31992L0067



Official Journal L 268 , 14/09/1992 P. 0073 - 0074
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0072
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0072


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/67/KEE

ta’ l-14 ta’ Lulju 1992

li temenda d-Direttiva 89/662/KEE li tirrigwarda l-kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan tat-tisħiħ tas-suq intern.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Komunità għandha tadotta miżuri biex tistabbilixxi s-suq intern progressivament matul il-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 1992;

Billi d-Direttiva 89/662/KEE [3] tistipula li l-kontrolli veterinarji f’ċerti prodotti ta’ l-annimali m’għandhomx aktar jitwettqu fuq il-fruntieri interni tal-Komunità;

Billi, sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 89/662/KEE, il-Kunsill stabbilixxa l-prinċipji għall-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti minn pajjiżi terżi miġjuba fil-Komunita; billi fir-rigward ta’ dan irid jittieħed akkont tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jkunu deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terżi [4] u tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [5];

Billi, permezz tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/662/KEE l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-arranġamenti finali applikabbli għall-kummerċ fil-prodotti elenkati fl-Anness B qabel il-31 ta’ Diċembru 1991;

Billi, permezz tar-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tirrigwarda l-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-tisħiħ tas-suq intern [6], dawn għandhom jiġu inklużi fl-iskop tad-Direttiva 89/662/KEE u tad-Direttiva msemmija li tirrigwarda l-annimali u l-prodotti ta’ l-oriġini mill-annimali li ma humiex koperta mid-Direttivi msemmija.

Billi, permezz ta’ l-Artikolu 21 tad-Direttiva 89/662/KEE, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-arranġamenti applikabbli dwar l-iskadenza tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali preskritti fl-Artikolu 20; billi f’dan ir-rigward għandu jittieħed akkont tal-progress magħmul fil-Komunità kemm fit-tqegħid ta’ regoli għall-prodotti minn pajjiżi terzi kif fl-armonizzazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll għall-marda ta’ l-ilsien u dwiefer u deni tal-qżieqeż, kif inkorporati fid-Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li temenda d-Direttiva 85/511/KEE li tintroduċi l-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, id-Direttiva 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali ta’ l-ifrat u l-qżieqeż u d-Direttiva 72/462/KEE dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjoni veterinarja ma’ l-importazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-ifrat u qżieqeż u l-laħam frisk jew il-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [7], u fid-Direttiva tal-Kunsill 91/685/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1991 li temenda d-Direttiva 80/217/KEE li tintroduċi miżuri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-qżieqeż [8];

Billi, minħabba l-progress favorevoli ta’ l-armonizzazzjoni fuq materji veterinarji, il-kontrolli kollha veterinarji fuq il-fruntieri interni fuq il-prodotti ta’ l-annimali għandhom jieqfu b’effett mill-1 Lulju 1992,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 89/662/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 6(2), id-data ta’ 1 ta’ Jannar 1993 għandha tinbidel bl-1 ta’ Lulju 1992;

2. fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) il-kliem ‘ħlief fil-każ kopert mir-raba’ subparagrafu’ għandhom jiġu miżjuda.

3. fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) il-kliemt ‘u mingħajr preġudizzju għall-jeddijiet ta’ l-appell imsemmija qabel’ għandhom jitħassru;

4. fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 14 il-kelmiet ‘Sal-31 ta’ Diċembru 1992’ għandhom jitħassru;

5. fl-Artikolu 14, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jiġu mibdula bis-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kondizzjonijiet u proċeduri applikabbli għall-kummerċ fil-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu.";

6. L-Artikolu 16 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, taħt forma armonizzata, informazzjoni bażika fuq kontrolli veterinarji mwettqa skond din id-Direttiva.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti, hi tista’, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, tadotta miżuri xierqa.

3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kemm spiss għandha tintbagħat l-informazzjoni, il-forma li fiha għandha tintbagħat u n-natura tagħha, għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.";

7. L-Artikolu 19(1) għandu jiġi mħassar;

8. L-Artikolu 20 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 20

Bl-iskop tat-tħaddim progressiv ta’ l-arranġamenti ta’ kontroll li hemm provvediment dwarhom b’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu sal-31 ta’ Diċembru 1992, iwettqu, matul it-trasport:

- verifika dokumentarja fuq il-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Anness A u B jew fuq prodotti importati minn pajjiżi terżi,

- kontrolli veterinarji fuq kampjun ta’ natura mħux diskriminatorja fuq il-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Anness B."

9. L-Artikolu 21 għandu jiġi mħassar;

10. is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Anness B:

"Il-prodotti l-oħra li ġejjin mill-annimali mhux koperti bl-Anness A ta’ din id-Direttiva jew mill-Anness A jew l-Anness B, sezzjoni B, tad-Direttiva 90/425/KEE [9]; dawn il-prodotti għandhom jiġu definiti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1992. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, id-disposizzjonijiet għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b’referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gummer

[1] ĠU C 164, 1.7.1992, p. 28.

[2] L-Opinjoni mogħtija fl-1 ta’ Lulju 1992 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. L-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

[4] ĠU L 373, 31.12.1990, p. 1. Emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

[5] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Emendata bid-Direttiva 89/628/KEE (ĠU L 340, 11.12.1991, p. 17).

[6] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Emendata bid-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 340, 11.12.1991, p. 17).

[7] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 13.

[8] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 1.

[9] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 4.9.1991, p. 56).’

--------------------------------------------------