31991L0681



Official Journal L 376 , 31/12/1991 P. 0020 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0008
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0008


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tad-19 ta’ Diċembru 1991

li temenda d-Direttiva 90/44/KEE, li emendat id-Direttiva 79/373/KEE dwar il-marketing tal-għalf kompost

(91/681/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 79/373/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/654/KEE [5], tistabbilixxi regoli għall-marketing tal-għalf kompost ġewwa l-Komunità;

Billi d-Direttiva 90/44/KEE [6] tagħmel numru konsiderevoli ta’ emendi sostanzjali għar-regoli fis-seħħ, b’mod pertikolari rigward id-dispożizzjonijiet li jridu jiġu osservati li jirrigwardaw il-għoti tat-tikketti lill-għalf kompost; billi skond din id-Direttiva, l-Istati Membri huma meħtieġa li jdaħħlu fis-seħħ, preċiżament fit-22 ta’ Jannar 992, id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw mar-regoli l-ġodda;

Billi d-Direttiva msemmija hawn fuq ma tagħmel l-ebda eċċezzjoni għall-għalf kompost iffabbrikat qabel it-22 ta’ Jannar 1992 li għadu jinħareġ fis-suq wara din id-data u li jġorr għoti tat-tikketta li ma jikkonformax mar-regoli l-ġodda; billi din l-ommissjoni għandha tiġi rrimedjata billi l-għalf kompost iffabbrikat qabel it-22 ta’ Jannar 1992 jitħalla, skond ir-regoli dak iż-żmien fis-seħħ jissokta jitqiegħed fis-suq, iġorr dan il-għoti tat-tikketti sal-31 ta’ Diċembru 1992,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’ Artikolu 2 tad-Direttiva 90/44/KEE:

"Madankollu, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-għalf kompost iffabbrikat qabel it-22 ta’ Jannar 1992 skond irregoli dak iż-żmien fis-seħħ fl-Istat Membru u li ma jħarisx id-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva li jinħareg fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 1992."

Artikolu 2

L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 1992 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbilii mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dankert

[1] ĠU Ċ 103, tad- 19.4.1991, p.18.

[2] ĠU Ċ 183, tal- 15.7.1991, p. 359.

[3] ĠU Ċ 191, tat- 22.7.1991, p. 27.

[4] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p.30.

[5] ĠU L 353, tas 17.12.1990, p. 48.

[6] ĠU L 27, tal-31.1.1990, p. 35.

--------------------------------------------------