31992R2409



Official Journal L 240 , 24/08/1992 P. 0015 - 0017
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0130
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0130


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92

tat-23 ta' Lulju 1992

dwar nolijiet u rati għal servizzi ta' l-ajru

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi hu importanti li tkun stabbilita politika dwar it-trasport bl-ajru għas-suq intern matul perjodu li jeskadi fil-31 ta' Diċembru 1992 kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 8a tat-Trattat;

Billli s-suq intern għandu jkun jkun magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital hi assigurata;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/601/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1987 dwar nolijiet għal servizzi ta' l-ajru skedati bejn Stati Membri [4] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2342/90 ta' l-24 ta' Lulju 1990 dwar nolijiet għal servizzi ta' l-ajru skedati [5] jikkostitwixxu l-ewwel passi għall-akkwist tas-suq intern f'dak li jirrigwarda n-nolijiet ta' l-ajru;

Billi n-nolijiet ta' l-ajru għandhom normalment ikunu stabbiliti b'mod ħieles mill-forzi tas-suq;

Billi hu xieraq li l-libertà tal-prezzijiet tkun ikkumplimentata b'salvagwardi xierqa għall-interessi tal-konsumaturi u l-industrija;

Billi hu xieraq li jkunu ttrattati l-materji kollha dwar il-prezzijiet fl-istess Regolament;

Billi dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 2342/90 u parzjalment jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 294/91 tal-4 ta' Frar 1991 dwar l-operazzjoni ta' servizzi ta' ġarr ta' merkanzija bl-ajru bejn Stati Membri [6],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jikkonċerna l-kriterja u l-proċeduri li għandhom ikunu applikati għall-istabbiliment ta' nolijiet u rati għal servizzi ta' l-ajru għal trasport kollu kemm hu ġewwa l-Komunità.

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, dan ir-Regolament ma japplikax:

(a) għal nolijiet u rati mitluba minn trasportaturi ta' l-ajru apparti minn trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità;

(b) għal nolijiet u rati stabbiliti permezz ta' l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku, b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji [7].

3. Trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità biss għandhom ikunu intitolati biex jintroduċu prodotti ġodda jew nolijiet aktar baxxi minn dawk eżistenti għal prodotti identiċi.

L-Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "nolijiet ta' l-ajru" tfisser il-prezzijiet espressi f'ecu jew f'muniti lokali li għandhom jitħallsu minn passiġġieri lil trasportaturi ta' l-ajru jew l-aġenti tagħhom għat-trasport tagħhom u għat-tagħbija tal-bagalji tagħhom fuq servizzi bl-ajru u xi kondizzjonijiet li permezz tagħhom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lil servizzi ta' l-aġenzija u servizzi awżiljarji oħra;

(b) "rati tal-postijiet" tfisser il-prezzijiet espressi f'ecu jew f'muniti lokali li għandhom jitħallsu minn charterers lit-trasportaturi ta' l-ajru għat-tagħbija fuq servizzi bl-ajru taċ-charterer jew il-klijenti tiegħu u l-bagalji tagħhom u kull kondizzjonijiet li permezz tagħhom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lis-servizzi ta' l-aġenzija u servizzi awżiljarji oħra;

(ċ) "nolijiet ta' charter" tfisser il-prezzijiet espressi f'ecu jew f'muniti lokali li għandhom jitħallsu minn passiġġieri lil charterers għal servizzi li jikkostitwixxu jew jinkludu t-tagħbija tagħhom u għat-tagħbija tal-bagalji tagħhom fuq servizzi bl-ajru u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi rimunerazzjoni u kondizzjonijiet offruti lil servizzi ta' l-aġenzija u servizzi awżiljarji oħra;

(d) "rati ta' tagħbija" tfisser il-prezzijiet espressi f'ecu jew f'muniti lokali li għandhom jitħallsu għat-trasport ta' merkanzija u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti għas-servizzi lil aġenzija u servizzi awżiljarji oħra;

(e) "rati standard ta' tagħbija" tfisser ir-rati li t-trasportatur normalment jikkwota inklużi d-disponibbiltà ta' skonti normali;

(f) "servizz bl-ajru" tfisser titjira jew serje ta' titjiriet li jġorru l-passiġġieri, it-tagħbija u/jew il-posta bi ħlas u/jew b'kiri;

(g) "trasportatur bl-ajru" tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li jkollha liċenzja valida ta' l-operazzjoni;

(h) "trasportatur bl-ajru tal-Komunità" tfisser trasportatur bl-ajru li jkollu liċenza valida biex jopera maħruġa minn Stat Membru bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzjar tat-trasportaturi bl-ajru [8];

(i) "Stat(i) Membru(i) kkonċernat(i)" tfisser l-Istat(i) Membru(i) bejn jew li fih(om) tkun applikata n-nol jew ir-rata;

(j) "Stat(i) Membru(i) involut(i)" tfisser l-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) u l-Istat(i) Membru(i) fejn it-trasportatur(i) bl-ajru li jopera(w) is-servizz bl-ajru jkun(u) liċenzjat(i);

(k) "nol bażiku" tfisser l-aktar nol baxx possibbli, disponibbli fuq bażi ta' mawra u ta' ritorn, li jkun offrut għal bejgħ għall-anqas sa l-istess limitu daqs dik ta' kull nol flessibli sħiħ ieħor offrut fuq l-istess servizz bl-ajru.

L-Artikolu 3

Nolijiet charter u rati tal-post u tat-tagħbija mitluba minn trasportaturi bl-ajru tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti wara ftehim ħieles bejn il-partijiet tal-kuntratt tat-trasport.

L-Artikolu 4

Trasportaturi bl-ajru li joperaw ġewwa l-Komunità għandhom jinfurmaw lill-pubbliku inġenerali, fuq talba, bin-nolijiet ta' l-ajru kollha u rati standard ta' tagħbija.

L-Artikolu 5

1. Mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament, trasportaturi bl-ajru tal-Komunità għandhom jistabbilixxu nolijiet ta' l-ajru b'mod ħieles.

2. L-Istat(i) Membru(i) interessat(i) jista'(jistgħu), mingħajr diskriminazzjoni għal raġunijet ta' nazzjonalità jew identità ta' trasportaturi ta' l-ajru, jeħtieġ(u) li n-nolijiet ta' l-ajru jkunu magħmula fil-forma stabbilità minnhom. Dan l-ippreżentar ma jkunx meħtieġ li jkun mogħti aktar minn 24 siegħa (inkluż jum tax-xogħol) qabel ma jidħlu fis-seħħ in-nolijiet ta' l-ajru, minbarra fil-każ ta' tqabbil ta' nol eżistenti li għaliha ma jkunx meħtieġ ħlief notifika bil-quddiem.

3. Qabel l-1 ta' April 1997, Stat Membru jista' jeħtieġ li n-nolijiet ta' l-ajru dwar rotot domestiċi meta mhux aktar minn trasportatur wieħed liċenzjat minnu, jew żewġtrasportaturi liċenzjati minnu permezz ta' operazzjoni konġunta, jopera, ikun jeħtieġ li jkunu ppreżentati aktar minn jum wieħed iżda mhux aktar minn xahar qabel in-nolijiet ta' l-ajru jidħlu fis-seħħ.

4. Kull nol ta' l-ajru jista' jkun magħmul disponibbli għal bejgħ u t-tagħbija basta li din ma tkunx irtirata bi qbil ma' l-Artikolu 6 jew ma' l-Artikolu 7.

L-Artikolu 6

1. Soġġett għall-proċeduri ta' dan l-Artikolu, Stat Membru interessat jista' jiddeċiedi, f'kull ħin:

(a) li jirtira nol bażiku li, meta wieħed jikkunsidra l-istruttura kollha tan-nol għar-rotta f'dak il-każ u fatturi oħra relevanti, inkluża s-sitwazzjoni kompetittiva tas-suq, tkun eċċessivament għolja bi żvantaġġ għall-utenti fir-rigward ta' l-ispejjeż kollha relevanti tat-trasportatur ta' l-ajru allokati fuq bażi ta' żmien twil inkluż il-qligħ sodisfaċenti fuq il-kapital;

(b) li jwaqqaf, b'mod mhux diskriminatorju, aktar tnaqqis ta' nolijiet f'suq, kemm jekk fuq rotta jew grupp ta' rotot, meta forzi tas-suq ikunu wasslu għal tnaqqsi sostenibbli fl-iżvilupp ta' nolijiet ta' l-ajru b'mod li jiddevja b'mod sinifikanti minn moviment staġonali tal-prezzijiet ordinarji u li jirriżultaw f'telf wiesgħa bejn it-trasportaturi ta' l-ajru kollha li huma interessati għas-servizzi ta' l-ajru f'dak il-każ, meta wieħed jikkonsidra l-ispejjeż kollha relevanti allokati fuq bażi ta' terminu fit-tul tat-trasportaturi ta' l-ajru.

2. Deċiżjoni meħuda bis-saħħa tal-paragrafu 1 għandha tkun innotifikata flimkien mar-raġunijiet lejn il-Kummissjoni u lejn l-Istat(i) Membru(i) involut(i) l-ieħor(oħra) kollha, kif ukoll lejn it-trasportatur(i) ta' l-ajru kkonċernat(i).

3. Jekk fi żmien erbatax-il jum mid-data li jkunu irċevew in-notifika l-ebda Stat Membru ieħor ikkonċernat jew il-Kummissjoni ma jkunu ġew innotifikati b'nuqqas ta' ftehim li jiddikjara r-raġunijiet tagħhom fuq il-bażi tal-paragrafu 1, l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni bis-saħħa tal-paragrafu 1 jista' jagħti struzzjoni lit-trasportatur(i) ta' l-ajru interessat(i) biex jirtira(w) in-nol bażiku jew li jastieni minn aktar tnaqqis fin-nolijiet, skond kif ikun xieraq.

4. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim, kull Stat Membru involut jista' jitlob konsultazzjonijiet biex jirrevedi s-sitwazzjoni. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien 14-il jum minn meta jiġu mitluba, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor.

L-Artikolu 7

1. Fuq talba ta' Stat Membru involut, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk deċiżjoni biex taġixxi jew le bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 tkunx konformi mal-kriterji ta' l-Artikolu 6 (1). L-Istat Membru għandu fl-istess ħin jinforma lill-Istat(i) Membru(i) kkonċernati(i) u lit-trasportatur(i) ta' l-ajru kkonċernati(i). Il-Kummissjoni għandha minnufih tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li n-nol(ijiet) ta' l-ajru jkun(jkunu) ġie(ġew) ippreżentat(i) għall-eżami.

2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', fuq il-bażi ta' lment magħmul minn parti li jkollha interess leġittimu, tinvestiga jekk in-nolijiet ta' l-ajru jkunux konformi mal-kriterji ta' l-Artikolu 6 (1). Il-Kummissjoni għandha minnufih tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li n-nol(ijiet) ta' l-ajru jkun(jkunu) ġie(ġew) ippreżentat(i) għall-eżami.

3. Nol ta' l-ajru li tkun fis-seħħ fil-ħin ta' meta jkun ippreżentat għall-eżami bi qbil mal-paragrafu 1 għandu jibqa' fis-seħħ matul l-eżami. B'dana kollu, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, jew il-Kunsill bi qbil mal-paragrafu 8, jiddeċiedi fiż-żmien is-sitt xhur preċedenti li nol bażiku simili jew ta' livell aktar baxx dwar il-ġemellaġġ tal-bliet ikkonċernati ma jkunx konformi mal-kriterji ta' l-Artikolu 6 (1)(a), in-nol ta' l-ajru m'għandux jibqa fis-seħħ matul l-eżami.

Aktar minn hekk, meta l-paragrafu 6 jkun ġie applikat, t-trasportatur ta' l-ajru kkonċernat ma jistax, matul l-eżami mill-Kummissjoni, japplika nol bażiku ogħla minn dik li jkun applikabbli immedjetament qabel in-nol bażiku li jkun taħt l-eżami.

4. Wara l-konsultazzjonijiet ma' l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni kemm jista' jkun malajr u f'kull każ mhux aktar tard minn għoxrin jum tax-xogħol wara li tkun irċeviet informazzjoni biżżejjed mit-trasportatur(i) ta' l-ajru kkonċernat(i). Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha li tkun irċeviet mill-partijiet interessati.

5. Meta trasportatur ta' l-ajru ma jfornix l-informazzjoni mitluba fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni, jew iforniha f'forma mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha permezz ta' deċiżjoni titlob li l-informazzjoni tingħata. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema informazzjoni tkun meħtieġa u tiffissa limitu xieraq ta' żmien li fih din għandha tingħata.

6. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, tiddeċiedi li nol ta' l-ajru li jkun fis-seħħ ikun irtirat sakemm isseħħ id-determinazzjoni finali meta trasportatur ta' l-ajru jippreżenta informazzjoni mhux korretta jew jipproduċiha f'forma mhux kompluta jew ma jagħtihix fil-limitu taż-żmien stabbilit permezz tad-deċiżjoni permezz tal-paragrafu 5.

7. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkomunika d-deċiżjoni rraġunata tagħha permezz tal-paragrafi 4 u 6 lejn l-Istat(i) Membru(i) kkonċernati(i) u lejn it-trasportatur(i) ta' l-ajru kkonċernat(i).

8. Stat Membru kkonċernat jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz tal-paragrafu 4 lejn il-Kunsill f'limitu ta' żmien ta' xahar. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti f'perjodu ta' xahar.

9. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jassiguraw li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun infurzata, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx taħt l-eżami mill-Kunsill jew il-Kunsill ikun ħa deċiżjoni differenti permezz tal-paragrafu 8.

L-Artikolu 8

Għall-inqas darba kull sena il-Kummissjoni għandha tikkonsulta dwar nolijiet ta' l-ajru u materji relatati mar-rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-utenti tat-trasport bl-ajru fil-Komunità, u għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tforni informazzjoni xierqa lill-parteċipanti.

L-Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sa l-1 ta' April 1994 u perjodikament wara dan.

L-Artikolu 10

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-ġbir ta' l-informazzjoni għar-rapport li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 9.

2. L-informazzjoni konfidenzjali akkwistata fl-applikazjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun koperta bis-sigriet professjonali.

L-Artikolu 11

Ir-Regolament (KEE) Nru 2342/90 hu b'dan imħassar.

L-Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Cope

[1] ĠU C 258, ta' l-4.10.1991, p. 2.

[2] ĠU C 125, tat-18.5.1992, p. 150.

[3] ĠU C 169, tas-6.7.1992, p. 15.

[4] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 12.

[5] ĠU L 217, tal-11.8.1990, p. 1.

[6] ĠU L 36, tat-8.2.1991, p. 1.

[7] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 8.

[8] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 8.

--------------------------------------------------