

10190 | Sociedad Pesquera Pacífico Austral Ltd Ancud | tat- 30.12.1995 |

10195 | Cultivos Marinos Chile SA Ancud | tat- 30.04.1995 |

10210 | Sociedad Comercial Industrial Agromar Ltda Castro | tat- 30.12.1995 |

10212 | Promex Ltda Castro | tat- 30.12.1995 |

10216 | Pesquera Andina SA Castro | tat- 30.04.1995 |

10217 | Salmones Aucar Ltda Castro | tat- 30.08.1995 |

10220 | Pesquera Unichile SA Castro | tat- 30.12.1995 |

10221 | Salmones Antártica SA Castro | tat- 30.04.1995 |

10223 | Conservas Dalcahue SA Castro | tat- 30.12.1995 |

10225 | Comercial Gop Ltda Castro | tat- 30.06.1995 |

10226 | Skiring Salmón Ltda Castro | tat- 30.04.1995 |

10227 | Pesquera Unimarc SA Castro | tat- 30.04.1995 |

10228 | Frigorífico Dalcahue SA Castro | tat- 30.04.1995 |

10229 | Sociedad Comercial Industrial Agromar Ltda Castro | tat- 30.12.1995 |

10231 | Antarfrío SA Castro | tat- 30.04.1995 |

10232 | Maintec SA Castro | tat- 30.12.1995 |

10235 | Proces Adora Avalón SA Castro | tat- 30.08.1995 |

10236 | Asesoría Acuícola Ltda Castro | tat- 30.04.1995 |

10237 | Cultivos Achao SA Castro | tat- 30.10.1994 |

10239 | René Diaz Miranda Castro | tat- 30.06.1995 |

10255 | Salazar y Cerna Ltda Quellón | tat- 30.12.1995 |

10256 | Pesquera Palacios SA Quellón | tat- 30.12.1995 |

10258 | Salmones Quellón Ltda Quellón | tat- 30.12.1995 |

10259 | Pacific Star SA Quellón | tat- 30.12.1995 |

10260 | Pesquera Yadrán SA Quellón | tat- 30.06.1995 |

10267 | Sociedad Comercial Madrinos Principadox Quellón | tat- 30.06.1995 |

11004 | Pesquera Friosur SA Puerto Aysén | tat- 30.04.1995 |

11006 | Sociedad Comercial GOP Ltda Puerto Aysén | tat- 30.04.1995 |

11007 | Darwin Ltda Puerto Aysén | tat- 30.12.1995 |

11010 | Pesquera Salmar Ltda Puerto Aysén | tat- 30.04.1995 |

11012 | Pesca Chile SA Puerto Aysén | tat- 30.04.1995 |

11014 | Pesca Austral SA Puerto Aysén | tat- 30.12.1995 |

11018 | Salmones Antártica Puerto Aysén | tat- 28.08.1995 |

11025 | Comercial Comtesa Ltda Puerto Aysén | tat- 30.12.1995 |

12006 | Pesquera Morelia Reyes y Cía Ltd Punta Arenas | tat- 30.12.1995 |

12007 | Pesquera Héctor Ujevic Pivcevic Punta Arenas | tat- 30.12.1995 |

12015 | Pesquera Galindo y Vergara Ltd Punta Arenas | tat- 30.12.1995 |

12016 | Comercial Comtesa SA Punta Arenas | tat- 30.12.1995 |

I 2028 | Pesquera Royale Ltda Punta Arenas | tat- 30.12.1995 |

12030 | Pesquera Torres del Paine SA Punta Arenas | tat- 30.12.1995 |

12033 | Cidepes Ltda Punta Arenas | tat- 30.12.1995 |

12036 | Pesquera Edén Ltda Punta Arenas | tat- 30.12.1995 |

12038 | Copra Ltda Punta Arenas | tat- 30.04.1995 |

12039 | Pesca Chile SA Punta Arenas | tat- 30.04.1995 |

12042 | Frigorífico Tres Puentes de Magallanes Ltda Punta Arenas | tat- 30.04.1995 |

12048 | Pesca Suribérica SA Punta Arenas | tat- 30.04.1995 |

13024 | Sociedad Agrícola Aguas Claras Santiago | tat- 30.08.1995 |

13027 | Sociedad Comercial a Industrial Nanaimo Ltd Santiago | tat- 30.08.1995 |

13030 | Sociedad Agrícola Aguas Blancas Santiago | tat- 30.04.1995 |

13031 | Comercial Magna Ltda Santiago | 30.04.1995 |

13032 | Finamar SA Santiago | 30.08.1995 |

13035 | Comercial e Industrial Alichile LT Santiago | 30.08.1995 |

13043 | Chile Seafoods SA Santiago | 30.12.1995 |

13044 | Frigorífico Seminario Ltda Santiago | 30.04.1995 |

13051 | Sociedad Comercial Santa Barbara SA Santiago | 30.04.1995 |

II. Bastimenti tal-fabbriki

Numru | Isem | L-Isem u l-indirizz tas-sid | Approvazzjoni mogħtija sa |

2001 | San Rafael | Pesquera Iquique Guanaye | 30. 04.1995 |

2007 | Ying-Yang | Daering Fishering Co Ltda Chi. | 30. 04.1995 |

2009 | Kirishima Maru | Endepes SA | 30. 04.1995 |

2011 | Puerto Ballena | Pesca Chile SA | 30. 04.1995 |

2012 | Mino | Pesquera Suraustral SA | 30. 04.1995 |

2013 | Betanzos | Pesca Chile SA | 30. 04.1995 |

2014 | Pedrosa | Pesca Chile SA | 30. 04.1995 |

2016 | Chomapi Maru | Pesca Chile SA | 30. 04.1995 |

2018 | Elqui | Pesquera de Los Andes SA | 30. 04.1995 |

2019 | Unzen | Endepes SA | 30.04.1995 |

2020 | Mar del Sur I | Pesquera Mar del Sur SA | 30. 04.1995 |

2021 | Mar del Sur II | Pesquera Mar del Sur SA | 30. 04.1995 |

2022 | Ercilla | Pesquera de Los Andes SA | 30. 04.1995 |

2023 | Cisne Blanco | Pesca Cisnes SA | 30. 04.1995 |

2024 | Cisne Verde | Pesca Cisnes SA | 30. 04.1995 |

2025 | Mar del Sur III | Pesquera Mar del Sur SA | 30. 04.1995 |

2026 | Isla Isabel | Pesca Suribérica SA | 30. 04.1995 |

2030 | Antonio Lorenzo | Concar SA | 30. 04.1995 |

2031 | Isla Sofía | Pesca Suribérica SA | 30. 04.1995 |

2032 | Isla Camila | Pesca Suribérica SA | 30. 04.1995 |

2034 | Chamiza | Pesquera Punta Arenas SA | 30. 04.1995 |

2035 | Chacabuco | Pesquera Punta Arenas SA | 30. 04.1995 |

2036 | Charrúa | Pesquera Punta Arenas SA | 30. 04.1995 |

2037 | Chaval | Pesquera Punta Arenas SA | 30. 04.1995 |

2038 | María Tamara | Concar SA | 30. 04.1995 |

1472 | Iber I | Iber Chile Ltda | 30.04.1995 |

--------------------------------------------------