31991R1601



Official Journal L 149 , 14/06/1991 P. 0001 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0244
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0244


Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91

ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikoli 43 u 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’koperazjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi ma hemm fil-preżent ebda regoli speċifiċi Komunitarji li jirregolaw l-inbejjed aromatizzati, ix-xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat u l-cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjħa "xorb aromatizzat", b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta’ xorb bħal dan u r-rekwiżiti li jirrigwardaw id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom; billi, minħabba l-importanza ekonomika ta’ dan ix-xorb, huwa meħtieġ, sabiex tiġi megħjuna l-ħidma tas-suq komuni, li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni dwar dan is-suġġett;

Billi dan ix-xorb aromatizzat jikkostitwixxi suq ewlieni għall-agrikultura tal-Komunità; billi dan is-suq huwa prinċipalment ir-riżultat tar-reputazzjoni li ftit minn dan ix-xorb akkwista madwar il-Komunità u fis-suq globali; billi din ir-reputazzjoni tista’ tkun attribwita għall-kwalità tax-xorb in kwistjoni; billi sabiex jiġi mħares dan is-suq għandu jinżamm ċertu standard ta’ kwalità għax-xorb in kwistjoni; billi l-mezz approprjat sabiex jinżamm dan l-istandard ta’ kwalità huwa li dan ix-xorb jiġi definit, waqt li wieħed iqis il-metodi tradizzjonali li fuqha hija msejsa ir-reputazzjoni tagħhom; billi, barra minn hekk, it-termini definiti b’dan il-mod għandhom jintużaw biss għal xorb tal-istess kwalità bħax-xorb tradizzjonali sabiex jiġi evitat li dawn jitilfu l-preġju tagħhom;

Billi huwa approprjat illi jinħoloq qafas xieraq għax-xorb aromatizzat li fil-biċċa l-kbira jikkonsisti f’inbejjed u most tal-għeneb, waqt li jitħalla spazju għall-iżvilupp u l-innovazzjoni fir-rigward ta’ dan ix-xorb; billi din l-mira tista’ iktar faċilment jekk jinħalqu tliet kategoriji ta’ xorb fuq il-bażi tal-kontenut ta’ nbid tagħhom, il-qawwa alkoħolika u jekk fihomx alkoħol miżjud jew le;

Billi huwa xieraq illi r-regoli Komunitarji għandhom jirriservaw, għal ċerti territorji, l-użu ta’ denominazzjonijiet ġeografiċi li jirreferu għalihom, kemm-il darba dawk l-istadji tal-produzzjoni li matulhom il-prodott finali jakkwista l-karatteristiċi tiegħu u l-propjetajiet definittivi iseħħu kollha fiż-żona ġeografika in kwistjoni;

Billi skond il-konswetudini l-mezz kif il-konsumatur jiġi mgħarraf huwa permezz ta’ ċertu tagħrif fuq it-tikketta; billi l-ittikkettjar ta’ xorb aromattizzat huwa suġġett għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti tal-ikel li jkunu għall-bejgħ lill-konsumatur finali [4], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 89/395/KEE [5]; billi, minħabba n-natura tax-xorb in kwistjoni u sabiex il-konsumatur ikun jista’ jkollu tagħrif aktar sħiħ, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet addizzjonali għal dawn ir-regoli ġenerali;

Billi, fil-moħħ tal-konsumatur, ir-reputazzjoni ta’ ċertu xorb aromatizzat hija marbuta mill-qrib ma’ l-oriġini tradizzjonali; billi sabiex jiġi żgurat illi l-konsumatur jiġi mgħarraf kif jixraq u sabiex jiġu meqjusa dawn il-każijiet speċifiċi, huwa approprjat illi ssir obbligatorja li jkun indikat l-oriġini f’każijiet meta x-xarba ma tkunx ġejja mir-reġjun tradizzjonali tal-produzzjoni;

Billi, sabiex issir ikun jista’ jingħata tagħrif xieraq dwar il-kompożizzjoni tax-xarba, għandhom jiġu adottati ċerti regoli dwar l-ittikkettjar li għandhom x’jaqsmu max-xorta ta’ alkoħol użat;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar il-kwalità ta’ ilma maħsub għall-konsum tal-bniedem [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/858/KEE [7], u d-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-isfruttar u t-tqegħid fuq is-suq ta’ ilma minerali naturali [8], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 85/7/KEE [9], tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-ilma li jista’ jintuża fil-prodotti tal-ikel; billi għandha ssir referenza għalihom;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-essenza li tintuża fil-prodotti tal-ikel u fil-materja prima għall-produzzjoni tagħhom [10] tistabbilixxi definizzjonijiet għal diversi termini li jkollhom jintużaw b’rabta ma’ l-essenza; billi l-istess terminoloġija għandha tintuża f’dan ir-Regolament;

Billi għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni għal xorb aromattizzat importat, waqt li ma jintesewx l-impennji tal-Komunità fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi;

Billi, sabiex tiġi mħarsa r-reputazzjoni ta’ xorb aromatizzat tal-Komunità fis-suq dinji, l-istess regoli għandhom jiġu estiżi għax-xorb esportati, minbarra fejn ikun hemm dispożizzjonijiet kuntrarji, waqt li jiġu meqjusa l-użanzi u l-prattiċi tradizzjonali;

Billi huwa preferibbli li tittieħed azzjoni permezz ta’ Regolament sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u simultanja tal-miżuri in kwistjoni;

Billi, sabiex tiġi simplifikata u mħaffa l-proċedura, il-Kummissjoni għandha tintalab tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika; billi, għal dan l-iskop, għandha tiġi stabbilita proċedura li permezz tagħha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw mill-qrib f’Kumitat ta’ Implimentazzjoni;

Billi huma meħtieġa miżuri transitorji sabiex tiġi mħaffa l-bidla għas-sistema ntrodotta b’dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromattizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid aromattizzat.

Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) inbid aromattizzat għandha tfisser:

xarba:

- miksub minn inbejjed spjegati fil-punti 12 sa 18 t’Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 [11], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1325/90 [12], bl-eċċezzjoni ta’ inbid talmejda retsina, u possibilment b’most tal-għeneb miżjud, most tal-għeneb li jkun qiegħed jiffermenta u/jew most tal-għeneb li l-fermentazzjoni tiegħu tkun ġiet mwaqqfa biż-żjieda tal-alkoħol, kif definit mill-leġislazzjoni Komunitarja,

- li miegħu jkun ġie miżjud l-alkoħol kif imsemmi f’Artikolu 3(d), u

- li jkun ingħata togħma bl-għajnuna ta’:

- sustanzi naturali li jagħtu togħma u/jew preparazzjonijiet naturali li jagħtu togħma kif spjegat f’Artikolu 1(2)(b) (i) u (ċ) tad-direttiva 88/388/KEE. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar restrittivi tal-paragrafu 2, l-użu ta’ sustanzi u preparazzjonijiet identiċi għal sustanzi u preparazzjonijiet naturali, kif spjegat f’Artikolu 1(2)(b) (ii) ta’ dik id-Direttiva, jistgħu jkunu awtorizzati f’ċerti każijiet u taħt ċerti kondizzjonijiet, skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14, u/jew

- ħwawar aromatiċi u/jew ħwawar oħra u/jew prodotti tal-ikel li jagħtu togħma,

- li ġeneralment il-ħlewwa tiegħu tkun ġiet miżjuda u, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, x’aktarx ikun ingħata lewn permezz tal-karamella,

- li għandu qawwa alkoħolika attwali minima skond il-volum ta’ 14,5 % vol jew aktar u qawwa alkoħolika massima attwali b’volum ta’ anqas minn 22 % vol u qawwa alkoħolika totali minima b’volum ta’ 17,5 % vol jew aktar; madankollu, għal dawk il-prodotti li, skond il-paragrafu 5, iġibu d-deskrizzjoni "sec" jew "sec ħafna", il-qawwa alkoħolika totali minima skond il-volum għandha tiġI stabbilita għal 16 % vol u 15 % vol rispettivament.

L-inbid użat fil-preparazzjoni ta’ inbid aromattizzat irid, qabel ma ma jiġi arrikkit, ikun preżenti fil-prodott lest fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 75 %. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 5, il-qawwa alkoħolika minima naturali skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilita f’Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87.

Id-deskrizzjoni "inbid aromattizzat" tista’ tinbidel b’"aperitif b’ bażi ta’ nbid". L-użu tat-terminu "aperitif" f’ din il-konnessjoni hija mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu biex jiġu definiti prodotti li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament;

(b) xorb b’bażi ta’ inbid aromattizat għandu jfisser:

xarba :

- miksuba minn inbejjed definiti fil-punti 11 sa 13 u15 sa 18 t’Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 822/87, bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed magħmula biż-żjieda ta’ alkoħol u nbid talmejda retsina, u possibilment b’most tal-għeneb miżjud u/jew most tal-għeneb parzjalment iffermentat,

- li jkun ingħata togħma permezz ta’:

- sustanzi naturali li jagħtu togħma u/jew preparazzjonijiet naturali li jagħtu togħma u/jew sustanzi jew preparazzjonijiet identiċi għalihom kif definit f’Artikolu 1(2)(b) (i) u (ii) u (ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE; l-użu ta’ sustanzi artifiċjali kif definiti f’Artikolu 1(2)(b) (iii) ta’ dik id-Direttiva jista’ jkun awtorizzat f’ċerti każijiet u taħt ċerti kondizzjonijiet, skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14, u/jew

- ħwawar aromatiċi u/jew ħwawar oħrajn u/jew prodotti tal-ikel li jagħtu togħma,

- li l-ħlewwa tiegħu tkun x’aktarx ġiet miżjuda,

- li miegħu ma jkun ġie miżjud ebda alkoħol, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmijia fid-definizzjoni tal-prodott mogħti f’dan ir-Regolament jew li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14,

- li għandu qawwa alkoħolika attwali skond il-volum ta’ 7 % vol jew aktar u anqas minn 14,5 % vol.

L-inbejjed użati fil-preparazzjoni ta’ xarba aromatizzata b’bażi ta’ nbid għandhom ikunu preżenti fil-prodott finali fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 50 %. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 5, il-qawwa alkoħolika minima naturali skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilita f’Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87;

(ċ) cocktail aromatizzat magħmul minn prodott tal-inbid għandu jfisser xarba:

- miksuba minn inbid u/jew most tal-għeneb:

- li ngħatat togħma bl-għajnuna ta’:

- sustanzi naturali li jagħtu togħma u/jew preparazzjonijiet identiċi għalihom kif definit f’Artikolu 1(2)(b) (i), (ii) u (ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE; l-użu ta’ sustanzi artifiċjali kif spjegat f’Artikolu 1(2)(b) (iii) ta’ dik id-Direttiva jista’ jkun awtorizzat f’ċerti każijiet u taħt ċerti kondizzjonijiet, skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14,

- u/jew ħwawar aromatiċi u/jew ħwawar oħrajn u/jew prodotti tal-ikel li jagħtu t-togħma,

- li x’aktarx il-ħlewwa tagħhom tkun ġiet miżjuda u li x’aktarx ikunu ngħataw il-kulur,

- li miegħu ma jkun ġie miżjud ebda alkoħol,

- li għandu qawwa alkoħolika attwali skond il-volum ta’ inqas minn 7 % vol.

L-inbid u/jew most tal-għeneb użat fil-preparazzjoni ta’ cocktail aromatizzat magħmul minn prodotti tal-inbid għandu jkun preżenti fil-prodott finali fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 50 %. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 5, il-qawwa alkoħolika naturali minima skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilita f’Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87.

Tista’ titieħed deċiżjoni dwar deskrizzjonijiet speċifiċi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

L-użu tat-terminu "cocktail" f’din il-konnessjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-użu tiegħu sabiex jiġu definiti prodotti li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament.

2. Definizzjoni tad-diversi kategoriji ta’ nbid aromattizzat li d-deskrizzjoni tiegħu tista’ tissostitwixxi "inbid aromattizzat":

(a) Vermut:

inbid aromattizzat li magħmul mill-inbid kif imsemmi fil-paragrafu 1 (a), li t-togħma karatteristika tiegħu tkun miksuba mill-użu ta’ sustanzi derivati approprjati, b’mod partikolari tal-ispeċi Artemisia, li jridu jintużaw dejjem; il-ħlewwa ta’ din ix-xarba tista’ tiġi miżjuda biss permezz ta’ zokkor ikkaramelizzat, sukrożju, most tal-għeneb, most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat u most tal-għeneb konċentrat.

(b) Inbid morr aromatizzat:

inbid aromattizzat b’togħma karrateristika morra. Id-deskrizzjoni "inbid aromattizzat morr" għandha tkun segwita bl-isem tas-sustanza prinċipali li tagħti t-togħma morra, mingħajr preġudizzju għal Artikolu 8(3).

L-espressjonijiet li ġejjin, jew espressjonijiet ekwivalenti f’lingwi uffiċjali oħra tal-Komunitajiet, jistgħu jintużaw biex jissuplimentaw jew ibiddlu din id-deskrizzjoni:

- Inbid "Quinquina", fejn it-togħma prinċipali hija togħma naturali ta’ kinina,

- "Vino morr", fejn it-togħma prinċipali hija togħma naturali ta’ ġenzjana u x-xarba ġiet kkulurita b’sustanza tal-kulur awtorizzata safra jew ħamra; l-użu tal-kelma "morr" f’din il-konnessjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tiegħu biex jiġu definiti prodotti li ma’ jaqgħux fl-ambitu tal-iskop ta’ dan ir-Regolament,

- "Americano", meta t-togħma hija dovuta għall-presenza ta’ sustanzi li jagħtu togħma naturali ġejjin mill-assenzju u l-ġenzjana u x-xarba tkun ġiet kulurita b’sustanza tal-kulur awtorizzata safra jew ħamra.

(ċ) inbid aromattizzat b’bażi ta’ bajd:

Inbid aromattizzat li miegħu jkunu ġew miżjuda l-isfar tal-bajd ta’ kwalità tajba jew il-kuntratti minnu u li għandu kontenut ta’ zokkor mogħti bħala zokkor invers jew aktar minn 200 grams u kontenut ta’ abjad tal-bajd minimu ta’ 10 grammi kull litru ta’ prodott lest.

It-terminu "cremovo" jista’ jakkompanja it-terminu "inbid b’bażi ta’ bajd arromatizzat" meta l-inbid bħal dan jikkonsisti f’inbid Marsala fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 80 %.

It-terminu "cremovo zabaione" jista’ jakkumpanja t-terminu "inbid b’bażi ta’ bajd aromattizzat" meta l-inbid bħal dan ikun jikkonsisti f’inbid Marsala fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 80 % u jkollu kontenut tal-abjad tal-bajd ta’ mhux anqas minn 60 gramma kull litru.

3. Definizzjonijiet tad-diversi kategoriji ta’ xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid li d-deskrizzjoni tiegħu tista’:

- tissostitwixxi d-deskrizzjoni "xorb b’bażi ta’ nbid aromattizzat" fl-Istat Membru ta’ produzzjoni,

- tintuża biex jissuplimenta "xarba bbażata fuq inbid aromattizzat" fl-Istati Membri l-oħra:

(a) Sangria:

xarba miksuba mill- inbid, aromattizzat biż-żjieda ta’ estratti jew essenzi ta’ frott taċ-ċitru naturali, bil-meraq ta’ frott bħal dan jew mingħajr u bil-possibiltà ta’ żjieda ta’ ħwawar, bil-ħlewwa miżjuda u b’CO2 miżjud, li tkun akkwistat qawwa alkoħolika skond il-volum ta’ anqas minn 12 % vol.

Ix-xarba tista’ tikkonsisti f’partiċelli solidi ta’ polpa tal-frott taċ-ċitru jew qoxra u l-kulur tagħha irid jiġi esklussivament mill-materja prima wżata.

Id-deskrizzjoni "Sangria" trid tkun akkompanjata bil-kliem "magħmul…" segwiti bl-isem tal-Istat Membru ta’ produzzjoni jew ta’ reġjun aktar ristrett ħlief meta l-prodott jkun magħmul fl-Ispanja jew fil-Portugall.

Id-deskrizzjoni "Sangria" tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni "xarba b’bażi ta’ nbid aromattizzat" meta x-xarba hija tkun magħmula fl-Ispanja jew fil-Portugal;

(b) Clarea:

xarba magħmula minn inbid abjad taħt l-istess kundizzjonijiet bħal f(a).

Id-deskrizzjoni "Clarea" għandha tkun akkumpanjata bil-kliem "magħmul…" segwiti bl-isem tal-Istat Membru ta’ produzzjoni jew ta’ reġjun aktar ristrett għajr meta l-prodott jkun magħmul l-Ispanja.

Id-deskrizzjoni "Clarea" tista tissostitwixxi d-deskrizzjoni "xarba b’bażi ta’ nbid aromatizzat" biss meta x-xarba tkun manifatturata l-Ispanja;

(ċ) Zurra:

xarba magħmula biż-żjieda ta’ brandi jew xorb alkoħoliku mill-inbid kif spjegat fir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 [13] max-xorb spjegat f’(a) u (b), possibilment biż-żjieda ta’ biċċiet tal-frott. Il-qawwa alkoħolika attwali skond il-volum għandha jkun ta’ 9 % vol jew aktar u anqas minn 14 % vol;

(d) Soda morra:

xarba aromattizzata miksuba minn vino morr li l-kontenut tiegħu fil-prodott finali ma jridx ikun anqas minn 50 % skond il-volum, b’CO2 jew ilma bil-gass miżjud u possibilment l-istess sustanzi koloranti bħal vino morr. Il-qawwa alkoħolika attwali skond il-volum għandha tkun ta’ 8 % jew aktar u anqas minn 10,5 % vol. L-użu tal-kelma "morr" f’dan il-kuntest għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tagħha fid-definizzjoni ta’ prodotti li ma’ jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;

(e) Kalte Ente:

xarba aromatizzata b’bażi ta’ nbid magħmula mit-taħlita ta’ inbid, inbid bi ftit gass jew inbid bi ftit gass miżjud b’CO2 ma’ inbid bil-gass jew b’inbid bil-gass b’CO2 miżjud, u b’żjieda ta’ sustanzi naturali tal-lumi jew estratti tagħhom, li t-togħma tagħhom trid tkun predominanti. Il-prodott lest irid jikkonsisti f’mhux anqas minn 25 % b’volum ta’ inbid bil-gass jew inbid bil-gass b’CO2 miżjud;

(f) Gluehwein:

xarba aromattizzata magħmula esklussivament minn inbid aħmar jew abjad u zokkor, li tingħata togħma prinċipalment biċ-ċinnamonu u msiemer tal-qronfol. Meta tkun saret minn inbid abjad, mad-deskrizzjoni tal-bejgħ "Gluehwein" għandu jkun hemm il-kliem "inbid abjad";

(g) Maiwein:

xarba aromattizzata magħmula minn inbid miżjud bi tal-ispeċi asperula odorata jew estratti minnhom sabiex tiġi żgurata togħma li fil-predominanza tagħha tkun tal-asperula odorata;

(h) Maitrank:

xarba aromattizzata magħmula minn inbid abjad xott li fih il-pjanti tal-asperula odorata ikunu ġew ikmaċerati jew li magħhom ikunu ġew miżjuda estratti tal-asperula odorata, b’żjieda ta’ larinġ u/jew frott ieħor, possibilment fil-forma ta’ meraq, konċentrat jew estratti, b’massimu ta’ 5 % zokkor li jagħti l-ħlewwa;

(i) Definizzjonijiet oħra:

definizzjonijiet oħra għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

4. Definizzjoni tal-kategoriji ta’ cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid li d-deskrizzjoni tagħhom tista:

- tissostitwixxi d-deskrizzjoni "cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid" fl-Istat tal- produzzjoni,

- tintuża biex tissuplimenta "cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid" fl-Istati Membri l-oħra;

(a) Xarba aromatizzata li fiha:

- il-proporzjon ta’ most tal-għeneb ikkonċentrat ma jistax jaqbeż l-10 % tal-volum totali tal-prodott finali,

- il-kontenut ta’ zokkor, mogħti bħala zokkor invers, huwa anqas minn 30 gramma kull litru;

(b) Cocktail aromatizzat b’bażi ta’ għeneb bi ftit gass:

xarba:

- magħmula esklussivament minn most tal-għeneb,

- il-qawwa alkoħolika attwali b’volum li huwa anqas minn 4 % vol,

- li tikkonsisti f’karbonju diossidu miksub essklussivament mill-fermentazzjoni tal-prodotti wżati;

(ċ) Definizzjonijiet oħra:

għandhom jiġu adottati definizzjonijiet oħra skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

5. Id-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 (a) u (b), 2 u 3 jistgħu jinkludu wkoll id-dettalji li ġejjin, bil-kontenut ta’ zokkor indikat fis-subparagrafu rispettiv mogħti bħala zokkor invers:

(a) "sec ħafna": fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ anqas minn 30 gramma kull litru;

(b) "sec": fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ anqas minn 50 gramma kull litru;

(ċ) "ftit sec": fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ bejn il-50 u 90 gramma kull litru;

(d) "ftit ħelu": fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 90 u 130 gramma kull litru;

(e) "ħelu": fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 130 gramma kull litru.

It-termini "ftit ħelu" u "ħelu" jistgħu jkunu sostitwiti b’indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor, mogħtija fi grammi ta’ zokkor invers għal kull litru.

6. Meta d-deskrizzjoni ta’ bejgħ ta’ xorb b’bażi ta’ inbid aromattizzat tinkludi t-terminu "bil-gass", il-kwantità ta’ nbid bil-gass użat ma tistax tkun anqas minn 95 %.

7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri stabbiliti f’Artikolu 14.

Artikolu 3

Definizzjonijiet sussidjarji

Għall- iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "tingħata l-ħlewwa" għandha tfisser:

l-użu ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromattizzati, xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid:

zokkor ftit abjad, zokkor abjad, zokkor abjad irfinat, destrożju, fruttożju, ġulepp tal-glukożju, zokkor likwidu, zokkor likwidu invers, ġulepp taz-zokkor invers, most tal-għeneb rettifikat u konċentrat, most tal-għeneb konċentrat, most tal-għeneb frisk, zokkor maħruq, għasel, ġulepp talħarrub, jew sustanzi oħra naturali karboidrati li għandhom effett simili għall-prodotti hawn fuq imsemmija.

"Zokkor maħruq" ifisser il-prodott miksub esklussivament mit-tisħin ikkontrollat tas-sukrożju mingħajr ebda bażi, aċidi minerali jew adittivi kimiċi oħra;

(b) "tingħata togħma" tfisser:

l-użu ta’ wieħed jew aktar mis-sustanzi li jagħtu t-togħma definiti f’Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew ħwawar aromatizzati u/jew ħwawar oħra u/jew prodotti tal-ikel li li jagħtu togħma fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromattizzati, xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid.

Iż-żjieda ta’ sustanzi bħal dawn tagħti lill-prodott finali karratteristiċi organolettiċi minbarra dawk tal-inbid;

(ċ) "jingħata l-kulur" tfisser:

l-użu ta’ sustanza koloranti waħda jew aktar fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati jew cocktails aromatizzati magħmula mill-inbid;

(d) "żjieda ta’ alkoħol" tfisser:

l-użu ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati u, fejn ikun approprjat, xorb b’bażi ta’ nbid aromatizzat:

- alcoħol etile li joriġina mill-vitikultura,

- alkoħol tal-inbid jew alkoħol tal-għeneb imqadded,

- alkohol etile ta’ oriġini agrikola,

- distillate tal-inbid jew distillate tal-għeneb imqadded,

- distillate ta’ oriġini agrikola,

- alkoħol mill-inbid jew alkoħol mill-karfa tal-għeneb magħsur,

- alkoħol tal-għeneb imqadded,

li jikkonforma mal-karatteristiċi stabbiliti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-alkoħol etile jridu jkunu konformi ma’ dawk stabbiliti f’Anness I;

(e) "qawwa alkoħolika attwali skond il- volum" tfisser:

in-numru ta’ volumi ta’ alkoħol pur f’20 °C li jkun jinsab f’100 volum tal-prodott bl-istess temperatura;

(f) "qawwa alkoħolika potenzjali skond il-volum" tfisser:

in-numru ta’ volumi ta’ alkoħol pur f’20 °C li jinħalqu mill-fermentazzjoni totali taz-zokkor li jinsab f’100 volum tal-prodott fl-istess temperatura;

(ġ) "qawwa alkoħolika totali skond il-volum" tfisser:

it-total tal-qawwa attwali u dik potenzjali skond il-volum;

(ħ) "qawwa alkoħolika naturali skond il-volum" tfisser:

il-qawwa alkoħolika totali skond il-volum tal-prodott qabel kull arrikkament.

Artikolu 4

1. Għax-xarbiet imsemmija f’dan ir-Regolament il-lista ta’ ikel awtorriżat żjidiet, id-direzzjonijiet għal-użu tagħhom u l-prodotti kkonċernati ser ikunu determinati skond il-proċedura mniżżla f’Direttiva 89/107/KEE [14].

2. Għall-preparazzjoni ta’ dan ix-xorb, iż-żjieda ta’ ilma, possibilment iddistillat jew demineralizzat, għandha tkun awtorizzatz sakemm il-kwalità tal-ilma tkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond id-Direttivi 90/777/KEE u 80/778/KEE u l-ilma miżjud ma jbiddilx in-natura tax-xarba.

3. L-alkoħol etile wżat biex jiddilwa u jdewweb is-sustanzi koloranti, is-sustanzi li jagħtu togħma jew kull addittivi awtorizzati oħra wżati fil-preparazzjoni tal-imsemmija prodotti aromattizzati jridu jkunu ta’ oriġini agrikola u jridu jintużaw fid-doża li hija strettament neċessarja biex jiġu dilwiti jew imdewba s-sustanzi koloranti, is-sustanz li jagħtu togħma jew kull addittivi oħra awtorizzati.

4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati, inklużi l-metodi li għandhom jintużaw għall-analiżi tal-prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

Artikolu 5

1. Il-proċessi enoloġiċi u l-pratttiċi awtorizzati għall-inbejjed u l-most tal-għeneb għandhom ikunu dawk stabbiliti mir-Regolament (KEE) Nru 822/87.

2. Jistgħu jiġu stabbiliti proċessi għall-prodotti finali u materja prima minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14.

Artikolu 6

1. L-użu tad-deskrizzjonijiet msemmija f’Artikolu 2 u f’dan l-Artikolu għandhom ikunu ristretti għax-xorb msemmi fihom, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti f’Artikolu 2 u 4. Dawn id-deskrizzjonijiet għandhom jintużaw sabiex jiġi deskritt l-imsemmi xorb fil-Komunità.

Ix-xorb li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti għax-xorb definit f’Artikolu 2 ma jistax iġib d-deskrizzjonijiet assenjati għal-dawn tal-aħħar fl-imsemmi Artikolu.

2. (a) Id-deskrizzjonijiet ġeografiċi elenkati f’Anness II jistgħu jissostitwixxu d-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew iżidu magħhom, b’mod li jiffurmaw deskrizzjonijiet imżewwqa.

(b) Dawn id-deskrizzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu riżervati għal xorb li matul l-istadju tal-produzzjoni ikunu akkwistaw il-karattru u l-kwalitajiet definittivi tagħhom fiż-żona ġeografika ndikata, sakemm il-konsumatur ma jiġix mqarraq fir-rigward tal-materja prima wżata.

3. Id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jiġu miżjuda bl-attribuzzjonijiet ġeografiċi awtorizzati għall-prodotti tal-inbid.

4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali speċifiċi dwar il-produzzjoni, il-moviment ġewwa Stat Membru, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb imsemmi f’Anness II fabbrikat fit-territorji tagħhom, kemm-il darba dawn ir-regoli jkunu kumpattibbli mal-liġi Komunitarja.

Artikolu 7

1. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ xorb aromattizzat li jikkonsisti fi prodotti tal-inbid u sustanzi li jagħtu togħma b’qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta’ 1,2 % vol li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament m’għandu jinkludi ebda referenza għal prodotti tas-settur tal-inbid.

2. Xorb aromatizzat li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament ma jistax jiġi preżentat għall-bejgħ għall-konsum tal-bniedem b’tali mod li jiġu assoċjati kliem jew frażijiet "bħal xorta", "tip", "stil", "għamla", "togħma" jew kull indikazzjoni oħra simili ma xi waħda mid-deskrizzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament.

3. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta approprjata dwar ix-xorb aromatizzat li jkun fih prodotti tas-settur tal-inbid, li jsir permezz taż-żjieda tal-alkoħol u li ma jaqax taħt dan ir-Regolament.

L-użu tal-kliem użat biex jiddeskrivi xorb magħruf bħala "wine cooler" għandu jkun awtorizzat għal xorb bħal dan sakemm il-Kunsill ikun ħa deċiżjoni dwar il-proposta hawn fuq imsemmija.

Artikolu 8

1. Minbarra li jridu jikkonformaw mar-regoli nazzjonali adottati skond id-Direttiva 79/112/KEE, it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tax-xorb imsemmi fArtikolu 2 għandu jikkonforma ma’ dan l-Artikolu.

2. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ tal-prodotti msemmija f’Artikolu 2 għandha tkun waħda mid-deskrizzjonijiet li għandhom jintużaw esklussivament għalprodotti bħal dawn taħt Artikolu 6.

3. Id-deskrizzjonijiet imsemmija f’Artikolu 2 jistgħu jiġu miżjuda b’referenza għas-sustanza prinċipali li tagħti togħma wżata.

4. Meta l-alkoħol użat fil-manifaturra tax-xorb li jaqa’ taħt dan ir-Regolament jkun joriġina minn materja prima waħda biss (per eżempju, alkoħol tal-inbid biss, alkoħol tal-molassi jew alkoħol tal-qamħa), ix-xorta ta’ alkoħol tista tiġi ndikata fuq it-tikketta.

Jekk l-alkoħol jkun joriġina minn iktar minn materja prima waħda, ebda indikazzjoni speċjali marbuta max-xorta ta’ alkoħol m’għandha tidher fuq it-tikketta.

L-alkoħol etile wżat fil-preparazzjoni ta’ xorb li jaqa’ taħt dan ir-Regolament sabiex jiġi dilwiti jew imdewwba s-sustanzi koloranti, is-sustanzi li jagħtu togħma jew kull addittivi awtorizzati oħra m’għandux jitqies bħala ingredjent.

5. Id-deskrizzjonijiet ġeografiċi msemmija f’Anness II ma jistgħux jinqalbu f’lingwa oħra.

6. Id-dettalji smsemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw f’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Komunità b’tali mod illi l-konsumatur aħħari jkun jista’ jifhem kull parti, ħlief jekk ix-xerrejja jingħataw dan it-tagħrif permezz ta’ mezzi oħra.

7. Fil-każ ta’ xorb li joriġina minn pajjiżi terzi, l-użu ta’ lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz fejn sar il-prodott għandu jkun awtorizzat jekk id-dettalji msemmija f’dan ir-Regolament jingħataw ukoll f’lingwa uffiċjali tal-Komunità b’tali mod illi l-konsumatur aħħari jkun jista’ jifhem malajr kull parti.

8. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 11, fil-każ ta’ xorb li joriġina mill-Komunità u li huwa maħsub għall-esportazzjoni, id-dettalji msemmija f’dan ir-Regolament jistgħu jiġu repetuti f’lingwa oħra; dan ma japplikax għad-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 5.

9. Fil-każ tax-xorb imsemmi f’Artikolu 2, dan li ġej jista’ jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13:

(a) id-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-użu tat-termini li jirreferu għal ċerti karatteristiċi tal-prodott, bħall-istorju tiegħu jew il-metodu kif dan ikun sar;

(b) ir-regoli li jirregolaw l-ittikettjar ta’ prodotti f’kontenituri li m’humiex maħsuba għall-konsumatur aħħari.

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li d-dispożizzjonijiet Komunitarji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-inbejjed aromatizzati, ix-xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid u l-cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid jiġu mħarsa. Huma għandhom jaħtru aġenzija waħda jew iżjed sabiex jissorveljaw il-konformità ma dawn id-dispożizzjonijiet.

Fil-każ tax-xorb elenkat f’Anness II, tista’ tittieħed deċisjoni skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13 illi din is-sorveljanza u l-protezzjoni titwettaq, għall-iskopijiet ta’ moviment fil-Komunità, permezz ta’ dokumenti kummerċjali vverifikati permezz tal-amministrazzjoni u ż-żamma ta’ reġistri approprjati.

2. Fir-rigward tax-xorb elenkat f’Anness II li jiġi esportat, tista’ tiġi stabbilita sistema ta’ dokumenti ta’ awtentikazzjoni sabiex jiġu eliminati prassi qarrieqa u falsifikazzjonijiet skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

Jekk is-sistema msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tiġix introdotta, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw is-sistemi ta’ awtentikazzjoni tagħhom, sakemm dawn ikunu konformi mar-regoli Komunitarji.

3. Il-Kunsill, waqt li jaġġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-settur tal-inbejjed aromatizzati, ix-xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid u l-cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kontrolli u relazzjonijiet bejn il-korpi kompetenti tal-Istati Membri.

4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar il-komunikazzjoni u t-tixrid ta’ din l-informazzjoni skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

Artikolu 10

Sabiex ikun jista’ jiġi preżentat għall-bejgħ għall-konsum tal-bniedem, ix-xorb importat li huwa definit minn dan ir-Regolament u li jġib attribuzzjoni ġeografika jista’, bla ħsara għall-arranġamenti reċiproċi, jikkwalifika għas-sorveljanza u l-protezzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 9(1).

L-ewwel subparagrafu għandu jiġi implimentat permezz ta’ diversi ftehim negozjati u konklużi mal-pajjiżi terzi nvoluti skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 113 tat-Trattat.

Ir-regoli ta’ implimentazzjoni u l-lista ta’ prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14.

Artikolu 11

Minbarra fil-każ ta’ eċċezzjonijiet li għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13, l-inbejjed aromatizzati, ix-xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid aromattizzat u l-cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid maħsuba għall-esportazzjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta’ Implimentazzjoni għax-xorb li jaqa’ taħt dan ir-Regolament, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", li jkun jikkonsisti f’rappreżentattivi tal-Istati Membri u jkun presedut minn rappreżentattiv tal-Kummissjoni.

2. Fi ħdan il-Kumitat il-voti tal-Istati Membri għandhom jiġu peżati skond Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president ma jistax jivvota.

Artikolu 13

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu tkun trid tiġi segwita, il-president għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat jew fuq inizzjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’terminu ta’ skadenza li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjonijet sotomessi għal konsiderazzjoni. Opinjoni tiġi adottata b’maġġoranza ta’ 54 vot. Il-voti tal-Istati Membri għandhom jiġu peżati skond Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president ma jistax jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Madanakollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, dan għandhom jiġu komunikati minnufih mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’ tiddiferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri għal xahar wieħed mid-data tal- komunikazzjoni.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

Artikolu 14

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu tkun trid tiġi segwita, il-president għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat jew fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant tal-Istat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbożż tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’terminu ta’ skadenza li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata skond il-maġġoranza stabbilita f’Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġa li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu peżati skond il-metodu stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-president ma jistax jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Jekk, malli jiskadu tlett xhur mid-data ta’ referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx ħa azzjoni, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill- Kummissjoni.

Artikolu 15

Il-Kumitat jista’ jikkonsidra kull mistoqsija oħra mibgħuta lilu mill-president tiegħu, jew fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

Artikolu 16

1. Sabiex tiġi mħaffa l-bidla mill-arranġamenti preżenti għal dawk introdotti minn dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati miżuri transitorji skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

2. Dawn il-miżuri transitorji għandhom ikunu applikabbli għal mhux aktar minn sentejn mid-data ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil — Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mis-17 ta’ Diċembru 1991, ħlief għal Artikoli 12 sa 15, li għandhom japplikaw mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madanakollu, ix-xorb li jkun laħaq sar u ġie ttikkettjat qabel dik id-data jista’ jinbiegħ sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-10 ta’ Ġunju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU Ċ 269, tal- 25.10.1986, p. 15.

[2] ĠU Ċ 127, tal- 14.5.1984, p. 185 u ĠU Ċ 129, tal- 20.5.1991.

[3] ĠU Ċ 124, tad- 9.5.1983, p. 16.

[4] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p.1.

[5] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 17.

[6] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11

[7] ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 19.

[8] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 1

[9] ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 22

[10] ĠU L 184, tal-15.7.1988, p. 61.

[11] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.

[12] ĠU L 132, tat-23.5.1990, p. 19.

[13] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1

[14] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Karatteristiċi ta’ alkoħol etile kif imsemmija f’Artikolu 3(d)

1.Karrateristiċi organolettiċi: | Ebda togħma ma nstabet minbarra dik tal-materja prima |

2.Qawwa alkoħolika minima skond il-volum: | 96,0 % vol |

3.Livell massimu ta’ fdalijiet | |

—Aċidità totali mogħtija fi g ta’ aċtu aċetiku għal kull hl ta’ alkoħol ta’100 % vol: | 1,5 |

—Esteri mogħtija fi g ta’ etile aċetat għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 % vol: | 1,3 |

—Aledhydes mogħtija fi g ta’ acetaldehyde għal kull hl ta’ alkoħol 100 % vol: | 0,5 |

—Alkoħol ogħla mogħtija fi g ta’ metil-2 propanol-1 għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 % vol: | 0,5 |

—Methanol mogħti fi g għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 %- vol: | 50 |

—Estratt niexef mogħti fi g għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 % vol: | 1,5 |

—Bażi volatili li jkun fihom in-nitroġenu mogħtija fi g ta’ nitroġenu għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 % vol: | 0,1 |

—Furfural: | Ma jistax jinstab |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Xorb aromattizzat ibbażati fuq prodotti ta’ l-inbid deskrizzjonijiet ġeografiċi

msemmija f’Artikolu 6(2)

Nuernberger Gluehwein

Vermouth de Chambéry

Vermouth di Torino

--------------------------------------------------