31991D0638



Official Journal L 343 , 13/12/1991 P. 0048 - 0049
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0210
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0210


Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

tat-3 Diċembru 1991

dwar in-nomina ta' ċentru host komuni għan-network komputeriżżat "Animo"

(91/638/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 Ġunju 1990 dwar il-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jitlesta s-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 91/496/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 20(3) tiegħu,

Billi fid-19 Lulju 1991 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 91/398/KEE dwar xibka komputerizzata li tgħaqqad flimkien l-awtoritajiet veterinarji (Animo) [3];

Billi, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr diffikultajiet tax-xibka, għandu jsir provvediment biex jintuża ċentru host; billi l-ewwel huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-proċedura li għandha tiġi segwita għan-nomina ta' dak iċ-ċentru host; billi l-pass li jmiss ikun li jiġi nominat iċ-ċentru host skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 90/425/KEE;

Billi ċ-ċentru host irid jissodisfa speċifikazzjonijiet tekniċi preċiżi;

Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

L-Artikolu 1.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ħruġ ta' sejħa għall-offerti bil-għan li jintgħażel ċentru host għan-network komputeriżżat Animo.

2. Is-sejħa għall-offerti li ssir riferenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti fl-Anness.

3. Wara s-sejħa għall-offerti li hemm provdut dwarha fil-paragrafu 1, bil-għan li jiġi nominat ċentru host, il-Kummissjoni għandha tagħżel mill-inqas tlett offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li ssir riferenza għalihom fil-paragrafu 2.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-3 Diċembru 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56.

[3] ĠU L 221, tad-9.8.1991, p. 30.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

SPECIFIKAZZJONIJIET TEKNICI GĦAC-CENTRU HOST KOMUNI TAL-KOMUNITA

1. Deskrizzjoni

Iċ-ċentru host irid ikun jiffunzjona sa mhux aktar tard mill-1 Lulju 1992.

Għandu jkun kompost mis-segwenti elementi b’mod partikolari:

- memorja għall-ħażna ta’ nformazzjoni. Huwa maħsub biex messaġġi jiġu maħżuna għal erba’ ġimgħat,

- kompjuters li huma kapaċi li jmexxu kwantitajiet kbar ta’ data; li jiġu kkonsultati minn ħafna utenti fl-istess ħin,

- software tat-tmexxija w dokumentazzjoni li tippermetti li l-informazzjoni titqassam,

- apparat (hardware u software) għat-tmexxija tal-komunikazzjonijiet bejn ix-xbieki pubbliċi (xibka x 25 u xibka tat-telefon),

- servizzi ta’ messaġġier elettroniku li jkunu konformi ma’ l-istandards internazzjonali,

- servizzi ta’ trasferiment ta’ fajls,

- faċilitajiet għall-arkivjar matul sena,

- faċilitajiet biex jerġa jixgħel f’każ ta’ ħsara.

Iċ-ċentru host għandu jkun kapaċi jaħdem flimkien ma’ sistemi eżistenti jew sistemi li ser jidħlu fis-servizzi nazzjonali veterinarji, skond l-istandards internazzjonali.

Iċ-ċentru host għandu jkun disponibbli sebat ijiem fil-ġimgħa u 24 siegħa minn 24.

2. Regoli tas-sigurtà

Iċ-ċentru host għandu jkollu sett ta’ dispożizzjonijiet stretti u koerenti għall-protezzjoni u l-integrità tad-data. Aċċess għas-sistema għandu jkun kontrollat b’serje ta’ proċeduri ta’ sigurtà, partikolarment permezz ta’ passwords li jistgħu jinbidlu b’regoli dwar in-numru ta’ provi mill-ġdid, sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-periklu ta’; konsultazzjoni aċċidentali jew mhux kif suppost.

3. Id-daqs u l-format ta’ l-informazzjoni

Id-daqs tal-messaġġ ifformattjat għat-trasmissjoni jista’ jkun sa 4000 karattru. Il-messaġġ ifformattjat ikun fil-format ASCII b’karattri definiti In-numru stmat ta’ messaġġi kuljum ikunu madwar 3000. It-tmexxija stmata tkun tinħtieġ madwar 3000 operazzjoni ta’ entrati u 6000 operazzjoni ta’ dispaċċ kuljum.

4. Kapaċità tas-sistema

Is-sistema għandha tkun kapaċi timmaniġġa 2450 utent potenzjali. Madankollu, l-użu fl-istess ħinijiet jista’ jvarja. In-numru stmat ta’ utenti fl-istess ħin (jibgħatu u jirċevu) bħala medja għandu jkun 70 u mhux aktar minn 100. Il-kapaċità għandha tkun tista’ tiġi mwessa’ jekk ikun meħtieġ. Is-sistema għandha tkun kapaċi tmexxi kodiċi li jkunu qed jistennew.

5. Għajnuna

Servizz ta’ għajnuna għandu jkun disponibbli 12 il-siegħa kulljum, mis-7 a.m. sas-7 p.m. fil-lok taċ-ċentru host, sabiex jittratta kull problema ta’ komunikazzjoni.

6. Manutenzjoni

Serje ta’ miżuri ta’ salvagward u faċilitajiet sabiex il-fajls jerġgħu jiġu kif kienu għandhom ikunu disponibbli għas-sistema u jaħdmu fiċ-ċentru host sabiex jiġi żgurat li ma tintilef ebda informazzjoni.

Iċ-ċentru host għandu jkollu l-impjegati kwalifikati kollha meħtieġa.

--------------------------------------------------