Official Journal L 373 , 31/12/1991 P. 0021 - 0025
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0088
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0088
Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta’ liċenzji tal-personal għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili (91/670/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 84 (2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-eżistenza f’numru suffiċjenti ta’ persunal tal-cockpit li jippossjedu l-kwalifiki u l-liċenzji neċessarji hija vitali għat-tmexxija mingħajr tfixkil u żgura tas-servizzi tat-trasport bl-ajru; Billi wkoll il-kompletazzjoni tas-suq intern sa l-aħħar tas-sena 1992 teħtieġ l-eżistenza ta’ sistema effiċjenti tat-trasport bl-ajru sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment ta’ persuni fil-Komunità; Billi t-trasport bl-ajru huwa settur dinamiku ħafna u li qed jiżviluppa malajr ta’ karattru partikolarment internazzjonali; billi, għalhekk, il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fil-personal jista "jinżamm b’mod aktar effiċjenti fil-livell Komunitarju milli fil-livell nazzjonali;" Billi huwa għalhekk essenzjali li l-politika tat-trasport komuni fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili tkun estiża biex tiffaċilita l-moviment tal-persunal tal-cockpit fil-Komunità; Billi l-ħtiġiet għal-liċenzji tal-persunal tal-cockpit jvarjaw bejn l-Istati Membri; Billi l-kwalifiki meħtieġa għal-liċenzji mhumiex fil-present stabbiliti mill-Komunità; billi l-Istati Membri għalhekk għandhom l-għażla li jiffissaw il-livell ta’ dawn il-kwalifiki bil-ħsieb li tiġi garantita s-sigurtà tas-servizzi provduti b’inġenji ta’ l-ajru rreġistrati fit-territorju tagħhom; billi, ma jistgħux, mingħajr ma jiksru l-obbligi tagħhom stabbiliti fit-Trattat, jeħtieġu li ċittadin ta’ Stat Membru jottjeni dawk il-kwalifiki, li ġeneralment jiddeterminawhom biss b’referenza għas-sistemi ta’ edukazzjoni proprja nazzjonali u taħriġ, meta l-persuna kkonċernata tkun diġà akkwistat dawk il-kwalifiki fi Stat Membru ieħor; Billi sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità ma’ l-obbligi tat-Trattat u sabiex tiġi assigurata l-mobilità tal-personal tal-cockpit, għandha tiġi introdotta proċedura Komunitarja għall-aċċettazzjoni tal-liċenzji u l-kwalifiki ta’ dan il-personal; Billi r-rikonoxximent ta’ liċenzji privati tal-pilota jista’ diġà jiġi stabbilit fl-Istati Membri kollha; Billi, jekk sabiex ikunu jistgħu jħaddmu inġenji ta’ l-ajru rreġistrati fi Stat Membru ta’ xort’oħra minn dak li fih akkwistaw il-liċenzja, il-piloti professjonali għandhom jiġu soġġetti għal testijiet addizzjonali, għandhom jingħataw il-possibbiltà li jagħmlu dawk it-testijiet malajr kemm jista’ jkun; Billi l-faċilitajiet ta’ taħriġ disponibbli fl-Istati Membri mhux dejjem jaqblu mad-domanda; billi in konformità ma’ l-Artikolu 7 tat-Trattat, Stati Membri għandhom jaċċettaw ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn fi stabbilimenti ta’ taħriġ pubbliċi u privati u għal eżamijiet professjonali fuq bażi non-diskriminatorja; Billi sabiex jintlaħaq rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji, il-Kunsill ser jadotta, billi jieħu kont tal-progress milħuq fil-proċedimenti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, qabel l-1 ta’ Jannar 1993, fuq proposta mill-Kummissjoni li għandha tiġi sottomessa qabel l-1 ta’ Lulju 1992, il-miżuri għal ħtiġijiet armonizzati fir-rigward ta’ liċenzji u programmi ta’ taħriġ; billi kull Stat Membru jirrikonoxxi kwalunkwe liċenzja li tissodisfa dawn il-ħtiġiet, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Din id-Direttiva għandha tapplika għal proċeduri ta’ aċċettazzjoni reċiproka ta’ liċenzji maħruġa minn Stati Membri lil personal tal-cockpit ta’ l-avjazzjoni ċivili. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva (a) liċenzja tfisser kull dokument validu, maħruġ minn Stat Membru, li jawtorizza lit-titolari biex jeżerċita funzjonijiet bħala membru tal-personal tal-cockpit abbord inġenju ta’ l-ajru ċivili rreġistrat fi Stat Membru. Din id-definizzjoni tinkludi wkoll ratings assoċjati mad-dokument; (b) rating tfisser dikjarazzjoni mniżżla fuq liċenzja, jew f’dokument separat, li jistabbilixxu kondizzjonijiet, privileġġi jew limitazzjonijiet speċjali li jappartjeni għal dik il-liċenzja; (c) l-aċċettazzjoni tal-liċenzji tfisser kull att ta’ rikonoxximent jew validazzjoni minn Stat Membru ta’ liċenzja maħruġa minn Stat Membru ieħor flimkien mal-privileġġi u ċ-ċertifikati li jappartjenu għalih. L-aċċettazzjoni, li tista’ tiġi effettwata permezz tal-ħruġ ta’ liċenzja proprja minn Stat Membru, ma tistax testendi lil hinn mill-perjodu ta’ validità tal-liċenzja oriġinali; (d) rikonoxximent ifisser il-permess biex jintuża’ fuq inġenju ta’ l-ajru rreġistrat fi Stat Membru wieħed liċenzja maħruġa fi Stat Membru ieħor, skond il-privileġġi li jappartjenu għalih; (e) validazzjoni tfisser id-dikjarazzjoni malajr minn Stat Membru li liċenzja maħruġa minn Stat Membru ieħor tista’ tintuża bħala waħda minn tiegħu; (f) personal tal-cockpit ifisser titolari ta’ liċenzji u li għandhom dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni ta’ inġenju ta’ l-ajru waqt il-ħin tat-titjira. Din id-definizzjoni tapplika għal piloti, navigaturi u inġinjera tat-titjiriet. Artikolu 3 1. Stat Membru għandu jaċċetta, mingħajr dewmien żejjed jew testijiet addizzjonali, kull liċenzja maħruġa minn Stat Membru ieħor flimkien mal-privileġġi u ċ-ċertifikati li jappartjenu għaliha. 2. Kull persuna titolari ta’ liċenzja privata tal-piloti maħruġa minn Stat Membru għandha tkun permessa ttajjar inġenju ta’ l-ajru rreġistrat fi Stat Membru ieħor. Dan ir-rikonoxximent għandu jkun limitat għall-eżerċizzju tal-privileġġi tat-titolari ta’ liċenzja privata tal-piloti u ta’ ratings assoċjati ta’ inġenji ta’ l-ajru taħt regoli viżwali tat-titjir (VFR) bi nhar biss f’inġenju ta’ l-ajru ċertifikat għal operazzjonijiet minn pilota wieħed. Artikolu 4 1. L-Artikolu 3 (1) għandu japplika meta liċenzja maħruġa minn Stat Membru u ppreżentata lil Stat Membru ieħor għall-aċċettazzjoni hija bbażata fuq ħtiġiet li huma ekwivalenti għal dawk ta’ l-Istat Membru li jospita. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jevalwaw l-ekwivalenza tal-liċenzji maħruġa minn Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni għandha tagħmel, u tgħaddi lill-Istati Membri kollha qabel l-1 ta’ Jannar 1992, paragun bejn il-ħtiġiet applikati f’kull Stat Membru għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-istess funzjonijiet. 2. (a) Kull Stat Membru jista’ jitlob il-fehma tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza ta’ liċenzja, preżentata lilha biex tiġi aċċettata, fi żmien tliet ġimgħat minn meta tirċievi t-talba. (b) Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni fi żmien xahrejn. L-Istat Membru kkonċernat imbagħad ikollu xahar biex iwieġeb lill-applikant. (ċ) Jekk Stat Membru ma jitlobx l-opinjoni tal-Kummissjoni, hu għandu jkun marbut li jwieġeb lill-applikant fi żmien tliet xhur. (d) Il-perjodi msemmija f’ (a), (b) u (ċ) hawn fuq jibdew jiddekorru meta tkun disponibbli l-informazzjoni kollha neċessarja. 3. Jekk, wara l-kontroll ta’ liċenzja mill-Istat Membru li lilu tkun ġiet ippreżentata għal aċċettazzjoni, jibqgħu dubji raġjonevoli dwar l-ekwivalenza tal-liċenzja kkonċernata, dak l-Istat Membru jista’, minkejja l-priniċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 (1), jikkonsidra li ħtiġiet u/jew testijiet addizzjonali huma neċessarji biex il-liċenzja tkun tista’ tiġi aċċettata. It-titolari tal-liċenzja, l-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja u l-Kummissjoni għandhom ikunu nfurmati bil-miktub. Għandha tingħata l-opportunità biex isir test ieħor lit-titolari tal-liċenzja mill-Istat Membru li jospita li lilu tkun ġiet sottomessa l-liċenzja għal approvazzjoni malajr kemm jista’ jkun, u f’kull każ mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta’ ċittadinanza. 4. Meta l-applikant ikun issodisfa l-ħtiġiet addizzjonali u/jew ikun għadda mit-test(ijiet) meħtieġa kif stabbilit fil-paragrafu 3 l-Istat Membru kkonċernat għandu mill-ewwel jaċċetta l-liċenzja in kwistjoni. 5. Minkejja dan ta’ hawn fuq, fil-każ tal-liċenzji tal-pilota u minkejja l-paragrafi 1 sa 4, Stat Membru għandu jaċċetta kull liċenzja maħruġa skond il-ħtiġiet ta’ l-Anness 1 mal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali jekk min ikollu l-liċenzja jissodisfa il-ħtiġiet speċjali ta’ validazzjoni stabbiliti fl-Anness ma’ din id-Direttiva. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn huma ammessi għal stabbilimenti ta’ taħriġ pubbliċi u privati u għal eżamijiet tal-liċenzji u proċeduri fuq l-istess bażi kif japplikaw għaċ-ċittadini proprji tagħhom. Artikolu 6 Meta Stat Membru joħroġ, għal raġunijiet ta’ ekwivalenza, liċenzja fuq bażi tal-liċenzja maħruġa minn pajjiż terz flimkien mal-privileġġi u ċ-ċertifikati li jappartjenu għaliha, dan għandu jiġi rreġistrat fil-liċenzja. Stati Membri oħrajn m’għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw kwalunkwe tip ta’ liċenzja bħal din. Artikolu 7 1. Wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ġunju 1992. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. 4. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom, jekk meħtieġ, jiskambjaw informazzjoni dwar il-liċenzji li aċċettaw fuq bażi ta’ ekwivalenza. 5. L-informazzjoni kunfidenzjali akkwistata skond din id-Direttiva għandha tkun koperta b’segretezza professjonali. Artikolu 8 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, is-16 ta’ Diċembru 1991. Għall-Kunsill Il-President H. Maij-weggen [1] ĠU Nru Ċ 10, 16.1.1990, p. 12; u ĠU Nru Ċ 175, 6.7.1991, p. 14. [2] ĠU Nru Ċ 284, 12.11.1990, p. 198. [3] ĠU Nru Ċ 124, 21.5.1990, s. -------------------------------------------------- ANNESS X Proċedura speċjali ta’ validazzjoni IR = Ratifika ta’ l-istrument [1] Rwol | Ħtiġiet speċjali ta’ validazzjoni | Liċenzja | Mediku | Età | Esperjenza | Testijiet ta’ kapaċità [1] eżamina t-tagħrif ta’ ħtiġiet preskritti mill-Istat Membru li jospita u li jaqa’ taħt il-qasam ta’ applikazzjoni ta’ l-Anness 6 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago f’lingwa nazzjonali ta’ l-Istat ta’ validazzjoni jew bl-Ingliż, skond l-għażla ta’ l-applikant,test tat-titjira li jinkludi t-titjir ta’ l-istrument, in flight jew simulatur (id-dettalji ta’ dawn it-testijiet huma speċifikati għal kull każ individwali fil-kolonna hawn taħt) | (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | (6) | 1.Trasportazzjoni kummerċjali ta’ l-arja f’ajruplani FAR 25/JAR 25 (a) PIC | (a) ATPL-A | (a)Klassi 1 ċertifikat mediku mingħajr konċessjoni | (a) 21 sa 60 | (a)1500 siegħa bħala PIC fuq ajruplani FAR 25/JAR 25 | (a)Test ta’ titjir inkluż test IR in flight jew simulatur | (b) Kopilota | (b) ATPL-A | (b)Klassi 1 ċertifikat mediku mingħajr konċessjoni | (b) 21 sa 60 | (b) 1500 siegħa fuq ajruplani FAR 25/JAR 25 | (b)Test ta’ titjir inkluż test IR in flight jew simulatur | 2.Trasportazzjoni kummerċjali ta’ l-ajru f’ajruplani non-FAR 25/JAR 25 (a) PIC | (a) ATPL-ACPL — A(b’IR) | (a)Klassi 1 ċertifikat mediku mingħajr konċessjoni | (a) 21 sa 60 | (a)1000 siegħa bħala PIC fi trasportazzjoni kummerċjali bl-ajru mill-akkwist ta’ IR | (a)Test tat-titjir li jinkludi test IR in flight jew simulatur | (b) Kopilota | (b) ATPL-ACPL-A (b’IR) | (b)Klassi 1 ċertifikat mediku mingħajr konċessjoni | (b) 21 sa 60 | (b) 1000 siegħa fi trasportazzjoni kummerċjali bl-ajru | (b)Test ta’ titjir inkluż test IR f’ in flight jew simulatur | 3.(a) Xogħol fl-ajru fuq l-ajruplani (eskluża l-istruzzjoni tat-titjir) | (a) CPL-A | (a)Klassi 1 ċertifikat mediku mingħajr konċessjoni | (a) 21 sa 60 | (a)700 siegħa bħala PIC fuq ajruplani konvenzjonali inklużi 200 siegħa fit-tip ta’ xogħol fl-ajru li għalih hemm bżonn ta’ validazzjoni, inklużi 50 siegħa fir-rwol fl-aħħar 12-il xahar | (a) Kontroll tat-titjira fir-rwol | (b) Xogħol fl-ajru fl-elikotteri (eskluża l-istruzzjoni tat-titjir u operazzjonijiet offshore) | (b) CPL-H | (b)Klassi 1 ċertifikat mediku mingħajr konċessjoni | (b) 21 sa 60 | (b)700 siegħa bħala PIC fuq elikotteri inklużi 200 siegħa fit-tip ta’ xogħol fl-ajru li għalih hemm bżonn tal-validazzjoni, inklużi 50 siegħa fir-rwol fl-aħħar 12-il xahar | (b) Kontroll tat-titjira fir-rwol | 4.Trasportazzjoni kummerċjali bl-ajru jew operazzjonijiet off-shore f’elikotteri (a) PIC | (a)ATPL-H (b’IR jekk meħtieġa titjiriet IFR) | (a)Klassi 1 ċertifikat mediku mingħajr konċessjoni | (a) 21 sa 60 | (a)1500 siegħa bħala titjir PIC relatat mat-tip ta’ operazzjoni li għaliha hemm bżonn tal-validazzjoni. Jekk hija meħtieġa titjira IR, 500 siegħa esperjenza ta’ titjir minn meta kienet ottenuta l-IR | (a)Test ta’ titjira, inkluż test IR, jekk approprjat, in flight jew simulatur | (b) Kopilota | (b)CPL-H (b’IR, jekk titjiriet IFR meħtieġa) | (b)Klassi 1 ċertifikat mediku mingħajr konċessjoni | (b) 21 sa 60 | (b)1500 siegħa titjir relatat mat-tip ta’ operazzjoni li għaliha hemm bżonn tal-validazzjoni. Jekk hija meħtieġa titjira IR, 500 siegħa esperjenza ta’ titjir minn meta kienet ottenuta l-IR | (b)Test ta’ titjira, inkluż test IR, jekk approprjat, in flight jew simulatur | [1] L-applikant għandu jingħata l-possibiltà li joqgħod għall-kontroll u t-test imsemmija hawn fuq malajr kemm jista’ jkunAjruplani konvenzjonali jfisser ajruplani ta’ xort’oħra minn dawk ċertifikati taħt JAR 25 u ultralights --------------------------------------------------