31989R4045



Official Journal L 388 , 30/12/1989 P. 0018 - 0023
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0027
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0027


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) NRU 4045/89

tal-21 ta’ Diċembru 1989

dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji ta’ l-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi, skond Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 fuq il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [3], skond kif emendata l-aħħar darba bir-Regolament (KEE) Nru 2048/88 [4], l-Istati Membri jieħdu l-mizuri neċessarji sabiex ikunu sodisfatti illi t-transazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) ikunu attwalment attwati u esegwiti b’mod korrett, u jipprevjeni u jieħu ħsieb irregolaritajiet u sabiex jirkupra somom mitlufa bħala rizultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza;

Billi skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi li qed jirċievu jew li qed jagħmlu pagament jistgħu jkunu mezz effettiv ħafna ta’ sorveljanza tat-transazzjonjiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG; billi dan l-iskrutinju jissuplementa spezzjonijiet oħra li diġà jsiru mill-Istati Membri; billi, barra minn dan, dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskrutinju li huma aktar estensivi minn dawk li hemm fir-Regolament m’humiex affetwati minn dan ir-Regolament;

Billi l-Istati Membri għandhom jkunu nkoraġġiti sabiex jinfurzaw l-iskrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi li qed jirċievu jew jagħmlu pagament li huma jkunu għamlu skond d-Direttiva 77/435/KEE [5];

Billi l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-regoli li hemm fid-Diretiva 77/435/KEE żvela l-bżonn li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva jiġu emendati fuq il-bażi ta’ l-esperjenza mirbuħa; billi in vista tan-natura tad-dispożizzjonijiet konċernati l-emendi għandhom ikunu nkulżi f’Regolament;

Billi d-dokumenti użati bħala bażi għal dan l-iskrutinju għandhom ikunu stabbiliti b’mod illi jippermetti li jsir skrutinju sħiħ;

Billi l-impriżi li għandom jkunu skrutinati għandhom jintgħażlu skond il-bażi tan-natura tat-transazzjonijiet li jsiru fuq responsabilità tagħhom u rendikont ta’ l-impriżi li qed jirċievu jew jagħmlu pagamenti skond l-importanza finanzjarja tagħhom fis-sistema ta’ finanzjament mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG;

Billi, barra minn dan, huwa neċessarju li jiġi provdut numru minimu ta’ spezzjonijiet ta’ dokumenti kummerċjali; billi dan in-numru għandu jkun stabbilit b’metodu li jeskludi differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri skond differenzi fl-istruttura ta’ l-ispiża fis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG; billi dan il-metodu jista’ jitwaqqaf billi jirreferu għan-numru ta’ impriżi ta’ ċerta importanza fis-sistema ta’ finanzjament mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG;

Billi l-poteri ta’ l-uffiċjali responsabbli mill-iskrutinju u l-obbligazzjonijiet ta’ l-impriżi sabiex jagħmlu d-dokumenti kummerċjali disponibbli lil dawn l-uffiċjali għal perjodu speċifikat u sabiex jissupplixxu dik l-informazzjoni li tista’ tintalab lilhom għandha tkun definita; billi għandu jkun stipulat ukoll illi dokumenti kummerċjali jistgħu f’ċerti każi jinqabdu;

Billi huwa neċessarju li tkun organnizzata kooperazzjoni bejn l-Istati Membri minħabba l-istruttura ta’ interpretazzjoni tan-negozju fil-kamp ta’ l-agrikoltura u bil-hsieb li jseħħ is-suq intern; billi huwa wkoll neċessarju li jkun hemm sistema ta’ dokumentazzjoni ċentrallizzata dwar impriża riċevitur jew ħlasijiet stabiliti f’pajjiżi terzi li jitwaqqfu fuq-livel tal-Komunità;

Billi, filwaqt illi hija r-responsabilità ta’ l-Istati Membri fl-ewwel waqt li jaddotaw il-programmi ta’ skrutinju tagħhom, huwa neċessarju illi dwan il-programmi jkunu komunikati lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista tassumi l-irwol tagħha ta’ superviżjoni u koordinazzjoni u tassigura illi l-programmi jkunu addottati fuq il-bażi ta’ kriterji xierqa; billi l-iskrutinju jista’ għalhekk ikun konċentrat fuq setturi jew impriżi fejn ir-riskju ta’ frodi huwa għoli;

Billi d-dipartimenti li qed jagħmlu l-iskrutinju skond dan ir-Regolament għandhom ikunu organizzati indipendentement mid-dipartimenti li qed jaħmlu skrutinju qabel il-ħlas;

Billi huwa essenzjali illi kull Stat Membru ikollu dipartiment speċjali għas-sorveljanza ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għal koordinament ta’ l-iskrutinju li jsir skond dan ir-Regolament; billi l-uffiċjali tad-dipartiment jistgħu jagħmlu spezzjonijiet ta’ l-impriżi skond dan ir-Regolament;

Billi l-inkoraġġiment għat-tisħiħ tad-dipartimenti responsabbli għal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun provdut f’forma ta’ kontribuzzjoni Komunitarja temporanja u degressiva lejn l-ispiża li l-Istati Membri jonfqu sabiex jitqabbdu jaħdmu personal żejjed u lejn n-nefqa sabiex jiġu mgħallma l-persunal u d-dipartimenti ikunu ekwipaġġjati;

Billi hu neċessarju illi ssir stima ta’ l-ammont ta’ finanzjament mill-Komunità li hu meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din il-miżura; billi dan l-ammont jifforma parti mit-tbassir finanzjarju li qed jidher f’punt II tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina fl-estimi u titjib tal-proċedura ta’ l-estimi numru [6] tad-29 Ġunju 1988; billi l-addatament attwalment disponibbli ser ikun stabbilit skond il-proċedura ta’ l-estimi in konformità ma’ dak l-arranġament;

Billi l-informazzjoni miġbura matul l-iskrutinju ta’ dokumenti kummerċjali għandha tkun protetta bis-sigriet professjonali;

Billi għandhom isiru arranġamenti għal skambju ta’ informazzjoni fil-livell tal-Komunità sabiex ir-riżultati ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun jista’ jintuża għal effett akbar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament huwa dwar l-iskrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ dawk l-entitajiet li qed jirċievu jew jagħmlu pagamenti direttament jew indirettament lis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) minn issa ’l quddiem imsejjħa impriża’, sabiex jaċċertaw jekk transazzjonijiet li jifforamaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tas-Sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG ikunu fil-fatt saru jew ma sarux b’mod korrett.

2. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament ‘dokumenti kummerċjali’ ifisser il-kotba kollha, reġistri, vouchers u dokumenti in sostenn, kontijiet u korrispondenza relatati ma’ l-attività kummerċjali ta’ l-impriża, kif ukoll informazzjoni kummerċjali, sakemm dawn id-dokumenti jkollhom x’jaqsmu direttament jew indirettament mat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi u jieħdu in konsiderazzjoni t-transazzjonijiet li għandhom ikunu skrutinati. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla ta’ l-impriżi għall-iskrutinju tagħti l-aħjar assigurazzjoni possibbli ta’ l-effiċjenza tal-miżuri sabiex jipprevjenu u jsibu l-irregolaritajiet skond is-sistema ta’ finanzjament tas-Sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG. Inter alia, l-għażla għandha tieħu in konsiderazzjoni l-importanza finanzjarja ta’ l-impriżi f’dik is-sistema u fatturi oħra ta’ riskju.

2. L-iskrutinju li jagħmel riferenza għalih il-paragrafu 1 għandu japplika, għal kull perjodu ta’ skrutinju li l-paragrafu 4 jagħmel riferenza għalih għal numru ta’ impriżi li jistgħu ikunu mhux anqas minn nofs l-impriżi li l-irċevuti jew pagamenti, jew somom tagħhom, skond is-sistema ta’ finanzjament tas-Sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG, ammontaw għal aktar minn ECU 60000 f’sena kalendarja preċedenti għall-imsemmi perjodu ta’ skrutinju.

Għal perjodu ta’ skrutinju li jibda fl-1990 l-ammont ta’ ECU 60000 kwotat fl-ewwel subparagrafu għandu jittieħed bħala ECU 100000 u ECU 90000 għal dak li jibda fl-1991.

Għandu jittieħed bħala obligatorju għall-imprizi s-somma ta’ dawk l-irċevuti jew pagamenti ta’ aktar minn ECU 200000 u li ma kenux skrutiniżżati skond dan ir-Regolament matul il-perjodu ta’ skrutinju preċedenti.

Impriżi li l-irċevuti tagħhom jew pagamenti jammontaw għal inqas minn ECU 10000 għandhom ikunu skrutiniżżati skond dan ir-Regolament għar-raġunijiet speċifiċi li jkunu ndikati mill-Istati Membri bissfil-programm annwali kif jagħmel riferenza għalih Artikolu 10 jew mill-Kummissjoni fi kwalunkwe emenda proposta għal dak il-programm.

3. F’każijiet xierqa, l-iskrutinju li hemm fil-paragrafu 1 għandu jiġi estiż għall-persuni naturali u ġuridiċi li magħhom l-impriżi li huma skond Artikolu 1 huma assoċjati u għal dawk il-persuni naturali jew ġuridiċi li jistgħu jkunu rilevanti sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija f’Artikolu 3.

4. Il-perjodu ta’ skrutinju għandu idum mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

L-iskrutinju għandu jkopri għal anqas s-sena kalendarja preċedenti għal perjodu ta’ skrutinju; tista’ tkun estiża għal perjodu li jiġi stabbilit mill-Istati Membri li jippreċedi dik is-sena kalendarja kif ukoll il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha beda l-perjodu ta’ kontoll u d-data effetiva ta’ kontroll ta’ impriża.

5. L-iskrutinju li jsir skond dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika l-ispezzjonijiet mibdija skond Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 283/72 [7] jew dawk skond Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 29/70.

Artikolu 3

1. L-eżattezza ta’ l-informazzjoni primarja taħt skrutinju għandha tiġi verifikata fil-każijiet xierqa b’numru adegwat ta’ kontro-verifiki, li jinkludu, inter alia:

- tixbih ma’ dokumenti kummerċjali ta’ fornituri, klijenti, kurriera u terzi persuni oħrajn li huma direttament jew indirettament konnessi ma’ transazzjonijiet li jsiru fi ħdan is-sistema ta’ finanzjament tas-sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG,

- verifiki fiżiċi fuq il-kwantità u natura tal-ħażniet, u

- tixbieh mar-rekords ta’ flussi finanzjarji li jwasslu jew huma konsegwenza ta’ transazzjonjiet li jsiru fi ħdan is-sistema ta’ finanzjament tas-sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG.

2. B’mod partikolari, billi l-impriżi huma rikjesti li jżommu rekords ta’ ħażniet fi ktieb speċifiku skond dispożizzjonijiet tal-Komunità jew nazzjonali, l-iskrutinju ta’ dawn ir-rekords għandu, fil-każijiet xierqa jinkludi tixbieh mad-dokumenti kummerċjali u, fejn xieraq, mal-kwantitajiet attwali fil-ħażniet.

Artikolu 4

L-impriżigħandhom Iżommu d-dokumenti kummerċjali li jagħmlu riferenza għalihom Artikoli 1(2) u 3 għal mill-anqas tlett snin, li jibdew mill-aħħar tas-sena meta ikunu saru.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal ta’ kemm dawn id-dokumenti jistgħu jinżammu.

Artikolu 5

1. Il-persuni responsabbli għall-impriżi għandom ikunu ċerti illi d-dokumenti kummerċjali kollha kif ukoll informazzjoni addizzjonali mitluba jingħataw lill-uffiċċju responsabbli għall-iskrutinju jew lill-persuni awtorizzati għal dan l-iskop.

2. L-uffiċjali responsabbli mill-iskrutinju jew il-persuni awtorizzati għal dan l-iskop jistgħu jitolbu li partijiet jw kopji tad-dokumenti li jagħmel rifernza għalihom il-paragrafu 1 tingħata lilhom.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandom jassiguraw illi l-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jkollhom l-awtorità illi jaqbdu dokumenti kummerċjali, jew li jordnaw illi jinqabdu. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat b’rispett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u m’għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tar-regoli li jirregolaw proċeduri f’materji kriminali li jikkonċernaw il-qbid ta’ dokumenti.

2. L-Istati Membri għandhom jaddottaw il-miżuri xierqa sabiex jippenalizzaw il-persuni naturali jew ġuridiċI li jonqsu milli jagħmlu l-obbligazzjonijiet tagħhom skond dan ir-Regolament.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin sabiex iwettqu l-iskrutinju imsemmi f’Artikoli 2 u 3 fejn l-impriża hija mwaqqfa fi Stat Membru li mhuwiex dak fejn il-pagament ta’ l-ammont in kwistjoni sar jew suppost sar jew gie rċevut.

2. Matul l-ewwel kwart tas-sena wara s-sena tal-pagament, l-Istati Membri għandom jibgħatu lista ta’ l-impriżi li jagħmel riferenza għalihom il-paragrafu 1 lill-Istati Membri fejn din l-impriża ġiet imwaqqfa; il-lista għandu jkun fiha d-dettalji kollha neċessarji sabiex l-Istat Membru ta’ destinazzjoni jkun jista’ jidentifika l-impriża. Kopja ta’ kull lista għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri li ser jirċievu jew jagħmlu pagament jistgħu jitolbu lill-Istati Membri fejn il-kummerċ ikun mwaqqaf sabiex jispezzjonaw dan il-kummerċ bħala materja ta’ prijorità, skond Artikolu 2, u jindikaw r-raġunijiet speċifiċi għat-talba. Kopja ta’ kull talba għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

3. Matul l-ewwel kwart tas-sena wara s-sena tal-pagament, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista ta’ l impriżi mwaqqfa f’terzi pajjiżi fejn il-pagament ta’ l-ammont in kwistjoni sar jew suppost sar jew ġie rċevut f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 8

1. Informazzjoni miġbura matul l-iskrutinju kif mitlub f’dan ir-Regolament għandu jittieħed bħala protett bis-sigriet professjonali. Ma jistax ikun komunikat lil xi persuni ħlief dawk li, minħabba d-doveri tagħhom fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, huma mitluba li jkollhom din l-informazzjoni jew sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dawk d-doveri.

2. Dan l-Artikolu m’għandux jippreġudika dispożizzjonijiet nazzjonali li għandom x’jaqsmu ma proċeduri legali.

Artikolu 9

1. Qabel l-1 ta’ Jannar li jsegwi l-perjodu ta’ skrutinju l-Istati Membri għandom jibgħatu lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. Ir-rapport għandu juri d-diffikultajiet li ltagġqu magħhom u l-miżuri li ttieħdu sabiex jingħelbu u jagħmlu, fejn hu xieraq, suġġerimenti għal titjib.

3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom tibdil regolari ta’ opinjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4. Il-Kummissjoni sejra ta’ kull sena tevalwa il-progress miksub, fir-rapport annwali dwar l-amministrazzjoni tal-fondi li jagħmel riferenza għalihom Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

5. Il-Kummissjoni għandha tissottometti qabel il-31 ta’ Diċembru 1991 rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fl-istruttura ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina is-sitwazzjoni speċifika li tista tirriżulta għal ċerti Stati Membri mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, fejn xieraq, għandha tagħmel il-proposti li huma xierqa.

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jippreparaw programmi għall-iskrutinju li jrid isir skond Artikolu 2 matul il-perjodu ta’ skrutinju sussegwenti.

2. Kull sena, qabel il-15 ta’ April, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni il-programm li jagħmel riferenza għalih il-paragrafu 1 u għandom jispeċifikaw:

- n-numru ta’ impriżi li ser ikunu skrutiniżżati u jinqasmu skond is-settur fuq il-bażi ta’ l-ammonti li għandhom x’jaqqsmu magħhom,

- il-kriterji addottati sabiex sar dan il-programm.

3. Il-programmi mwaqqfa mill-Istati Membri u mgħaddija lill-Kummissjoni, għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri, jekk, fi żmien sitt ġimgħat, il-Kummissjoni m’ għarrfitx il-kummenti tagħha.

4. L-emendi magħmula mill-Istati Membri għall-programmi għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċdura.

5. B’mod eċċezzjonali, f’kull stadju, l-Kummissjoni tista’ titlob l-inklużjoni ta’ kategorija partikolari ta’ l-impriża fil-programm ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

6. Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni, il-programm ta’ skrutinju mwaqqaf mill-Istati Membri għandu jigi mgħoddi lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 1990 u għandu jiġi mplimentat jekk il-Kummissjoni ma tgħarrafx il-kummenti tagħha sal-15 ta’ Ġunju 1990.

Artikolu 11

1. F’kull Stat Membru mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1991 dipartiment speċjali għandu jsir responsabbli għas-sorveljanza ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-,

- eżekuzzjoni ta’ l-iskrutinju li qed jiġi provdut għalih mill-uffiċjali impjegati direttament mid-dipartiment speċifiku, jew

- koordinament jew is-sorveljanza ġenerali tal-skrutinju magħmul mill-uffiċjali li tappartjeni għal dipartimenti oħra.

L-istati Membri jistgħu ukoll jipprovdu illi l-iskrutinju li ser isir skond dan ir-Regolament ikun imqassam bejn d-dipartiment speċjali u dipartimenti nazzjonali ohra, basta illi dan ta’ l-ewwel ikun responsabbli għall-koordinament tagħhom.

2. Id-dipartiment jew dipartimenti responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun organiżżat b’mod illi jkun indipendenti mid-dipartimenti jew fergħat ta’ dipartimenti responsabbli għall-pagamenti u għall-iskrutinju li jsir qabel il-pagament.

3. Sabiex jiġi assigurat illi dan ir-Regolament ikun applikat korrettement id-dipartiment speċjali li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jieħu ul-miżuri kollha neċessarji.

4. Id-dipartiment speċjali għandu jkun responsabbli ukoll għall-:

- taħriġ ta’ uffiċjali nazzjonali responsabbli sabiex iwettqu l-iskrutinju li jagħmel riferenza għalih dan ir-Regolament, sabiex jippermettilhom jakkwistaw biżżejjed għarfien sabiex iwettqu d-doveri tagħhom,

- amministrazzjoni tar-rapporti u għal kull dokument ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-iskrutinji mwettqa u provdut għalih b’dan ir-Regolament,

- il-preparazzjoni u l-Komunika tar-rapporti li jagħmel riferenza għalihom Artikolu 9(1) u l-programmi li jagħmel riferenza għalihom Artikolu 10.

5. Id-dipartiment speċjali għandu jingħata mill-Istat Membru konċernat il-poteri kollha neċċessarji sabiex jwettaq l-inkarigi li jagħmlu riferenza għalihom il-paragrafi 3 u 4.

Għandu ikun magħmul min-numru ta’ uffiċjali li huma biżżejjed u li huma mħarrġa b’mod adegwat għat-twettiq ta’ dawk ix-xogħlijiet.

6. Dan l-Artikolu ma japplikax meta n-numru minimu ta’ impriżi li għandhom ikunu kontrollati,skond l-Artikolu 2(2), huwa anqas minn 10.

Artikolu 12

Il-Komunità għandha tipparteċipa skond il-kondizzjonijiet li hemm f’Artikoli 13, 14 u 15 sabiex tiffinanzja l-ispiża addizzjonali li effettivement intefqu mill-Istati Membri u li għandhom x’jaqsmu ma’:

- it-tnaqqis ta’ l-għatba sabiex jiġi kalkolat in-numru ta’ verifiki ta’ skrutinju li għandhom isiru,

- il-mobilizzazzjoni ta’ mezzi maħsuba sabiex titjieb il-kwalità ta’ l-iskrutinju.

Artikolu 13

1. Il-Komunità għandha tagħmel kontribut għall-ispiża li effettivament intefqet mill-istati Membri għall-ħlas ta’ persunal żejjed li ġie ngaġġat mill-1 ta’ Jannar 1990 u hu maħsub li huma mpjegati biss:

- ma’ l-istaff tad-dipartiment speċjali li jagħmel riferenza għalih Artikolu 11, jew

- ma’ l-istaff ta’ dipartimenti nazzjonali oħra, iżda dan il-persunal għandu jkun impjegat biss sabiex iwettaw l-iskrutinju msemmi f’dan ir-Regolament.

2. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jkun bir-rata ta’ 50 % għall-ewwel tlett snin u ta’ 25 % għar-raba u l-ħames sena, għal perjodu ta’ ħames snin li jibdew mill-1 ta’ Jannar 1990, sa somma komplessiva ta’:

- ECU 500000 fis-sena għall-ewwel tlett snin u ECU 250000 għar-raba u l-ħames sena fil-każ tal-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda u ir-Renju Unit,

- ECU 250000 fis-sena għall-ewwel tlett snin u ECU 125000 għar-raba u l-ħames sena fil-każ tal-Belġju, id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall, u

- ECU 50000 fis-sena għall-ewwel tlett snin u ECU 25000 għar-raba u l-ħames sena fil-każ tal-Lussemburgu.

3. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, ‘ħlas’ ifisser is-salarju wara t-taxxa, ta’ l-uffiċjali responsabbli mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-ispejjeż ta’ l-ivjaġġar li huma meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tagħhom.

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ħlas ta’ l-ispejjeż ta’ l-istaff għandha tiġi deċiża minn kull Stat Membru skond rata fissa.

Artikolu 14

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ispiża li ntefqet mill-istati Membri sabiex jitħarreġ l-istaff tad-dipartimenti responsabbli għat-twettieq ta’ dan ir-Regolament bir-rata ta’ 50 % għall-ewwel tlett snin u ta’ 25 % għar-raba u l-ħames sena, għal perjodu ta’ ħames snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 1990, sa somma komplessiva ta’:

- ECU 100000 fis-sena għall-ewwel tlett snin u ECU 50000 għar-raba u l-ħames sena fil-każ tal-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda u ir-Renju Unit,

- ECU 50000 fis-sena għall ewwel tlett snin u ECU 25000 għar-raba u l-ħames sena fil-każ tal-Belġju, id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall, u

- ECU 10000 fis-sena għall-ewwel tlett snin u ECU 5000 għar-raba u l-ħames sena fil-każ tal-Lussemburgu.

Artikolu 15

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ispiża li effettivament ntefqet mill-Istati Membri sabiex jinxtara proċessar ta’ l-informazzjoni u tagħmir ta’ l-uffiċċju maħtieġ mid-dipartiment responsabbli għat-twettiq ta’ dan ir-Regolament, bir-rata ta’ 100 % sa ammont massimu ta’:

- ECU 100000 għall-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda u r-Renju Unit,

- ECU 60000 għall-belġju, id-Danimarka, il-greċja, l-Irlanda u l-Portugall, u

- ECU 20000 għal-Lussemburgu.

Artikolu 16

1. L-ammont massimu ta’ l-ispiża tal-Komunità meqjusa bħala neċessarja biex titwettaq il-miżura introdotta b’dan ir -Regolament għandha tkun ECU 6080000 għall-ewwel sena, ECU 5160000 għat-tieni u t-tielet sena u ECU 2580000 għar-raba u l-ħames sena.

2. L-awtorità ta’ l-estimi għandha tistabilixxi l-approprjazzjoni disponibbli għal kull sena finanzjarja.

Artikolu 17

L-ammont ta’ spiża annwali supportata mill-Komunità għandu jkun iffissat mill-Kummissjoni skond il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri.

Artikolu 18

L-ammonti f’ECUs li jidhru f’dan ir-Regolament għandhom ikunu konvertiti fil-munità nazzjonali billi tiġi applikata ir-rata ta’ kambju li tkun qed titħaddem fl-ewwel jum tax-xogħol tas-sena meta jibda l-perjodu ta’ skrutinju u jkun publikat fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 19

Regoli dettaljati dwar it-twettiq ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati fejn hemm bżonn, skond il-proċedura stabbilità f’Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

Artikolu 20

Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 għandu japplika għall-iskrutinju ta’ spiża speċifika finanzjata mill-Komunità skond dan ir-Regolament.

Artikolu 21

B’rispett għal-liġijiet nazzjonali rilevanti, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom ikollhom aċċess għad-dokumenti kollha preparati jew fid-dawl ta’ jew wara l-iskrutinju skond dan ir-Regolament u għall-informazzjoni miżmuma, inklużi dawk miġbura fis-sistemi ta’ l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni.

Artikolu 22

1. Id-Direttiva 77/435/KEE għandu jittieħed mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 1990. L-iskrutinju li jitwettaq minn dik id-data skond dik id-Direttiva għandha tittieħed bħala mwettqa skond dan ir-Regolament.

2. Riferenzi magħmula għad-direttiva 77/435/KEE għandhom jittieħdu bħala magħmula għal din id-Direttiva.

Artikolu 23

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 1990.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Cresson

[1] ĠU C 192, tad-29.7.1987, p. 15.

[2] ĠU C 291, ta’ l-20.11.1989, p. 105.

[3] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

[4] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 1.

[5] ĠU L 172, tat-12.7.1977, p. 17.

[6] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 33.

[7] ĠU L 36, ta’ l-10.2.1972, p. 1.

--------------------------------------------------