31991L0368



Official Journal L 198 , 22/07/1991 P. 0016 - 0032
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0210
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0210


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-20 ta’ Ġunju 1991

li temenda d-Direttiva 89/392/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbutin mal-makkinarju

(91/368/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi makkinarju li jinkorpora fih riskji speċifiċi minħabba jew il-mobilità tiegħu jew inkella l-kapaċità li jerfa’ tagħbijiet, jew iż-żewġ fenomeni flimkien, għandu jissodisfa kemm il-bżonnijiet ta’ saħħa u sigurtà stipulati fid-Direttiva 89/392/KEE [4], kif ukoll il-bżonnijiet tas-saħħa u s-sigurtà marbuta ma’ dawk ir-riskji speċifiċi;

Billi huwa meħtieġ li jiġu pprovduti proċeduri ta’ ċertifikazzjoni għal dawk it-tipi ta’ makkinarju barra minn dawk li inizjalment kien hemm ipprovdut għalihom fid-Direttiva 89/392/KEE.

Billi l-bżonnijiet ta’ saħħa u sigurtà essenzjali u supplimentari preskritti għal riskji speċifiċi minħabba l-mobilità u l-irfigħ ta’ tagħbijiet jista’ jkun effettwat bl-emenda tad-Direttiva 89/392/KEE biex tinkludi dawn id-dispożizzjonijiet komplimentari, billi din l-emenda tista’ jintuża biex jikkorreġi ċerti imperfezzjonijiet fil-bżonnijiet essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà li japplikaw għall-makkinarju kollu;

Billi huwa meħtieġ li jiġu pprovduti arranġamenti transizzjonali li jippermettu lill-Istati Membri biex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u li jdaħħlu fis-servizz il-makkinarju mmanifatturat skond ir-regoli nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1992;

billi ċertu apparat jew makkinarju kopert bid-Direttivi eżistenti jidħol fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi Direttiva waħda li tkopri l-apparat kollu hija preferibbli; billi huwa għalhekk mixtieq li d-Direttivi eżistenti rilevanti jitħassru fid-data li din id-Direttiva tkun applikata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 89/392/KEE hija għalhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu segwenti:

"“Makkinarju” tfisser ukoll apparat interkambjanti li jimmodifika l-funzjoni ta’ magna, li jitpoġġa fis-suq għall-iskop li jkun mibni ma’ magna jew ma’ serje ta’ magni differenti jew ma’ mutur li jaħdem waħdu sakemm dan l-apparat mhuwiex spare part inkella biċċa għodda",

(b) fil-paragrafu 3:

- l-ewwel inċiż huwa mħassar

- it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

- "apparat ta’ l-irfigħ iddisinjat u kostrutt biex jgħolli u/jew imexxi persuni bi jew mingħajr tagħbijiet, għajr għal trakkijiet industrijali b’pożizzjoni ta’ l-irfigħ għax-xogħol.",

- fit-tielet inċiż, tiżdied il-frażi li ġejja: "kemm-il darba hija magna użata biex terfa" u tniżżel tagħbijiet

- jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

- "mezzi ta’ trasport, jiġifieri vetturi u t-trailers tagħhom maħsuba biss għat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru jew fuq it-triq, fuq il-linji jew f’passaġġI fuq l-ilma, kif ukoll mezzi ta’ trasport sakemm tali mezzi huma maħsuba biex iġorru oġġetti bl-ajru, fit-toroq pubbliċi jew linji tat-tren jew fuq l-ilma. Vetturi użati fl-industrija ta’ l-estrazzjoni tal-minerali ma jkunux esklużi,

- vapuri tal-baħar u unitajiet offshore mobbli flimkien ma’ apparat abbord tali vapuri jew unitajiet,

- cableways għat-trasport ta’ persuni pubbliċi u privati,

- muturi agrikoli u forestali, kif definiti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ muturi agrikoli u forestali bir-roti [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/297/KEE [6],

- magni ddisinjati apposta u mibnija għall-għanijiet ta’ l-armata u tal-pulizija."

2. Fl-Artikolu 2(3), l-ewwel sentenza, il-frażi ’…dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva’ tinbidel ma’ "dispożizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ".

3. Fl-Artikolu 4(2) jiżdied is-subparagrafu segwenti:

"apparat interkambjabbli’, fit-tifsira tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(2) għandha titqies bħala makkinarju u għandha kif imiss ikollha fil-każijiet kollha l-marka KE u tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE li hemm riferenza għaliha fl-Anness II (A)."

4. Fl-Artikolu 8, jiżdied is-subparagrafu segwenti:

"7. L-obbligi stipulati fil-paragrafu 6 ma japplikawx għal persuni li jibnu ma’ magna jew mutur apparat interkambjabbli bħal dak li hemm ipprovdut għalih fl-Artikolu 1, iżda l-partijiet huma kompatibbli u kull waħda mill-partijiet kostitwenti tal-magna mibnija għandha jkollha l-marka tal-KE u tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE."

5. L-Artikolu 13 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 13

1. Qabel l-1 ta’ Jannar 1992 l-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinformaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b’tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi tat-twettiq ta’ tali riferenza jkun stabbilit mill-Istati Membri.

L-Istati Membri japplikaw il-miżuri in kwistjoni b’effett minn l-1 ta’ Jannar 1993, għajr rigward l-apparat li hemm riferenza għalih fid-Direttivi 86/295/KEE [7], 86/296/KEE [8] u 86/663/KEE [9], għal liema dawn il-miżuri japplikaw mill-1 ta’ Lulju 1995.

2. Barra minn dan, l-Istati Membri jippermettu, għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 1994, għajr rigward l-apparat li għalih hemm riferenza fid-Direttivi 86/295/KEE, 86/296/KEE u 86/663/KEE, għal liema dan il-perjodu jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 1995, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ makkinarju in konformità mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 1992.

Id-Direttivi 86/295/KEE, 86/296/KEE u 86/663/KEE ma jżommux l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 minn l-1 ta’ Lulju 1995.

3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

4. Il-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Jannar 1994, għandha teżamina l-progress magħmul fix-xogħol standardizzat relatat ma’ din id-Direttiva u tipproponi kwalunkwe miżuri xierqa."

6. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) Fis-sezzjoni 1.3.7 jiżdied il-paragrafu segwenti: "Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jevitaw imblokk aċċidentali ta’ partijiet li jiċċaqilqu involuti fix-xogħol. F’każijiet fejn, minkejja l-prekawzjonijiet meħuda, imblokk x’aktarx li jseħħ, invenzjonijiet jew għodod speċifiċi, il-handbook ta’ istruzzjoni u possibilment għandu jkun ipprovdut sinjal fuq il-makkinarju mill-manifattur li juri li l-apparat jista’ jkun sblukkat mingħajr periklu.";

(b) Tiddaħħal s-sezzjoni segwenti:

"1.6.5. Tindif ta’ partijiet interni

Il-makkinarju jrid ikun iddisinjat u kkostruwit b’tali mod li jkun possibbli t-tindif tal-partijiet interni li jintużaw għal sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi mingħajr ma tidħol fihom, kwalunkwe imblokk meħtieġ għandu jkun ukoll possibbli minn barra. Jekk ikun assolutament impossibbli li tevita d-dħul fil-makkinarju, il-manifattur għandu jieħu l-passi meħtieġa waqt il-kostruzzjoni tiegħu li jippermetti li t-tindif isir bl-inqas periklu."

(c) Fis-sezzjoni 1.7.0 jiżdied il-paragrafu segwenti: "fejn is-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni esposti jistgħu jkunu ipperikolati minħabba ħsara f’partijiet ta’ makkinarju mhux mgħasses, il-makkinarju għandu jkun iffittjat biex jagħti sinjal xieraq akustiku jew bid-dawl bħala twissija."

(d) Fis-sezzjoni 1.7.3 jiżdiedu il-paragrafi segwenti:

"fejn parti tal-magna għandha tintmess waqt l-użu b’apparat ta’ l-irfigħ, il-massa tagħha għandha tkun indikata leġibilment, indelibilment u mhux ambigwament.

L-apparat interkambjabbli li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1(2), it-tielet subparagrafu għandu jkollu l-istess informazzjoni.";

(e) Fis-sezzjoni 1.7.4 jiżdied l-inċiż segwenti:

"– fejn meħtieġ, il-karateristiċi essenzjali ta’ l-għodod li jistgħu jkunu iffittjati fil-makkinarju.";

(f) fis-sezzjoni 1.7.4 (f) it-tielet paragrafu huwa mibdul b’dan li ġej: "fejn standards armonizzati mhumiex applikati, livelli tajba għandhom ikunu mkejla bl-użu ta’ l-iktar metodu xieraq għall-makkinarju.";

(g) Is-sezzjonijiet 3 sa 5.7 stipulati fl-Anness I għal din id-Direttiva huma miżjuda.

7. Fl-Anness II (B) jiddaħħlu l-inċiżi s-segwenti wara t-tieni inċiż:

"- fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp innotifikat u n-numru taċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip tal-KE,

— fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp innotifikat għal liema l-file intbagħat skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 8(2)(ċ),

— fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp innotifikat li wettaq il-verifika li hemm riferenza għaliha fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 8(2)(ċ),

— fejn xieraq, riferenza għall-istandards armonizzati."

8. Fl-Anness IV, l-item 12 huwa mibdul bil-partiti minn 12 sa 15 stipulati fl-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Dan li ġej huwa għalhekk imħassar mill-31 ta’ Diċembru 1994:

- L-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 73/361/KEE tad-19 ta’ Novembru 1973 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati maċ-ċertifikazzjoni u l-immarkar ta’ ħbula, katini u ganċijiet tal-ħadid [10], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva 76/434/KEE [11],

- Id-Direttiva tal-Kummissjoni 76/434/KEE tat-13 ta’April 1976 li tadotta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għaċ-ċertifikazzjoni u l-immarkar ta’ ħbula, katini u ganċijiet tal-ħadid.

Dan li ġej huwa għalhekk imħassar mill-31 ta’ Diċembru 1995:

- Id-Direttiva tal-Kunsill 86/295/KEE tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għal strutturi protettivi Roll-over (ROPS) għal ċertu mpjant ta’ kostruzzjoni [12],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 86/296/KEE tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għal strutturi protettivi t’oġġetti li jaqgħu (ROPS) għal ċertu mpjant ta’ kostruzzjoni [13],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 86/663/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbutin ma’ trakkijiet industrijali li jaħdmu waħedhom [14], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/240/KEE [15].

Artikolu 3

1. Qabel l-1 ta’ Jannar 1992 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu jaqblu ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jaraw li jinsabu f’riferenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b’tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi tat-twettiq ta’ tali riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

Dawn japplikaw dawn il-miżuri b’effett minn l-1 ta’ Jannar 1993.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-20 ta’ Ġunju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

R.Goebbels

[1] ĠU Ċ 37, 17.2.1990, p. 5; uĠU Ċ 268, 24.10.1990, p. 12

[2] ĠU Ċ 175, 16.7.1990, p. 119; uĠU Ċ 129, 20.5.1991.

[3] ĠU Ċ 168, 10.7.1990, p. 15

[4] ĠU L 183, 29.6.1989, p. 9

[5] ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10

[6] ĠU L 126, 20.5.1988, p. 52

[7] ĠU L 186, 8.7.1986, p. 1

[8] ĠU L 186, 8.7.1986, p. 10

[9] ĠU L 384, 31.12.1986, p. 12

[10] ĠU L 335, 5.12.1973, p. 51

[11] ĠU L 122, 8.5.1976, p. 20

[12] ĠU L 186, 8.7.1986, p. 1

[13] ĠU L 186, 8.7.1986, p. 10

[14] ĠU L 384, 31.12.1986, p. 12

[15] ĠU L 100, 12.4.1989, p. 1

--------------------------------------------------

ANNESS I

Is-Sezzjonijiet 3 sa 5.7 jiżdiedu ma’ l-Anness I tad-Direttiva 89/392/KEE:

"3. BŻONNIJIET TA’ SAĦĦA U SIGURTÀ ESSENZJALI BIEX JIKKONTRASTAW IR-RISKJI PARTIKOLARI DOVUTI GĦALL-MOBILITÀ TA’ MAKKINARJU

Flimkien mal-bżonnijiet ta’ saħħa u sigurtà essenzjali mogħtija fis-sezzjonijiet 1 u 2, makkinarju li jippresenta riskji minħabba mobilità jrid ikun iddisinjat u kkostruwit biex jissodisfa l-bżonnijiet t’hawn taħt.

Riskji dovuti għal mobilità dejjem jeżistu fil-każ ta’ makkinarju li jaħdem waħdu, jinġibed jew ikun imbuttat jew mġorr minn makkinarju ieħor jew muturi, li jitħaddem f’inħawi tax-xogħol u li t-tħaddim tiegħu jinħtieġ jew mobilità waqt ix-xogħol, kemm jekk ikun moviment kontinwu jew inkella semi-kontinwu, bejn suċċessjoni ta’ posizzjonijiet tax-xogħol fissi.

Riskji minħabba mobilità jistgħu ukoll jeżistu fil-każ ta’ makkinarju li jitħaddem mingħajr ma jkun imċaqlaq, imma armat b’tali mod li jippermettilu li jkun imċaqlaq faċilment minn post għal ieħor (makkinarju armat fuq ir-roti, rollers u rombli, eċċ, jew imqiegħed fuq gantries, trolleys, eċċ).

Sabiex jiġi vverifikat li kultivaturi li jduru u xtiebi bil-mutur ma jippreżentawx riskji inaċċettabbli għall-persuni esposti, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li hu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta’ makkinarju kkonċernat, iwettaq it-testijiet xierqa jew li jara li tali testijiet jitwettqu.

3.1. Ġenerali

3.1.1. Id-Definizzjoni

“Sewwieq” tfisser ħaddiem responsabbli għall-moviment tal-makkinarju. Is-sewwieq jista’ jkun ittrasportat mill-makkinarju jew jista’ jkun bil-mixi, jakkumpanja l-makkinarju, jew jista’ jiggwida l-makkinarju bil-kontroll remot (cables, radio, eċċ.).

3.1.2. Dawl

Jekk maħsub mill-manifattur biex jintuża f’postijiet mudlama, makkinarju li jimxi waħdu jrid ikun iffittjat b’apparat tad-dawl xieraq biex ix-xogħol ikun jista’ jitwettaq, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regolamenti oħra applikabbli (regolamenti tat-traffiku tat-toroq, regoli tan-navigazzjoni, eċċ.).

3.1.3. Id-disinn ta’ makkinarju biex jiffaċilità t-tħaddim tiegħu

Matul il-manuvrar tal-magna u/jew il-partijiet tagħha; m’għandu jkun hemm ebda possibbiltà ta’ movimenti instantanji jew ta’ riskji dovuti għal instabbilità sakemm il-magna u/jew il-partijiet tagħha jkunu mmanuvrati skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

3.2. Stazzjonijiet tax-xogħol

3.2.1. Pożizzjoni tas-sewqan

Il-pożizzjoni tas-sewqan għandha tkun iddisinjata b’rigward dovut għal prinċipji ergonomiċi. Jista’ jkun hemm żewġ posizzjonijiet tas-sewqan jew iktar u, f’tali każijiet, kull pożizzjoni tas-sewqan għandha tkun ipprovduta bil-kontrolli kollha rekwiżiti. Fejn hemm iktar minn pożizzjoni tas-sewqan waħda, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat hekk li l-użu ta’ waħda minnhom tipprekludi l-użu ta’ l-oħrajn, għajr f’waqfiet ta’emerġenza. Il-viżibiltà minn pożizzjoni tas-sewqa għandha tkun tali li s-sewwieq jista’ f’sigurtà assoluta għalih innifsu u għall-persuni esposti, iħaddem il-makkinarju u l-għodod tiegħu fil-kondizzjonijiet maħsuba għall-użu tagħhom. Fejn meħtieġ, disinnji xierqa għandhom ikunu pprovduti biex jirrimedjaw riskji dovuti għal viżjoni diretta inadegwata.

Makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat u kkostruwit li, mill-pożizzjoni tas-sewqan, m’għandu jkun hemm ebda riskju għas-sewwieq u għall-ħaddiema abbord minn kuntatt mhux mistenni mar-roti jew mogħdijiet.

Il-pożizzjoni tas-sewqan għandha tkun iddisinjata u kkostruwita biex tevita kwalunkwe riskju tas-saħħa dovut għal gassijiet ta’ l-exhaust u/jew nuqqas ta’ossiġenu.

Il-pożizzjoni tas-sewqan ta’ sewwieqa li jsuqu fuq il-vettura għandha tkun iddisinjata u kkostruwita hekk li l-kabina tas-sewwieq tista’ tkun iffittjata sakemm ikun hemm wisgħa. F’dak il-każ il-kabina għandha tinkorpora post għall-istruzzjonijiet meħtieġa għas-sewwieq u/je min iħaddmu. Il-pożizzjoni tas-sewqan għandha tkun iffittjata b’kabina adegwata fejn ikun hemm riskju għal ambjent perikoluż.

Fejn il-makkinarju jkun iffittjat b’kabina, din għandha tkun iddisinjata, ikkostruwita u/jew armata biex tassigura li s-sewwieq ikollu kondizzjonijiet adegwati u jkun protett kontra kwalunkwe riskju li jista’ jeżisti (per eżempju: sħana u ventilazzjoni inadegwata, viżibiltà inadegwata, ħsejjes u vibrazzjonijiet eċċessivi, oġġetti li jaqgħu, penetrazzjoni minn oġġetti, tgerbib, eċċ.). Il-ħruġ għandu jippermetti evakwazzjoni rapida. Barra minn dan, ħruġ ta’ emerġenza għandu jkun ipprovdut f’direzzjoni li hija differenti mill-ħruġ tas-soltu.

Il-materjali użati għall-kabina u l-fittings tagħha għandhom ikunu reżistenti għan-nar.

3.2.2. Seating

Is-sedil tas-sewwieq ta’ kwalunkwe makkinarju għandu jippermetti lis-sewwieq biex iżomm pożizzjoni stabbli u jkun iddisinjat bir-rigward dovut għall-prinċipji ergonomiċi.

Is-sedil għandu jkun iddisinjat biex inaqqas il-vibrazzjonijiet trasmessi lis-sewwieq sa linqas livell li jista’ jkun miksub raġjonevolment. L-apparat tas-sedil jrid ikun kapaċI jilqa’ l-istress li għalih jista’ jkun suġġett fil-każ ta’ taqlib. Fejn hemm qiegħ taħt saqajn is-sewwieq, is-sewwieq għandu jkollu fejn iserraħhom koperti b’materjal reżistenti għaż-żlieq.

Fejn makkinarju huwa ffittjat b’dispożizzjonijiet għal struttura pproġettata kontra t-taqlib, is-sedil għandu ikun armat b’ċintorin tas-sigurtà jew apparat ekwivalenti li jżomm lis-sewwieq fis-sedil tiegħu mingħajr ma jnaqqaslu ebda movimenti meħtieġa għas-sewqan jew kwalunkwe movimenti kkawżati mis-sospensjoni.

3.2.3. Postijiet oħra

Jekk il-kondizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-apparat barra mis-sewwieq ikunu okkażjonalment ittrasportati regolarment mill-makkinarju, jew xogħol fuqu, għandhom ikunu pprovduti b’postijiet xierqa li jippermettulhom ikunu ttrasportati jew isir xogħol fuqhom mingħajr riskju, partikolarment ir-riskju li jistgħu jaqgħu.

Fejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol hekk jippermettu, dawn il-postijiet tax-xogħol għandhom ikunu armati bis-sedili.

Jekk il-pożizzjoni tas-sewqan ikollha tiġi ffittjata b’kabina, il-postijiet l-oħra għandhom ikunu wkoll protetti kontra riskji li ġġustifikaw il-protezzjoni tal-pożizzjoni tas-sewqan.

3.3. Kontrolli

3.3.1. Strumenti ta’ kontroll

Is-sewwieq għandu jkun jista’ jattwa l-istrumenti tal-kontrolli kollha meħtieġa biex iħaddem il- biss bl-użu ta’ strumenti ta’ kontroll allokati ‘l bogħod mill-pożizzjoni tas-sewqan. Dan jirreferi partikolarment għall-posizzjonijiet ta’ tħaddim oħra barra l-pożizzjoni tas-sewqan, li għalihom ħaddiema oħra barra s-sewwieq huma responsabbli jew għal liema is-sewwieq ikollu jħalli l-pożizzjoni tas-sewqan tiegħu sabiex iwettaq il-manuvra bla periklu.

Fejn hemm il-pedali dawn għandhom jkunu ddisinjati, ikkostruwiti u ffittjati biex jippermettu li jitħaddmu mis-sewwieq bla periklu bl-inqas riskju ta’ konfużjoni; huma għandhom ikollhom wiċċ kontra ż-żlieq u jkun faċli li jitnaddaf.

Fejn ix-xogħol tagħhom jista’ jwassal għal riskju, speċjalment movimenti perikolużi, il-kontrolli tal-makkinarju, għajr għal dawk b’pożizzjoni pre-ssettjata, għandhom jitpoġġew fuq il-pożizzjoni newtrali dlonk wara li jkunu mitluqa minn min iħaddimhom.

Fil-każ ta’ makkinarju bir-roti, is-sistema ta’ l-istering għandha tkun iddisinjata u kkostruwita biex tnaqqas il-qawwa ta’ movimenti f’daqqa tar-rota ta’ l-istering jew il-livell ta’ l-istering ikkawżati minn xokkijiet lir-roti ta’ gwida.

Kwalunkwe kontroll li jsakkar id-differenxjal għandu jkun iddisinjat u rranġat li jippermetti li d-differenxjal ikun żlokkjat meta l-makkinarju jkun miexi.

L-aħħar sentenza tas-sezzjoni 1.2.2 ma tapplikax għall-funzjoni tal-mobilità.

3.2.3. Startjar/mixi

Makkinarju li jħaddem lilu nnifsu b’sewwieq riekeb fuqu għandu jkun hekk armat li ma jħallix persuni mhux awtorizzati mill-jqabbdu l-magna.

Movimenti ta’ vjaġġar ta’ makkinarju li jħaddem lilu nnifsu b’sewwieq fuqu għandu jkun possibbli biss jekk is-sewwieq ikun fil-kontroll tiegħu.

Fejn, għal skopijiet ta’ tħaddim, makkinarju għandu jkun iffittjat bi strumenti li jeċċedu iż-żona tal-wisa’ normali (eż: stabilizers, jib, eċċ.), is-sewwieq għandu jkun ipprovdut bil-mezzi ta’ ċċekkjar faċilment, qabel ma jċaqlaq il-makkinarju, li tali strumenti jinsabu f’pożizzjoni partikolari li tippermettilhom moviment bla periklu.

Dan japplika wkoll għall-partijiet l-oħra li, biex jippermettu moviment bla perikolu, għandhom ikunu f’posizzjonijiet partikolar, kaxxarizz jekk ikun hemm bżonn.

Fejn huwa possibbli teknikament u ekonomikament, il-moviment tal-makkinarju għandu jiddependi fuq posizzjonar bla perikolu tal-partijiet imsemmija qabel.

M’għandux ikun possibbli l-moviment tal-makkinarju waqt li l-magna tkun qed tiġi startjata.

3.3.3. Funzjoni ta’ vjaġġar

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regoli tat-traffiku fit-toroq, magni li jħaddmu lilhom infushom u t-trailers tagħhom għandhom jilħqu l-bżonnijiet għat-tnaqqis tal-veloċità, il-waqfien, l-ibbrejkjar u l-immobilizzazzjoni sabiex jassiguraw is-sigurtà taħt iċ-ċirkustanzi kollha, u li l-kondizzjonijiet ta’ tagħbija, veloċità, art u l-kondizzjonijiet ta’ gradient maħsuba mill-manifattur jikkorrispondu mal-kondizzjonijiet li jiltaqgħu magħhom fl-użu normali.

Is-sewwieq għandu jkun jista’ jnaqqas u jwaqqaf makkinarju li jħaddem lilu nnifsu permezz ta’ apparat prinċipali. Fejn is-sigurtà hekk titlob fil-każ li l-apparat prinċipali ma jiffunzjonax, jew fil-każ fejn il-kurrent ma jirnexxilux jattiva l-apparat prinċipali, għandu jkun ipprovdut apparat ta’emerġenza b’kontrolli indipendenti għal kollox u faċilment aċċessibbli biex inaqqaslu l-veloċità u jwaqqfu.

Fejn is-sigurtà hekk titlob, apparat ta’ parkeġġ għandu jkun ipprovdut biex jirrendi stazzjonarju makkinarju immobbli. Dan l-apparat jista’ jkun ikkombinat ma’ wieħed mill-istrumenti li hemm riferenza għalih fit-tieni paragrafu, dan għandu ikun purament mekkaniku.

Makkinarju kkontrollat remotament għandu jkun iddisinjat u kkostruwit biex jieqaf awtomatikament jekk is-sewwieq jitlef il-kontroll.

Sezzjoni 1.2.4 ma tapplikax għall-funzjoni ta’ vvjaġġar.

3.3.4. Moviment ta’ makkinarju kkontrollat min-nies miexja

Moviment ta’ makkinarju li jħaddem lilu nnifsu iżda kkontrollat minn nies miexja għandu jkun possibbli biss permezz ta’azzjoni sostenuta fuq il-kontroll rilevanti mis-sewwieq. Partikolarment, ma għandux ikun possibbli li jkun hemm moviment waqt li l-magna tkun qed tiġi startjata.

Is-sistemi tal-kontroll għall-makkinarju kkontrollat minn nies miexja għandu jkun iddisinjat biex jimminimizza r-riskji li jinqalgħu minn movimenti f’daqqa tal-magna lejn is-sewwieq. Partikolarment:

(a) ikkraxxjar;

(b) korriment minn għodod li jduru.

Anke, il-veloċità ta’ l-ivvjaġġar normali tal-magna għandha tkun kompatibbli mal-pass tas-sewwieq bil-mixi.

Fil-każ ta’ makkinarju fuq liema għodod li jduru jistgħu jkunu ffittjati, għandu jkun possibbli li titħaddem dik l-għodda meta l-kontroll b’lura jkun imqabbad biex din taħdem, għajr fejn il-moviment tal-makkinarju jirriżulta minn moviment ta’ l-għodda. Fil-każ ta’ l-aħħar, il-veloċità tal-mixi b’lura għandha tkun tali li ma tipperikolax lis-sewwieq

3.3.5. Nuqqas taċ-ċirkwit tal-kontroll

Nuqqas fit-twassil tal-power għall-isteering li jkun power-assisted, fejn iffittjat, m’għandux ma jippermettix makkinarju milli jkun iggwidat matul il-ħin meħtieġ biex jitwaqqaf.

3.4. Proġettazzjoni kontra riskji mekkaniċi

3.4.1. Movimenti inkontrollabbli

Meta parti minn magna titwaqqaf, kull ċaqliq mill-pożizzjoni tat-twaqqif, għal kwalunkwe raġuni barra azzjoni fil-kontrolli, għandha tkun tali li l-persuni ma jkunu esposti għal ebda perikolu.

Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat, ikkostruwit u mqiegħed kif suppost fuq l-appoġġ mobbli biex jassigura li meta jitmexxa l-oxxillazzjonijiet inkontrollabbli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu ma jaffettwawx l-istabbilità tiegħu jew li strejn eċċessiv ikun impost fuq l-istruttura tiegħu.

3.4.2. Riskju ta’ ħsara waqt li jkun qed ikun imħaddem

Partijiet mill-makkinarju li jdur b’veloċità għolja li, minkejja l-miżuri meħuda, jistgħu iġarrbu ħsara jew jiddisintegraw, għandhom ikunu mmuntati u mgħassa b’tali mod li, f’każ ta’ ħsara, il-biċċiet tagħhom ikunu kkontrollati, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, ma jkunux jistgħu jtiru lejn il-posizzjonijiet tas-sewqan u/jew fejn ikun hemm il-ħaddiema.

3.4.3. Roll-over

Fejn, fil-każ ta’ makkinarju li jmexxi lilu nnifsu b’sewwieq riekeb fuqu u possibbilment ħaddiema rekbin fuqu, ikun hemm riskju ta’ Roll-over, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat għal u jkun iffittjat b’punti t’ankoraġġ li jippermettu li jkun armat bi strutturi protettivi kontra r-Roll-over(ROPS).

Din l-istruttura għandha tkun tali li f’każ ta’ Roll-over taffordja lis-sewwieq abbord u fejn suppost lill-ħaddiema riekba volum adegwat ta’ limiti ta’ deflezzjoni (DLV).

Sabiex jivverifikaw li l-istruttura mitluba mill-kondizzjoni stipulata fit-tieni paragrafu, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li hu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta’ struttura konċernata, iwettaq it-testijiet xierqa jew li jara li tali testijiet jitwettqu.

Barra minn hekk, il-makkinarju li jimxi fl-art mniżżel hawn taħt b’kapaċità li teċċedi 15 kW għandu jkun iffittjat bi struttura protettiva kontra r-Roll-over.

- crawler loaders jew wheel loaders,

- backhoe loaders,

- crawler tractors jew wheel tractors,

- scrapers, kemm self-loading kemm le,

- graders,

- articulated steer dumpers.

3.4.4. Oġġetti li jaqgħu

Fejn, fil-każ ta’ makkinarju b’sewwieq riekeb fuqu u possibbilment ħaddiema rekbin fuqu, ikun hemm riskju ta’ affarijiet li jistgħu jaqgħu, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat għal, u jkun iffittjat, jekk id-daqs tiegħu jippermetti, b’punti t’ankoraġġ li jippermettu li jkun armat bi struttura protettiva kontra affarijiet li jaqgħu (ROPS).

Din l-istruttura għandha tkun tali li f’każ t’affarijiet jew materjal li jaqgħu, din tiggarantixxi lill-ħaddiema abbord volum adegwat li jillimita deflezzjoni (DLV).

Sabiex jivverifikaw li l-istruttura mitluba mill-kondizzjoni stipulata fit-tieni paragrafu, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li hu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta’ struttura kkonċernata, jagħmel it-testijiet xierqa jew li jara li tali testijiet isiru.

3.4.5. Mezzi t’aċċess

Postijiet fejn wieħed iżomm b’idejh u turġien għandhom ikunu ddisinjati, kkostruwiti u rranġati b’tali mod li min ikun qed jaħdem jużahom istintivament u ma jużawx il-kontrolli għal dak l-iskop.

3.4.6. Apparati ta’ rmonk

Il-makkinarju kollu użat biex jirmonka jew ikun irmonkat għandu jkun iffittjat bi strumenti ta’ rmonk jew ġanċijiet iddisinjati, ikkostruwiti u rranġati biex jassiguraw konnessjoni u skonnessjoni faċli u żgura, u li tevita skonnessjoni aċċidentali waqt l-użu.

Sa fejn teħtieġ it-towbar load, tali makkinarju għandu jkun armat b’appoġġ b’wiċċ ta’ bearing adattat għat-tagħbija u għall-art.

3.4.7. Trasmissjoni ta’ saħħa bejn makkinarju li jmexxi lilu nnifsu (jew tractor) u makkinarju riċipjenti

Ix-xaftijiet tat-trasmissjoni b’joints universali li jgħaqqdu makkinarju li jmexxi lilu nnifsu (jew tractor) għall-ewwel bearing imwaħħla ta’ makkinarju riċipjenti għandhom ikunu mħarsa fuq il-ġnub ta’ makkinarju li jmexxi lilu nnifsu u fil-ġenb tal-makkinarju riċipjenti fit-tul kollu tax-xaft u tal-joints universali assoċjati.

Fil-ġenb tal-makkinarju li jmexxi lilu nnifsu (jew tractor), is-saħħa tat-tluq li magħha huwa mqabbad ix-xaft tat-trasmissjoni għandu jkun imħares jew minn skrin imwaħħal mal-makkinarju li jmexxi lilu nnifsu (jew tractor) jew minn kwalunkwe invenzjoni oħra li toffri protezzjoni ekwivalenti.

Fuq il-ġenb tal-makkinarju rmunkat, ix-xaft ta’ l-input għandu jkun magħluq b’casing protettiv imwaħħal mal-makkinarju.

Torque limiters jew freewheels jistgħu jkunu mwaħħla ma’ trasmissjonijiet ta’ joint universali biss fuq il-ġenb li jmis mal-magna misjuqa. Ix-xaft ta’ l-universal-jointtransmission għandu jkun immarkat kif imiss.

Il-makkinarju kollu rmunkat li t-tħaddim tiegħu jirrikjedi xaft ta’ trasmissjoni biex jgħaqqdu ma’ makkinarju li jmexxi lilu nnifsu jew ma’ mutur għandu jkollu sistema ta’attakkament tax-xaft tat-trasmissjoni biex meta l-makkinarju jinħall ix-xaft tat-trasmissjoni u l-guard tiegħu ma jiġrilhomx ħsara bil-kuntatt ma’ l-art jew ma’ parti mill-makkinarju.

Il-partijiet ta’ barra tal-guard għandhom ikunu ddisinjati, ikkostruwiti u rranġati li ma jkunux jistgħu jduru max-xaft ta’ trasmissjoni. Il-guard għandu jkopri x-xaft ta’ trasmissjoni mat-truf tal-garġi ta’ ġewwa fil-każ ta’ universal joint sempliċi u ta’ lanqas maċ-ċentru tal-joint jew joints ta’ barra fil-każ ta’ universal joints “wide-angle”.

Il-manifattur jipprovdi mezzi ta’aċċess għall-posizzjonijiet tax-xogħol qrib ix-xaft tat-trasmissjoni ta’ l-universal joint jrid jassigura li l-guards tax-xaft kif deskritti fis-sitt paragrafu ma jistgħux jintuzaw bħala tarġiet jekk ma jkunux iddisinjati u kkostruwiti għal dak l-iskop.

3.4.8. partijiet tat-trasmissjoni li jiċċaqilqu

Permezz ta’ deroga mis-sezzjoni 1.3.8.A, fil-każ ta’ magni ta’ kombustjoni interna, guards li jistgħu jitneħħew li ma jkunx tħalla aċċess għall-partijiet li jiċċaqilqu fil-kumpartiment tal-magna jistgħu ma jkollhomx strumenti li jsakkruhom jekk ikun hemm bżonn li jinfetħu jew permezz ta’ għodda jew b’ċavetta jew b’kontroll lokalizzat fil-pożizzjoni tat-trasport kemm-il darba dan ta’ l-aħħar ikun f’kabina magħluqa għal kollox b’ċavetta li tevita aċċess mhux awtorizzat.

3.5. Proġettazzjoni kontra riskji oħra

3.5.1. Batteriji

Il-housing tal-batterija għandu jkun ikkostruwit u lokalizzat u l-batterija stallata biex ikun evitat kemm jista’ jkun iċ-ċans li electrolyte ikun sparat fuq il-ħaddiema f’każ ta’ tgerbib u/jew biex tkun evitata akkumulazzjoni ta’ fwar fil-postijiet fejn ikun hemm il-ħaddiema.

Il-makkinarju jrid ikun hekk iddisinjat u kkostruwit li l-batterija tista’ tkun skonnettjata bl-għajnuna ta’ apparat aċċessibbli faċilment li jkun ipprovdut għal dak l-iskop.

3.5.2. Nar

Dipendenti fuq ir-riskji antiċipati mill-manifattur meta jkun qed jintuża, il-makkinarju jrid, fejn id-daqs jippermetti:

- jew jippermetti li jkunu ffittjati fireextinguishers aċċessibbli faċilment,

- jew li jkun ipprovdut b’sistema ta’ extinguishers built-in.

3.5.3. Emissjonijiet ta’ trab, gassijiet, eċċ.

Fejn jeżistu tali riskji, l-apparat li jkun jinsab fih u li hemm ipprovdut għalih fis-sezzjoni 1.5.13 jista’ jkun rimpjazzat b’mezzi oħra, per eżempju preċipitazzjoni bi sprejjar ta’ l-ilma.

It-tieni u t-tielet paragrafi tas-sezzjoni 1.5.13 ma japplikawx fejn il-funzjoni ewlenija tal-makkinarju hija l-isprejjar ta’ prodotti.

3.6. Indikazzjonijiet

3.6.1. Sinjali u twissijiet

Il-makkinarju għandu jkollu mezzi ta’ senjalazzjoni u/jew pjanċi ta’ struzzjoni rigward l-użu, l-aġġustament u l-manteniment, fejn meħtieġ, biex jassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni esposti. Dawn għandhom jintgħażlu, ikunu ddisinjati u kkostruwiti b’tali mod li jkunu viżibbli kjarament u indelibbli.

Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet li għandhom ikunu osservati għall-ivvjaġġar fuq it-toroq ewlenin, il-makkinarju b’sewwieq abbord għandu jkollu l-apparat li ġej:

- apparat ta’ twissija akustika biex jallarma lill-persuni esposti,

- sistema ta’ sinjali ta’ dawl rilevanti għall-kondizzjonijiet maħsuba ta’użu bħal ngħidu aħna bozoz tal-waqfien, bozoz tar-riversjar u dwal li jduru. Il-bżonnijiet ta’ l-aħħar ma japplikawx għal makkinarju maħsub biss għal xogħol taħt l-art u li ma jkollu ebda qawwa elettrika.

Makkinarju kkontrollat remotament li taħt kondizzjonijiet normali ta’ użu jesponi persuni għal riskji ta’impatt jew ikkraxxjar għandu jkun iffittjat b’mezzi xierqa li jissenjalizzaw il-movimenti tiegħu jew b’mezzi biex jipproteġu persuni esposti kontra tali riskji. L-istess japplika għal makkinarju li jinvolvi, waqt l-użu, ir-ripetizzjoni kostanti ta’ moviment ‘il quddiem u lura fuq fus wieħed fejn in-naħa ta’ wara tal-magna mhux direttament viżibbli għas-sewwieq.

Il-makkinarju għandu jkun hekk ikkostruwit li l-istrumenti ta’ twissija u sinjalazzjoni ma jistgħux ikunu disattivati mhux intenzjonalment. Fejn dan huwa essenzjali għas-saħħa, tali strumenti għandhom ikunu pprovduti bil-mezzi biex ikunu ċċekkjati li jinsabu f’kondizzjoni li jaħdmu u n-nuqqas tagħhom għandu jkun mgħarraf lil min qed jaħdem.

Fejn il-moviment ta’ makkinarju jew għodod huwa partikolarment riskjuż, fuq il-makkinarju għandhom ikunu pprovduti sinjali b’tali mod li javżaw kontra avviċinament lejn il-makkinarju waqt li dan ikun jaħdem, is-sinjali għandhom ikunu leġibbli minn distanza suffiċjenti biex tkun assigurata s-sigurtà tal-persuni li għandhom ikunu fil-viċinanza.

3.6.2. Immarkar

L-essenzjal minimu stipulat f’1.7.3 għandu jkun issuplimentat b’dan li ġej:

- qawwa nominali espressa f’kW,

- massa f’kg tal-konfigurazzjoni l-iktar komuni u, fejn xieraq:

- il-ġibda tad-drawbar massima li tkun ipprovduta mill-manifattur fil-coupling hook, f’N,

- il-tagħbija vertikali massima li tkun ipprovduta mill-manifattur fuq il-coupling hook, f’N,

3.6.3. Il-ktieb ta’ l-istruzzjonijiet

Barra mill-essenzjal minimu stipulat f’1.7.4, il-ktieb ta’ l-istruzzjonijiet għandu jkun fih l-informazzjoni segwenti:

(a) rigward il-vibrazzjonijiet emessi mill-makkinarju, jew il-valur attwali jew il-figura kkalkulata mill-qisien imwettqa fuq makkinarju identiku:

- il-valur tal-weighted root mean squareacceleration li għaliha huma ssuġġettati d-dirgħajn, kemm-il darba din teċċedi t-2,5 m/s2; jekk din ma teċċedix it-2,5 m/s2, dan għandu jkun imsemmi,

- il-valur tal-weighted rootmean square acceleration li għaliha huma ssuġġettat il-ġisem (is-saqajn jew il-warrani), kemm-il darba din teċċedi l-0,5 m/s2; jekk din ma teċċedix il-0,5 m/s2, dan għandu jkun imsemmi,

‘fejn standards armonizzati mhumiex applikati, il-vibrazzjoni għandha tkun imkejla bl-użu ta’ l-iktar metodu xieraq għall-makkinarju kkonċernat.

Il-manifattur għandu jindika l-kondizzjonijiet tat-tħaddim tal-makkinarju waqt il-miżuri u liema metodi kienu użati biex jittieħdu dawn il-miżuri;

(b) fil-każ ta’ makkinarju li jippermetti diversi użu li jiddependu fuq l-apparat użat, il-manifattur tal-makkinarju bażiku ma’ liema jista’ jitwaħħal apparat interkambjabbli u l-manifattur ta’ l-apparat interkambjabbli jrid jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jippermetti li l-apparat ikun iffittjat u użat b’mod żgur.

4. BŻONNIJIET TA’ SAĦĦA U SIGURTÀ ESSENZJALI BIEX JIKKONTRASTAW IR-RISKJI PARTIKOLARI DOVUTI GĦALL-IRFIGĦ TAX-XOGĦOL

Flimkien mar-rekwiżiti essenzjali meħtieġa għas-saħħa u s-sigurtà mogħtija fis-sezzjonijiet 1, 2 u 3, il-makkinarju li jippreżenta riskji minħabba l-irfigħ ta’ xogħlijiet - prinċipalment riskji ta’ waqgħa ta’ tagħbijiet u ħbit jew riskji ta’ arbulazzjoni kkawżati minn operazzjonijiet ta’ rfigħ - għandhom ikunu ddisinjati u kkostruwiti biex jilħqu l-kondizzjonijiet t’hawn taħt.

Riskji dovuti għall-irfigħ ta’ xogħlijiet li jeżistu partikolarment f’każ ta’ makkinarju ddisinjat biex imexxi unitajiet ta’ tagħbija li jinvolvu bdil ta’ livell waqt il-moviment. It-tagħbija tista’ tikkonsisti f’oġġetti, materjali u prodotti.

4.1. Rimarki ġenerali

4.1.1. Id-Definizzjoni

(a) aċċessorji ta’ l-irfigħ:

“aċċessorji ta’ l-irfigħ” tfisser komponenti jew apparat mhux imwaħħal mal-magna u mqiegħed bejn il-makkinarju u t-tagħbija jew fuq it-tagħbija sabiex iwaħħalha;

(b) aċċessorji ta’ l-irfigħ separati:

“aċċessorji ta’ l-irfigħ separati” tfisser aċċessorji li jgħinu biex iwettqu jew l-użu ta’ apparat ta’ gganċjar bħala ngħidu aħna eyehook, shackles, ċrieki, eyebolts, eċċ.;

(c) tagħbija ggwidata:

“tagħbija ggwidata” tfisser it-tagħbija fejn il-moviment totali huwa magħmul tul gwidi riġidi jew flessibbli, il-pożizzjoni ta’ liema hija stabbilità b’punti fissi;

(d) koeffiċjent ta’ tħaddim

“koeffiċjent ta’ tħaddim” tfisser r-ratio aritmetiku bejn it-tagħbija ggarantità mill-manifattur sa liema biċċa mill-apparat, aċċessorju jew makkinarju huwa kapaċi jżommu u t-tagħbija tax-xogħol massima mmarkata fuq l-apparat, l-aċċessorju jew il-makkinarju rispettivament;

(e) koeffiċjent tat-test:

“koeffiċjent tat-test” tfisser r-ratio aritmetiku bejn it-tagħbija użata biex twettaq it-testijiet statiċi jew dinamiċi fuq biċċa mill-apparat, aċċessorju jew makkinarju u t-tagħbija tax-xogħol massima mmarkata fuq l-apparat, l-aċċessorju jew il-makkinarju rispettivament;

(f) test statiku:

“test statiku” tfisser it-test waqt liema l-makkinarju jew l-aċċessorju t’irfigħ huwa l-ewwel ispezzjonat u r-riżultat imqabbel ma’ qawwa korrispondenti għat-tagħbija tax-xogħol massima immultiplikata bil-koeffiċjent tat-test statiku xieraq u mbagħad ri-ispezzjonat la darba l-imsemmija tagħbija tkun irrilaxxjata biex tassigura li ebda ħsara ma tkun saret;

(g) test dinamiku:

“test dinamiku” tfisser it-test waqt liema il-makkinarju jitħaddem fil-konfigurazzjonijiet tiegħu kollha possibbli fit-tagħbija tax-xogħol massima waqt li tittieħed konsiderazzjoni ta’ l-imġiba dinamika tal-makkinarju sabiex ikun iċċekkjat li l-makkinarju u l-fatturi ta’ sigurtà jkunu qegħdin jaħdmu sewwa.

4.1.2. Proġettazzjoni kontra riskji mekkaniċi

4.1.2.1. Riskji minħabba nuqqas ta’ stabbilità

Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat u kkostruwit li l-istabbilità meħtieġa fi 1.3.1 tkun miżmuma kemm fis-servizz u barra mis-servizz, inklużi l-istadji kollha ta’ trasportazzjoni, assemblar u żmantellar, waqt bdil ta’ komponenti previsti u anke waqt it-testijiet imwettqa skond il-ktieb ta’ l-istruzzjonijiet.

Għal dan l-iskop il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li huwa stabbililit fil-Komunità għandu juża metodi ta’ verifika xierqa; partikolarment għal trakkijiet industrijali li jħaddmu lilhom infushom b’lift li jeċċedi 1,80 m, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta’ trakk industrijali kkonċernat, iwettaq test ta’ stabbilità tal-pjattaforma jew test simili, jew inkella jara li jitwettqu tali testijiet.

4.1.2.2. Linji ta’ gwida u linji ta’ korsi

Il-makkinarju għandu jkun ipprovdut b’apparat li jaġixxi fuq il-linji jew il-korsi ta’ gwida li jevita il-qbiż ta’ dawn.

Madankollu, jekk iseħħ qbiż ta’ linji jew korsi minkejja tali apparat, jew jekk ikun hemm nuqqas ta’ linja jew ta’ komponent mexxej, l-apparat għandu jkun dak ipprovdut biex jevita il-waqa’ ta’ l-apparat, il-komponent u t-tagħbija jew li l-qlib tal-makkinarju.

4.1.2.3. Qawwa mekkanika

Makkinarju, aċċessorji ta’ l-irfigħ u komponeneti li jinbidlu għandhom ikunu tajbin biżżejjed li jirreżistu l-istress li għalih ikunu ssuġġettati, kemm ġewwa u, fejn applikabbli, barra l-użu, taħt l-istallazzjoni u l-kondizzjonijiet tax-xogħol li jkunu pprovduti mill-manifattur, u fil-konfigurazzjonijiet rilevanti kollha, bir-rigward dovut, fejn xieraq, għall-effetti ta’ fatturi atmosferiċi u forzi eżerċitati minn persuni. Din il-kondizzjoni għandha tkun ukoll issodisfatta waqt it-trasport, l-armar u d-diżarmar. Makkinarju u aċċessorji ta’ l-irfigħ għandhom ikunu ddisinjati u kkostruwiti b’tali mod li jevitaw ħsara mill-għajja tal-metall u mill-użu, waqt li jittieħed in konsiderazzjoni l-użu maħsub għalihom.

Il-materjali użati għandhom jintgħażlu a bażi ta’ l-ambjenti tax-xogħol li jkunu pprovduti mill-manifattur b’rifererenza speċjali għall-korrożjoni, il-brix, l-impatti, il-qerda bil-kesħa u l-qdumija.

Il-makkinarju u l-aċċessorji ta’ l-irfigħ għandhom ikunu ddisinjati u kkostruwiti biex jirreżistu t-tagħbija żejda fit-testijiet statiċi mingħajr deformazzjoni permanenti jew difett latenti.

Il-kalkolu jrid jieħu in konsiderazzjoni l-valuri tal-koeffiċjent tat-test statiku magħżul biex jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà. dak il-koeffiċjent għandu, bħala regola ġenerali, il-valuri li ġejjin:

(a) manwalment-il-makkinarju tax-xogħol u l-aċċessorji ta’ l-irfigħ: 1,5;

(b) makkinarju ieħor: 1,25.

Il-makkinarju jrid ikun iddisinjat u kkostruwit biex jieħu, mingħajr nuqqas, it-testijiet dinamiċi mwettqa bl-użu tat-tagħbija tax-xogħol massima immultiplikata bil-koeffiċjent tat-test dinamiku. Dan il-koeffiċjent tat-test dinamiku jintagħżel hekk li jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà: il-koeffiċjent huwa, bħala regola ġenerali, ugwali għal 1,1.

It-testijiet dinamiċi għandhom isiru fuq makkinarju li jkun lest biex jintuża taħt kondizzjonijiet normali ta’ użu. Bħala regola ġenerali, it-testijiet isiru bil-veloċità normali stipulata mill-manifattur. Jekk ir-ċirkwit tal-kontroll tal-makkinarju jippermetti għal numru ta’ movimenti simultanji (per eżempju, rotazzjoni u spjazzament tat-tagħbija), it-testijiet għandhom jsiru taħt lanqas kondizzjonijiet favorevoli, jiġifieri bħala regola ġenerali, billi jkunu kkombinati l-movimenti kkonċernati.

4.1.2.4. Tarjoli, tankijiet, katini jew ħbula

Tarjoli, tankijiet u roti għandu jkollhom dijametru proporzjonat mad-daqs tal-ħabel jew katini li bihom jistgħu jkunu ffittjati.

Tankijiet u roti għandhom ikunu ddisinjati, ikkostruwiti u stallati b’tali mod li l-ħbula jew ktajjen li bihom huma armati jkunu jistgħu jiddawru mingħajr ma jaqgħu.

Ħbula użati direttament għall-irfigħ jew fl-appoġġ tat-tagħbija m’għandhomx jinkludu xi tgħaqqid flimkien għajr fi trufhom (tgħaqqid huwa ttollerat fi stallazzjonijiet li huma maħsuba mid-disinjar tagħhom biex ikunu mmodifikati regolarment skond il-bżonnijiet ta’ l-użu). Fit-total tagħhom il-ħbula u t-truf tagħhom għandhom koeffiċjent ta’ xogħol magħżul biex jiggarantixxi livell ta’ sigurtà, bħala regola ġenerali, dan il-koeffiċjent huwa ugwali għal ħamsa.

Il-ktajjen ta’ l-irfigħ għandhom koeffiċjent ta’ xogħol magħżul biex jiggarantixxi livell ta’ sigurtà, bħala regola ġenerali, dan il-koeffiċjent huwa ugwali għal erbgħa.

Sabiex ikun ivverifikat li koeffiċjent ta’ xogħol adegwat intlaħaq, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li huwa stabbilit fil-Komunità jrid, għal kull tip ta’ katina u ħabel użat direttament għall-irfigħ ta’ tagħbija, u għat-truf tal-ħabel, iwettaq it-testijiet xierqa jew jara li jsiru tali testijiet.

4.1.2.5. aċċessorji ta’ l-irfigħ separati

Aċċessorji ta’ l-irfigħ għandhom ikunu ta’ daqs li jieħu ħsieb l-proċessi dovuti għall-għajja u għall-qdumija għal numru ta’ ċikli ta’ xogħol konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistennija minnhom kif speċifikat fil-kondizzjonijiet tax-xogħol għal applikazzjoni mogħtija.

Barra minn dan:

(a) il-koeffiċjent tax-xogħol ta’ ħabel/tarf ta’ ħabel metalliku mgħaqqad jintagħżel hekk li jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà; dan il-koeffiċjent, bħala regola ġenerali, huwa ugwali għal ħamsa. Il-ħbula m’għandomx ikollhom xi tgħaqqid jew ħoloq barra dawk fi trufhom;

(b) fejn jintużaw katini b’ħoloq iwelldjat, dawn għandhom ikunu minn tat-tip ta’ ħoloq qasir. (a)il-koeffiċjent tax-xogħol ta’ ktajjen ta’ kwalunkwe tip jintagħżel hekk li jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà; dan il-koeffiċjent, bħala regola ġenerali, huwa ugwali għal erbgħa.

(c) il-koeffiċjent tax-xogħol għal ħbula jew slings tat-tessuti jiddependi fuq il-materjal, il-metodu tal-manifattur, id-dimensjonijiet u l-użu. Dan il-koeffiċjent jintagħżel hekk li jiggarantixxi livell ta’ sigurtà, huwa, bħala regola ġenerali, ugwali għal sebgħa, kif hemm ipprovdut li l-materjali użati huma murija li huma ta’ kwalità oġġettiva u l-metodu tal-manifattur huwa dak xieraq għall-użu maħsub. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-koeffiċjent, bħala regola ġenerali jkun issettjat f’livell ogħla sabiex jassigura l-livell ekwivalenti ta’ sigurtà.

Il-ħbula u s-slings tat-tessuti m’għandhomx jinkludu xi għoqod, konnessjonijiet jew tgħaqqid għajr fit-truf tas-slings, minbarra fil-każ ta’ sling bla tarf;

(d) Il-komponenti metalliċi kollha li jiffurmaw, jew jintużaw ma’, sling għandu jkollhom koeffiċjent ta’ xogħol magħżul biex jiggarantixxi livell ta’ sigurtà, bħala regola ġenerali, dan il-koeffiċjent huwa ugwali għal erbgħa.

(e) il-kapaċità tax-xogħol massima ta’ sling b’ħafna saqajn ikun stabbilit a bażi tal-koeffiċjent ta’ sigurtà tas-sieq l-iktar dgħajfa, in-numru ta’ saqajn u l-fattur tat-tnaqqis li jiddependi fuq il-konfigurazzjoni tas-slinging;

(f) Sabiex ikun ivverifikat li koeffiċjent ta’ xogħol adegwat intlaħaq, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li huwa stabbilit fil-Komunità jrid, għal kull tip ta’ komponent li hemm riferenza għalih f’(a), (b), (ċ) u (d) jwettaq it-testijiet xierqa jew jara li jsiru tali testijiet.

4.1.2.6. Kontroll ta’ movimenti.

Apparati għall-ikkontrollar tal-movimenti għandhom jaġixxu b’tali mod li l-makkinarju li fuqu jkunu stallati jkun salv mill-periklu:

(a) il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat jew iffittjat b’apparati li l-amplitudni tal-movimenti tal-komponenti tiegħu tinżamm f’limiti speċifikati. It-tħaddim ta’ tali apparati għadu, fejn xieraq ikun ippreċedut minn twissija;

(b) fejn diversi magni mwaħħla jew immuntati fuq il-linji jistgħu jkunu mmanuvrati simultanjament fl-istess post, b’riskji ta’ kolliżjoni, tali magni għandhom ikunu hekk iddisinjati u ikkostruwiti li jagħmluha possibbli li jkunu ffittjati b’sistemi li jippermettu li dawn ir-riskji jkunu evitati,

(c) il-mekkaniżmi tal-makkinarju għandhom ikunu hekk iddisinjati u kkostruwiti li t-tagħbijiet ma jkunux jistgħu jitkaxkru perikolożament jew jaqgħu f’salt u bla mistennija, anke f’każ ta’ qtugħ parzjali jew totali tal-provvista tad-dawl jew meta l-ħaddiem iwaqqaf ix-xogħol tal-magna;

(d) għandu jkun possibbli, taħt kondizzjonijiet normali tax-xogħol, li titbaxxa biss it-tagħbija bi brejk ta’ frizzjoni, għajr fil-każ ta’ makkinarju, li l-funzjoni tiegħu titlob li dan ikun imħaddem b’dak il-mod;

(e) apparati tat-twaqqif għandhom ikunu hekk iddisinjati u kkostruwiti li jkun evitat kull twaqqigħ mhux intenzjonat tat-tagħbijiet.

4.1.2.7. Tqandil ta’ tagħbijiet

Il-pożizzjoni tas-sewqan ta’ makkinarju għandha tkun imfassla b’tali mod li tassigura l-iktar veduta wiesa’ possibbli tat-trajettorji tal-partijiet li jiċċaqilqu, sabiex possibilment jiġu evitati kolliżjonijiet ma’ persuni jew apparat jew makkinarju ieħor li jista’ jkun qed ikun immanuvrat fl-istess ħin u li jista’ jkun ta’ perikolu.

Il-makkinarju b’tagħbijiet iggwidati iffissat f’post wieħed għandu jkun iddisinjat u kkostruwit biex jevita li jesponi persuni milli jintlaqtu mit-tagħbija jew mill-piżijiet tal-bilanċ.

4.1.2.8. Sajjetti

Makkinarju li jinħtieġ protezzjoni kontra l-effett tas-sajjetti waqt li jkun jintuża għandu jkun iffittjat b’sistema ta’ kalamità li titfa’ l-iċċarġjar elettriku riżultanti taħt l-art.

4.2. Bzonnijiet speċjali għal makkinarju li s-sors ta’ l-enerġija tiegħu huwa differenti minn sforz manwali

4.2.1. Kontrolli

4.2.1.1. Pożizzjoni tas-sewqan

Il-bżonnijiet stipulati fis-sezzjoni 3.2.1 japplikaw ukoll għall-makkinarju fiss

4.2.1.2. Seating

Il-bżonnijiet stipulati fis-sezzjoni 3.2.2, l-ewwel u t-tieni paragrafu, u dawk stipulati fis-sezzjoni 3.2.3 japplikaw ukoll għall-makkinarju fiss.

4.1.2.3. Apparati ta’ kontroll

L-apparati li jikkontrollaw il-movimenti tal-makkinarju jew l-apparat tiegħu għandhom jitpoġġew fuq il-pożizzjoni newtrali tagħhom hekk kif dawn jintelqu minn min iħaddimhom. Madankollu, għal movimenti parzjali jew sħaħ li fihom mhemm ebda riskju li t-tagħbija jew il-makkinarju jaħbtu, l-imsemmija apparati jistgħu jitpoġġew fuq kontrolli li jawtorizzaw twaqqif awtomatiku fuq livelli magħżula bil-quddiem mingħajr ma jinżamm strument ta’ kontrol hold-to-run

4.1.2.4. Kontroll tat-tagħbija

Makkinarju b’tagħbija ta’ xogħol massima ta’ mhux inqas minn 1000 kilogramm jew mument ta’ arbular ta’ mhux inqas minn 40000 Nm għandu jkun iffittjat b’apparati li javżaw lis-sewwieq u li jevitaw movimenti perikolużi tat-tagħbija fil-każ ta:

- tagħbija żejda tal-makkinarju

- kemm bħala riżultat ta’ tagħbijiet tax-xogħol massimi li jkunu eċċeduti, kif ukoll

- bħala riżultat ta’ mumenti dovuti għat-tagħbijiet li jkunu eċċeduti,

- il-mumenti li jistgħu jwasslu għal arbular li jkun eċċedut bħala riżultat ta’ l-irfigħ tat-tagħbija.

4.2.2. Stallazzjoni ggwidata bil-cables

Cable, carriers, tractors jew tractor carrier għandhom jinżammu minn kontro-piżijiet jew minn apparati li jippermetti l-kontroll permanenti tat-tensjoni.

4.2.3. Riskji li jesponu lill-persuni. Mezzi ta’ aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u għall-punti ta’ intervent

Il-makkinarju b’tagħbijiet iggwidati u makkinarju li t-tagħbijiet mgħobbija fuqu jsegwu passaġġ definit kjarament għandu jkun armat b’apparati li jħarsu l-persuni esposti mir-riskji.

4.2.4. Iffittjar għal skop

Meta makkinarju jitqiegħed fis-suq jew jintuża għall-ewwel darba fuq ix-xogħol, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità għandu jassigura, billi jieħu miżuri xierqa jew jara li jittieħdu, li l-aċċessorji ta’ l-irfigħ u l-makkinarju li jkun lest għall-użu - kemm manwalment jew imħaddma bl-enerġija - jistgħu jagħmlu l-funzjonijiet speċifiċi tagħhom mingħajr ebda perikolu. Il-miżuri msemmija għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-aspetti statiċi u dinamiċi tal-makkinarju.

Fejn il-makkinarju ma jkunx jista’ jkun armat fil-fond tal-manifattur jew fil-fond tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità, miżuri xierqa għandhom jittieħdu fuq il-post ta’ l-użu. Inkella, il-miżuri jistgħu jittieħdu jew fil-fond tal-manifattur jew fil-post ta’ l-użu.

4.3. Immarkar

4.3.1. Katini u ħbula

Kull tul ta’ katina, ħabel jew xibka ta’ l-irfigħ li ma jiffurmawx parti mill-assemblaġġ għandhom ikollhom marka jew, fejn dan mhux possibbli, plakka jew ċirku li ma jitneħħiex li fuqu jkun hemm l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità u r-riferenza identifikabbli taċ-ċertifikat rilevanti.

Iċ-ċertifikat għandu juri l-informazzjoni meħtieġa mill-istandards armonizzati jew, jekk dawn ma jeżistux, għall-anqas l-informazzjoni li ġejja:

- l-isem tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità,

- l-indirizz fil-Komunità tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, kif xieraq,

- deskrizzjoni tal-katina jew ħabel li tinkludi:

- id-daqs nominali tagħha,

- il-kostruzzjoni tagħha

- il-materjal li minnu hi magħmula, u

- kwalunkwe trattament metallurġiku speċjali applikat fuq il-materjal,

- jekk ittestjati, l-istandard użat

- it-tagħbija massima li għaliha jistgħu ikunu suġġetti l-katina jew il-ħabel waqt l-użu. Sensiela ta’ valuri tista’ tingħata għal applikazzjonijiet speċjali.

4.3.2. Aċċessorji ta’ l-irfigħ

L-aċċessorji ta’ l-irfigħ kollha għandhom juru l-partikolari li ġejjin:

- identifikazzjoni tal-manifattur,

- identifikazzjoni tal-materjal (eż. klassifika internazzjonali) fejn din l-informazzjoni hija meħtieġa għall-kompatibbilità dimensjonali,

- identifikazzjoni tat-tagħbija tax-xogħol massima

- il-marka tal-KE

Fil-każ ta’aċċessorji inklużi komponenti bħal cables jew ħbula, li fuqhom l-immarkar huwa fiżikament impossibbli, il-partikolari li għalihom hemm riferenza fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu esposti fuq plakka jew b’xi mezz ieħor u mwaħħlin sewwa ma’ l-aċċessorju.

Il-partikolari għandhom ikunu jinqraw u lokalizzati f’post fejn ma jkunux jistgħu jgħibu bħala riżultat ta’ machining, użu, eċċ. jew li jipperikolaw is-saħħa ta’ l-aċċessorju.

4.3.3. Makkinarju

Flimkien ma’ l-informazzjoni minima li hemm ipprovdut għaliha f’1.7.3, kull magni jrid ikollha b’mod li jinqara u ma jitħassarx, informazzjoni rigward it-tagħbija nominali:

(i) esposta f’forma mhux ikkodifikata u prominentement fuq l-apparat fil-każ ta’ makkinarju li għandu biss valur wieħed possibbli,

(ii) fejn it-tagħbija nominali tiddependi fuq il-konfigurazzjoni tal-magna, kull pożizzjoni tas-sewqan għandha tkun ipprovduta bi plakka tat-tagħbija li tindika, preferebbilment f’forma dijagrammatika jew permezz ta’ tabelli, it-tagħbijiet nominali għal kull konfigurazzjoni.

Makkinarju armat b’appoġġ ta’ tagħbija li jippermetti aċċess għal persuni u jinvolvi riskju ta’ waqgħa għandu jkollu twissija ċara u li ma titħassarx li tipprojbixxi l-irfigħ ta’ persuni. Din it-twissija għandha tkun viżibbli f’kull post fejn l-aċċess huwa possibbli.

4.4. Il-ktieb ta’ l-istruzzjonijiet

4.4.1. Aċċessorji ta’ l-irfigħ

Kull aċċessorju ta’ l-irfigħ jew kull grupp indiviżibbli kummerċjali ta’aċċessorji ta’ l-irfigħ għandu jkun akkumpanjat bi ktieb t’istruzzjonijiet li jistipula ta’ lanqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

- kondizzjonijiet normali ta’ l-użu,

- istruzzjonijiet għall-użu,l-assemblaġġ u l-manutenzjoni,

- il-limiti ta’ l-użu (partikolarment għall-aċċessorji li ma jistgħux jaqblu ma’ 4.1.2.6 (e)).

4.4.2. Makkinarju

Flimkien mas-sezzjoni 1.7.4, il-ktieb ta’ l-istruzzjonijiet għandu jinkludi l-informazzjoni segwenti:

(a) il-karatteristiċi tekniċi tal-makkinarju, u partikolarment:

- fejn xieraq, kopja tat-tabella tat-tagħbija deskritta fis-sezzjoni 4.3.3 (ii)’

- ir-rejazzjoni fl-appoġġ jew l-ankoraġġ u l-karatteristiċi tal-linji,

- fejn xieraq, id-definizzjoni u l-mezzi ta’ l-istallazzjoni tas-saborra (ballast);

(b) il-kontenuti tal-logbook, jekk dan ta’ l-aħħar mhux issuplimentat mal-makkinarju;

(c) pariri dwar l-użu, partikolarment biex jikkumpensa n-nuqqas tad-dehra diretta tat-tagħbija minn min iħaddmu;

(d) l-istruzzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tat-testijiet qabel ma l-makkinarju jintuża l-ewwel darba li ma jkunx armat fil-fond tal-manifattur f’forma li fiha għandu jkun użat.

5. KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA TA’ SIGURTÀ U SAĦĦA ESSENZJALI GĦAL MAKKINARJU MAĦSUB BISS GĦAL XOGĦOL TAĦT L-ART

Flimkien mal-bżonnijiet ta’ saħħa u sigurtà essenzjali mogħtija fis-sezzjonijiet 1, 2, 3 u 4, makkinarju maħsub biss għal xogħol taħt l-art għandu jkun iddisinjat u kkostruwit biex jissodisfa l-bżonnijiet t’hawn taħt.

5.1. Riskji dovuti għal nuqqas ta’ stabbilità

Powered roof appoġġjat għandu jkun hekk iddisinjat u kkostruwit li jżomm direzzjoni mogħtija meta jkun miexi u mhux jiżloq qabel u waqt li jsib ruħu taħt tagħbija u wara li t-tagħbija tkun tneħħiet. Dawn għandhom ikunu armati b’ankoraġġi għall-pjanċi ta’ fuq tal-hydraulic props individwali

5.2. Moviment

Il-makkinarju powered roof għandu jippermetti moviment mhux imfixkel tal-persuni esposti.

5.3. Sajjetti

Il-bżonnijiet meħtieġa stipulati fit-tielet paragrafu tas-sezzjoni 1.1.4 ma japplikawx.

5.4. Apparati ta’ kontroll

L-aċċeleratur u l-kontrolli tal-brejk għall-moviment ta’ makkinarju li jimxi fuq il-linji għandhom ikunu manwali. Madankollu id-deadman’s control jista’ jitħaddem bis-sieq.

L-apparati tal-kontroll ta’ makkinarju powered roof għandu jkun iddisinjat u mifrux sabiex, waqt l-operazzjonijiet ta’ spostament, il-ħaddiema jkunu mkenna mill-magna fil-post. L-apparati tal-kontroll għandhom ikunu protetti kontra kwalunkwe ħelsien aċċidentali.

5.5. Waqfien

Magni li jmexxu lilhom infushom li jimxu fuq il-linji f’xogħol taħt l-art għandhom ikunu armati b’deadman’s control li jaġixxi fuq ċirkwit li jikkontrolla il-moviment tal-makkinarju.

5.6. Nar

It-tieni inċiż ta’ 3.5.2. huwa mandatorju rigward makkinarju li jikkomprendi partijiet li jistgħu jieħdu n-nar faċilment).

Is-sistema tal-brejkijiet ta’ makkinarju intenzjonat li jintuża għal xogħol taħt l-art għandha tkun iddisinjata u kkostruwita biex ma tipproduċix sparks jew tikkawża nirien.

Makkinarju b’magni tas-sħana għal użu ta’ xogħol taħt l-art għandu jkun iffittjat biss b’magni ta’ kombustjoni interna li jużaw karburanti bi pressjoni vaporizzanti baxxa u li jeskludu kwalunkwe sparks ta’ oriġini elettrika.

5.7. Emissjonijiet ta’ trab, gassijiet, eċċ.

Gassijiet ta’ l-exhaust minn magni tal-kombustjoni m’għandhomx jintefgħu barra lejn is-saqaf."

--------------------------------------------------

ANNESS II

Il-partiti 12 sa 15 jiżdiedu ma’ l-Anness IV għad-Direttiva 89/392/KEE:

"12. Makkinarju għal xogħol taħt l-art tat-tipi segwenti:

- makkinarju fuq il-linji: treni u vannijiet bil-brejkijiet,

- magni hydraulic-powered roof,

- magni tal-kombustjoni interna biex jintramaw ma’ makkinarju għal xogħol taħt l-art.

13. trakkijiet mgħobbija manwalment għall-ġbir ta’ żibel domestiku li jinkorporaw mekkaniżmu ta’ kompressjoni.

14. Gwidi u xaftijiet ta’ trasmissjonijiet li jinqalgħu b’joints universali kif deskritti fis- sezzjoni 3.4.7.

15. Vetturi li jisservisjaw il-liftijiet."

--------------------------------------------------