31991L0492



Official Journal L 268 , 24/09/1991 P. 0001 - 0014
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0010
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0010


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tal-15 ta’ Lulju 1991

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin

(91/492/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3],

Billi, bil-ħsieb li jinkiseb is-suq intern u aktar speċjalment għalbiex tiġi żgurata l-ħidma mingħajr skossi ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti mill-ħut stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 3796/81 [4] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2886/89 [5], huwa essenzjali li l-ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin ma jridx jibqa’ imxekkel bid-disparitajiet li jeżistu fl-Istati Membri rigward il-ħtiġiet tas-saħħa; billi dan sejjer jgħin lill-produzzjoni u lill-ħruġ fis-suq li jkunu armonizzati aħjar u jġib il-kompetizzjoni fuq termini ugwali filwaqt li jiġu żgurati prodotti ta’ kwalità għall-konsumatur;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE tat-30 ta’ Ottubru 1979 dwar il-kwalità tas-saħħa meħtieġa fil-firxiet ta’ l-ilma tal-frott tal-baħar bil-qoxra [6] li jridu jiġu osservati huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-ħtiġiet tas-saħħa li jridu jiġu osservati għal-prodotti mill-frott tal-baħar tal-qoxra;

Billi dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu stabbiliti għall-istadji kollha matul il-ġbir, it-tqandil, il-ħażna, it-trasport u d-distribuzzjoni tal-molluski bivalvi ħajjin sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa publika tal-konsumaturi; billi dawn il-ħtiġiet għandhom japplikaw l-istess għall-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini;

Billi huwa importanti, jekk tinqala’ problema tas-saħħa wara l-ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin illi jkun jista jiġi ttraċċat l-istabbiliment tad-dispaċċ u ż-żona ta’ l-oriġini tal-ġbir; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiddaħħlu r-reġistrazzjoni u s-sistema tat-tikkettjar illi jgħinu għalbiex tiġi segwita r-rotta ta’ lott wara l-ġabra;

Billi huwa importanti illi l-istandards tas-saħħa pubblika tal-prodotti finali jridu jiġu speċifikati; billi, madankollu, it-tagħrif xjentifiku u teknoloġiku ma jkunx dejjem avvanżat biżżejjed għalbiex jistabbilixxi s-soluzzjonijiet definittivi għal ċerti problemi tas-saħħa u billi huwa għalhekk meħtieġ, sabiex tiġi garantita l-protezzjoni ottima tas-saħħa pubblika, li tiġi stabbilita sistema Komunitarja li tiżgura l-addozzjoni bil-ħeffa u fejn meħtieġ ir-rinforz ta’ l-istandards tas-saħħa sabiex jissalvagwardjaw is-saħħa tal-bniedem mit-tniġġiż mill-vajrusijiet jew minn perikoli oħra;

Billi l-molluski bivalvi ħajjin miksuba miż-żoni tal-ġbir li ma jippermettux il-konsum dirett u fis-sigurtà jistgħu jingħataw is-siġurtà billi jitgħaddew minn proċess ta’ tisfija jew billi jerġġħu jitqiegħdu f’ilma nadif għal perjodu taż-żmien relattivament twil; billi huwa għalhekk meħtieġ illi jiġu definiti ż-żoni tal-produzzjoni li minnhom jistgħu jinġabru l-molluski għall-konsum dirett mill-bniedem, jew li minnhom iridu jiġu msoffija jew imqiegħda f’żoni oħra;

Billi hija primarjament ir-responsabbiltà tal-produtturi li jiżguraw illi l-molluski bivalvi jiġu prodotti u maħruġa fis-suq skond il-ħtiġiet tas-saħħa stabbiliti; billi l-awtoritajiet kompetenti jridu, billi jwettqu kontrolli u spezzjonijiet, jiżguraw illi l-produtturi jħarsu dawn il-ħtiġiet; billi l-awtoritajiet kompetenti jridu b’mod partikolari jissottomettu ż-żoni tal-ġbir għall-kontroll regolari sabiex jiżguraw illi molluski minn dawn ż-żoni tal-ġbir ma jkollhomx mikroorganiżmi u sustanzi tossiċi li jitqiesu ta’ perikolu għas-saħħa tal-bniedem;

Billi jridu jiddaħħlu miżuri ta’ kontroll organizzati fuq livell Komunitarju għalbiex jiggarantixxu l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha ta’ l-istandards stabbiliti f’din id-Direttiva;

Billi r-regoli, il-prinċipji u l-miżuri tas-salvagward stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [7], għandhom japplikaw għall-każ fil-kwistjoni;

Billi fil-kuntest tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li tirrigwarda l-kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju, bil-ħsieb li jitlesta s-suq intern [8] kif emendata bid-Direttiva 90/675/KEE għandha tiġi applikata wkoll;

Billi l-molluski bivalvi ħajjin prodotti f’pajjiż terz u maħsuba li jinħarġu fis-suq fil-Komunità ma jridux jikkwalifikaw għal kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk applikati fil-Komunità; billi trid issir dispożizzjoni għal proċedura Komunitarja sabiex jiġu ċċekjati l-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ħruġ fis-suq f’pajjiżi terzi, sabiex jippermettu lill-Komunità li tapplika sistema komuni ta’ importazzjoni bbażata fuq kondizzjonijiet ta’ ekwivalenza;

Billi, sabiex jistgħu jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari, għandhom jiġu konċessi derogi lil ċerti stabbilimenti diġà fil-ħidma qabel l-1 ta’ Jannar 1993 sabiex jippermettulhom jaddattaw għall-ħtiġiet kollha stabbiliti f’din id-Direttiva;

Billi, fil-kas ta’ l-annimali ħajjin li jittieklu meta jkunu għadhom ħajjin, għandha ssir deroga, rigward id-data ta’ sakemm jibqgħu tajbin, mir-regoli tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandu x’jaqsam mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u l-mod dwar kif jiġu rreklamati l-oġġetti ta’ l-ikel għall-bejgħ [9] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/72/KEE [10];

Billi għandha ssir dispożizzjoni għall-possibbiltà li jiġu adottati miżuri transitorji għalbiex ikopru n-nuqqas ta’ ċerti regoli ta’ implimentazzjoni;

Billi l-Kummissjoni għandha tiġi fdata bix-xogħol li tadotta ċerti miżuri sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva; billi għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri li jintroduċu kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ġewwa l Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin li huma maħsuba għal-konsum immedjat mill-bniedem jew għal aktar proċessar qabel il-konsum.

Bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-tisfija, din id-Direttiva tapplika għall-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropods marini.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. "molluski bivalvi" ifisser il-molluski bl-arzella magħmula minn żewġ biċċiet li jieklu permezz ta’ filtru;

2. "bijotossini marini" ifisser is-sustanzi velenużi akkumulati mill-molluski bivalvi li jieklu l-plankton li fih it-tossina;

3. "ilma baħar nadif" ifisser l-ilma baħar jew l-ilma salmastru li jrid jintuża skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u li jkunu ħielsa mit-tniġġiż mikrobijoloġiku u dak tossiku u mis-sustanzi oġġezzjonabbli li jiġru b’mod naturali jew wara skariku fl-ambjent bħal dawk imniżżla fil-lista fl-Anness mad-Direttiva 79/923/KEE, fil-kwantitajiet hekk li jista jaffettwaw b’mod negattiv il-kwalità tas-saħħa tal-molluski bivalvi jew li jħassru t-togħma tagħhom;

4. "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru kompetenti għalbiex iwettaq il-kontrolli veterinarji jew kull awtorità li tkun iddelegat din il-kompetenza;

5. "kondizzjonament" ifisser il-ħażna tal-molluski bivalvi ħajjin, li l-kwalità tagħhom ma tindikax il-ħtieġa sabiex jiġu mqiegħda f’żoni oħra jew tat-trattament f’impjant tat-tisfija, f’tankijiet jew f’kull stallazzjoni oħra li jkun fiha l-ilma baħar nadif jew f’zoni naturali għalbiex jitneħħew ir-ramel, it-tajn jew il-ħama;

6. "min jiġbor" ifisser kull persuna naturali jew legali li tiġbor il-molluski bivalvi ħajjin b’kull meżż minn żona tal-ġbir bil-għan li tqandilhom u toħroġhom fis-suq;

7. "żona tal-produzzjoni" tfisser kull żona ta’ baħar, xmara jew laguna li jkun fihom depożiti naturali tal-molluski bivalvi jew ż-żoni użati għat-tkabbir tal-molluski bivalvi minn fejn jittieħdu l-molluski bivalvi ħajjin;

8. "żona tat-tqegħid mill-ġdid" tfisser kull żona ta’ baħar, xmara jew laguna approvati mill-awtorità kompetenti, bil-konfini mmarkati b’mod ċar u indikati bil-bagi, arbli jew kull meżż ieħor fiss, u użata b’mod esklussiv għat-tisfija naturali tal-molluski bivalvi ħajjin;

9. "ċentru tad-dispaċċ" ifisser kull stallazzjoni fuq ’l-art jew’il barra mix-xatt approvati għalbiex jirċievu, jikkondizzjonaw, jaħslu, inaddfu, jgħarblu fi gradi u jssorru l-molluski bivalvi ħajjin tajbin għall-konsum mill-bniedem;

10. "ċentru tat-tisfija" ifisser stabbiliment approvat bit-tankijiet li jieħdu l-ilma tagħhom mill-ilma baħar nadif jew minn ilma baħar li jkun ġie mnaddaf b’trattament xieraq, li fih jitqiegħdu l-molluski bivalvi ħajjin għaż-żmien meħtieġ sabiex jitneħħielhom it-tinġiż mikrobijoloġiku, u jagħmluhom tajbin għall-konsum mill-bniedem;

11. "tqegħid f’żona ġdida" tfisser ħidma li biha jiġu ttrasferiti l-molluski bivalvi ħajjin lejn ż-żoni approvati tal-baħar jew tal-laguni jew lejn ż-żoni appropvati tax-xmajjar taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti għaż-żmien meħtieġ sabiex jitneħħa t-tinġiż. Dan ma jinkludix il-ħidma speċifika li tittrasferixxi l-molluski bivalvi lejn żoni aktar xerqin għal aktar tkabbir jew ħxuna;

12. "mezz tat-trasport" ifisser dawk il-partijiet imħollija għall-oġġetti fil-vetturi awtomobili, il-vetturi tal-ferroviji u l-vetturi ta’ l-ajru, l-istivi tal-bastimenti u l-kontenituri għat-trasport bl-art, bil-baħar jew bl-ajru;

13. "sarr" ifisser ħidma li biha l-molluski bivalvi ħajjin jitqiegħdu f’materjal xieraq tat-tgeżwirgħal dan il-għan;

14. "kunsinja" tfisser kwantità ta’ molluski bivalvi ħajjin li jitqandlu f’ċentru tad-dispaċċ jew ittrattati f’ċentru tat-tisfija u maħsuba sussegwentement għal konsumatur jew aktar;

15. "lott" ifisser kwantità ta’ molluski bivalvi ħajjin miġbura minn żona tal-produzzjoni u maħsuba biex sussegwentement jiġu kkunsinjati f’ċentru approvat tad-dispaċċ, f’żona tat-tqegħid mill-ġdid jew f`impjant ta’ l-ipproċessar kif jixraq;

16. "ħruġ fis-suq" ifisser iż-żamma jew il-wiri għall-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ, il-kunsinja jew kull għamla oħra ta’ ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin għall-konsum mill-bniedem sewwa jekk nejjin u sewwa jekk bil-għan tal-proċessar fil-Komunità, minbarra t-trasferiment dirett lejn is-suq lokali fi kwantitajiet żgħar mis-sajjieda tal-kosta jew lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-konsumatur li jridu ikunu bla ħsara għall-kontrolli tas-saħħa stabbiliti bir-regoli nazzjonali li jiċċekkjaw il-kummerċ bl-imnut;

17. "importazzjoni" tfisser id-dħul tal-molluski bivalvi ħajjin fit-territorju tal-Komunità minn pajjiżi terzi;

18. "koliforma tal-ħmieġ ta’ l-imsaren" tfisser il-batterji fakoltattivi, aerobiċi, negattivi fil-grammi, li ma jagħmlux spori, negattivi fis-cytochromeoxidase, fil-għamla ta’ virga illi huma kapaċi li jiffermentaw il-lattosi bil-produzzjoni tal-gass fil-preżenza ta’ l-imluħ ta’ l-aċidu biljari, jew aġenti attivi oħra tal-wiċċ bi proprjetajiet simili li jinibixxu t-tkabbir, f’ 44 oC ±. 0,2 oC fi żmien ta’ mill-inqas 24 siegħa;

19. "E. coli" tfisser koliformi tal-ħmieġ ta’ l-imsaren li jiffurmaw ukoll indole mit-trijptofan f’ 44 oC ±. 0,2 oC fi żmien 24 siegħa.

IL-KAPITOLU II

Id-dispożizzjonijiet għall-produzzjoni Komunitarja

L-Artikolu 3

1. Il-ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin għal-konsum immedjat mill-bniedem għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) iridu joriġinaw minn żona tal-produzzjoni li jħarsu l-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness; madankollu, fil-kas ta’ pektinide, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għall-prodotti ta’ l-akwakultura kif definit fl-Artkolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq ta’ prodotti mis-sajd [11];

(b) iridu jkunu ġew miġbura u ttrasportati miż-żona tal-produzzjoni lejn iċ-ċentru tad-dispaċċ, ċentru tat-tisfija, żona tat-tqegħid mill-ġdid jew impjant ta’ l-ipproċessar skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dan l-Anness;

(ċ) fejn ipprovdut f’din id-Direttiva, iridu jkunu ġew imqiegħda mill-ġdid f’żona xierqa approvati għal dan l-iskop u li jħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dan l-Anness;

(d) iridu jkunu ġew imqandla b’mod iġjeniku, u fejn xieraq, iridu jkunu ġew imsoffija fi stabbilimenti approvati għal dan l-iskop u li jħarsu l-ħtiġiet tal-Kapitolu IV ta’ l-Anness;

(e) iridu jħarsu l-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness;

(f) il-kontrolli tas-saħħa jridu jkunu ġew imwettqa skond il-Kapitolu VI ta’ l-Anness;

(g) iridu jkunu ġew misrura b’mod xieraq skond il-Kapitolu VII ta’ l-Anness;

(h) iridu jkunu ġew maħżuna u ttrasportati fuq kondizzjonijiet sodisfaċenti ta’ l-iġjene skond il-Kapitoli VIII u IX ta’ l-Anness;

(i) iridu jġorru marka tas-saħħa kif ipprovdut fil-Kapitolu X ta’ l-Anness.

2. Il-molluski bivalvi ħajjin maħsuba għal aktar proċessar iridu jikkonformaw mal-ħtiġiet rilevanti tal-paragrafu 1 u jiġu pproċessati skond il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-persuni li jqandlu l-molluski bivalvi ħajjin waqt il-produzzjoni tagħhom u l-ħruġ fis-suq għandhom jaddottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex iħarsu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Il-persuni responsabbli mid-dispaċċ u ċ-ċentri tat-tisfija għandhom b’mod partikoli jiżguraw illi:

- iridu jittieħdu regolarment numri rapreżentattivi ta’ kampjuni għal eżami fil-laboratorju u jiġu analiżżati sabiex jistabbilixxu reġistru tal-ħajja fuq il-bażi ta’ ż-żoni minn fejn jiġu l-lottijiet u tal-kwalità tas-saħħa tal-molluski bivalvi ħajjin kemm qabel u kemm wara t-tqandil fiċ-ċentru tad-dispaċċ jew iċ-ċentru tat-tisfija.

- jinżamm reġistru permanenti tar-riżultati tal-kontrolli varji u jinżamm għalbiex jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti.

L-Artikolu 5

1. (a) L-awtorità kompetenti għandha tapprova ċ-ċentri tad-dispaċċ u ċ-ċentri tat-tisfija ġaladarba tkun sodisfatta illi jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa jekk il-ħtiġiet ma jibqgħux jintlaħqu. Meta tagħmel dan, għandha tqis, b’mod partikolari, ir-riżultat ta’ kull kontroll imwettaq skond l-Artikolu 6(1).

Madankollu bla ħsara għall-kondizzjoni espliċita illi l-molluski ħajjin ġejjin minn dawn iċ-ċentri jilħqu l-istandards ta’ l-iġjene stabbiliti b’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu, għal-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir u l-istrutturi stabbiliti bil-Kapitolu IV ta’ l-Anness, li jridu jiġu speċifikati qabel l-1 ta’ Ottubru 1991 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, jikkonċedu liċ-ċentri tad-dispaċċ u tat-tisfija, perjodu ieħor taż-żmien li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 1995 li fih iridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni stabbilita fil-Kapitolu msemmi hawn fuq. Dawn id-derogi jistgħu jingħataw biss lill-istabbilimenti, li kienu diġà jaħdmu fil-31 ta’ Diċembru 1991, li, qabel l-1 ta’ Lulju 1992, issottomettew applikazzjoni issostanzjata kif xieraq għad-deroga lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Din l-applikazzjoni trid tkun akkumpanjata bi pjan tax-xogħol u programm li jindika l-perjodu taż-żmien li fih ikun possibbli għall-istabbiliment li jħares il-ħtiġiet imsemmija. Fejn tintalab għajnuna finanzjarja mill-Komunità, jistgħu jiġu aċċettati biss dawk it-talbiet rigward il-proġetti li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

L-awtorità kompetenti għandha tfassal lista taċ-ċentri tad-dispaċċ u taċ-ċentri tat-tisfija approvati, li kull wieħed minnhom għandu jkollu numru uffiċjali.

Il-lista taċ-ċentri tad-dispaċċ u taċ-ċentri tat-tisfija approvati, u kull emenda sossegwenti, iridu jiġu kkomunikati minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni, li għandha tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra.

(b) L-ispezzjoni u l-monitorjar ta’ dawn iċ-ċentri għandhom jitwettqu b’mod regolari fuq ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti, li għandu jkollha aċċess ħieles għall-partijiet kollha taċ-ċentru, sabiex tiżgura t-tħaris tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Jekk dawn l-ispezzjonijiet u dan il-monitorjar jiżvelaw illi l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma jkunux qegħdin jintlaħqu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjoni xierqa.

2. (a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi lista taż-żoni tal-produzzjoni u tat-tqegħid mil-ġdid, b’indikazzjoni tal-lokazzjoni u l-konfini tagħhom, li minnhom jistgħu jittieħdu l-molluski bivalvi ħajjin skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari, tal-Kapitolu I ta’ l-Anness.

Din il-lista trid tiġi kkomunikata lill dawk affettwati minn din id-Direttiva, bħalma huma dawk li jiġbru u l-operaturi taċ-ċentri tat-tisfija u taċ-ċentri tad-dispaċċ.

(b) Il-monitorjar tal-produzzjoni u tat-tqegħid mill-ġdid għandhom jitwettqu fuq ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Jekk dan il-monitorjar jiżvela illi mhumiex jintlaħqu iktar il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tagħlaq iż-żona tal-produzzjoni jew tat-tqegħid mill-ġdid interessati sakemm is-sitwazzjoni tinġieb lura għan-normal.

3. L-awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi kull produzzjoni u ġbir tal-molluski bivalvi f’ż-żoni meqjusa mhux xierqa għal dawn l-attivitajiet għal raġunijiet ta’ saħħa.

L-Artikolu 6

1. Esperti mill-Kummissjoni jistgħu, f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, jagħmlu kontrolli fuq ż-żona safejn u sakemm ikun meħtieġ li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva. Jistgħu, b’mod partikolari, jikkontrollaw jekk iċ-ċentri, u ż-żoni tal-produzzjoni u tat-tqegħid mill-ġdid ikunu effettivament iħarsu din id-Direttiva. Stat Membru li fit-territorju tiegħu ikun qiegħed jitwettaq kontroll għandu jagħti l-għajnuna kollha lill-esperti fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli.

2. L-arranġamenti sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1 għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12.

3. Il-Kummissjoni tista’ tfassal rakkommandazzjonijiet li jkun fihom linji-gwida dwar il-prattiċi tajba tal-fabrikazzjoni li japplikaw għal stadji differenti tal-produzzjoni u tal-ħruġ fis-suq.

L-Artikolu 7

1. Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE rigward il-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom japplikaw, b’mod partikolari rigward l-organizzazzjoni u l-azzjoni li trid tittieħed wara l-kontrolli li jridu jitwettqu mill-Istati Membri tad-destinazzjoni, u l-miżuri tas-salvagward li jridu jiġu implimentati.

2. Id-Direttiva 89/662/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) Fl-Anness A, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

"— Id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin, (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1.)";

(b) fl-Anness B, għandu jitħassar l-inċiż li ġej:

"— il-molluski bivalvi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem".

IL-KAPITOLU III

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

L-Artikolu 8

Id-dispożizzjonijiet applikati għall-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi ħajjin minn pajjiżi terzi għandhom mill-inqas ikunu l-ekwivalenti għal dawk li jirregolaw il-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq tal-prodotti Komunitarji.

L-Artikolu 9

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-ħtieġa imposta bl-Artikolu 8, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

1. l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu fuq iż-żona minn esperti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri sabiex jivverifikaw jekk il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ħruġ fis-suq jistgħux jitqiesu ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità.

L-esperti mill-Istati Membri li jridu jkunu fdati b’dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni, hija u taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru f’isem il-Komunità, li għandha ġġorr l-ispejjeż ta’ kull nefqa f’ konnessjoni ma dan.

Il-frekwenza u l-proċedura għal dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12;

2. meta tkun qiegħda tiġi meħuda d-deċiżjoni jekk il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin f’pajjiż jistgħux jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk tal-Komunità, għandhom jitqiesu b’mod partikolari:

(a) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz;

(b) l-organizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u tas-servizzi tiegħu ta’ l-ispezzjoni, il-poteri ta’ dawn is-servizzi u s-sorveljanza li għaliha huma bla ħsara, kif ukoll il-faċilitajiet tagħhom tal-monitorjar u ta’ l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tagħhom fis-seħħ;

(ċ) il-kondizzjonijiet attwali tas-saħħa matul il-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin u b’mod partikolari il-monitorjar ta’ ż-żoni tal-produzzjoni fejn għandhom x’jaqsmu t-tniġġiż mikrobijoloġiku u ta’ l-ambjent, u l-preżenza ta’ bijotossini marini;

(d) ir-regolarità u l-ħeffa tat-tagħrif ipprovdut mill-pajjiż terz dwar il-preżenza tal-plankton f’żoni tal-produzzjoni li jkun fih it-tossina u, b’mod partikolari, ta’ l-ispeċi li ma jinstabux fl-ibħra tal-Komunità, u r-riskji illi din il-preżenza tista tfisser għall-Komunità;

(e) l-assigurazzjonijiet illi l-pajjiż terz jista’ jagħti dwar il-konformità ma l-istandards stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness;

3. il-Kummissjoni, hija u ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, għandha tiddeċiedi dwar:

(a) il-lista tal-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ l-ekwivalenza riferiti fil-paragrafu 2;

(b) għal kull pajjiż terz, il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni tal-molluski bivalvi ħajjin. Dawn il-kondizzjonijiet iridu jinkludu:

(i) il-proċedura għalbiex jinkiseb ċertifikat tas-saħħa li jrid jakkumpanja l-kunsenji mibgħuta lejn il-Komunità;

(ii) id-demarkazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni li minnhom jistgħu jinġabru u jiġu importati l-molluski bivalvi ħajjin;

(iii) l-obbligu li l-Komunità tiġi nnotifikata b’kull bidla possibbli fl-approvazzjoni ta’ ż-żoni tal-produzzjoni;

(iv) kull tisfija wara l-wasla fit-territorju tal-Komunità;

(ċ) lista ta’ l-istabbilimenti li minnhom tiġi awtorizata l-importazzjoni tal-molluski bivalvi ħajjin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti lista jew iktar ta’ dawn l-istabbilimenti. Stabbiliment ma jistax jidher f’lista għajr jekk ikun approvat uffiċjalment mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jesporta lejn il-Komunità. Din l-approvazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-osservanza tal-ħtiġiet li ġejjin:

- il-konformità mal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva,

- il-monitorjar minn servizz uffiċjali ta’ l-ispezzjoni ta’ pajjiż terz;

4. id-deċiżjonijiet riferiti fil-paragrafu 3 jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12.

Dawn id-deċiżjonijiet u l-emendi għalihom għandhom jiġu ppubblikati fis-Serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej;

5. sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet riferiti fil-paragrafu 3, il-kondizzjonijiet illi l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi ħajjin minn pajjiżiterzi għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk li jirregolaw il-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq ta’ prodotti tal-Komunità.

L-Artikolu 10

Ir-regoli u l-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 90/675/KEE għandhom japplikaw, b’referenza partikolari għall-organizazzjoni u l-kontroll ta’ wara ta’ l-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri tas-salvagward li jridu jiġu implementati.

Mingħajr preġudizzju għall-konformità mar-regoli u l-prinċipji riferiti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu u sakemm jiġu implimentati d-deċiżjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 90/675/KEE, għandhom jissoktaw japplikaw ir-regoli nazzjonali rilevanti sabiex jiġi applikat l-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva msemmija.

IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 11

Il-Kapitoli ta’ l-Anness jistgħu jiġu emendati mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, qabel l-1 ta’ Jannar 1994, tissottometti lill-Kunsill, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, rapport dwar il-Kapitoli I u V ta’ l-Anness, akkumpanjat minn kull emenda proposta għal dawn il-Kapitoli.

L-Artikolu 12

1. Fejn il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-President għandu jirreferi l-materja lill-Kumitat Veterinarju Permanenti minn issa’ l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien li l-President jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet illi l-Kunsill ikun meħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri ġewwa l-Kumitat għandhom ikunu ppeżati fil-mod stabbilit f’dan l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri previsti jekk ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, minnufih, tissottometti lill-Kunsill proposta li jkollha x’taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, meta jiskadi l-perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur mid-data tar-riferiment lill-Kunsill, il-Kunsill ikun għadu ma ħax azzjoni, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni minbarra fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b’maġġoranza kkwalifikata.

L-Artikolu 13

Sabiex jitqies in-nuqqas possibbli li tittieħed deċiżjoni dwar ir-regoli ddettaljati għalbiex tiġi applikata din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1993, jistgħu jiġu addottati l-miżuri transitorji meħtieġa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 għall-perjodu taż-żmien ta’ sentejn.

L-Artikolu 14

Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tissottometti, qabel l-1 ta’ Lulju 1992, rapport lill-Kunsill dwar il-ħtiġiet minimi li jridu jintlaħqu rigward l-istruttura u t-tagħmir ta’ ċentri żgħar tad-dispaċċ jew ta’ stabbilimenti zgħar li jiżguraw id-distribuzzjoni fis-suq lokali u lokati fż-żoni bla ħsara għall-kostruzzjonijiet partikolari rigward il-provvista tagħhom, possibbilment akkompanjati bi proposti, li dwarhom il-Kunsill irid jieħu deċiżjoni, huwa u jaġixxi skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat, qabel fil-31 ta’ Diċembru 1992.

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid mill-Kunsill qabel l-1 ta’ Jannar 1998, huwa u jaġixx fuq proposta mill-Kummissjoni, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba.

L-Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1993. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif jagħmlu din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta’ Lulju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Bukman

[1] ĠU C 84, tat-2.4.1990, p. 29.

[2] ĠU C 183, tal-15.7.1991.

[3] ĠU C 332, tal-31.12.1990, p. 1.

[4] ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1.

[5] ĠU L 282, tat-2.10.1989, p. 1.

[6] ĠU L 281, tal-10.11.1979, p. 47.

[7] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[8] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[9] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1.

[10] ĠU L 42, tas-16.1.1991, p. 27.

[11] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-KAPITOLU I

IL-KONDIZZJONIJIET GĦAŻ-ŻONI TAL-PRODUZZJONI

1. Il-lokalizazzjoni u l-konfini ta’ ż-żoni tal-produzzjoni jridu jkunu ffissati mill-awtorità kompetenti f’mod li jidentifikaw ż-żoni li minnhom il-molluski bivalvi ħajjin:

(a) jistgħu jinġabru għall-konsum dirett mill-bniedem. Il-molluski bivalvi ħajjin li jittieħdu minn dawn iż-żoni iridu jilħqu il-ħtiġiet iddikjarati fil-Kapitolu V ta’ din id-Direttiva;

(b) jistgħu jinġabru imma maħruġa fis-suq biss għall-konsum mill-bniedem wara trattament fiċ-ċentru tat-tisfija, wara t-tqegħid mill-ġdid. Il-molluski bivalvi ħajjin minn dawn ż-żoni ma jridux jaqbżu l-limiti ta’ test MPNta’ħames tubi u tliet sustanzi dilwiti ta’ 6000 koliformi tal-ħmieġ ta’ l-imsaren għal kull 100 g laħam jew 4600E. Coli għal kull 100 g laħam f’ 90 % mill-kampjuni.

Wara t-tisfija jew it-tqegħid mill-ġdid, iridu jintlaħqu l-ħtiġiet kollha ddikjarati fil-Kapitolu V ta’ dan l-Anness;

(ċ) jistgħu jinġabru imma maħruġa fis-suq biss wara t-tqegħid mill-ġdid fuq perjodu twil taż-żmien (ta’ mill-inqas xahrejn), sew jekk ikkombinat mat-tisfija u sew jekk le, jew wara tisfija intensiva għal perjodu taż-żmien li jrid jiġi ffissat skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva, hekk li jilħqu l-ħtiġiet skond l-(a). Il-molluski bivalvi ħajjin minn dawn ż-żonima jridux jaqbżu l-limiti tat-test MTP b’ ħames tubi u tliet sustanzi dilwiti ta’ 60000 koliforma tal-ħmieġ ta’ l-insetti għal kull 100 g laħam.

2. Kull bidla fid-demarkazzjoni ta’ ż-żoni tal-produzzjoni u l-għeluq temporanju jew permanenti tagħhom trid ikun imħabbra immedjatament mill-awtorità kompetenti lil dawk affettwati minn din id-Direttiva u b’mod partikolari lill-produtturi u l-operaturi taċ-ċentri tat-tisfija u tad-dispaċċ.

IL-KAPITOLU II

IL-ĦTIĠIET GĦALL-ĠBIR U T-TRASPORT TA’ LOTTIJIET LEJN ĊENTRU TAD-DISPAĊĊ JEW TAT-TISFIJA, ŻONA TAT-TQEGĦID MILL-ĠDID JEW TA’ L-IPPROĊESSAR

1. Il-metodi tat-teknika tal-ġbir ma jridux jikkawżaw ħsara eċessiva għall-qxur jew it-tessut tal-molluski bivalvi ħajjin.

2. Il-molluski bivalvi ħajjin iridu jkunu protetti biżżejjed mit-tagħfiġ, il-brix tal-ġilda it-tregħid wara l-ġbir u ma jridux jiġu esposti għal temperaturi estremi tas-sħana jew tal-kesħa.

3. Il-metodi tat-teknika għall-ġbir, it-trasport, it-tniżżil l-art u t-tqandil tal-molluski bivalvi ħajjin ma jridux jirriżultaw fi tniġġiż miżjud tal-prodotti, lanqas fi tnaqqis sinifikanti fil-kwalità tal-prodott, lanqas f’kull bidla li taffettwa sinifikament l-abbiltà tagħhom li jkunu ttrattati bit-tisfija, il-proċessar jew it-tqegħid mill-ġdid.

4. Il-molluski bivalvi ħajjin ma jridux jergħu jitqiegħdu mill-ġdid f’ ilma li jista jikkawża iktar tniġġiż bejn il-ġbir u t-tniżżil l-art.

5. Il-mezzi tat-trasport użati għat-trasport tal-molluski bivalvi ħajjin iridu jintużaw fuq il-kondizzjonijiet li jipproteġu lil dawn ta’ l-aħħar minn aktar tniġġiż u tagħfiġ tal-qxur. Iridu jippermettu t-tbattil u t-tindif adegwati.

Fil-kas tat-trasport bil-massa fuq distanzi twal tal-molluski bivalvi ħajjin lejn ċentru tad-dispaċċ, ċentru tat-tisfija, żona tat-tqegħid mill-ġdid jew impjant ta’ l-ipproċessar, il-mezzi tat-trasport iridu jkunu mgħammra hekk li jiżguraw l-aħjar kondizzjonijiet possibbli ta’ sopravivenza, u b’mod partikolari jridu jħarsu l-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitolu IX tat-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness.

6. Irid jinħareġ dokument tar-reġistrazzjoni għall-identifikazzjoni tal-lottijiet tal-molluski bivalvi ħajjin matul it-trasport miż-żona tal-produzzjoni lejn ċentru tad-dispaċċ, ċentru tat-tisfija, żona tat-tqegħid mill-ġdid jew impjant ta’ l-ipproċessar mill-awtorità kompetenti fuq it-talba ta’ dak li jiġbor. Għal kull lott, min jiġbor irid jimla mingħajr ma jista’ jitħassar u li jista jinqara d-dokument tar-reġistrazzjoni li jrid ikun fih it-tagħrif li ġej:

- l-identità u l-firma ta’ min jiġbor il-molluski,

- id-data tal-ġbir,

- il-lokazzjoni taż-żona tal-produzzjoni fl-aktar dettal preċiż daqs li hu prattikabbli,

- l-ispeċi tal-frotta tal-baħar bil-qoxra u l-kwantità indikata fl-iktar dettal preċis li hu prattikabbli,

- in-numru ta’ l-approvazzjoni u ż-żona tad-destinazzjoni għas-sarr, it-tqegħid mill-ġdid, it-tisfija jew l-ipproċessar.

Id-dokumenti tar-reġistrazzjoni jridu jkunu innumrati b’mod permanenti wieħed wara l-ieħor. L-awtorità kompetenti trid iżżomm reġistru li jindika n-numri tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni flimkien ma’ l-ismijiet tal-persuni li jiġbru l-molluski bivalvi ħajjin u lil min kienu nħarġu d-dokumenti. Id-dokument tar-reġistrazzjoni għal kull lott ta’ molluski bivalvi ħajjin irid ikun ittimbrat bid-data mal-kunsinja ta’ lott liċ-ċentru tad-dispaċċ, ċentru tat-tisfija, żona tat-tqegħid mill-ġdid jew impjant ta’ l-ipproċessar u jrid jinżamm mill-operaturi ta’ dawn iċ-ċentri, żona jew stabbilimenti għal mill-inqas 60 jum.

Madankollu, jekk il-ġbir isir mill-istess persunal li jħaddem iċ-ċentru tad-dispaċċ, iċ-ċentru tat-tisfija, ż-żona tat-tqegħid mill-ġdid jew l-impjant ta’ l-ipproċessar tad-destinazzjoni, id-dokument tar-reġistrazzjoni jista jiġi mibdul b’awtorizazzjoni permanenti tat-trasport li jingħata mill-awtorità kompetenti.

7. Jekk żona tal-produzzjoni jew tat-tqegħid mill-ġdid tkun temporanjament magħluqa, l-awtorità kompetenti trid tieqaf milli toħroġ id-dokumenti tar-reġistrazzjoni għal dawn ż-żoni u tissospendi immedjatament il-validità tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni kollha diġà maħruġa.

IL-KAPITOLU III

IL-KONDIZZJONIJIET GĦAT-TQEGĦID MILL-ĠDID TAL-MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN

Iridu jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. il-molluski bivalvi ħajjin iridu jinġabru u jiġu ttrasportati skond il-ħtiġiet tal-Kapitolu II ta’ dan l-Anness;

2. il-metodi tat-teknika biex jitqandlu l-molluski bivalvi ħajjin maħsuba għat-tqegħid mill-ġdid iridu jippermettu l-bidu mill-ġdid ta’ l-attività tat-tmigħ bil-filtru wara l-għads fl-ilma naturali;

3. il-molluski bivalvi ħajjin ma jridux jitqiegħdu mill-ġdid f’densità li ma tippermettix it-tisfija;

4. il-molluski bivalvi ħajjin iridu jkunu mgħaddsa fl-ilma baħar fiż-żona tat-tqegħid mill-ġdid għal perjodu xieraq taż-żmien li jrid ikun aktar miż-żmien meħud sabiex il-livelli tal-batterji tal-ħmieġ mill-imsaren jitnaqqsu għal-livelli permessi minn din id-Direttiva filwaqt li jitqies il-fatt illi jridu jintlaħqu l-istandards tal-Kapitolu V ta’ dan l-Anness;

5. it-temperatura minima ta’ l-ilma għat-tqegħid mill-ġdid effettiv trid, fejn meħtieġ, tiġi stabbilita u mħabbra mill-awtorità kompetenti għal kull speċi ta’ mollusk bivalv ħaj u żona tat-tqegħid mill-ġdid approvata;

6. żoni sabiex jitqiegħdu mill-ġdid il-molluski bivalvi ħajjin iridu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti. Il-konfini tal-postijiet iridu jkunu identifikati b’mod ċar b’bagi, arbli jew mezzi fissi oħra; irid ikun hemm distanza minima ta’ 300 metru bejn ż-żoni tat-tqegħid mill-ġdid, kif ukoll bejn ż-żoni tat-tqegħid mill-ġdid u ż-żoni tal-produzzjoni;

7. il-postijiet ġewwa ż-żoni tat-tqegħid mill-ġdid iridu jkunu mifruda sewwa minn xulxin sabiex ma jħallux it-taħlit tal-lottijiet; trid tintuża s-sistema ta’ "kollha ġewwa, kollha barra", sabiex lott ġdid ma jkunx jista’ jiddaħħal qabel ma jitneħħa l-lott kollu ta’ qabel;

8. iridu jinżammu mill-operaturi ta’ ż-żoni tat-tqegħid mill-ġdid għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti r-reġistri permanenti tas-sors tal-molluski bivalvi ħajjin, il-perjodi taż-żmien tat-tqegħid mill-ġdid, iż-żoni tat-tqegħid mill-ġdid u d-destinazzjoni sussegwenti tal-lott wara t-tqegħid mill-ġdid;

9. wara l-ġbir miż-żona tat-tqegħid mill-ġdid, il-lottijiet iridu, matul it-trasport miż-żona tat-tqegħid mill-ġdid għaċ-ċentru tad-dispaċċ, iċ-ċentru tat-tisfija jew l-impjant ta’ l-ipproċessar approvati, ikunu akkumpanjati mid-dokument tar-reġistrazzjoni riferit fil-Kapitolu II tat-Taqsima 6 ta’ dan l-Anness, minbarra fil-każ fejn l-istess persunal jaħdem kemm fiż-żona tat-tqegħid mill-ġdid u kemm fiċ-ċentru tad-dispaċċ, iċ-ċentru tat-tisfija jew l-impjant ta’ l-ipproċessar.

IL-KAPITOLU IV

IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAĊ-ĊENTRI TAD-DISPAĊĊ JEW TAT-TISFIJA

I. Il-kondizzjonijiet ġenerali li għandhom x’jaqsmu mal-fond u t-tagħmir

Iċ-ċentri ma jridux ikunu lokati f’żona qrib irwejjaħ oġġezzjonabbli, trab, u tniġġiż ieħor. ll-lok ma jridx ikun suġġett għall-istagħdir minn marej għoljin ordinarji jew minn tnixxijiet miż-żoni ta’ mad-dawra.

Iċ-ċentri jrid ikollhom mill-inqas:

1. fuq il-fondi fejn il-molluski bivalvi ħajjin jitqandlu jew jiġu maħżuna:

(a) bini jew faċilitajiet ta’ kostruzzjoni sodi, iddisinjati u miżmuma adegwatament sabiex jiprevjienu t-tniġġiżi tal-molluski bivalvi ħajjin minn kull tip ta’ skart, ilma maħmuġ, ħmieġ jew mill-preżenza ta’ annimali gerriema jew annimali oħra;

(b) art li faċli tinżamm nadifa u mqiegħda hekk li tiffaċilita l-mixi ta’ l-ilma;

(ċ) spazju adegwat għax-xogħol sabiex jippermetti l-qadi sodisfaċenti tax-xogħol għall-ħidmiet kollha;

(d) ħitan b’saħħithom ħfief biex jitnaddfu;

(e) dawl naturali jew artifiċjali adegwat;

2. aċċess għal numru xieraq ta’ kmamar tat-tibdil, friskaturi għall-ħasil u latrini; irid ikun hemm numru biżżejjed ta’ friskaturi tal-ħasil ħdejn il-latrini;

3. tagħmir adegwat għall-ħasil ta’ l-għodda, tal-kontenituri u tat-tagħmir;

4. faċilitajiet għall-provvista u, fejn xieraq, il-ħażna ta’ ilma esklussivament tajjeb għax-xorb fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 li għandha x’taqsam mal-kwantità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem [1] jew faċilitajiet għall-provvista ta’ ilma baħar nadif.

Jistgħu jiġu awtorizzati faċilitajiet għall-ilma mhux tajjeb għax-xorb. L-ilma interessat ma jistax jiġi f’kuntatt dirett mal-molluski bivalvi ħajjin jew jintuża għat-tindif jew għad-diżinfettazzjoni tal-kontenituri, l-impjant jew it-tagħmir li jiġi f’kuntatt mal-molluski bivalvi ħajjin. Il-pajpijiet jew il-kanen li jġorru l-ilma mhux tajjeb għax-xorb iridu jingħarfu b’mod ċar minn dawk li jġorru l-ilma tajjeb għax-xorb;

5. it-tagħmir u l-istrumenti jew l-uċuħ tagħhom li jkunu maħsuba għalbiex jiġu f’kuntatt mal-molluski bivalvi ħajjin iridu jkunu magħmula minn materjal li jirreżisti l-korrużjoni, faċli jinħasel u jitnaddaf ripetutament.

II. Il-ħtiġiet iġjeniċi ġenerali

Irid ikun meħtieġ livell għoli ta’ ndafa u iġjene mill-persunal, il-fond, it-tagħmir u l-kondizzjonijiet tax-xogħol:

1. il-persunal li jittratta jew iqandel il-molluski bivalvi ħajjin irid b’mod partikolari jilbes ħwejjeġ tax-xogħol nodfa u, fejn xieraq, ingwanti li huma xierqa għax-xogħol li fih taħdem il-persuna;

2. il-persunal huwa obbligat li jżomm lura minn imġiba personali, bħall-bżiq, li jista’ jirriżulta fit-tniġġiż tal-molluski bivalvi ħajjin; kull persuna li tbati minn kull mard li jista jiġi trasmess mill-molluski bivalvi ħajjin għandha tiġi temporanjament pprojbita, sakemm terġa’ tkun f’saħħitha, milli taħdem jew tqandel dawn il-prodotti;

3. kull annimal gerriem, insetti jew parassiti oħra misjuba jridu jiġu meqruda u ma tridx titħalla infestazzjoni oħra. L-annimali domestiċi ma jridux jidħlu fil-faċilitajiet;

4. il-fond, it-tagħmir u l-istrumenti użati għalbiex jiġu mqandla l-molluski bivalvi ħajjin iridu jinżammu nodfa u fi stat tajjeb tat-tiswija; it-tagħmir u l-istrumenti jridu jitnaddfu għal kollox fit-tmiem tal-jum tax-xogħol u f’dawk il-ħinijiet l-oħra li jkunu xierqa;

5. il-fond, l-istrumenti u t-tagħmir ma jridux jintużaw għal skopijiet oħra għajr it-tqandil tal-molluski bivalvi ħajjin mingħajr l-awtorizazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti;

6. il-prodotti ta’ l-iskart iridu jinħażnu iġjenikament f’żona mifruda għaliha u, fejn xieraq, f’kontenituri mgħottija u xierqa għall-iskop maħsub. Il-materjal ta’ l-iskart irid jitneħħa mill-viċinanza ta’ l-istabbiliment f’intervalli xerqin taż-żmien;

7. il-prodotti mlestija jridu jiġu maħżuna taħt għata u miżmuma’ l bogħod miż-żoni fejn jitqandlu annimali oħra għajr il-molluski bivalvi ħajjin, bħal m’huma l-krustaċi.

III. Il-ħtiġiet għaċ-ċentru tat-tisfija

B’żieda ma’ dawn il-ħtiġiet fit-Taqsimiet I u II, iridu jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. l-art u l-ħitan tat-tankijiet tat-tisfija u kull kontenitur tal-ħażna ta’ l-ilma jrid ikollhom wiċċ lixx u iebes u li ma jgħaddix ilma minnu u jrid ikun faċli li jitnaddaf bil-għorik jew l-użu ta’ l-ilma bil-pressa. Il-qiegħ tat-tankijiet tat-tisfija jridu jkunu mżerżqa biżżejjed u mgħammra bil-mixi ta’ l-ilma biżżejjed għall-volum tax-xogħol;

2. il-molluski bivalvi ħajjin iridu jinħaslu hekk li jinħelsu mit-tajn bl-ilma baħar jew bl-ilma tax-xorb nodfa u bil-pressa qabel it-tisfija. Il-ħasil tal-bidu jista’ jsir ukoll fit-tankijiet tat-tisfija qabel ma tibda t-tisfija, bil-pajpijiet tal-mixi ta’ l-ilma miżmuma miftuħa matul il-ħasil kollu tal-bidu u għal ħin imħolli biżżejjed wara dan għalbiex is-sistema tiġi fflaxjata qabel jibda l-proċess tat-tisfija;

3. it-tankijiet tat-tisfija jridu jingħataw mixi biżżejjed ta’ ilma baħar kull siegħa u għal kull tunnellata metrika tal-molluski bivalvi ħajjin ittrattati;

4. irid jintuża ilma baħar nadif jew ilma baħar imnaddaf bi trattament għat-tisfija tal-molluski bivalvi ħajjin; id-distanza bejn il-punt tad-dħul ta’ l-ilma baħar u l-ponot tal-ħruġ ta’ ilma ta’ l-iskart trid tkun biżżejjed għalbiex jiġi evitat it-tniġġiż; jekk ikun meħtieġ trattament bl-ilma baħar, għandu jiġi awtorizzat il-proċess ġaladarba tkun ġiet ivverifikata l-effettività tiegħu mill-awtorità kompetenti; l-ilma tax-xorb użat għalbiex iħejji l-ilma baħar mill-kimiċi kostitwenti prinċipali tiegħu irid iħares il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 80/778/KEE;

5. il-ħidma tas-sistema tat-tisfija trid tħalli lill-molluski bivalvi ħajjin li jibdew mill-ġdid bil-ħeffa l-attività tagħhom ta’ ikel bil-filtru, ineħħu t-tniġġiż tad-drenaġġ, li ma jitniġġżux mill-ġdid u li jkunu jistgħu jibqgħu ħajjin f’kondizzjoni xierqa wara t-tisfija, is-sarr, il-ħażna u t-trasport qabel ma jinħarġu fis-suq;

6. il-kwalità tal-molluski bivalvi ħajjin li jridu jiġu msoffija ma tistax taqbeż il-kapaċità taċ-ċentru tat-tisfija; il-molluski bivalvi ħajjin iridu jiġu msoffija bla waqfien għal perjodu taż-żmien biżżejjed sabiex jippermettu li jintlaħqu l-istandards mikrobijoloġiċi stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ dan l-Anness. Dan il-perjodu taż-żmien jibda mill-mument li fih il-molluski bivalvi ħajjin fit-tankijiet tat-tisfija jiġu mgħottija biżżejjed bl-ilma sal-mument tat-tneħħija tagħhom minn ġo fihom.

Iċ-ċentru tat-tisfija irid iqis l-informazzjoni li għandha x’taqsam mal-materja prima (it-tip ta’ mollusk bivalv, iż-żona ta’ l-oriġini tiegħu, il-kontenut tal-mikrobi, eċċ.) fil-każ li jkun meħtieġ illi jittawwal il-perjodu taż-żmien tat-tisfija sabiex jiġi żgurat illi l-molluski bivalvi ħajjin jilħqu l-ħtiġiet batterjoloġiċi tal-Kapitolu V ta’ dan l-Anness;

7. jekk tank tat-tisfija jkun fih numru ta’ lottijiet ta’ molluski, iridu jkunu ta’ l-istess speċi u jiġu mill-istess żona tal-produzzjoni jew minn żona differenti li jikkonformaw ma’ l-istess kondizzjonijiet ta’ saħħa. It-tul tat-trattament irid ikun ibbażat fuq iż-żmien li jinħtieġ mil-lott li jkun jeħtieġ l-itwal perjodu taż-żmien ta’ tisfija;

8. il-kontenituri użati għalbiex iżommu l-molluski bivalvi ħajjin fis-sistemi tat-tisfija jrid ikollhom binja li tħalli l-ilma baħar jgħaddi minn ġo fihom; il-fond tas-saffi tal-molluski bivalvi ħajjin ma jridx ifixkel il-ftuħ tal-qoxra matul il-tisfija;

9. l-ebda krustaċi, ħut jew speċi marina ma jridu jinżammu fit-tank tat-tisfija li fih il-molluski bivalvi ħajjin ikunu qegħdin jgħaddu mit-tisfija;

10. wara li titlesta t-tisfija, il-qxur tal-molluski bivalvi ħajjin iridu jinħaslu tajjeb bil-bexx bil-pajpijiet bl-ilma tax-xorb jew bl-ilma baħar nadif; dan jista’ jsir fit-tank tat-tisfija jekk meħtieġ; l-ilma tal-ħasil ma jridx jiġi ċċirkolat mill-ġdid;

11. iċ-ċentri tat-tisfija jrid ikollhom il-laboratorji tagħhom stess jew jiżguraw is-servizzi ta’ laboratorju mgħammar bil-faċilitajiet meħtieġa għalbiex jiċċekkja l-effiċjenza tat-tisfija bl-użu ta’ speċifikazzjonijiet mikrobijoloġiċi. Il-faċilitajiet tal-laboratorju barra ċ-ċentri jridu jkunu rrikonoxxuti mill-awtorità kompetenti;

12. Iċ-ċentri tat-tisfija iridu jżommu registru li jdaħħal regolarment l-informazzjoni li ġejja:

- ir-riżultati tat-testijiet mikrobijoloġiċi tas-sistema tat-tisfija ta’ ilma li jidħol fit-tankijiet tat-tisfija;

- ir-riżultati tat-testijiet mikrobijoloġiċi fuq il-molluski bivalvi ħajjin mhux imsoffija;

- ir-riżultati tat-testijiet mikrobijoloġiċi fuq il-molluski bivalvi ħajjin imsoffija;

- id-dati u l-kwantitajiet tal-molluski bivalvi ħajjin li jingħataw liċ-ċentri tat-tisfija u n-numri korrispondenti fid-dokument tar-reġistrazzjoni;

- il-ħinijiet meta jimtlew u jiżvojtaw is-sistemi tat-tisfija (il-ħinijiet tat-tisfija);

- id-dettalji dwar id-dispaċċ tal-kunsinji wara t-tisfija.

Dawn ir-reġistrazzjonijiet iridu jkunu kompleti u preċisi, leġibbli u rreġistrati f’reġistru permanenti li jrid ikun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti;

13. iċ-ċentri tat-tisfija jridu jaċċettaw biss dawk il-lottijiet ta’ molluski ħajjin li jkunu akkumpanjati mid-dokument tar-reġistrazzjoni riferit fil-Kapitolu II ta’ dan l-Anness;

Iċ-ċentri tat-tisfija li jibagħtu l-lottijiet tal-molluski ħajjin lejn iċ-ċentri tad-dispaċċ iridu jipprovdu d-dokument tar-reġistrazzjoni riferit fil-Kapitolu II tat-Taqsima 6 ta’ dan l-Anness.

14. kull pakkeġġ li jkun fih il-molluski bivalvi ħajjin imsoffija jrid ikun ipprovdut b’tikketta li tiċċertifika illi l-molluski kollha ġew imsoffija.

IV. Il-ħtiġiet għaċ-ċentri tad-dispaċċ

1. B’żieda ma’ dawn il-ħtiġiet fit-Taqsimiet I u II, iridu jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kondizzjonament ma jrid jikkawża l-ebda tniġġiż tal-prodott; il-faċilitajiet tal-kondizzjonament iridu jintużaw skond il-proċeduri rrikonoxuti mill-awtoritajiet kompetenti, b’rigward speċjali għall-kwalità batterjoloġika u kimika ta’ l-ilma baħar użat f’dawn il-faċilitajiet;

(b) it-tagħmir u l-kontenituri fil-faċilitajiet tal-kondizzjonament ma jridx ikun sors tat-tniġġiż;

(ċ) il-proċeduri għall-kalibrazzjoni tal-molluski bivalvi ħajjin ma jridux jirriżultaw fit-tniġġiż miżjud tal-prodott jew f’kull bdil li jaffettwa l-kapaċità tal-prodott li jiġi ttrasportat u maħżun wara s-sarr;

(d) kull ħasil jew tindif tal-molluski bivalvi ħajjin iridu jitwettqu billi jintuża ilma baħar jew ilma tax-xorb nodfa u bil-pressa; l-ilma tat-tindif ma jistax jiġi rriċiklat.

2. Iċ-ċentri tad-dispaċċ iridu jaċċettaw biss dawk il-lottijiet tal-molluski bivalvi ħajjin li jkunu akkumpanjati mid-dokument tar-reġistrazzjoni riferit fil-Kapitolu II tat-Taqsima 6 ta’ dan l-Anness u li jiġu minn żona tal-produzzjoni, żona tat-tqegħid mill-ġdid jew ċentru tat-tisfija approvati.

3. Iċ-ċentri tad-dispaċċ irid ikollhom il-laboratorji tagħhom stess jew jiżguraw is-servizzi ta’ laboratorju mgħammar bil-faċilitajiet meħtieġa għalbiex jiċċekkjaw, fost ħwejjeġ oħra, jekk il-molluski jħarsux l-istandards mikrobijoloġiċi tal-Kapitolu V ta’ dan l-Anness. Il-faċilitajiet tal-laboratorji barra miċ-ċentri jridu jkunu rrikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

Madankollu, dawn il-ħtiġiet ma japplikawx għaċ-ċentri tad-dispaċċ li jiksbu l-molluski tagħhom esklussivament u direttament miċ-ċentru tat-tisfija fejn kienu eżaminati wara tisfija.

4. Iċ-ċentri tad-dispaċċ iridu jżommu l-informazzjoni li ġejja għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti:

- ir-riżultati tat-testijiet mikrobijoloġiċi fuq il-molluski bivalvi ħajjin minn żona ta’ produzzjoni jew żona tat-tqegħid mill-ġdid approvati;

- id-dati u l-kwantitajiet tal-molluski bivalvi ħajjin imwassla fiċ-ċentru tad-dispaċċ u n-numri korrispondenti fid-dokument tar-reġistrazzjoni;

- id-dettalji tad-dispaċċ.

Din l-informazzjoni trid tiġi kklasifikata kronoloġikament u tinżamm għall-perjodu taż-żmien li jrid jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti, imma mhux inqas minn tliet xhur.

5. Iċ-ċentri tad-dispaċċ lokati abbord bastimenti għandhom ikunu bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1(b), (ċ) u (d) u fil-punti 3 u 4. Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-I u t-II għandhom japplikaw mutatis mutandis għaċ-ċentri tad-dispaċċ minkejja l-kondizzjonijiet speċjali li jistgħu jiġu stabbiliti skond il-preċedura stabbilita fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva.

IL-KAPITOLU V

IL-ĦTIĠIET LI JIRRIGWARDAW IL-MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN

Il-molluski bivalvi ħajjin maħsuba għal-konsum immedjat mill-bniedem iridu jħarsu l-ħtiġiet li ġejjin:

1. Il-pussess tal-karatteristiċi viżwali assoċjati mal-freskezza u l-vijabilità, inklużi l-qxur ħielsa mill-ħmieġ, rispons adegwat għall-perkussjoni, u ammonti normali ta’ likwidu intravalvolari.

2. Irid ikun fihom inqas minn 300 koliforma tal-ħmieġ mill-imsaren jew inqas minn 230 E. Coli għal kull 100 g ta’ laħam tal-mollusk u likwidu intravalvolari bbażat fuq it-test MNP ta’ ħames tubi u tliet sustanzi dilwiti jew kull proċedura oħra batterjoloġika murija li hija ta’ preċiżjoni ekwivalenti.

3. Ma jridx ikun fihom is-salmonella f’25 g tal-laħam tal-mollusk.

4. Ma jridx ikun fihom komposti tossiċi jew oġġezzjonabbli li jiġru b’ mod naturali jew jiġu miżjuda fl-ambjent bħal dawk imniżżla fil-lista fl-Anness tad-Direttiva 79/923/KEE fil-kwantitajiet hekk illi d-dħul ikkalkolat ta’ l-ikel skond id-dieta jaqbeż id-dħul permissibbli ta’ l-ikel ta’ kuljum (PDI), jew illi t-togħma tal-molluski tista titħassar.

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-metodi sabiex jiġu ttestjati l-metodi taċ-ċekkjar tal-kriterji kimiċi u l-valuri tal-limitu applikabbli.

5. Il-limiti ta’ fuq rigward il-kontenut tar-radjonuklide ma jridx jaqbeż il-limiti ta’ l-oġġetti ta’ ikel kif stabbiliti mill-Komunità.

6. Il-kontenut totali tal-Velenu Paralitiku tal-Frott tal-Baħar bil-Qoxra (PSP) fil-partijiet li jittieklu tal-molluski (il-ġisem sħiħ jew xi parti li tittiekel separatament) ma jridx jaqbeż it-80 mikrogramma għal kull 100 g tal-laħam tal-mollusk skond il-metodu tat-test bijoloġiku — f’assoċjazzjoni jekk meħtieġ ma’ metodu kimiku sabiex jinkixef is-Sassitossin — jew kull metodu ieħor irrikonoxxut skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva.

Jekk ir-riżultati jiġu sfidati, il-metodu tar-riferiment għandu jkun il-metodu bijoloġiku.

7. Il-metodi tas-soltu tat-testijiet bijoloġiċi ma jridux jagħtu riżultat pożittiv lill-preżenza tal-Velenu Dijarretiku tal-Frott tal-Baħar bil-Qoxra (DSP) fil-partijiet li jittieklu tal-molluski (il-ġisem sħiħ jew kull parti li tittiekel separatament).

8. Fl-assenza tal-proċeduri tat-testijiet ta’ rutina tal-vajrusijiet u l-istabbiliment ta’ l-istandards viroloġiċi, il-kontrolli għas-saħħa jridu jkunu msejsa fuq il-għadd tal-batterja tal-ħmieġ mill-imsaren.

Iridu jsiru eżamijiet biex jiċċekjaw il-konformità mal-ħtiġiet ta’ dan il-Kapitolu skond il-metodi ppruvati li huma rikonoxxuti xjentifikament.

Sabiex din id-Direttiva tiġi applikati b’mod uniformi, il-pjani tal-kampjunar kif ukoll il-metodi u t-toleranżi analitiċi li jridu jiġu applikati sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità mal-ħtiġiet ta’ dan il-Kapitolu iridu jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva.

L-effettività ta’ l-indikatur tal-batterja tal-ħmieġ mill-imsaren u l-limiti numeriċi tagħhom kif ukoll il-parametri l-oħra stabbiliti f’dan il-Kapitolu jridu jinżammu taħt reviżjoni kontinwa u, fejn ix-xiehda xjentifika tipprova l-ħtieġa li jsir dan, jridu jiġu riveduti billi tiġi segwita l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva.

Meta jkun hemm xhieda xjentifika li tindika l-ħtieġa li jiddaħħlu kontrolli oħra tas-saħħa jew li jiġu emendati l-parametri f’dan il-Kapitolu bil-għan li jipproteġu s-saħħa pubblika, dawn il-miżuri jridu jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12.

IL-KAPITOLU VI

IL-KONTROLL TAS-SAĦĦA PUBBLIKA U L-MONITORJAR TAL- PRODUZZJONI

Trid tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll tas-saħħa pubblika mill-awtorità kompetenti sabiex tivverifika jekk il-ħtiġiet stabbiliti f’din id-Direttiva humiex jitħarsu. Din is-sistema ta’ kontroll trid tinkludi li:

1. jiġu mmonitorjati perjodikament ż-żoni tat-tqegħid mill-ġdid u tal-produzzjoni tal-molluski bivalvi sabiex:

(a) jiġi evitat kull abbuż rigward l-oriġini u d-destinazzjoni tal-molluski bivalvi ħajjin;

(b) tiġi ċċekkjata l-kwalità mikrobijoloġika tal-molluski bivalvi ħajjin fejn għandhom x’jaqsmu ż-żoni tal-produzzjoni u tat-tqegħid mill-ġdid;

(ċ) tiġi ċċekkjata l-preżenza possibbli tal-plankton li jipproduċi t-tossina fil-produzzjoni u fl-ilmijiet tat-tqegħid mill-ġdid u bijotossini fil-molluski bivalvi ħajjin;

(d) tiġi ċċekkjata l-preżenza possibbli ta’ kimiċi li jniġġżu, li l-livell massimu awtorizzat tagħhom li jrid jiġi ffissat, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva, sal-31 ta’ Diċembru 1992.

Għall-għanijiet tal-punti (ċ) u (d), il-pjani tal-kampjunar iridu jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiċċekkjaw il-preżenza possibbli f’intervalli regolari taż-żmien jew fuq il-bażi ta’ każ b’każ fil-każ ta’ perjodi taż-żmien irregolari tal-ġbir.

2. Il-pjani tal-kampjunar kif ipprovvdut fil-punt 1, iridu jqisu b’mod partikolari:

(a) il-varjazzjonijiet possibbli fit-tniġġiż mill-ħmieġ ta’ l-imsaren f’kull żona ta’ produzzjoni u ta’ tqegħid mill-ġdid;

(b) il-varjazzjonijiet possibbli f’ż-żoni tal-produzzjoni u tat-tqegħid mill-ġdid fil-preżenza tal-plankton li jkun fih il-bijotossini marini. Il-kampjunar irid isir kif ġej:

(i) il-monitorjar: il-kampjunar perjodiku organiżżat sabiex jikxef bidliet fil-komposizzjoni tal-plankton li jkun fih it-tossini u d-distribuzzjoni ġeografika ta’ dan. It-tagħrif li jwassal għal suspett ta’ l-akkumulazzjoni tat-tossini fil-laħam tal-mollusk irid jiġi segwit b’kampjunar intensiv;

(ii) il-kampjunar intensiv:

- il-monitorjar tal-plankton fl-ilmijiet tat-tkabbir u tas-sajd billi jiżdied in-numru tal-postijiet tal-kampjunar u n-numru tal-kampjuni, u

- it-testijiet għat-tossiċità bl-użu tal-molluski miż-żona affettwata li huma l-aktar suxxettibbli għat-tniġġiż.

Il-ħruġ fis-suq tal-molluski minn din l-żona ma jistax jiġi awtorizzat mill-ġdid sakemm kampjunar mill-ġdid ikun ipprovda riżultati sodisfaċenti fit-test tat-tossiċità;

(ċ) it-tniġġiż possibbli tal-molluski fiż-żona tal-produzzjoni u tat-tqegħid mill-ġdid;

Jekk ir-riżultat tal-pjan tal-kampjunar juri li l-ħruġ fis-suq tal-molluski bivalvi ħajjin jista’ jikkostitwixxi perikolu għas-saħħa tal-bniedem, l-awtorità kompetenti trid tagħlaq ż-żona ta’ produzzjoni, rigward il-molluski interessati, sakemm is-sitwazzjoni tkun ġiet irrestawrata.

3. It-testijiet tal-laboratorju sabiex jiċċekkjaw il-konformità mal-ħtiġiet għall-prodott finali kif stabbilit fil-Kapitolu V ta’ dan l-Anness. Trid tiġi stabbilita sistema ta’ kontrolli sabiex tivverifika illi l-livell ta’ bijotossini marini ma jaqbiżx il-limiti tas-sigurtà.

4. Spezzjoni ta’ l-istabbilimenti f’intervalli taż-żmien regolari. Dawn l-ispezzjonijiet iridu jinkludu b’mod partikolari kontrolli:

(a) sabiex jivverifikaw jekk il-kondizzjonijiet approvati għadhomx ikunu mħarsa;

(b) dwar it-tindif taż-żona, il-faċilitajiet, it-tagħmir u dwar l-iġjene tal-persunal;

(ċ) sabiex jivverifikaw jekk il-molluski bivalvi ħajjin jiġux imqandla u ttrattati b’mod korrett;

(d) dwar l-applikazzjoni u l-funzjonament korretti tas-sistemi tat-tisfija jew tal-kondizzjonament;

(e) dwar ir-reġistri riferiti fil-Kapitolu IV tat-Taqsima III, 12 ta’ dan l-Anness,

(f) dwar l-użu korrett tal-marki tas-saħħa.

Dawn il-kontrolli jistgħu jinkludu t-teħid tal-kampjuni għat-testijiet tal-laboratorju; ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet iridu jiġu nnotifikati lill-persuni responsabbli mill-istabbilimenti.

5. Il-kontrolli dwar il-kondizzjonijiet tal-ħażna u tat-trasport għall-kunsinji tal-molluski bivalvi ħajjin.

IL-KAPITOLU VII

IT-TGEŻWIR

1. Il-molluski bivalvi ħajjin iridu jinsarru f’kondizzjonijiet sodisfaċenti ta’ l-iġjene.

Il-materjal tat-tgeżwirjew il-kontenitur irid:

- ma jfixkilx il-karatteristiċi organolettiċi tal-molluski bivalvi ħajjin,

- ma jkunx kapaċi li jitrasmetti sustanżi ta’ perikolu għas-saħħa tal-bniedem lill-molluski bivalvi ħajjin,

- ikun b’saħħtu biżżejjed sabiex jagħtu protezzjoni adegwata lill-molluski bivalvi ħajjin.

2. Il-gajdri jridu jinsarru bil-qoxra konkavi tħares ’l isfel.

3. It-tgeżwir kollu tal-molluski bivalvi ħajjin irid jiġi ssiġillat u jibqa’ ssiġillat miċ-ċentru tad-dispaċċ sal-kunsinja lill-konsumatur jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

IL-KAPITOLU VIII

IL-PRESERVAZZJONI U L-ĦAŻNA

1. Fil-kmamar tal-ħażna, il-molluski bivalvi ħajjin iridu jinżammu f’temperatura li ma taffettwax b’mod negattiv il-kwalità u l-vijabilità tagħhom; It-tgeżwir ma jridx jiġi f’ kuntatt ma l-art tal-kamra tal-ħażna, imma jrid jitqiegħed fuq wiċċ nadif u merfugħ.

2. Il-għads mill-ġdid jew il-bexx bl-ilma tal-molluski bivalvi ħajjin ma jridx iseħħ wara li jkunu ġew misrura u jkunu ħallew iċ-ċentru tad-dispaċċ minbarra fil-kas tal-bejgħ bl-imnut fiċ-ċentru tad-dispaċċ.

IL-KAPITOLU IX

IT-TRASPORT MIĊ-ĊENTRU TAD-DISPAĊĊ

1. Il-kunsinji tal-molluski bivalvi ħajjin maħsuba għal-konsum mill-bniedem iridu jiġu ttrasportati mgeżwra bħala pakketti ssiġillati miċ-ċentru tad-dispaċċ sakemm jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumatur jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

2. Il-mezzi tat-trasport użati għall-kunsinji tal-molluski bivalvi ħajjin irid ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) il-ħitan ta’ ġewwa u kull parti oħra li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-molluski bivalvi ħajjin iridu jkunu ta’ materjal li jirreżisti l-korruzzjoni; il-ħitan iridu jkunu lixxi u faċli biex jitnaddfu;

(b) iridu jkunu mgħammra b’mod xieraq sabiex jipprovdu l-protezzjoni effiċjenti tal-molluski bivalvi ħajjin kontra l-estremitajiet tas-sħana u tal-kesħa, it-tniġġiż mill-ħmieġ jew mit-trab, u l-ħsara lill-qxur mit-tregħid u l-brix;

(ċ) il-molluski bivalvi ħajjin ma jridux ikunu ttrasportati ma’ prodotti oħra li jistgħu jniġġżuhom.

3. Il-molluski bivalvi ħajjin iridu jkunu ttrasportati u mqassma bl-użu ta’ vetturi magħluqin jew kontenituri li jżommu l-prodott f’temperatura li ma taffettwax b’mod negttiv il-kwalità u l-vijabilità tagħhom.

Il-pakketti li jkun fihom il-molluski bivalvi ħajjin ma jridux jiġu ttrasportati f’kuntatt dirett ma’ l-art tal-vettura jew tal-kontenitur imma jridu jkunu appoġġjati fuq wiċċ mgħolli jew b’mezzi oħra li jipprevienu l-kuntatt.

Fejn jintuża s-silġ fit-trasport tal-kunsinji tal-molluski bivalvi ħajjin, irid ikun magħmul minn ilma tax-xorb jew ilma baħar nadif.

IL-KAPITOLU X

IL-MARKAR TAL-KUNSINJI

1. Il-pakketti kollha f’kunsinja ta’ molluski bivalvi ħajjin iridu jkunu pprovduti b’ marka tas-saħħa sabiex ikun jista jiġi identifikat iċ-ċentru oriġinali tad-dispaċċ fil-ħinijiet kollha matul it-trasport u d-distribuzzjoni sakemm jinbigħu bl-imnut. Mingħajr preġudizzju għad Direttiva 79/112/KEE, il-marka jrid ikollha t-tagħrif li ġej:

- il-pajjiż tad-dispaċċ,

- l-ispeċi tal-mollusk bivalv (l-isem komuni u l-isem xjentifiku),

- l-identifikazzjoni taċ-ċentru tad-dispaċċ bin-numru ta’ l-approvazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti,

- id-data tat-tgezwir, li mill-inqas tikkomprendi l-jum u x-xahar.

Bħala deroga mid-Direttiva 79/112/KEE id-data tad-durabilità tista’ tiġi mibdula bid-dħul ta’ avviż li juri l-kelmiet dawn l-annimali jridu jkunu ħajjin meta jinbiegħu

2. Il-marka tas-saħħa tista’ tiġi stampata fuq il-materjal tat-tgeżwir jew ikun fuq tikketta separata li mbagħad titwaħħal mal-materjal tat-tgeżwir jew titqiegħed ġewwa s-sorra. Tista tkun ukoll ta’ l-għamla dawwar-u-orbot jew imwaħħla bi staple; ma jridux jintużaw marki tas-saħħa li jitwaħħlu minnhom infushom, għajr jekk ma jkunux jistgħu jinqalgħu. It-tipi kollha tal-marka tas-saħħa jridu jkunu għall-użu ta’ darba biss u ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

3. Il-marka tas-saħħa trid tkun b’saħħitha għalbiex iżżomm fit-tul u biex tilqa’ għall-ilma, u t-tagħrif ippreżentat irid ikun jinqara, ma jitħassarx u f’karattri li jistgħu jingħarfu faċilment.

4. Il-marka tas-saħħa mwaħħla mal-kunsinji tal-molluski bivalvi ħajjin li ma jkunux misrura f’pakketti tad-daqs għall-konsumatur individwali trid tinżamm għal mill-inqas 60 jum mill-bejjiegħ bl-imnut wara li jinqasam il-kontenut tal-kunsinja.

[1] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11. Id-Direttiva l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 218).

--------------------------------------------------