31992D0446



Official Journal L 247 , 27/08/1992 P. 0010 - 0036
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 11 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 11 P. 0177


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Lulju 1992

dwar kwestjonarji marbuta ma

direttivi fil-qasam ta’ l-ilma (92/446/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta’ l-4 ta’ Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċertu sustanzi perikolużi li jintremew fl-Ambjent akwatiku tal-Komunità [1], kif emendata bid-Direttiva 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti fuq l-implimentazzjoni ta’ ċertu Direttivi marbuta ma’ l-Ambjent [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) ta’ din, kif ukoll id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttivi l-oħra msemmija fl-ANNESS I tad-Direttiva 91/692/KEE,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/440/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar il-kwalità meħtieġa ta’ ilma tal-wiċċ maħsub għat-teħid ta’ ilma għax-xorb fl-Istati Membri [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/692/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 9a ta’ din,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar il-kwalità ta’ ilma maħsub għall-konsum tal-bniedem [4], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/692/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 17a ta’ din,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/160/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1975 dwar il-kwalità ta’ ilma tajjeb għall-għawm [5], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/692/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 ta’ din,

Billi l-Istati Membri huma mitluba biex ifasslu rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ ċertu Direttivi tal-Komunità fuq il-bażi ta’ kwestjonarji jew tifsir tal-partijiet essenzjali mfassla mill-Kummissjoni; billi, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE, dawn il-kwestjonarji jew tifsiriet tal-partijiet essenzjali għandhom ikunu mfassla mill-Kummissjoni megħjuna f’dan l-eżerċizzju minn kumitat magħmul mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni;

Billi l-miżuri kontemplati b’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni mogħtija mill-kumitat imsemmi fuq jew ma kinux is-suġġett ta’ opinjoni tal-kumitat fiż-żmien stabbilit mill-President tal-kumitat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Il-kwestjonarji li jinsabu fl-Anness ġew adottati bis-saħħa ta’ din.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-27 ta’ Lulju 1992.

Għall-Kummissjoni

Karel Van Miert

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

[3] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 26.

[4] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11.

[5] ĠU L 31, tal-5.2.1976, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LISTA TAT-TIFSIRIET TAL-PARTIJIET ESSENZJALI

Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1995/337/KE, ĠU L 200, ta' l-24.8.1995, p. 1.

--------------------------------------------------