Official Journal L 036 , 08/02/1991 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0007
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 295/91 ta' l-4 ta' Frar 1991 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistema ta' kumpens għal imbark miċħud fit-trasport bl-ajru skedat IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) dwar dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi miżuri ta' liberalizzazzjoni adottati mill-Kunsill f'Lulju 1990 jirrappreżentaw pass ieħor lejn politika ta' trasport bl-ajru komuni żviluppata b'mod sħiħ; Billi azzjoni komuni fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi ta' utenti ta' trasport bl-ajru hi meħtieġa, sabiex tassigura żvilupp bilanċjat fid-dawl ta' l-ambjent li qed jinbidel b'mod radikali li fih iridu joperaw it-trasportaturi ta' l-ajru; Billi l-prassi preżenti fil-qasam ta' kumpens dwar imbark micħud hi differenti sostanzjalment bejn it-trasportaturi ta' l-ajru; Billi ċerti standards minimi komuni fil-qasam tal-kumpens dwar imbark miċħud għandhom jassiguraw li l-kwalità ta' servizzi ta' trasportaturi bl-ajru jkun miżmum f'kuntest ta' kompetizzjoni miżjuda; Billi traportatur bl-ajru għandu jkun obbligat li jistabbilixxi regoli dwar imbark fil-każ ta' titjira li tkun overbooked; Billi fl-eventwalità ta' imbarkazzjoni li jiġi miċħud il-jeddijiet ta' passiġġieri għandu jkun imfisser; Billi dawk it-trasportaturi li jġorru bl-ajru għandhom ikunu obbligati li jħallsu kumpens u li jipprovdu servizzi addizzjonali lill-passiġġieri li jkunu miċħuda li jimbarkaw; Billi passiġġieri għandhom ikunu infurmati b'mod ċar dwar regoli applikabbli, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli minimi komuni applikabbli meta passiġġieri jiġu miċħuda aċċess għal titjira skedata li tkun overbooked li għaliha jkollhom biljett validu u riserva konfermata dwar tluq minn ajruport sitwat fit-territorju ta' Stat Membru li għalih japplika t-Trattat, irrispettivament mill-Istat fejn it-trasportatur ta' l-ajru ikun qiegħed, in-nazzjonalità tal-passiġġier u l-punt ta' destinazzjoni. L-Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament: (a) "imbark miċħud" ifisser rifjut li jiġi akkomodat passiġġier fuq titjira minkejja li dan ikollu: - biljett validu, - riserva konfermata fuq dik it-tijira, u - ikunu ppreżentaw lilhom infushom għaċ-check-in fil-limitu tal-ħin meħtieġ u kif stipulat; (b) "riserva konfermata" tfisser li biljett mibjugħ mit-trasportatur bl-ajru jew l-aġent ta' l-ivvjaġġar awtorizzat tiegħu ikun fih: - detall tan-numru, data u ħin tat-titjira, u - in-notazzjoni "OK", jew kwalunkwe kitba oħra, fl-ispazju xieraq fuq il-biljett li juri r-reġistrazzjoni mit-trasportatur ta' l-ajru kif ukoll il-konferma tar-riserva espressa mit-trasportatur ta' l-ajru; (ċ) "titjira skedata" tfisser titjira li jkollha l-karatteristiċi kollha li ġejjin: - din tkun magħmula minn vettura ta' l-ajru għat-trasport ta' passiġġieri jew passiġġieri u tagħbija u/jew posta kontra ħlas, b'tali manjiera li, għal kull titjira, postijiet ikunu disponibbli għal bejgħ lil membri tal-pubbliku kemm direttament mit-trasportatur jew mill-aġenti awtorizzati tiegħu, - din tkun operata biex isservi traffiku bejn żewġ punti jew aktar, jew: (i) skond skeda ta' ħin pubblikata; jew (ii) permezz ta' titjiriet li jkunu hekk regolari jew frekwenti tali li jikkostitwixxu serje sistematika li tkun rikonoxxibbli; (d) "titjira overbooked" tfisser titjira fejn in-numru ta' passiġġieri li jkollhom riserva konfermata u li jippreżentaw lilhom infushom għaċ-check-in fil-limitu tal-ħin stabbilit jeċċedi n-numru ta' postijiet disponibbli fuq dik it-titjira; (e) "voluntier" tfisser persuna li jkollha: - biljett validu, - riserva konfermata, u - li jirappreżenta lilu nnifisu għaċ-check-in fil-limitu tal-ħin meħtieġ u kif stipulat u li tirrispondi b'mod pożittiv għas-sejħa tat-trasporatur bl-ajru lill-passiġġieri li jkunu preparati li jċedu r-riserva konfermata tagħhom bi bdil ma' kumpens; (f) "destinazzjoni finali" tfisser id-destinazzjoni fuq il-kupun tat-titjira preżentat fil-bank taċ-check-in jew, fil-każ ta' titjiriet suċċessivi, fuq l-aħħar kupun tal-biljett ta' l-ajru. Titjiriet ta' konnessjoni li jistgħu isiru mingħajr diffikultajiet għalkemm ikunu kaġunati minn dewmien minħabba ċaħda ta' imbarkazzjoni ma jiġux ikkunsidrati. L-Artikolu 3 1. It-trasportatur ta' l-ajru għandu jistabbilixxi r-regoli li għandu jsegwi dwar imbarkazzjoni fl-eventwalità ta' titjira overbooked. Dan għandu jinnotifika b'dawn ir-regoli u kull tibdil fihom lill-Istat Membru inkwistjoni u lill-Kummissjoni, li għandha tagħmilhom disponibbli lill-Istati Membri l-oħra. Dawn it-tibdiliet għandhom jidħlu fis-seħħ xahar wara n-notifika tagħhom. 2. Ir-regoli msemmija f'paragrafu 1 għandhom ikunu magħmula disponibbli lill-pubbliku għand l-aġenziji tat-trasportatur u bankijiet ta' check-in. 3. Ir-regoli li għalihom saret referenza f'paragrafu 1 għandhom jinkludu l-possibilità ta' sejħa għal voluntieri li jkunu preparati li jitilgħu abbord. 4. F'kull eventwalità, it-trasportatur ta' l-ajru għandu jieħu inkonsiderazzjoni l-interessi tal-passiġġieri li għandhom jingħataw prijorità biex jitilgħu għal raġunijiet leġittimi, bħalma huma persuni b'diżabilita u tfal mhux akkumpanjati. L-Artikolu 4 1. Fl-eventwalità ta' ċaħda ta' imbark, passiġġier għandu jkollu l-għażla bejn: - rimborż mingħajr penali ta' l-ispiża tal-biljett għall-parti mill-vjaġġ mhux magħmul, jew - rotaġġ mill-ġdid għad-destinazzjoni finali tiegħu fl-ewwel opportunità, jew - rotaġġ mill-ġdid f'data aktar tard għall-konvenjenza tal-passiġġier. 2. Irrispettivament mill-għażla tal-passiġġier imsemmija fil-każ li għaliħa saret referenza f'paragrafu 1, it-trasportatur bl-ajru għandu, minnufih wara li tkun saret ċaħda ta' imbark, iħallas kumpens minimu, mingħajr preġudizzju għal paragrafi 2 u 4, li jammonta għal: - EKU 150 għal titjiriet sa 3 500 km, - EKU 300 għal titjiriet ta' aktar minn 3 500 km, wara li tiġi kunsidrata d-destinazzjoni finali kif speċifikat fil-biljett. 3. Meta t-trasportatur bl-ajru joffri rottaġġ mill-ġdid għad-destinazzjoni finali fuq titjira alternattiva, li l-ħin tal-wasla tagħha ma teċċedix il-ħin tal-wasla skedat tat-titjira oriġinali prenotata b'sagħtejn għal titjiriet sa 3 500 km, u ta' erba' sigħat għal titjiriet ta' aktar minn 3 500 km, il-kumpens stabbilit f'paragrafu 2 hawn fuq jista' jiġi mnaqqas b'50 %. 4. L-ammonti ta' kumpens jistgħu ma jeċċedux il-prezz tal-biljett għar-rigward tad-destinazzjoni finali. 5. Il-kumpens għandu jitħallas fi flus jew, bi ftehim mal-passiġġier, permezz ta' travel vouchers u/jew servizzi oħra. 6. Jekk, fuq titjira overbooked, kull passiġġier jaqbel li jitpoġġa fi klassi anqas minn dik li għaliha jkun inxtara biljett, dan għandu jkun intitolat għal rimborz tad-differenza fil-prezz. 7. Id-distanzi mogħtija f'paragrafi 2 u 3 għandhom jitkejlu permezz tal-metodu great circle track (great circle route). L-Artikolu 5 1. Fl-eventwalità ta' ċaħda ta' imbark fuq kull titjira mibjugħa bħala kull parti minn package tour, it-trasportatur bl-ajru hu obbligat li jikkumpensa lill-operatur tal-vjaġġ li jkun għamel kull kuntratt mal-passiġġier u li jkun suġġett lejh biex il-kuntratt ikun onorat kif suppost għar-rigward ta' l-imsemmi package tour b'mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar package travel, packageholidays u package tours [4]. 2. Mingħajr preġudizzju għall-jeddijiet u obbligazzjonijiet li jinsabu f'Direttiva 90/314/KEE, l-operatur tal-vjaġġ hu obbligat li jgħaddi lill-passiġġier is-somma miġbura skond il-paragrafu 1. L-Artikolu 6 1. Minbarra l-kumpens minimu ta' ammonti stabbiliti f'l-Artikolu 4, it-trasportatur bl-ajru għandu joffri mingħajr ħlas lill-passiġġieri li jkunu miċħuda l-imbark: (a) l-ispejjeż għal kull telefonata u/jew telex/ messaġġ bil-fax sal-punt ta' destinazzjoni; (b) ikliet u trattenimenti b'relazzjoni raġonevoli għall-ħin ta' stennija; (ċ) akkomodazzjoni ġewwa lukanda f'każijiet meta jkun meħtieġ li wieħed joqgħod lejl jew aktar. 2. Meta kull belt, jew reġjun ikollu diversi ajruporti u kull trasportaur bl-ajru joffri lil kull passiġġier, li jkun ġie miċħud l-imbark, kull titjira lejn kull ajurport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni li għalih ikun ipprenota l-passiġġier, l-ispiża tal-vjaġġ bejn l-ajruporti alternattivi jew lejn destinazzjoni alternattiva li tkun viċin, bi qbil mal-passiġġier, tkun magħmula fuq l-obbligu tat-trasportatur bl-ajru. L-Artikolu 7 It-trasportatur bl-ajru mhux obbligatat li jħallas kumpens dwar imbark miċħud f'każijiet fejn il-passiġġier ikun qed jivvjaġġa mingħajr ħlas jew b'kull ħlas imnaqqas li ma jkunx disponibbli direttament jew indirettament lill-pubbliku. L-Artikolu 8 Trasportaturi bl-ajru għandhom jipprovdu lil kull passiġġier affettwat minn imbark miċħud b'kull formula li tindika r-regoli dwar kumpens għal imbark miċħud. L-Artikolu 9 1. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal rikorsi sussegwenti lill-qrati li jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jingħata kull kumpens ieħor. 2. Il-Paragrafu 1 ma japplikax għall-voluntieri kif imfissra fl-Artikolu 2(e) li jkunu aċċettaw kumpens skond ir-regoli msemmija fl-artikolu 3. L-Artikolu 10 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ xahrejn wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Frar 1991. Għall-Kunsill Il-President J. F. Poos [1] ĠU C 129, ta' l-24.5.1990, p. 15. [2] ĠU C 19, tat-28.1.1991. [3] ĠU C 31, tas-6.2.1991. [4] ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 59. --------------------------------------------------