31989L0491



Official Journal L 238 , 15/08/1989 P. 0043 - 0049
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0090
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0090


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Lulju 1989

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttivi tal-Kunsill 70/157/KEE, 70/220/KEE, 72/245/KEE, 72/306/KEE, 80/1268/KEE u 80/1269/KEE rigward il-vetturi bil-mutur

(89/491/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/354/KEE [2], u partikularment Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/436/KEE [4], u b’mod partikulari Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE ta l-20 ta’ Ġunju 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-soppressjoni ta’ l-interferenza mir-radju prodotta minn magni ta’ vetturi bil-mutur li jistartjaw bl-ispark [5], u b’mod partikulari Artikolu 4 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awissu 1972 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu mill-magni tad-diesel użati fil-vetturi [6], u b’mod partikulari Artikolu 4 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tal-16 ta’ Diċembru 1980 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-konsum ta’ karburanti minn vetturi bil-mutur [7], u b’mod partikulari Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1980 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-qawwa tal-magna ta’ vetturi bil-mutur [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/195/KEE [9], u b’mod partikulari Artikolu 3 tagħha,

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 88/76/KEE [10], li emendat id-Direttiva 70/220/KEE, tintroduċi kriterji dwar l-użu tal-petrol mingħajr ċomb; billi l-adattament tal-magni eżistenti għal dan it-tip ta’ petrol jitlob f’ħafna każijiet modifikazzjonijiet tekniċi li huma relevanti għal konformità mad-Direttivi msemmija hawn fuq; billi jidher illi huwa xieraq li jkun iffaċilitat l-immaniġġjar amministrattiv ta’ l-emendi li jirriżultaw tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati fl-interess taż-żieda b’pass mgħaġġel ta’ l-użu tal-petrol mingħajr ċomb; billi jidher bżonnjuż ukoll li jiġu magħmulin aktar preċiżi l-ispeċifikazzjonijiet tad-Direttiva 88/76/KEE, li tipprevjeni vetturi milli jkollhom tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet li jista’ jiġi affettwat b’mod ħażin minn petrol biċ-ċomb, li jingħataw dan it-tip ta’ petrol; billi jidher ugwalment xieraq li jkun introdott il-karburanti ta’ referenza ġdid għall-magni diesel speċifikat f’din id-Direttiva fid-Direttiva 72/306/KEE li tikkonċerna l-emissjonijiet ta’ dħaħen minn magni bħal dawn; billi jidher li jkun aħjar li f’din l-okkażjoni jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet tekniċi tad-Direttiva 80/1269/KEE rigward il-qawwa tal-magna ma’ dawk tar-Regolament korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea;

Billi huwa mixtieq li jiġu introdotti kemm jista’ jkun malajr l-emendi li jinsabu fid-Direttiva preżenti fil-liġijiet nazzjonali kkonċernati, peress li dawn huma meħtieġa b’mod partikulari matul il-perjodu trqnsitorju; billi vetturi maħluqa għall-użu tal-petrol biċ-ċomb u vetturi li jeħtieġu petrol mingħajr ċomb sejrin ikun jeżistu fl-istess żmien;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma b’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar il-Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi msemmija hawn taħt huma b’dan emendati b’konformità ma’ l-Annessi ta’ din id-Direttiva:

- Id-Direttiva 70/157/KEE hija emendata b’konformità ma’ Anness I,

- Id-Direttiva 70/220/KEE hija emendata b’konformità ma’ Anness II,

- Id-Direttiva 72/245/KEE hija emendata b’konformità ma’ Anness III,

- Id-Direttiva 72/306/KEE hija emendata b’konformità ma’ Anness IV,

- Id-Direttiva 80/1268/KEE hija emendata b’konformità ma’ Anness V,

- Id-Direttiva 80/1269/KEE hija emendata b’konformità ma’ Anness VI.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1990. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Viċi-President

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 16.

[2] ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43.

[3] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1.

[4] ĠU L 214, tas-6.8.1988, p. 1.

[5] ĠU L 152, tas-6.7.1972, p. 15.

[6] ĠU L 190, ta’ l-20.8.1972, p. 1.

[7] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 36.

[8] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 46.

[9] ĠU L 92, tad-9.4.1988, p. 50.

[10] ĠU L 36, tad-9.2.1988, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

EMENDI GĦALL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 70/157/KEE

6 għandu jiżdied kif ġej:

"6. ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE

6.1. Tipi ta’ vetturi mmodifikati biex jaħdmu bil-petrol mingħajr ċomb

6.1.1. L-approvazzjoni għal tip ta’ vettura mmodifikata u/jew aġġustata biss għall-iskop li tkun kapaċi taħdem permezz ta’ petrol mingħajr ċomb, kif speċifikat fid-Direttiva 85/210/KEE, għandha tkun estiża meta l-fabbrikant jiċċertifika, soġġett għall-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, li l-livell tal-ħoss għal vettura mmodifikata ma jkunx jeċċedi l-valuri ta’ limitu speċifikati fi 5.2.2.1.

6.2. Tipi ta’ vetturi mmodifikati għal kull skop ieħor

6.2.1. L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura tista’ tkun estiża għal tipi ta’ vetturi li jvarjaw fir-rigward tal-karatteristiċi elenkati f’Anness III, jekk l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tikkunsidra li l-modifikazzjonijiet li jkunu saru aktarx li ma jkollhomx effett sostanzjalment kuntrarju fuq il-livell tal-ħoss tal-vettura."

--------------------------------------------------

ANNESS II

EMENDI GĦALL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 70/220/KEE

1. "2.2. "Massa tar-referenza" tfisser il-massa tal-vettura meta tkun f’kundizzjoni ta’ sewqan mingħajr il-massa uniformi tas-sewwieq ta’ 75 kg, u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100 kg."

2. "3.2.4. fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’magni b’positiveignition, għandu jkun hemm dikjarazzjoni dwar jekk ikunx japplika il-5.1.2.1. (il-ftuħ ristrett) jew 5.1.2.2. (l-immarkar), u fil-każ ta’ l-aħħar, deskrizzjoni ta’ l-immarkar."

3. "5.1.2.1. mingħajr preġudizzju għal 5.1.2.2., il-ftuħ tad-dħul tat-tank tal-karburanti għandu jkun imfassal b’tali mod li jipprevjeni milli dan ikun mimli miż-żennuna ta’ pajp ta’ pompa tal-petrol li jkollu diametru estern ta 23,6 mm jew akbar.

5.1.2.2. 5.1.2.1. ma japplikax għal vettura li dwarha jkunu ġew sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjien, jiġifieri

5.1.2.2.1. li l-vettura tkun iddisinjata u mibnija b’tali mod li l-ebda tagħmir iddisnjat biex jikkontrolla l-emissjonijiet ta’ materjali ta’ tniġġis f’forma ta’ gassijiet ma jiġi affettwat b’mod negattiv minn petrol biċ-ċomb, u

5.1.2.2.2. li tkun immarkata b’mod li jidher, li jinqara u li ma jitħassarx bis-simbolu għal petrol mingħajr ċomb (4.26) kif speċifikat mill-ISO 2757-1985 [1], f’post immedjatament viżibli għal peruna li timla t-tank tal-karburanti. Sinjali addizzjonali għandhom ikunu permissibbli."

[1] Riprodotta bħala Figura 22 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 78/316/KEE.

--------------------------------------------------

ANNESS III

EMENDI GĦALL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 72/245/KEE

8 jiżdied kif ġej:

"8. ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

8.1. Tipi ta’ vetturi immodifikati biex jaħdmu bil-petrol mingħajr ċomb

8.1.1. L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura mmodifikata u/jew aġġustata biss għall-iskop li tkun tista taħdem permezz ta’ petrol mingħajr ċomb, kif speċifikat fid-Direttiva 85/210/KEE, għandha tkun estiża meta l-fabbrikant jiċċertifika li s-soppressjoni ta’ l-interferenza mir-radju għal vetturi immodifikati jibqa’ fil-limiti tal-konformità tal-produzzjoni, kif speċifikata f’ 9 ta’ dan l-Anness.

8.2. Tipi ta’ vetturi mmodifikati għal kull skop ieħor

8.2.1. L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura tista’ tiġi estiża għal tipi ta’ vetturi li huma differenti fir-rigward tal-karatteristiċi elenkati fi 2.2 ta’ dan l-Anness, jekk l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tikkunsidra li l-modifiki li jkunu saru ma jkollhomx effett sostanzjalment kuntrarju fuq it-trażżin tal-interferenza tar-radju tal-vettura."

--------------------------------------------------

ANNESS IV

EMENDI GĦALL-ANNESS V TAD-DIRETTIVA 72/306/KEE

Anness V huwa sostitwit b’dan li ġej:

"‘KARATTERISTIĊI TEKNIĊI GĦAL KARBURANTI TA’ REFERENZA PRESKRITTI GĦAL TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U BIEX TKUN IVVERIFIKATA L-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Karburanti ta’ referenza CEC RF-03-A-84 [1] [3] [7]

| Limiti u unitajiet | Metodu ASTM |

Numru Cetan [4] | | min 49 | D 613 |

| mass 53 |

Densità 15 °C (Kg/1) | | min 0,835 | D 1298 |

| mass 0,845 |

Distillazzjoni [2] | 50 % | 90 % | min 245 °C |

D 86 | min 320 °C |

| mass 340 °C |

FBP | | mass 370 °C |

Flash point: | | min 55 °C | D 93 |

CFPP | | min – | EN 116 (CEN) |

| mass - 5 °C |

Viskożità 40 °C | | min 2,5 mm2/S | D 445 |

| mass 3,5 mm2/S |

Kontenut ta’ kubrit | | min (għandu jkun irrappurtat) | D 1266/D 2622 D 2785 |

| mass 0,3 % massa |

Erożjoni tar-ram | | mass 1 | D 130 |

Residwu ta’ Conradsoncarbon (10 % GRD) | | mass 0,2 % massa | D 189 |

Kontenut ta’ l-irmied | | mass 0,01 % massa | D 482 |

Kontenut ta’ l-ilma | | mass 0,05 % massa | D 95/D 1744 |

Numru ta’ newtralizzazzjoni (aċidu qawwi) | | mass 0,2 mg KPH/g |

Stabbilità ta’ l-ossidazzjoni [6] mass 2,5 mg/100 m | | D 2274 | Addittivi [5] |

Proporzjon ta’ l-idroġenu tal-karbonju | | (għandu jkun irrappurtat) |

[1] "Metodi ISO ekwivalenti għandhom ikunu adottati meta l-karatteristiċi kollha elenkati hawn fuq ikunu ġew ippubblikati.

[2] "Il-figuri kkwotati juru l-kwantitajiet evaporati (persentaġġ irkuprat + persentaġġ mitluf).

[3] "Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma ‘valuri vera’. Fid-determinazzjoni tal-valuri ta’ limitu tagħhom, it-termini ta’ ASTM D 3244 ‘li tiddiffenixxi l-bażi għal kwistjonijiet dwar il-kwalità ta’ prodotti petroliferi’ ġew applikati u fl-iffissar tal-valur massimu, differenza minima ta’ 2R fuq iż-żero ġiet ikkunsidrata; fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija 4R (R = reproduċċibbilità)."Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa hħal raġunijiet ta’ statistika, il-fabbrikant tal-karburanti għandu xorta waħda jimmira biex jikseb il-valur żero, billi l-valur massimu stipulat huwa 2R, u fil-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun hemm bżonn li tiġi ċċarata il-kwistjoni dwar jekk il-karburant jissodisfax il-kriterji ta’ l-ispeċifikazzjoni, it-termini ta’ ASTM D 3244 għandhom jiġu applikati.

[4] "Il-medda għal cetane mhix b’konformità mal-ħtiġa tal-medda minima ta’ 4R. B’dana kollu, fil-każi ta’ argument bejn min jissupllixxi l-karburanti u l-utent tal-karburanti, it-termini ta’ ASMT D 3244 jistgħu jintużaw biex isolvu kwistjonijiet bħal dawn, basta li l-miżuri rreplikati, li jkunu f’numru suffiċjenti biex tinkiseb il-preċiżjoni meħtieġa, jkunu magħmula fi preferenza għal determinazzjonijiet singoli.

[5] "Dan il-karburant għandu jkun ibbażat biss fuq komponenti ta’ distillat ta’ "straight run" u "cracked hydrocarbon"; il-proċess ta’ "desulphurisation" huwa permissibli. M’għandu jkun fih ebda additivi metalliċi jew additivi biex itejbu s- cetane.

[6] "Anki jekk l-istabbilità tal-ossidazzjoni tkun ikkontrollata, x’aktarx li l-ħajja utili tkun limitata. Għandu jinkiseb parir mingħand il-fornitur dwar il-kundizzjonijiet tal-ħażna u ta’ kemm idum tajjeb.

[7] "il-proporzjon bil-massa tal-kubrit (%/100),"

--------------------------------------------------

ANNESS V

EMENDI GĦALL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 80/1268/KEE

1. 3.1.1 huwa emendat kif ġej:Titħassar "kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/665/KEE"

2. "7. ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

7.1. Tipi ta’ vetturi immodifikati biex jaħdmu bil-petrol mingħajr ċomb

7.1.1. Bil-kundizzjoni li l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tagħti l-kunsens tagħha, l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura mmodifikata u/jew aġġustata biss għall-iskop li din tkun tista’ taħdem permezz tal-petrol mingħajr ċomb, kif speċifikat fid-Direttiva 85/210/KEE, għandha tkun estiża permezz tal-kondizzjonijiet alternattivi li ġejjin:

7.1.1.1. Il-fabbrikant għandu jiċċertifika li l-konsum tal-karburanti għal kull kundizzjoni ta’ test ma jkunx jeċċedi aktar minn 5 % tal-figura miksuba minn vettura li t-tip tagħha huwa approvat fl-istat oriġinali tagħha u mingħajr l-ebda tibdil. F’dan il-każ l-estensjoni għandha tikkonferma l-figuri ta’ l-approvazzjoni tat-tip oriġinali, jew

7.1.1.2. Il-fabbrikant għandu jiddikjara reviżjoni tal-figura tal-konsum tal-karburant għal kull wieħed mit-tliet kondizzjonijiet tat-test li jeċċedu b’aktar minn 5 % il-figura miksuba minn vettura li t-tip tagħha huwa approvat fl-istat oriġinali tagħha u mingħajr l-ebda tibdil. F’dan il-każ l-estensjoni għandha tispeċifika l-figuri l-ġodda li jkunu ġew iddikjarati bħala applikabbli għat-tip ta’ vettura modifikata.

7.2. Tipi ta’ vetturi mmodifikati għal kull skop ieħor

7.2.1. L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura tista’ tiġi estiża għal tipi ta’ vetturi li jvarjaw fil-karatteristiċi elenkati f’Anness II, jekk l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tikkunsidra li l-modifiki li jkunu saru x’aktarx ma jkollhomx effett sostanzjalment kuntrarju fuq il-konsum tal-karburant tal-vettura."

--------------------------------------------------

ANNESS VI

EMENDI GĦALL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 88/1269/KEE

1. "8. ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

8.1. Tipi ta’ vetturi mmodifikati biex jaħdmu bil-petrol mingħajr ċomb

8.1.1. Bil-kundizzjoni li l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tagħti l-kunsens tagħha, l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura mmodifikata u/jew aġġustata biss għall-iskop li din tkun tista’ taħdem permezz tal-petrol mingħajr ċomb, kif speċifikat fid-Direttiva 85/210/KEE, għandha tkun estiża permezz tal-kondizzjonijiet alternattivi li ġejjien:

8.1.1.1. Il-fabbrikant għandu jiċċertifika li l-qawwa tal-magna tal-vettura mmodifikata għandha tibqa’ fil-limiti tal--konformità tal-produzzjoni, kif speċifikat fil-punt 9.2, l-istess kif miksub mill-vettura li t-tip tagħha huwa approvat fl-istat oriġinali tagħha u mingħajr l-ebda tibdil. F’dan il-każ l-estensjoni għandha tikkonferma il-qawwa ta’ l-approvazzjoni tat-tip oriġinali, jew

8.1.1.2. Il-fabbrikant għandu jiddikjara reviżjoni tal-figura tal-qawwa tal-magna li tkun anqas minn dik miksuba mill-vettura li t-tip tagħha huwa approvat fl-istat oriġinali tagħha u mingħajr l-ebda tibdil. F’dan il-każ l-estensjoni għandha tispeċifika l-figuri ġodda li jkunu ġew iddikjarati bħala applikabbli għat-tip ta’ vettura modifikata.

8.2. Tipi ta’ vetturi mmodifikati għal kull skop ieħor

Kull modifika oħra fil-magna, f’dak li huma konċernati l-karatteristiċi elenkati fl-Appendiċi 1 u f’Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, għandhom ikunu rappurtati lill-awtorità kompetenti. L-awtorità mbagħad tista’ jew:

8.2.1. tikkunsidra li l-modifiki li jkunu saru x’aktarx ma jkollhomx effett sostanzjali fuq il-qawwa tal-magna, jew

8.2.2. titlob determinazzjoni oħra tal-qawwa tal-magna billi jitwettqu dawk it-testijiet meqjusa meħtieġa."

2. "9. TOLLERANZI BIEX TITKEJJEL IL-QAWWA NETTA

9.1. Il-qawwa netta indikata mill-fabbrikant għat-tip ta’ magna għandha tkun aċċettata jekk ma tkunx tvarja b’aktar minn ± 2 % għall-qawwa massima u b’aktar minn ± 4 %, fil-punti l-oħrajn tal-kejl li jkun hemm fuq il-kurva b’tolleranza ta’ ± 1,5 % għall-veloċità tal-magna, mill-valuri mkejla mis-servizz tekniku fuq il-magna sottomessa għat-test.

9.2 Matul it-testijiet biex tkun ivverifikata l-konformità tal-produzzjoni, il-qawwa għandha titkejjel f’żewġ veloċitajiet tal-magna S1 u S2, li jikkorrispondu rispettivament għall-punti tal-kejl tal-qawwa massima u t-torque massimu kif aċċettati għall-approvazzjoni tat-tip. F’dawn iż-żewġ veloċitajiet tal-magna, li huma suġġetti għal tolleranza ta’ + 5 %, il-qawwa netta mkejla f’minn ta’ lanqas punt wieħed fil-meded S1 ± 5 % u S2 ± 5 %, m’għandhiex tvarja b’aktar minn ± 5 % mill-figura approvata"

.

--------------------------------------------------