31991L0495



Official Journal L 268 , 24/09/1991 P. 0041 - 0055
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0030
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0030


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tas-27 ta’ Novembru 1990

dwar saħħa pubblika u problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi

(91/495/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra il-fehma tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat; billi l-biedja tal-fniek u t-trobbija ta’ l-annimali tal-kaċċa huma ġeneralment inklużi fis-settur tal-biedja; billi din il-biedja tikkonsisti f’kull sors ta’ dħul għall parti mill-popolazzjoni tal-bdiewa;

Billi, sabiex ikun żgurat l-iżvilupp razzjonali ta’ dan is-settur u biex tittejjeb il-produttività, regoli dwar saħħa pubblika u problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi għandhom ikunu stabbiliti għall livell ta’ Komunità;

Billi disparitajiet fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u kondizzjonijiet tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri għandhom ikunu eliminati sabiex jinkoraġġixxu negozju intra-Komunitarju fil-laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi, bl-iskop għat-tlestija tas-suq intern;

Billi mard li jista jgħaddi lill animali domestiċi u bnedmin jista’ jinfirex mil-laħam tal-fniek u laħam tal-kaċċa mrobbi; billi huwa meħtieġ illi jkunu stabbiliti regoli li jgħinu sabiex dawn ir-riskji jkunu kkontrollati;

Billi l-laħam inkwistjoni għandu jkun trattat f’kundizzjonijiet tajba ta’ iġene sabiex ikunu evitati infezzjonijet li jkunu fl-ikel u intossikazzjoni;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar l-avviż ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/162/KEE [5], tgħid illi l-kondizzjonijiet għal-avviż ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità; billi huwa opportun illi jkun hemm, għall ċertu mard li jittieħed li jaffettwa annimali tal-kaċċa mrobbija, l-istess informazzjoni bħal ma hemm għall annimali domestici oħra;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa li jaffettwaw kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk [6], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 89/662/KEE [7] u d-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar problemi ta’ saħħa li jaffettwaw kummerċ f’laħam ta’ tjur frisk [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/539/KEE [9], jistabbilixxi ħtiġiet ta’ saħħa għal, rispettivament, laħam frisk u laħam tat-tjur frisk; billi laħam ta’ annimali selvaġġi imrobbija użat għall produzzjoni ta’ annimali selvaġġi huwa bħal tal-mammiferi imrobbija u tjur mrobbija; billi huwa għaldaqstant opportun illi jkun estiż għal laħam tal-kaċċa mrobbi, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni ċerti aspetti speċifiċi, ir-regoli ta’ saħħa li diġà huma applikati għal negozju f’laħam frisk u laħam tat-tjur;

Billi huwa xieraq illi jkunu stabbiliti eċċezzjonijiet għall kwantitajiet żgħar ta’ laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi użat għal negozju lokali;

Billi, fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni ta’, u s-sussegwirsi ta’, l-iċċekkjar li jridu jsiru mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni u l-miżuri ta’ sorveljanza li għandhom jiġu implimentati, għandha issir referenza għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar iċċekkjar veterinarju u żoo-tekniku applikabbli għal negozju intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bl-iskop ta’ tlestija tas-suq intern [10];

Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bid-dover illi tadotta miżuri biex tapplika din id-Direttiva; billi għall dak l-iskop, għandha issir dispożizzjoni għall-proċeduri li jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u Stati Membri fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

Regoli ġenerali

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet li jikkonċernaw problemi ta’ saħħa ta’ annimali li jaffettwaw produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-fenek u laħam ta’ annimali selvaġġi.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, it-tifsiriet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/433/KEE u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 71/118/KEE ser japplikaw.

It-tifsiriet li ġejjin ser japplikaw ukoll:

1. "laħam tal-fenek": kull parti tal-fenek iddomestikat li huwa adattat għall konsum uman;

2. "laħam tal-kaċċa mrobbi": kull parti ta’ mammiferi selvaġġi ta’ l-art – inklużi speċi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 90/539/KEE - imrobbija u mbiċċra waqt li jkunu maqbuda li huma addatti għal konsum uman;

3. "annimali ikkaċċjati mrobbija": mammiferi ta’ l-art, jew għasafar, li ma humiex ikkunsidrati domestiċi u referenza għalihom m’hemmx fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 64/433/KEE jew fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE, iżda li huma imrobbija bħalha annimali domestiċi. Madankollu, mammiferi selvaġġi li jgħixu f’territorju magħluq taħt kondizzjonijiet ta’ libertà bħal dawk li jgawdu kaċċa ferali mhux ser jitqiesu annimali ikkaċċjati mrobbija;

4. "pajjiż ta’ produzzjoni": l-Istat Membru fit-territorju li fih ir-razzett tal-produzzjoni jinsab.

IL-KAPITOLU II

Regoli li japplikaw għall produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ laħam tal-fenek

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jaraw illi l-laħam tal-fenek:

(a) jinkiseb fi stabbiliment illi jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva 71/118/KEE u approvat għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu b’mod konformi ma’ l-Artikolu 14;

(b) ġej minn annimali minn irziezet jew lokalitajiet illi fuqhom ma ġewx imponuti projbizzjonijiet għal raġunijiet ta’ spezzjonijiet veterinarji;

(ċ) ġej minn annimali li fuqhom saret spezzjoni ta’ qabel il-mewt minn veterinarju uffiċjali jew minn assistenti, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 71/118/KEE, din l-spezzjoni tkun b’mod konformi mal-Kapitolu I ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva u li jitqiesu adattati għall-biċċerija wara din l-ispezzjoni;

(d) ġew trattati taħt kondizzjonijiet ta’ iġene sodisfaċenti bħal dawk li għalihom saret referenza fil-Kapitolu V ta’ l-Anness I tad-Direttiva 71/118/KEE, ħlief għal dawk fil-punti 28a u 28b;

(e) għaddew minn, b’mod konformi mal-Kapitolu II ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva, spezzjoni ta’ wara l-mewt minn veterinarju uffiċjali jew, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 71/118/KEE, minn assistenti, u ma urewx tibdil salv għall girfiet trawmatiċi li ġraw ftit qabel il-qatla jew diformitajiet jew tibdil, sakemm huwa stabbilit, jekk ikun meħtieġ minn testijiet laboratorji, illi dawn ma jagħmlux il-ġisem jew l-intern mhux adattat għall konsum uman jew perikoluż għas-saħħa umana;

(f) iġib kull marka ta’ saħħa b’mod konformi mal-Kapitolu III ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Kull deċiżjoni tista’ tittieħed, fejn ikun jixraq, biex jiġu emendati jew issupplimentati id-dispożizzjonjiet tal-Kapitolu hawn fuq imsemmi bil-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 20, sabiex jittieħed kont partikolarment il-forom differenti ta’ preżentazzjoni, sakemm jikkonformaw mar-regoli li jkopru l-iġene; b’mod partikolari, u permezz ta’ deroga mill-imsemmi Kapitolu, l-imsemmija proċedura ser tistabbilixxi – qabel l-1 ta’ Jannar 1992 għall-ewwel darba – il-kondizzjonijiet li taħthom in-negozju, f’pakketti kbar, li ma ġewx immarkati b’mod konformi mat-taqsima 11.3(a) ta’ l-imsemmi Kapitolu, ta’ karkassi, partijiet ta’ karkassi jew ta’ l-intern jistgħu jkunu awtorizzati;

(g) hu maħżun b’mod konformi mal-Kapitolu IV ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva wara spezzjoni ta’ wara l-mewt taħt kondizzjonijiet ta’ iġene sodisfaċenti fi stabbilimenti approvati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 14 jew fi mħażen approvati b’mod konformi mar-regoli tal-Komunità;

(h) kien trasportat taħt kondizzjonijiet ta’ iġene sodisfaċenti b’mod konformi mal-Kapitolu V ta’l-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(i) fil-każ ta’ partijiet ta’ karkassi jew laħam ma’ l-għadma, għandu ikun miksub ukoll f’kondizzjonijiet bħal dawk li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 71/118/KEE, fl-istabbilimenti approvati għall dan l-iskop b’mod konformi ma’ l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.

2. Kull Stat Membru għandu wkoll jara illi laħam tal-fenek frisk jintbagħat lit-territorju ta’ Stat Membru ieħor huwa akkumpanjat minn ċertifikat ta’ saħħa matul it-trasport tiegħu lill-pajjiż ta’ destinazzjoni. Iċ-ċertifkat ta’ saħħa oriġinali, li għandu jakkumpanja l-laħam tal-fenek frisk matul it-trasport lid-destinatarju,għandu jinħareġ minn veterinarju uffiċjali fil-mument tat-tagħbien. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jikkorrispondi, fil-preżentazzjoni u kuntest, għall-mudell fl-Anness II; għandu jsir fil-lingwa jew lingwi tal-pajjiż ta’ destinazzjoni u għandu jkollu l-informazzjoni msemmija fil-mudell ta’ l-imsemmi Anness.

L-Artikolu 4

1. B’deroga mill-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu jawtorrizaw:

(a) il-fornitura diretta ta’ laħam tal-fenek minn kull produttur żgħir lil kull individwu privat għall konsum tiegħu stess;

(b) l-għoti ta laħam tal-fenek frisk fi kwantitajiet żgħar, minn bdiewa li jipproduċu fniek fuq skala żgħira:

- jew direttament lill-konsumatur finali f’dawk is-swieq lokali li huma l-eqreb l-irziezet tagħhom,

- jew lil kull bejjiegħ bl-imnut bl-iskop għall bejgħ dirett lill konsumatur finali, kemm-il darba dan il-bejjiegħ bl-imnut imexxi in-negozju tiegħu fl-istess lokalità bħal dik tal-produttur jew f’kull lokalità viċina.

L-imsemmija deroga possibbli mhijiex ser tinkludi bejgħ itinerant, bejgħ b’ordni postali u, sa fejn il-bejjiegħ bl-imnut huwa kkonċernat, bejgħ f’kull suq.

2. L-Istati Membri ser jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kontroll tas-saħħa ta’ dawn il-ħidmiet li għalihom hemm provdut fil-paragrafu 1 u biex jadottaw regoli li jiżguraw li ż-żamma oriġinali ta’ dan il-laħam tkun traċċata.

3. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20, il-Kummissjoni tista’ tadotta r-regoli dettaljati għall applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u b’mod partikolari, fuq talba ta’ l-Istat Membru, tistabbilixxi l-limiti massimi ta’ kwantitajiet li jistgħu jingħataw skond il-paragrafu 1.

IL-KAPITOLU III

Regoli applikabbli għall produzzjoni u tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-kaċċa mrobbi

L-Artikolu 5

L-Istati Membri ser jiżguraw illi negozju intra-Komunitarju f’laħam tal-kaċċa mrobbi huwa suġġett:

(a) meta annimali selvaġġi imrobbija huma kkonċernati, għal ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li jirregolaw negozju intra-Komunitarju u importazzjonijiet minn pajjiżi terz ta’ laħam ta’ tjur frisk [11];

(b) meta speċi oħra ta’ annimali kkaċċjati mrobbija huma kkonċernati, għal ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ saħħa li jaffettwaw negozju intra Komunitarju f’laħam frisk [12], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/662/KEE.

L-Artikolu 6

1. Laħam tal-kaċċa mrobbi miksub minn mammiferi tad-dwiefer mifruqa ta’ art salvaġġa għandhom jeżawrixxu l-kondizzjonijiet rilevanti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 5(b) sa (k) tad-Direttiva 64/433/KEE, kemm-il darba l-merħla oriġinali tgħaddi minn spezzjonijiet veterinarji regolari u ma hijiex taħt kull restrizzjoni wara s-survey magħmul b’mod konformi ma’ l-Artikolu 11 jew bħala riżultat ta’ spezzjoni veterinarja. Ir-regoli dettaljati għal din l-ispezzjoni ser ikunu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura mfassla fl-Artikolu 20.

L-annimali inkwistjoni ser ikunu trattati f’ħinijiet differenti minn annimali ta’ l-ifrat, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż.

Iċ-ċertifikat ta’ saħħa li għandu jakkumpanja dan il-laħam għandu jikkorrispondi mal-mudell fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva.

Laħam minn ħnieżer selvaġġi imkabbar fl-irziezet jew speċi oħra sensittivi għall infestazzjoni Trichina għandhom ikunu suġġetti għall-eżami permezz ta’ diġestjoni b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar eżaminazzjoni ta’ Trichinae (trichinella spiralis) fuq importazzjoni minn pajjiżi terzi għall laħam frisk li ġej minn ħnieżer iddomestikati [13] kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 89/321/KEE [14].

2. Minkejja l-paragrafu 1, is-servizz uffiċjali jista’ jawtorizza l-qtil ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet fil-post ta’ oriġini, fejn ma jistgħux jiġu ttrasportati, sabiex jevita kull risku għal min jimmaniġjahom jew biex tiġi mħarsa saħħet l-annimali. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata kemm-il darba:

- il-merħla għaddiet minn spezzjoni veterinarja regolari u ma tinsab taħt l-ebda restrizzjoni wara s-sorveljanza li saret skond l-Artikolu 12 jew bħala riżultat ta’ spezzjoni veterinarja,

- talba tingħata mis-sid ta’ l-annimali,

- is-servizz uffiċjali huwa informat minn quddiem bid-data tal-qtil ta’ l-annimali,

- l-azjenda għandu jkollha ċentru għal ġbir ta’ annimali selvaġġi fejn kull spezzjoni qabel il-mewt tal-merħla għall-qatla tista’ ssir,

- l-azjenda għandha fondi adattati għall qatla, twaħħil u fsid ta’ l-annimali,

- qtil permezz ta’ twaħħil u fsid jiġi wara li dawn ikunu sturduti, illi għandu jsir b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 74/577/KEE [15]; is-servizz veterinarju jista’ jawtorizza sparar biss f’każijiet speċjali,

- l-annimali maqtula u mifsuda huma mdendla mill-aktar fis wara l-qtil u huma ttrasportati taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti f’kull biċċerija approvata b’mod konformi mad-Direttiva 66/433/KEE. Meta annimal salvaġġ maqtul fil-post ta’ trobbija ma jistax jinġieb fi żmien siegħa f’kull biċċerija approvata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/433/KEE, għandu jkun trasportat f’kull kontenitur jew mezz tat-trasport li fih temperatura tinżamm bejn 0 oC u 4 oC. L-eviskerazzjoni għandha issir mhux aktar tard minn tliet sigħat wara li jkunu ġew sturduta,

- matul trasport sal-biċċerija l-annimali maqtula huma akkumpanjati minn kull ċertifikat minn servizz veterinarju li jiddikjara ir-riżultat sodisfaċenti ta’ l-ispezzjoni ta’ qabel il-mewt, il-kondotta xierqa tal-fsad u ż-żmien tal-biċċerija; dan iċ-ċertifikat għandu jikkorispondi għall-muddell fl-Anness III.

3. Sakemm ikun hemm adozzjoni tar-regoli ta’ saħħa applikabbli għal laħam riservat għas-suq domestiku, il-qtil ta’ annimali selvaġġi imrobbija fl-irziezet u t-tqattigħ u ħażna tal-laħam li għalih saret referenza fil-paragrafu 1 jista’, permezz ta’ derogazzjoni mill-paragrafu 1, issir fi stabbilimenti approvati mill-awtoritajiet nazzjonali għas-suq domestiku, kemm-il darba dan il-laħam ma jidħolx f’negozju intra-Komunitarju.

L-Artikolu 7

1. Pajjiżi ta’ destinazzjoni jistgħu, b’kawtela xierqa għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, jagħtu lill-pajjiż wieħed jew aktar ta’ kunsinna awtorizzazzjoni ġenerali jew awtorizzazzjoni ristretta lill-każijiet speċifiċi, fejn il-laħam frisk li għalih saret referenza fl-Artikolu 5(b) u (i) sa (k) tad-Direttiva 64/433/KEE jista’ jkun ammess fit-territorju tagħhom.

Dan il-laħam frisk jista’ jintbagħat biss b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 64/433/KEE.

2. Jekk kull pajjiż ta’ destinazzjoni jagħti awtorizzazzjoni ġenerali skond il-paragrafu 1, huwa għandu jinforma minnufih l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar dan.

3. Il-pajjiżi ta’ kunsinna għandhom jagħmlu kull arranġament meħtieġ biex jiżguraw illi ċ-ċertifikati ta’ saħħa, li kull kampjun minnu huwa pprovdut fl-Anness IV, isemmu illi ttieħdet waħda mill-għażliet imsemmija fil-paragrafu1.

L-Artikolu 8

Laħam ta’ għasafar imrobbija selvaġġi għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 71/118/KEE.

Laħam ta’ għasafar imrobbija selvaġġi maħsub għall-negozju intra-Komunitarju għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat ta’ saħħa kif hemm provdut fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 71/118/KEE, li għandu jikkorrispondi mal-mudell fl-Anness IV għal din id-Direttiva.

Madanakollu, minkejja li l-Kapitolu V(23) ta’ l-Anness I tad-Direttiva 71/118/KEE, fejn, fil-każ ta’ summien u ħamiem, il-metodi ta’ evisceration użati ma jippermetux spezzjoni ta’ saħħa kompleta tal-viscera ta’ kull għasfur, dik l-ispezzjoni tista’ ssir fuq kampjun ta’ l-inqas ta’ 5 % ta’ kull grupp ta’ 500 għasfur, u fi proporzjonijiet li jikkorrispondu l fuq minn 500 għasfur, sakemm dawk il-gruppi huma omoġenji skond in-natura tagħhom, piż u oriġini.

Fejn ir-riżultati ma humex sodisfaċenti b’mod ċar, il-fehma mogħtija fuq bażi ta’ dawn il-kampjuni spezzjonati tal-viscera fuq jekk it-tjur maqtul huwiex adatt għall konsum għandu japplikka għall grupp sħiħ.

L-Artikolu 9

Minkejja dan, l-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, fil-każ ta’ laħam ta’ tjur salvaġġ imrobbi fl-irziezet miksub u mqiegħed fis-suq tat-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu, b’impenn xieraq għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, jagħtu dawk il-biċċeriji jew fondi ta’ tqattigħ li jinsabu fit-territorju tagħhom li kienu jwettqu dawk l-attivitajiet qabel id-data ta’ notifika ta’ din id-Direttiva u li espressament hekk jitolbu, kull deroga mid-dispożizzjonijiet dwar il-qatla sa l-eviskerazzjoni li huma stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness I tad-Direttiva 71/118/KEE fil-każ ta’ produzzjoni ta’ tjur salvaġġ imrobbi fl-irziezet parzjalment eviskerat jew mhux eviskerat.

L-użu tal-marka ta’ saħħa li hemm provdut għaliha fil-Kapitolu X ta’ l-Anness I tad-Direttiva 71/118/KEE ser ikun projbit f’każ illi din id-deroga hija eżerċitata.

L-Artikolu 10

L-Artikolu 8 m’għandux japplika għal laħam ta’ tjur salvaġġ imrobbi fl-irziezet illi, f’każijiet iżolati, jiġi fornut mill-produttur tiegħu direttament lill-konsumatur finali għall-konsum tiegħu personali b’mod ieħor milli b’bejgħ itinerant, bejgħ permezz ta’ ordni postali jew bejgħ fuq kull suq.

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20, il-Kummissjoni tista’ tadotta r-regoli dettaljati għall applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u b’mod partikolari, fuq talba ta’ l-Istat Membru, tistabbilixxi l-limiti massimi ta’ kwantitajiet illi jistgħu jingħataw kif previst fl-ewwel paragrafu.

IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet Komuni

L-Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull survey tas-saħħa tal-fenek u annimali kkaċċjati mrobbija fl-irziezet isir f’azjendi fit-territorji tagħhom f’intervelli regolari.

2. Għal dan il-għan kull servizz ċentrali jew korp għandu jkun fdat bl-obbligu illi jiġbor u juża r-riżultati ta’ spezzjonijiet ta’ saħħa li saru b’mod konformi ma’ din id-Direttiva, fejn mard li jista jkun trasmess lill-umani jew annimali jew il-preżenza ta’ residwi li jaqbżu l-livelli permessi jinstabu.

3. Meta kull marda jew kondizzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 2 tiġi dijanjostikata, ir-riżultati tas-survey li jirrelataw għall-każ speċifiku għandu jkun ikkomunikat mill-aktar fis possibbli lis-servizz uffiċjali responsabbli għas-sorveljanza bil-ħażniet li minnhom l-annimali joriġinaw.

4. Skond is-sitwazzjoni epiżootika, is-servizz uffiċjali għandu jagħmel testijiet speċifiċi dwar annimali selvaġġi imrobbija fl-irziezet sabiex tiġi stabbilita il-preżenza tal-mard imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 82/894/KEE.

Il-preżenza ta’ dan il-mard għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra b’mod konformi ma’ l-imsemmija Direttiva.

L-Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom jissupplixxu l-pjanijiet tagħhom għal miżuri dwar residwi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/469/KEE tas-16 ta’ Settembru 1986 dwar l-eżaminazzjoni ta’ annimali u laħam frisk għal preżenza ta’ residwi [16] sabiex jissuġġettaw fniek u annimali selvaġġi imrobbija għal spezzjonijiet li hemm provdut għalihom f’dik id-Direttiva u wkoll għal tħaris ta’ kaċċa ferali għall kontaminazzjoni preżenti fl-ambjent.

2. Waqt li jittieħed akkont tar-riżultati ta’ sorveljar li għalih saret referenza fl-Artikolu 11(4), l-Istati Membri għandhom jimponu limitazzjonijiet dwar l-użu ta’ laħam ta’ annimali selvaġġi minn azjendi jew territorji implikati mis-sorveljar.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għal applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 13

Laħam tal-fenek jew tjur salvaġġ imrobbi fl-irziezet m’għandux jitqiegħed għall-konsum mill-bniedem jekk:

(a) jinstab illi għandu difett wieħed jew aktar minn dawk elenkati fil-punt 9(a) ta’ l-Anness I;

(b) joriġina minn annimali li fuqhom ġew amministrati sustanzi li x aktarx jagħmlu l-laħam perikoluż għas-saħħa tal-bniedem u li dwarhom kull deċiżjoni ittieħdet, b’mod konformi mal-proċedura prevista fl-Artikolu 20, wara l-fehma tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku. Kemm-il darba tittieħed deċiżjoni, regoli nazzjonali dwar sustanzi awtorizzati ser jibqgħu fis-seħħ b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;

(ċ) mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Komunità possibbli applikabbli fil-qasam ta’ ijonizzazzjoni ittrati b’radjazzjoni ijonizzanti jew ultraviolet jew trattati b’tenderizers jew sustanzi oħra li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi organoleptiċi tal-laħam jew koloranti minbarra dawk użati għall immarkar ta’ saħħa.

L-Artikolu 14

1. Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta’ l-istabbilimenti approvati minnu u kull stabbiliment għandu jkollu numru ta’ approvazzjoni veterinarja. L-Istati Membri jistgħu japprovaw għal qtil u tqattigħ tal-fenek u annimali selvaġġi imrobbija fi stabbilimenti approvati b’mod konformi mad-Direttiva 71/118/KEE jew mad-Direttiva 64/433/KEE, sakemm dawk l-istabbilimenti huma attrezzati għall ipproċessar ta’ laħam tal-fenek u/jew laħam ta’ annimali selvaġġi imrobbija u illi dawk il-ħidmiet jitwettqu b’tali mod sabiex jikkonformaw ma regoli ta’ iġene. L-Istati Membri għandhom jibagħtu din il-lista lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

2. L-ebda Stat Membru ma għandu japprova kull stabbiliment jekk ma jkunx hemm ċertezza ta’ konformità ma’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-approvazzjoni jekk il-kondizzjonijiet għall għoti ta’ din ma jibqgħux ikunu ssodisfati.

3. Jekk kull spezzjoni li saret b’mod konformi ma’ l-Artikolu 16, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu akkont tal-konklużjonijiet li jirriżultaw minn dan. L-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni għandhom ikunu infurmati bl-irtirar ta’ l-approvazzjoni.

4. Spezzjoni u sorveljanza ta’ stabbilimenti approvati għandhom ikunu taħt ir-risponsabbilità tal-veterinarju uffiċjali illi, mingħajr preġudizzju għad-doveri devoluti lill-assistenti b’mod konformi mad-Direttiva 71/118/KEE, jistgħu jkunu assistiti fuq doveri materjali minn impjegati mħarrġa speċifikament għal dan l-iskop. Il-veterinarju uffiċjali għandu f’kull ħin ikollu aċċess liberu għal kull parti ta’ l-istabbilimenti sabiex jiżgura illi hemm konformità ma’ din id-Direttiva.

Ir-regoli dettaljati li jirregolaw din l-assistenza għandhom ikunu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 15

Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, kemm-il darba ikun meħtieġ illi jiżguraw applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, jagħmlu spezzjonijiet fuq il-lok f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri; huma jistgħu jivverifikaw jekk stabbilimenti approvati jikkonformawx ma’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet.

Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu kull spezzjoni qed isir għandu jagħti l-assistenza meħtieġa lill-esperti li qed jagħmlu xogħolhom.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali għall implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 16

1. Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE dwar spezzjonijiet veterinarji li għandhom isiru fil-kummerċ intra-Komunitarju b’kull skop għat-tlestija tas-suq intern ser japplikaw b’mod partikolari lill-organizzazzjoni ta’, u l-azzjoni li għandha tittieħed wara l-ispezzjonijiet mwettqa mill-pajjiż ta’ destinazzjoni u l-miżuri ta’ salvagwardi li għandhom japplikaw fir-rigward ta’ problemi ta’ saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ laħam tal-fenek u annimali selvaġġi imrobbija fit-territorju tal-Komunità.

2. Id-Direttiva 89/662/KEE għandha tkun emendata kif ġej:

(a) fl-Anness A, is-segwenti ser jiżdied:

"- Id-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar saħħa pubblika u problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi. (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 41) (Huwa eskluż laħam tal-fenek u laħam tal-kaċċa mrobbi importat minn pajjiżi terzi)";

(b) fl-Anness B, l-inċiż "laħam tal-fenek u annimali selvaġġi imrobbija" ser jinbidlu blaħam ta’ annimali ferali.

L-Artikolu 17

Sakemm ikun hemm implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jikkonċernaw importazzjoni ta’ laħam u annimali kkaċċjati imrobbija minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom japplikaw għal dawn id-dispożizzjonijiet dwar importazzjoni li huma ta’ l-inqas ekwivalenti għal dawk f’din id-Direttiva.

Madankollu, sakemm ikun hemm implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi importazzjoni minn pajjiżi terzi jibqgħu suġġetti għal regoli stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 89/662/KE u wkoll illi:

(i) laħam frisk tal-fenek u laħam frisk ta’ laħam tal-kaċċa mrobbi ma jistgħux, taħt kull ċirkustanza, iġibu l-immarkar ta’ saħħa pubblika li għaliha saret referenza fil-Kapitolu X ta’ l-Anness I tad-Direttiva 71/118/KEE u, jekk maqtugħ u bl-għadam, ikun ittrattat b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3(1)(B) ta’ dik id-Direttiva;

(ii) laħam minn speċi li huma sussettibbli għal trikinosi għandhom ikunu suġġetti għall eżaminazzjoni minn diġestjoni b’mod konformi mad-Direttiva 77/96/KEE.

IL-KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 18

Din id-Direttiva mhux ser taffettwa regoli tal-Komunità adottati sabiex jipproteġu l-annimali salvaġġi.

L-Artikolu 19

L-Annessi ta’ din id-Direttiva ser ikunu emendati mill-Kunsill li jaġixxi b’kull maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni sabiex b’mod partikolari tiġi tikkonforma mal-progress teknoloġiku.

L-Artikolu 20

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tintuża, il-materja għandha tkun mibgħuta minnufih mill-President, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, lill-Kumitat Veterinarju Permanenti (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") imwaqqaf mid-Deċiżjoni 68/361/KEE [17].

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jagħti lill-Kumitat kull abozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu fuq l-abbozz f’kull limitu taż-żmien li l-president jista’ jistabbilixxi b’mod konformi ma’ l-urġenza tal-materja. Il-fehma għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet illi l-Kunsill huwa mitlub li jadotta fuq kull proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jintiżnu bil-mod stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk huma skond il-fehma tal-Kumitat.

4. Jekk il-miżuri meqjusa ma humiex konformi mal-fehma tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma ngħatat, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħti lill-Kunsill kull proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fuq skadenza ta’ perjodu ta’ tliet xhur mid-data ta’ referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma aġixxiex, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u timplimentahom minnufih, minbarra meta l-Kunsill iddeċieda kontra l-imsemmija miżuri permezz ta’ maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 21

Sakemm ikun hemm implimentazzjoni tar-regoli tal-Komunità fuq saħħa spezzjoni veterinarja fuq il-produzzjoni u negozju ta’ laħam ta’ kaċċa ferali li għandu jkun adottat mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 1991, laħam ta’ kaċċa ferali adattat għall konsum ser ikun suġġett għar-regoli ta’ l-Artikolu 3(3), it-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) u ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 89/662/KEE.

L-Artikolu 22

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

2. Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkollhom kull referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jkun hemm il-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza sseħħ għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 23

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Saccomandi

[1] ĠU C 327, tat-30.12.1989, p. 40.

[2] ĠU C 260, tal-15.10.1990, p. 154.

[3] ĠU C 124, tal-21.5.1990, p. 7.

[4] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 58.

[5] ĠU L 61, ta’ l-4.3.1989, p. 48.

[6] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 2012/64.

[7] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[8] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

[9] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6.

[10] ĠU L 224, tat-18.9.1990, p. 29.

[11] Ara paġna 35 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[12] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24.

[13] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 67.

[14] ĠU L 133, tas-17.5.1989, p. 33.

[15] ĠU L 316, tas-26.11.1974, p. 10.

[16] ĠU L 275, tas-26.9.1986, p. 36.

[17] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-KAPITOLU I

Spezzjoni ta’ qabel il-mewt fuq saħħet il-fniek

1. Annimali għandhom jgħaddu minn spezzjoni ta’ qabel il-mewt qabel ma jinqatlu. Bħala regola ġenerali, din l-ispezzjoni ta’ qabel il-mewt għandha issir fl-azjenda qabel it-tagħbien.

(a) Jekk l-ispezzjoni ta’ qabel il-mewt saret fl-azjenda ta’ oriġini, spezzjoni ta’ qabel il-mewt fil-biċċerija tista’ tkun ristretta sabiex jinstabu feriti li irċevew waqt il-vjaġġ jekk il-fniek ġew spezzjonati fl-azjenda ta’ oriġini fi żmien l-24 siegħa ta’ qabel u nstab li huma b’saħħithom. Minnbarra dan, l-identità tal-fniek għandha tkun ippruvata mal-wasla fil-biċċerija.

Jekk l-ispezzjoni ta’ qabel il-mewt fl-azjenda ta’ oriġini u fil-biċċerija ma ssirx mill-istess veterinarju uffiċjali, kull ċertifikat ta’ saħħa li jispeċifika l-karatteristiċi meħtieġa taħt l-Anness III għandu jakkompanja lill-annimali.

(b) Jekk l-ispezzjoni ta’ qabel il-mewt ma ssirx fl-azjenda ta’ oriġini, fniek għall-qatla għandhom jgħaddu minn spezzjoni ta’ qabel il-mewt fi żmien 24 siegħa mill-wasla fil-biċċerija. L-ispezzjoni għandha tiġi ripetuta minnufih qabel il-qatla jekk ikunu għaddew aktar minn 24 siegħa mill-ispezzjoni ta’ qabel il-mewt.

Il-ħaddiem tal-biċċerija jew l-aġent tiegħu għandu jiffaċilita l-ħidmiet biex isiru spezzjonijiet ta’ saħħa ta’ qabel il-mewt u b’mod partikolari kull trattament li huwa kkunsidrat meħtieġ.

Kull annimal jew grupp ta’ annimali mibgħuta għall qatla għandhom ikunu identifikati sabiex jippermetu l-awtorità kompetenti li tistabbilixxi l-oriġini tiegħu.

2. L-ispezzjoni li tiġi qabel il-mewt għandha issir minn veterinarju uffiċjali b’mod konformi mar-regoli professjonali f’dawl adattat.

3. L-ispezzjoni għandha tistabbilixxi:

(a) jekk l-annimali jkunux ibatu minn kull marda li tista’ tiġi trasmessa lil bniedem jew annimali, jekk ikunu juru sintomi jew jekk il-kondizzjoni ġenerali tagħhom hija tali li tindika illi l-marda tista’ sseħħ;

(b) jekk juru sintomi ta’ kull marda jew kull diżordni li taffettwa l-kondizzjoni ġenerali tagħhom li jista’ jagħmel il-laħam mhux adattat għall konsum uman.

4. Annimali ma jistgħux ikunu maqtula għall konsum uman fejn huwa stabbilit illi jsofru mill-kondizzjonijiet li għalihom saret referenza fil-punt 3.

5. L-annimali li għalihom saret referenza fil-punt 4 għandhom jinqatlu separatament jew wara l-qtil tal-fniek kollha u l-laħam tagħhom dispost b’mod iġeniku.

IL-KAPITOLU II

Spezzjoni ta’ saħħa ta’ wara l-mewt ta’ fniek

6. Fniek maqtula għandhom ikunu spezzjonati minnufih wara li jkunu maqtula.

7. L-ispezzjoni ta’ wara l-mewt għandha issir f’dawl adattat.

8. L-ispezzjoni ta’ saħħa ta’ wara l-mewt għandha tinkludi:

(a) spezzjoni viżwali ta’ l-annimal maqtul;

(b) palpazzjoni u, meta meħtieġ, inċiżjoni tal-pulmun, fwied, milsa, kliewi u partijiet mill-ġisem li għaddew minn kull bidla;

(ċ) investigazzjonijiet ta’ anomaliji ta’ konsistenza, kulur, riħa u, fejn jixraq, togħma;

(d) meta meħtieġ, testijiet tal-laboratorju.

9. (a) Fniek għandhom ikunu ddikjarati mhumiex adattati għall konsum uman totalment fejn l-ispezzjoni ta’ wara l-mewt turi s-segwenti:

- mard li jista’ jiġi trasmess lill-bniedem jew annimali;

- tumuri malinni jew multipli; qradat multipli;

- infestazzjoni estensiva parasitika fis-subkutaneju jew tessuti muskolari;

- preżenza ta’ residwi ta’ sustanzi projbiti jew residwi aktar milli permess fil-livelli tal-Komunità, inklużi sustanzi b’effett farmakoloġiku;

- ivvelenar;

- weġgħat estensivi jew demm estensiv jew assorbiment tas-serum;

- anomaliji fir-rigward ta’ kulur, riħa jew togħma;

- anomaliji fir-rigward ta’ konsistenza, b’mod partikolari edema jew għelubija severa.

(b) Partijiet mill-annimali maqtula li juru leżjonijiet jew kontaminazzjonijiet li ma jaffettwawx is-saħħa tal-bqija tal-laħam għandhom ikunu iddikjarati mhux adattati għall-konsum tal-bniedem.

(ċ) Ir-riżultati ta’ spezzjonijiet ta’ saħħa ta’ qabel u ta’ wara l-mewt għandhom ikunu reġistrati minn veterinarju uffiċjali u, jekk il-preżenza tal-mard li għalih saret referenza fil-punt 3 jew il-preżenza ta’ residwi jinstabu, dawn għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet ta’ servizz uffiċjali responsabbli għas-sorveljanza tal-ħażna minn fejn l-annimali oriġinaw, kif ukoll lill-persuna responsabbli għall-ħażna inkwistjoni.

IL-KAPITOLU III

Immarkar ta’ saħħa pubblika

10. L-immarkar ta’ saħħa pubblika għandu jsir taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, li għandu iżomm għal dak l-iskop:

(a) strumenti biex isir immarkar ta’ saħħa pubblika fuq laħam, li għandu jgħaddi għand l-impjegat assistent fil-ħin attwali ta’ l-immarkar u għat-tul ta’ żmien meħtieġ għal dan l-iskop;

(b) tiketti u tgeżwir fejn dawn diġà iġibu waħda mill-marki jew tas-siġilli li għalihom saret referenza fil-punt 11. Dawn it-tikketti, tġeżwir u siġilli għandhom jgħaddu fin-numru rikjest lill-impjegati assistenti fil-ħin li għandhom jintużaw.

11. 1. L-immarkar ta’ saħħa pubblika għandu jikkonsisti fis-segwenti:

(a) - fuq il-parti ta’ fuq, l-ittra inizjali jew ittri kbar ta’ l-isem tal-pajjiż ta’ dispaċċ:

B, D, DK, EL, ESP, F, IRL, I, L, NL, P, UK,

- fiċ-ċentru, in-numru veterinarju ta’ approvazzjoni tal-biċċerija jew, fejn jixraq, il-fondi fejn isir it-tqattigħ,

- fuq il-parti ta’ taħt, waħda mis-segwenti gruppi ta’ inizjali:

CEE, EEG, EWG, EØF, EEC jew EOK,

l-ittri u l-figuri għandhom ikunu 0,2 cm għolja jew

(b) ovali li jkun fihom l-informazzjoni elenkata f’(a); l-ittri għandhom ikunu 0,8 cm għolja u l-figuri 1,1 cm għolja.

2. Il-materjal użat għall-immarkar għandu jilħaq il-ħtiġiet ta’ iġene kollha u l-informazzjoni li għaliha saret referenza f’punt 1 għandha tidher fuqha f’forma perfettament leġibbli.

3. (a) L-immarkar ta’ saħħa pubblika li għalih saret referenza fil-punt 1 (a) għandu jsir:

- fuq karkassi mhux imġeżwra permezz ta’ kull siġill li fih l-informazzjoni elenkata fil-punt 1 (a),

- fuq jew taħt fejn ikun jidher fuq l-imġeżwer jew fuq ippakkjar ieħor tal-karkassi ppakkjati,

- fuq jew taħt l-imġeżwer fejn ikun jidher jew fuq ippakkjar ieħor ta’ partijiet ta’ l-iġsma jew intern ippakkjati fi kwantitajiet żgħar;

(b) L-immarkar ta’ saħħa pubblika li għalih saret referenza fil-punt 1 (b) għandu jsir fuq pakketti kbar.

4. Meta kull immarkar ta’ saħħa pubblika jidher fuq it-tgeżwir ta’ barra jew ippakkjar b’mod konformi mal-punt 3:

- għandu jkun applikat b’tali mod illi jkun distrutt meta t-tgeżwir ta’ barra jew ippakkjar jinfetaħ, jew

- it-tgeżwir jew ippakkjar għandu jkun issiġillat b’tali mod illi ma jistax jerġa jintuża wara li jinfetaħ.

IL-KAPITOLU IV

Ħażna

12. Wara l-ispezzjoni ta’ wara l-mewt, laħam tal-fenek għandu jiġi mkessaħ jew iffriżat f’temperatura li ma għandhiex taqbeż -4 °C jekk ikun imkessaħ jew -12 °C jekk iffriżat.

IL-KAPITOLU V

Trasport

13. Il-laħam tal-fenek għandu jintbagħat b’tali mod illi matul il-vjaġġ ikun imħares minn kull ħaġa li tista’ tikkontaminah jew taffettwah b’mod negattiv waqt li jiġu kkunsidrati t-tul u l-kundizzjonijiet tal-vjaġġ u l-mezzi ta’ trasport użati. B’mod partikolari, vetturi użati għal dan it-trasport għandhom ikunu attrezzati b’tali mod sabiex jiżguraw illi t-temperaturi stabbiliti fil-punt 12 ma jinqabżux.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA PUBBLIKA

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

MUDELL

TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ SAĦĦA

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------