31992R3336



Official Journal L 336 , 20/11/1992 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0014
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0014


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3336/92

tas-16 ta’ Novembru 1992

li jemenda Regolament (KEE) Nru 234/68 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tas-siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u affarijiet simili, fjuri maqtugħa u weraq ornamentali

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 u 43 tagħha,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 234/68 [3] jeskludi, mill-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u affarijiet simili, fjuri maqtugħa u weraq ornamentali, pjanti taċ-ċikwejra u għeruq li jidħlu taħt il-kodiċi CN 06012010; billi l-esperjenza wriet li l-karatteristiċi kummerċjali ta’ dawn il-prodotti huma simili ħafna għal dawk ta’ prodotti f’sotto-paragrafi oħra tal-Kapitolu 6 tan-nomenklatura kombinata; billi, għalhekk, għandhom jiġu inklużi fl-organizzazzjoni komuni imsemmija b’effett mill-1 ta’ Jannar 1993,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 234/68, il-frażi "esklużi l-pjanti taċ-ċikwejra u għeruq ta’ l-istess, sotto-titolu 06012010" hija hawnhekk imħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Novembru 1992.

Għall-Kunsill

J. Gummer

Il-President

[1] ĠU Ċ 166, 3.7.1992, p. 16

[2] Opinjoni mogħtija fit-30 ta’ Ottubru 1992 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 55, 2.3.1968, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3991/87 (ĠU L 377, tal-31.12.1987, p. 19).

--------------------------------------------------