31991R1288



Official Journal L 122 , 17/05/1991 P. 0011 - 0012
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0019
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1288/91

ta' l-14 ta' Mejju 1991

dwar il-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1056/91 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi, biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87stabbilixxa r-regoli ġenerali dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kollha kemm hi jew parti minnha bażata fuqha jew li żżid magħha xi subdiviżjonijiet addizzjonali u li tkun stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati miżuri dwar it-tariffa jew xi oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ f'oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża issa huma klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-14 ta' Mejju 1991.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 107, tas-27.4.1991, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.pjanċa żgħira fgħal biċċa għodda li l-partijiet tagħha jistgħu jitbiddlu ma' xulxin, magħmula minn saff kompatt ta' djamanti sintetiċi imwaħħal permanentement ma' substrat ta' karbur tal-metall. | 82079010 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 2 (a) u 6 tan-nomenklatura magħquda u mit-testi tal-kodiċijiet 8207, 820790 u 82079010 tan-NM. Billi għandhom wiċċ li jsir xogħol fuqu magħmul minn djamanti sintetiċi, dawn l-oġġetti ma jistgħux jiġu klassifikati taħt l-intestatura Nru 8209. |

2.Monitur tal-kulur, li jista' jaċċetta biss sinjal minn unità ta' proċessar ċentrali ta' magna li tipproċessa data awtomatikament. Il-monitur ma jistax jipproduċi xbiha bil-kulur minn sinjal ta' video kompost. | 84719290 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa 6 tan-nomenklatura magħquda, min-Nota 5 B tal-Kapitolu 84 u mit-testi tal-kodiċijiet 8471, 847192 u 84719290 tan-NM. |

3.Tastiera ta' magna li tipproċessa data awtomatikament, fil-kisi tagħha stess. Din l-input unit m'għandhiex il-kurrent elettriku tagħha stess u trid tiġi konnessa, bil-kejbil tagħha li jikkonnettja, ma' l-unità ta' proċessar ċentrali ta' magna li tipproċessa data awtomatikament biex taħdem | 84719290 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, min-Nota 5 B tal-Kapitolu 84 u mill-kliem tal-kodiċijiet 8471, 847192 u 84719290 tan-NM. (Ara wkoll in-Noti ta' Spjega dwar SS ta' l-intestatura Nru 84.71). |

4.Strixxi għas-sħana li jirregolaw awtomatikament it-temperatura ta' fluwidi, magħmula minn konduttur tar-ram b'sezzjoni trasversali ta' 1,9 mm2, filament konduttur awto-regolatorju, tubu iżolatur tal-fluoropolymer, żagarella tar-ram bil-landa b'sezzjoni trasversali ta' 2,8 mm2 u tubu minn barra tal-fluoropolymer li jgħatti ż-żagarella.. L-istrixxa li tħabbat tvarja s-sħana f'kull punt taċ-ċirkuwitu li tkun assoċjata miegħu skond it-temperatura li ssib.Ġeneralment tkun maħsuba biex titkebbeb mal-pajpijiet. | 85168090 | Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet 8516, 851680 u 85168090 tan-NM. |

5.Ponot ottiċi tal-qari għall-compact disc players, li jikkonsistu f'diode tal-lejżer u photodiode li jkunu f'kisi tal-metall b'mhux aktar minn 10 labar li jikkonnettjaw. | 85229091 | Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa 6 tan-nomenklatura magħquda u mit-test tal-kodiċijiet 8522, 852290 u 85229091 tan-NM. Dawn il-ponot ottiċi tal-qari huma ġabra ta' diodes u bħala tali ma jistgħux jiġu klassifikati taħt il-kodiċi 8541 tan-NM. |

6.Kamera tar-ritratti li tintrema wara li tintuża, li tikkonsisti f'kaxxa tal-plastik b'miżura ta' 98 x 58 x 35 mm, li jkun fiha film fotografiku ta' 24 ritratt ta' daqs 35 mm, b'lenti, shutter release, tieqa mnejn tara x-xena, indikatur li juri n-numru ta' ritratti li jinġibdu u rukkell li fuqu jitkebbeb il-film. Il-kaxxa ma tistax terġgħa tintuża wara li tinfetaħ. | 90065300 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet 9006 u 90065300 tan-NM. |

7.Apparat magħruf bħala "intonaturi kromatiċi" bil-karatteristiċi li ġejjin: Fih diversi metodi ta' intunar u żewġ funzjonijiet ta' trasposizzjoni adattati għal numru ta' strumenti mużikali; ikun fih mikrofonu, oxxillatur tal-kwarz, meter ta' frekwenzi tat-tip pointer u diodes li jitfgħu id-dawl, jista' anke jkun fih loudspeaker; għandu skala ta' intunar b'seba' ottavi (minn 32,7 sa 395,1 Hz). | 92091000 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 4 u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet 9209 u 92091000 tan-NM. |

--------------------------------------------------