31992L0019



Official Journal L 104 , 22/04/1992 P. 0061 - 0062
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0218
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0218


Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 92/19/KEE

tat-23 ta’ Marzu 1992

li temenda d-Direttiva 66/401/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf [1] kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 90/654/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 2(1a) tagħha,

Billi fid-dawl ta’ l-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku u tekniku f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ibridi li jirriżultaw mit-taħlit ta’ speċi koperti mid-Direttiva 66/401/KEE, l-ibridi li jirriżultaw mill-taħlit tal-festuca pratensis Huds. mal-Lolium multiflorum Lam. għandhom, minħabba l-importanza miżjuda tagħhom fil-Komunità, jiġu inklużi fl-ambitu tad-Direttiva msemmija;

Billi fid-dawl ta’ l-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku u tekniku, l-Annessi II u III tad-Direttiva msemmija għandhom jiġu emendati sabiex jadattaw ruħhom għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti miż-żerriegħa u l-piżijiet tal-lott u l-kampjun ta’ l-ispeċi tal-Festulolium;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjali ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikulturta u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata kif ġej:

1. Dan li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 2(1)(A)(a):

"Din id-definizzjoni għandha tkopri wkoll l-ibridu segwenti li jirriżulta mit-taħlit ta’ l-ispeċi li hemm riferenza dwarhom hawn fuq.

Festuca pratensis Huds. x Lolium | L-ibridi li jirriżultaw mill-taħlit ta’ l–multiflorum Lam.għesieleġ twal tas-sikrana Taljana (inkluża s-sikrana Westerworld) (x Festulolium)". |

2. Fl-Artikolu 3(1), "x Festulolium" huwa mdaħħal wara "Festuca rubra L."

3. Fl-Anness I.3 "jew x Festulolium" għandu jidher kull darba wara "l-ispeċi tal-Lolium".

4. Fl-Anness II.I.2. A dan li ġej huwa mdaħħal wara

"Festuca rubra L."

:

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 |

x Festulolium | 75 (a) | | 96 | 1,5 | 1,0 | 0,5 | 0,3 | | | | 0 | 0(j)(k) | | 5(n)" |

5. Fl-Anness II. II.2. A dan li ġej huwa mdaħħal wara

"Festuca rubra L."

:

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |

x Festulolium | 0,3 | 20(a) | 2 | 5 | 5 | | (j)" |

6. Fl-Anness III dan li ġej huwa mdaħħal wara

"Festuca rubra L."

:

"1 | 2 | 3 | 4 |

x Festulolium | 10 | 200 | 60" |

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 1992. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan immedjatament.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom riferenza għall-din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn riferenza ta’ dan it-tip fil-waqt tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura ta’ riferenza ta’ dan it-tip għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Marzu 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66.

[2] ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48.

--------------------------------------------------