31993D0114



Official Journal L 045 , 23/02/1993 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0085


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-15 ta’ Frar 1993

rigward il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Konvenzjoni tat-8 ta’ Ottubru 1990 bejn il-Gvernijiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Federali Slovakka u l-Komunità Ekonomika Ewropea fuq il-Kummissjoni Internazzjonali għal-Protezzjoni ta’ l-Elbe

(93/114/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 130s tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi bid-Deċiżjoni 91/598/KEE [4], il-Komunità aprovat il-Konvenzjoni fuq il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ l-Elbe;

Billi huwa essenzjali li l-Kummissjoni Internazzjonali stabbilita mill-Konvenzjoni tingħata personalità u kapaċità legali biex twettaq ħidmietha;

Billi, għal dan l-sikop, Protokoll għall-Konvenzjoni ġie adottat f’Magdeburg fid-9 ta’ Diċembru 1991; billi l-Protokoll ġie ffirmat għan-nom tal-Komunità;

Billi għalhekk huwa meħtieġ li l-Komunità tapprova l-Protokoll,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Konvenzjoni tat-8 ta’ Ottubru bejn il-Gvernijiet tar-Repubbliia Federeali tal-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka u Slovakka u l-Komunità Ekonomika Ewropea fuq il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Proetzzjoni ta’l-Elbe hija b’hekk approvata għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ dan.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea, jinforma lill-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-kapaċità tiegħu ta’ Stat depożitarju, li l-prekondizzjonijiet għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll intlaħqu safejn hija kkonċerneta l-Komunità, b’konformità ma’l-Artikolu 2 tal-Protokol.

Magħmula fi Brussel, fi-20 ta’ Diċembru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Jelved

[1] ĠU C 185, tat-22.7.1992, p. 14

[2] ĠU C 305, tat-23.11.1992.

[3] ĠU C 287, ta’ l-4,11.1992, p. 8.

[4] ĠU L 321, tat-23.11.1991, p. 24.

--------------------------------------------------