31989R2141



Official Journal L 205 , 18/07/1989 P. 0022 - 0023
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0075
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0075


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2141/89

ta' l-14 ta' Lulju 1989

dwar l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti taħt il-kodiċi NM 39211100 u 48101200

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistiċi u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1672/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura komuni annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa meħtieġ li jiġu adottati l-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li ġejjin:

1. pannelli ħfief ta' għamla rettangolari jew kwadra magħmula minn pjanċa ta' expanded polystyrene miksija b'folji tal-karta fuq iż-żewġ naħat. Il-ħxuna totali tal-karta hija inqas minn 10 % tal-ħxuna totali ta' l-oġġett;

2. pannelli ħfief ta' għamla rettangolari jew kwadra magħmula minn saff ta' expanded polystyrene miksija fuq żewġ naħat b'folji tal-karta b'passata tal-kawlina bajda mingħajr ħjut miksub bi proċess mekkaniku u li jiżnu aktar minn 150 g/m. Il-ħxuna totali tal-karta hija mill-anqas 10 % tal-ħxuna totali ta' l-oġġett;

Billi n-nomenklatura komuni annessa ma’ l-imsemmi Regolament (KEE) Nru 2658/87 tirreferi taħt il-kodiċi 3921 1100 għal pjanċi, folji, film, foil u strixxi oħra, tal-plastik: - ċellulari: - ta' polymers of styrene u taħt il-kodiċi 48101200 għal "karta u kartun, miksija fuq naħa jew żewġ naħat b'passata tal-kawlina (tafal tal-kina) jew sustanzi inorganiċi oħra, f'rombli jew folji, tat-tip li tintuża għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħra, li ma fihiex ħjut miksub bi proċess mekkaniku jew li mhux iktar minn 10 % tal-piż tal-kontenut totali ta' ħajt jikkonsisti minn ħajt tà din ix-xorta, li jiżen aktar minn 150 g/m"; billi, għall-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti hawn fuq imsemmija, l-imsemmija kodiċi NM għandhom jiġu kkunsidrati;

Billi l-oġġetti msemmija hawn fuq huma magħmula minn żewġ materjali differenti u għandhom, skond ir-regola ġenerali 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni, ikunu kklassifikati skond il-materjal li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom;

Billi l-oġġetti msemmija evidentement jistgħu jaqgħu biss taħt il-Kapitolu 39 jew il-Kapitolu 48 skond il-komposizzjoni tagħhom; billi jidher rakkomandabbli li wieħed jiddistingwi bejn dawn iż-żewġ kapitoli skond il-bażi tal-ħxuna totali tal-folji tal-karta li tiksi ż-żewġ naħat tal-pjanċa jew saff tal-polystyrene b'relazzjoni għall-ħxuna totali ta' l-oġġetti; billi idealment il-ħxuna totali tal-karta għandha tkun inqas minn 10 % (klassifikazzjoni fil-Kapitolu 39) jew 10 % jew aktar (klassifikazzjoni fil-Kapitolu 39);

Billi, skond id-disposizzjonijiet tan-Nota 10 tal-Kapitolu 39 u n-Nota 7 tal-Kapitolu 48, il-kriterju tal-klassifikazzjoni applikat f'dan ir-Regolament jibqa’ validu indipendentement kemm mit-tip ta' plastik kopert mill-kodiċi NM 39211100 sa 39211990, kif ukoll mit-tip ta' karta taħt il-kategoriji relatati fil-Kapitolu 48;

Billi dan ir-Regolament jinkorpora l-1 u t-2 taqsima tà l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3564/88 tas-16 ta' Novembru 1988, dwar il-klassifikazzjoni tà ċerti oġġetti fin-nomenklatura komuni [3], billi huwa għalhekk xieraq li jiġu mħassra;

Billi l-Kumitat tan-Nomenklatura ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien mogħti mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti hawn taħt huma klassifikati taħt kodiċi NM mniżżla ħdejn kull wieħed minnhom:

1. | Pannelli ħfief ta' għamla rettangolari jew kwadra magħmula minn pjanċa ta' expanded polystyrene miksija fuq iż-żewg naħat b'folja tal-karta. Il-ħxuna totali tal-karta hija anqas minn 10 % tal-ħxuna totali ta' l-oġġett | 39211100 |

2. | Pannelli ħfief ta' għamla rettangolari jew kwadra magħmula minn saff ta' expanded polystyrene miksija fuq iż-żewġ naħat b'folja tal-karta b'passata tal-kawlina bajda li ma fihiex ħjut miksuba bi proċess mekkaniku u li jiżnu aktar minn 150 g/m2. Il-ħxuna totali tal-karta hija mill-anqas 10 % tal-ħxuna totali ta' l-oġġett | 48101200 |

Artikolu 2

L-1 u t-2 taqsima tà l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3564/88 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura komuni huma mħassra.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-14 ta' Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1.

[2] ĠU L 169, tad-19.6.1989, pġ. 1.

[3] ĠU L 311, tas-17.11.1988, pġ. 23.

--------------------------------------------------