31989L0277

Official Journal L 109 , 20/04/1989 P. 0025 - 0037
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 18 P. 0211
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 18 P. 0211

Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Marzu 1989

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fanali indikaturi tad-direzzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(89/277/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 87/403/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fanali indikaturi tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 87/354/KEE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza u in vista ta’ l-istat l-aktar avvanzat kurrenti, huwa issa possibbli li jsiru xi ħtiġiet iktar kompleti u adattati aħjar għall-kondizzjonijiet tat-traffiku attwali biex b’hekk titjieb is-sigurtà offerta lill-okkupanti tal-vetturi u lil oħrajn li jużaw it-toroq;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Vetturi bil-Mutur;

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi mad-Direttiva 76/759/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1989, ebda Stat Membru ma jista’:

(a) - jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li jagħti approvazzjoni ta’ tip TAL-KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti approvazzjoni ta’ tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali indikaturi tad-direzzjoni jekk dawn ta’ l-aħħar jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(b) - jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ komponent fir-rigward tal-fanali indikaturi tad- direzzjoni msemmija jekk jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jew

- jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali indikaturi tad-direzzjoni jekk dawn ta’ l-aħħar ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent maħruġa skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1991, l-Istati Membri:

(a) - ma għandhomx iktar joħorġu id-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li fiha il-fanali indikaturi tad-direzzjoni ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li fiha il-fanali indikaturi tad-direzzjoni msemmija ma jikkonformawx mad-diposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(b) - iktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fir-rigward ta’ fanali indikaturi tad-direzzjoni jekk dawn ta’ l-aħħar ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward tal-fanali indikaturi tad-direzzjoni msemmija jekk ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

Minkejja dan, din id-data hi posposta għall-1 ta’ Ottubru 1993 fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal fanali indikaturi tad-direzzjoni ta’ kategorija 5.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1995, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li fihom il-fanali indikaturi tad-direzzjoni ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kif ukoll it-tqegħid fis-suq ta’ fanali indikaturi tad-direzzjoni li ma jkollhomx il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip maħruġa skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

4. Minkejja l-paragrafu (2) (b), l-Istati Membri għandhom jibqgħu jirrikonoxxu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent mogħti għal fanali indikaturi tad- direzzjoni skond id-Direttiva 76/759/KEE fil-każ ta’ mezzi maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi diġa f’ċirkolazzjoni, u jistgħu ukoll jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal fanali indikaturi tad-direzzjoni skond id-Direttiva 76/759/KEE basta li dawn il-mezzi huma maħsuba biex jiġu wżati bħala partijiet ta’ tibdil għal vetturi f’ċirkolazzjoni u mhuwiex teknikament possibbli għall-mezzi msemmija li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 m’għandhomx japplikaw jekk huma f’konflitt mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(2), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 89/278/KEE tat-28 ta’ Marzu 1989, li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5].

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 1989. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Marzu 1989.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Viċi-President

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 44.

[3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 71.

[4] ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43.

[5] Ara paġna 38 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness 0 hu emendat kif ġej:

Il-punti 1 u 1.1 huma mibdula bil-punti li ġejjin 1 u 1.1 sa 1.2.3:

"1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. Id-definizzjonijiet li hemm fid-Direttiva 76/756/KEE ta’:

- fanal indikatur tad-direzzjoni,

- fanal,

- sors ta’ dawl fejn għandhom x’jaqsmu l-bozoz bil-filament,

- fanali ndipendenti,

- fanali raggruppati,

- fanali kkombinati,

- fanali reċiprokament inkorporati,

- mezz,

- fanal ta’ funzjoni waħda,

- wiċċ li jillumina ta’ fanal ta’ senjalazzjoni ta’ xort’ oħra minn rifelettur reflex,

- il-wiċċ li jidher,

- il-wiċċ li jarmi d-dawl,

- l-assi ta’ riferenza,

- iċ-ċentru ta’ riferenza,

- fanal wieħed,

- żewġ fanali jew anke numru ta’ fanali għandhom japplikaw għal din id-Direttiva.

1.2. Tip ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni

"Tip ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni" jfisser fanali li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħall-:

1.2.1. Għamla jew trade mark.

1.2.2. Il-Karatteristiċi tas-sistema ottika (l-intensità luminuża, l-angolu tad-distribuzzjoni tad-dawl, eċċ).

1.2.3. Il-kategorija ta’ l-indikatur tad-direzzjoni.’"

L-iskeda li hemm fil-punt 6.1 hi mibdula b’li ġej:

"Il-Kategorija ta’ indikatur tad- direzzjoni | L-intensità Minima (cd) | ‘L-intensità massima, f’cd, meta wżata | It-Total għas-sett ta’ żewġ fanali (ara l-Anness III, 4.3.3) |

| | Bħala fanal wieħed | Bħala fanal wieħed li jkollu l-marka "D" (ara l-Anness III, 4.3.3) |

1 | | 175 | 700 | 490 | 980 |

1 a | | 250 | 800 | 560 | 1120 |

1 b | | 400 | 860 | 600 | 1200 |

2 a | | 50 | 200 | 140 | 280 |

2 | b matul il-jum | 175 | 700 | 490 | 980 |

bil-lejl | 40 | 120 | 84 | 168 |

5 | | 0,6 | 200 | 140 | 280 |

Wara l-punt 6.2.1, il-punt il-ġdid li ġej 6.2.1.1. hu miżjud:

"6.2.1.1. Kuntrarju għad-dispożizzjonijiet ta’ 6.2 u 6.2.1, fil-każ ta’ indikatur tad-direzzjoni b’lura fil-kategorija 5, valur minimu ta’ 0,6 cd hu meħtieġ fis-setturi kolha speċifikati fl-Anness I."

Il-punti 6.2.3.1 u 6. 2. 3. 2 huma mibdula b’li ġej:

"6.2.3.1. Matul is-setturi definiti fit-tpinġijiet fl-Anness I, l-intensità tad-dawl mogħti m’għandiex tkun inqas minn 0,7 cd għal mezzi fil-kategorija 1 b, mhux inqas minn 0,3 cd għal mezzi fil-kategoriji 1, 1 a u 2 a u għal dawk fil-kategorija 2 b (matul il-jum), u mhux inqas minn 0,07 cd għal mezzi fil-kategorija 2 b (bil-lejl).

6.2.3.2. Għal mezzi fil-kategoriji 1 u 2 b (bil-lejl), l-intensità tad-dawl mogħti barra ż-żona mdawwra bil-punti ta’ kejl ± 10° H u ± 10° V (s-settur10°) m’għandhiex taqbeż il-valuri li ġejjin:

Valuri massimi, f’cd, barra s-settur 10° | Il-Kategorija ta’ l-indikatur |

Fanal wieħed | Fanal wieħed li jkollu l-marka "D" (ara l-Anness III, l-punt 4.3.3) | It-Total għas-sett ta’ żewġ fanali (ara l-Anness III, l-punt 4.3.3) |

2 b bil-lejl | 100 | 70 | 140 |

1 | 400 | 280 | 560 |

Bejn il-limiti tas-settur 10° ((± 10° H u ± 10° V) u dawk tas-settur 5° ((± 5° H and ± 5° V), il-valuri massimi għandhom jiżdiedu b’mod linejari sal-valuri definiti fis-6.1.

6.2.3.3. Għal mezzi fil-kategoriji 1 a u 1 b, l-intensità tad-dawl mogħti barra ż-żona mdawwra mill-punti tal-kejl ± 15° H u ± 15° V (is-settur 15°) m’għandhomx jaqbżu il-vakuri li ġejjin:

Il-Kategorija ta’ l-indikatur | Valuri massimi, f’ cd, barra s-settur 15° |

Fanal wieħed | Fanal wieħed li jkollu l-marka "D" (ara l-Anness III, l-punt 4.3.3) | It-Total għas-sett ta’ żewġ fanali (ara l-Anness III, l-punt 4.3.3) |

1 a | 250 | 175 | 350 |

1 b | 400 | 280 | 560 |

l-valuri li ġejjin:Bejn il-limiti tas-settur 15° (± 15° H u ± 15° V) u dawk tas-settur 5° (± 5° H and ± 5° V), il-valuri massimi permessi għall-intensità tad-dawl għandhom jiżdiedu b’mod linejari sal-valuri definiti fis-6.1."

Il-punt 6.2.3.3 jsir punt 6.2.3.4

Il-punt 6.3 hu mibdul b’ li ġej:

"6.3. L-intensitajiet għandhom jiġu mkejla waqt li l-bozoz tal-filament huma kontinwament mixgħula."

Wara l-punt 6.3, l-punt il-ġdid 6.4 hu miżjud:

"6.4. Fil-każ ta’ mezzi fil-kategorija 2 b, id-dewmien bejn il-mument li ċ-ċirkwit hu magħluq u l-intensità tad-dawl imkejjel fuq l-assi ta’ riferenza jilħaq id-90 % tal-valur determinat skond is-6.3 fuq u għandu jitkejjel f’kondizzjonijiet ta’ l-użu kemm matul il-jum u bil-lejl. Il-miżuri tal-ħin għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu bil-lejl m’għandhomx jaqbżu dak imkejjel għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu matul il-jum."

Il-punt 6.4 isir il-punt 6.5.

Wara l-punt 7.1, il-punt il-ġdid li ġej 7.2 hu miżjud:

"7.2. Madanakollu, fil-każ ta’ l-indikaturi tal-kategorija 2 b li għalihom sistema addizzjonali [3] hi wżata bil-għan li tinkiseb l-intensità meħtieġa għall-użu bil-lejl, il-vultaġġ applikat lis-sistema biex titkejjel l-intensità bil-lejl għandu jkun l-istess bħal dak applikat lill-bozza ta’ filament biex titkejjel l-intensità matul il-jum."

Il-punt 7.2 hu mibdul bil-punt li ġej 7.3:

"7.3. It-trufijiet wieqfa u oriżżontali tal-wiċċ li jillumina ta’ mezz ta’ sinjalazzjoni bid-dawl għandhom jiġu deċiżi u dimensjonati skond iċ-ċentru ta’ riferenza."

Il-punt 8 hu mibdul b’ li ġej:

"8. Il-Kulur tad-dawl mitfugħ

Il-kulur tad-dawl mitfugħ għandu jkun fi ħdan il-limiti tal-koordinati stipulati fl-Anness V."

L-Anness I hu mibdul b’li ġej:

"

L-ANNESS I

KATEGORIJI GĦAL FANALI INDIKATURI TAD-DIREZZJONI: L-ANGOLI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAD-DISTRIBUZZJONI TAD-DAWL FL-ISPAZJU TAL-FANALI INDIKATURI TAD-DIREZZJONI TA’ DAWN IL-KATEGORIJI [1]

Fil-każijiet kollha, l-angoli minimi vertikali għad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju ta’ fanali indikaturi tad-direzzjoni, huma 15° fuq u 15° taħt l-oriżżontal.

L-angoli oriżżontali minimi għad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju:

Il-Kategoriji 1, 1 a u 1 b: Indikaturi tad-direzzjoni għall-quddiem tal-vettura.

+++++ TIFF +++++

Kategorija 2 a: Indikaturi ta’ direzzjoni b’livell wieħed ta’ intensità għall-wara tal-vettura.

Kategorija 2 b: Indikaturi ta’ direzzjoni b’żewġ livelli ta’ intensità għall-wara tal-vettura.

+++++ TIFF +++++

Kategorija 5: Indikaturi li jirrepetu tal-ġenb għall-użu fuq vettura li hi wkoll mgħammra b’ indikaturi tad-direzzjoni tal-kategorija 1, 1 a jew 1 b, u 2 a jew 2 b.

+++++ TIFF +++++

"

L-Anness II hu emendat kif ġej:

Il-punt I huwa mibdul b’li ġej:

"1. Mezz(*)

- fil-kategorija 1

- fil-kategorija 1 a

- fil-kategorija 1 b

- fil-kategorija 2 a

- 2 b

- fil-kategorija 5

li jistgħu/ma jistgħux (*) jiġu wżati f’untità b’żewġ fanali."

Wara l-punt 1, il-punt il-ġdid li ġej 2 hu miżjud:

"2. Għall-indikaturi fil-kategorija 2 b, semmi s-sistema wżata biex tintleħaq l-intensità bil-lejl (il-karatteristiċi ewlenija)…"

Il-punti 2 sa 12 huma enumerati mill-ġdid 3 sa 13.

Il-punt il-ġdid li ġej 14 hu miżjud wara l-punt 13:

"14. L-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent mogħti għall-bdil fuq vetturi fis-servizz biss: iva/le(*)"

Il-punti 14 sa 18 huma enumerati mill-ġdid 15 sa 19.

L-Anness III hu emendat kif ġej:

Il-punt 1.2.1 hu mibdul b’ li ġej:

"1.2.1. Indikazzjoni għal liema kategoriji 1, 1 a, 1 b, 2 jew 5 l-indikatur tad-direzzjoni jappartjeni u, jekk jappartjeni għall-kategorija 2, jekk għandux livell wieħed ta’ intensità (kategorija 2 a) jew żewġ livelli ta’ intensità (kategorija 2 b), u, minbarra dan, jekk l-indikatur tad-direzzjoni jistax ukoll jiġi wżat f’sett ta’ żewġ fanali ta’ l-istess kategorija."

Il-punt 1.2.3 hu mibdul b’ li ġej:

"1.2.3. Tpinġijiet (tlett kopji), f’dettall suffiċjenti biex jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip u l-kategorija u li juru, ġeometrikament, il-pożizzjoni li fiha l-imezz għandu jiġi mmuntat fuq il-vettura, l-assi ta’ osservazzjoni li għandu jittieħed bħala l-assi ta’ riferenza fit-testijiet (angolu oriżżontali H = 0°, l-angolu vertikali V = 0°), il-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru ta’ riferenza fit-testijiet imsemmija, it-tanġenti vertikali u oriżżontali għall-wiċċ li jillumina u d-distanza tagħhom miċ-ċentru ta’ riferenza tal-fanal.

Fil-każ ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni tal-kategorija 2 b, id-diagramm u d-dikjarazzjoni tal-karatteristiċi tas-sistema li tagħti ż-żewġ livelli ta’ intensità."

L-aħħar tal-punt 1.2.4 għandu jinqara:

"1.2.4. …

Fil-każ ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni tal-kategorija 2 b it-talba għandha barra minn hekk ikollha magħha żewġ kampjuni tal-partijiet li jagħmlu s-sistema li tipprovdi ż-żewġ livelli ta’ intensità."

Fil-punt 3.2, il-paragrafu li ġej hu miżjud:

"Indikaturi tad-direzzjoni ta’ kategoriji differenti jista’ jkollhom numru ta’ approvazzjoni tat-tip wieħed meta huma jagħmlu sett."

Fil-punt 3.3, it-tieni linja, il-kliem"u fanali oħrajn" huma mibdula b’li ġej: "raggruppati, kkumbinati jew reċiprokament inkorporati ma’ fanali oħrajn", u "marka" hi mibdula b’ "numru".

Il-punt 4.2 hu mibdul b’ li ġej:

"4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti f’rettangolu madwar l-ittra "e" u warajh in-numri jew l-ittri li jiddistingwu ’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1 | għall-Ġermanja, |

2 | għall-Franza, |

3 | għall-Italja, |

4 | għall-Olanda, |

6 | għall-Belġju, |

9 | għal Spanja, |

11 | għar-Renju Unit, |

13 | għall-Lussemburgu, |

18 | għad-Danimarka, |

21 | għall-Portugall, |

EL | għall-Greċja, |

IRL | għall-Irlanda. |

Għandha tinkludi wkoll in-numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li jikkorrispndi man-numru taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent maħruġ għat-tip ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni in kwistjoni (ara l-Anness I), b’quddiemu żewġ figuri li jindikaw in-numru tas-serje mogħti lill-emenda maġġuri l-iktar riċenti tad-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE, fid-data li fiha l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent kienet mogħtija. Għad-Direttiva presenti, in-numru tas-serje hu 01."

Il-punt 4.3.1 hu mibdul b’ li ġej:

"4.3.1. Simbolu wieħed jew iktar minn 1, 1 a, 1 b, 2 a, 2 b jew 5 skond jekk il-imezz jappartejnix għal waħda jew iktar mill-kategoriji 1, 1 a, 1 b, 2 a, 2 b jew 5, kif imsemmija f’1.2.1, imqiegħda fuq ir-rettangolu."

Il-punt 4.3.2 it-tieni sentenza, hu mibdul b’ li ġej:"Il-vleġġa għandha tkun diretta ’l barra mill-vettura fil-każ ta’ mezzi fil-kategoriji 1, 1a, 1 b, 2 a u 2 b u lejn ‘il quddiem tal-vettura fil-każ ta’ mezzi fil-kategorija 5 (ara l-Appendiċi 3);"

Wara l-punt 4.3.2, il-punt il-ġdid li ġej 4.3.3 hu miżjud:

"4.3.3. Fuq mezzi li jistgħu ikunu wżati bħala fanal wieħed jew bħala parti minn sett ta’ żewġ fanali, l-ittra addizzjonali "D" fuq il-lemin tas-simbolu f’4.3.1."

Il-punt 4.6 hu mibdul b’ li ġej:

"4.6. Eżempji tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal fanal indipendenti huma murija fl-Appendiċi 1."

Il-punt 4.7 hu mibdul b’ li ġej:

"4.7.Meta numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent wieħed hu maħruġ, bħal f’ 3.3, għal tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal indikatur tad-direzzjoni li hu raggruppat, ikkumbinat jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali oħrajn, marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent waħda biss tista’ tkun annessa, li tikkonsisti f’:

- madwar l-ittra "e" u warajh in-numru jew l-ittri li jiddistingwu l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip,

- in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u, fejn neċessarju, il-vleġġa approprjata."

Wara l-punt 4.7, il-punti l-ġodda li ġejjin huma miżjuda:

"4.7.1. Din il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent tista’ titqiegħed fi kwalunkwe post fuq fanali li huma raggruppati, kkombinati jew reċiprokament inkorporati, basta li:

4.7.1.1. tkun tidher meta l-fanali jiġu nstallati;

4.7.1.2. ebda komponent li jittrasmetti d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma jista’ jitneħħa mingħajr ma’ l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ma titneħħa fl-istess ħin.

4.7.2. Is-simbolu ta’ identifikazjoni għal kull fanal li tikkorispondi għal kull Direttiva li skond liema l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent kienet mogħtija, flimkien maż-żewġ figuri mogħtija fil-punt 4.2., l-aħħar inċiż, u fejn neċessarju, l-ittra addizzjonali "D" għandha tiġi ndikata:

4.7.2.1. jew fuq il-wiċċ approprjat li jarmi d-dawl;

4.7.2.2. jew fi grupp, sabiex kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati jista’ jiġi identifikat b’mod ċar."

Wara l-punt 4.8, il-punt il-ġdid li ġej 4.9 hu miżjud:

"4.9. Eżempji ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal fanal li hu raggruppat, kkombinat jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali oħrajn huma murija fl-Appendiċi 2."

L-Appendiċi hu mibdul bl-Appendiċi 1, 2 u 3 li ġejjin: "

‘Appendiċi 1’

EŻEMPJI TA’ MARKI TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent murija fuq huwa fanal indikatur tad-direzzjoni fil-kategorija 5, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fil-Ġermanja (e 1) bin-numru 011471. Il-vleġġa turi f’liema pożizzjoni dan il-mezz, li jista’ jiġi mmuntat biss fuq naħa waħda tal-vettura, għandu jiġi mmuntat. Il-vleġġa qiegħda tipponta lejn ’il quddiem tal-vettura.

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent murija hawnfuq huwa fanal indikatur tad-direzzjoni fil-kategorija 2, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fil-Greċja (e EL) bin-numru 01390, li jista’ wkoll jiġi wżat bħala parti minn sett ta’ żewġ fanali (l-ittra ‘D').

Il-vleġġa qiegħda tipponta lejn ’il barra tal-vettura.

+++++ TIFF +++++

Il-mezz li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent murija hawnfuq huwa fanal indikatur tad-direzzjoni fil-kategorija 1a, (għall-użu f’distanza ta’ bejn 20mm u 40mm mill-headlamp), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fl-Italja (e 3) bin-numru 012248.

Il-vleġġa qiegħda tipponta lejn ’il barra tal-vettura.

Appendiċi 2

Eżempji ta’ mmarkar simplifikat għal fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati fejn żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess sett

+++++ TIFF +++++

Nota:

Fl-eżempji ta’ hawnfuq il-linji vertikali u oriżżontali juru l-arranġament ġenerali ta’ ġabra ta’ fanali u ma jiffurmawx parti mill-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent. It-tlett eżempji tal-marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent KEE murija fuq, l-iktar il-mudelli A, B u Ċ, jirrapreżentaw tlett alternattivi possibbli għall-immarkar ta’ mezz li jagħti d-dawl fejn żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess sett ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Juru li l-imezz in kwistjoni kien ta’ ingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fl-Olanda (e 4) taħt in-numru 3333 u jikkonsisti f’:

- reflex tal-klassi I, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 76/757/KEE;

- indikatur tad-direzzjoni ta’ wara tal-kategorija 2, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

- fanal (tal-ġenb) aħmar ta’ pożizzjoni fuq wara (R), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 76/758/KEE;

- fanal taċ-ċpar ta’ wara (F), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 77/538/KEE;

- fanal tar-rivers (AR), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 77/539/KEE;

- fanal tal-waqfien (S1), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond id-Direttiva 76/758KEE.

Appendiċi 3

Id-Direzzjoni li fiha l-vleġeġ fuq il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jippuntaw, skond il-kategorija tal-imezz

+++++ TIFF +++++

"

L-Anness IV hu emendat kif ġej:

Il-punti 2.2 sa 2.2.2 huma mibdula b’li ġej:

"2.2. Ġewwa s-settur tad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju deskritt fis-sezzjoni 2, li hu fit-tpinġija rappreżentat minn grid, id-distribuzzjoni tad-dawl għandha tkun bejn wieħed u ieħor unifromi, jiġifieri, l-intensità luminuża f’kull direzzjoni ta’ parti tas-settur mdawwar bil-linji tal-grid għandha tilħaq mhux inqas mill-valur tal-perċentwali l-iktar baxx mogħti fuq il-linji tal-grid madwar id-direzzjoni in kwistjoni."

L-Anness VI hu emendat kif ġej:

"2854 K" hu mibdul b’ "2856 K".

Fil-verżjonijiet Ġermaniżi, Olandiżi,… l-abbrevjazzjoni għall-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni għandha tinqara"CIE".

[3] Il-kondizzjonijiet ta’ l-operazzjoni u l-istallazzjoni għal dan il-mezz addizzjonali huma stipulati b’dispożizzjonijiet speċifiċi.

[1] L-angoli murija f’dawn id-diagrammi jikkorrispondu għall-imezzi maħsuba li jkunu mmuntati fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura. Il-vleġeġ f’dawn id-diagrtammi jippuntaw lejn ’il quddiem tal-vettura.