31991R2155



Official Journal L 205 , 27/07/1991 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0086


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2155/91

ta' l-20 ta' Ġunju 1991

li jistipula dispożizzjonijiet għall-applikar ta' l-Artikoli 37, 39 u 40 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-aħħar sentenza ta' l-Artikoli 57(2) u l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

F'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ġie ffirmat fil-Lussemburgu fl-10 ta' Ottubru 1989;

Billi taħt dak il-Ftehim, Kumitat Magħqud għandu jkun stabbilit biex jamministra l-Ftehim, jassigura li dan ikun implimentat kif xieraq u jieħu deċiżjonijiet fiċ-ċirkostanzi li dan jipprovdi għalihom; billi r-rappreżentanti tal-Komunità dwar il-Kumitat Magħqud għandhom ikunu nnominati u għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet partikolari li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Komunità fil-Kumitat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-Komunità għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Magħqud kif ipprovdut fl-Artikolu 37 tal-Ftehim mill-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

L-Artikolu 2

Il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kumitat Magħqud għandha tiġi adottata mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kumitat Magħqud skond l-Artikoli 37, 39 u 40 tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti lill-Kunsill, li għandu jaġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fill-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-20 ta' Ġunju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Goebbels

[1] ĠU C 53, tal-5. 3. 1990, p. 46.

[2] ĠU C 72, tat-18. 3. 1991, p. 175, u d-Deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 1991 (għadha m'hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 56, tas-7. 3. 1990, p. 27.

--------------------------------------------------