Official Journal L 257 , 21/09/1990 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0083
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0083
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2698/90 tas-17 ta' settembru 1990 li jemenda Regolament (KEE) nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika biex jinkludi pajjiżi oħra ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha iddeċidew li jieħdu azzjoni magħquda ma ċerti pajjiżi li mhumiex membri fil-forma ta' miżuri maħsuba biex jassistu l-proċess ta' riforma ekonomika u soċjali li qed isseħħ fl-Ungerija u il-Polonja; billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [3] joħloq il-kundizzjonijiet sabiex tingħata din l-għajnuna ekonomika lil dawn il-pajjiżi li mhumiex membri; Billi l-Grupp ta' 24 pajjiż u l-Komunità iddeċidew fil-laqgħa ministerjali ta' l-4 ta' Lulju 1990 li s-sitwazzjoni f'ċerti pajjiżi oħra ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant tiġġustifika estensjoni ta' l-għajnuna ekonomika ghar-ristrutturar ta' dawn il-pajjiżi; Billi jehtieġ li jsiru dispożizzjonijiet annwali fl-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għal finanzjament Komunitarju xieraq, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 REGOLAMENT (KEE) Nru 3906/89 huwa emendat kif ġej: 1. It-Titolu huwa mibdul b'dan li ġej: "Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant." 2. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 1 Il-Komunità għandha żżomm disponibbli għajnuna ekonomika lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant elenkati fl-Anness skond il-kriterji ta' dan ir-Regolament." 3. L-Artikolu 2 huwa mħassar. 4. Fl-Artikolu 3(1): - "fil-Polonja u l-Ungerija u" fl-Ungerija u l-Polonja "huma sostitwiti bi" fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1 "u" tal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1 "rispettivament," - is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: "Din l-għajnuna tista tintuża wkoll biex tiġi pprovduta assistenza umanitarja". 5. Fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 9(1), "tal-Polonja u l-Ungerija" u "fil-Polonja u l-Ungerija" huma sostitwiti bi "tal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1" u "fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1" rispettivament. 6. l-Anness li ġej huwa miżjud: L-ANNESS IL-BULGARIJA IĊ-ĊEKOSLOVAKKJA IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-ĠERMANJA L-UNGERIJA IL-POLONJA IR-RUMANIJA Il-JUGOSLAVJA. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata li ssegwi l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament se jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Settembru 1990. Għall-Kunsill Il-President G. De Michelis [1] ĠU C 191, tal-31.7.1990, p. 17. [2] ĠU C 231, tas-17.9.1990. [3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. --------------------------------------------------