31989D0504



Official Journal L 247 , 23/08/1989 P. 0031 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0105
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0105


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 1989

li tistipula l-kriterji għall-approvazzjoni u sorveljanza ta’ assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi, organizzazzjonijiet tat-tagħmir u impriżi privati li jwaqqafu jew jistabbilixxu reġistri għal majjali ibridi tat-tagħmir

(89/504/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi li japplikaw għal animmali mrobbija ta’ l-ispeċje porċina [1], u partikolarment ir-raba’ inċiż ta’ Artikolu 10(1) tagħha,

Billi fl-Istati Membri reġistri huma miżmuma jew mwaqqafa mill-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijiet tat-tagħmir, organizzazzjonijiet privati jew servizzi uffiċjali; billi huwa għalhekk neċessarju li jistipulaw l-kriterji għall-aprovazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijiet tat-tagħmir u impriżi privati;

Billi assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijiet tat-tagħmir jew impriż privati jridu japplikaw għall-approvazzjoni uffiċjali lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri illi fuq it-territorju tagħhom jinsabu il-kwartieri ġenerali tagħhom;

Billi, fejn assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijiet tat-tagħmir jew impriżi privati jissodisfaw ċerti kriterji u għandhom għaniet definiti, iridu jkunu uffiċjalment approvati mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri li applikaw għalihom;

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Sabiex ikunu uffiċjalment approvati, assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijet tat-tagħmir u impriżi privati li jżommu jew li jwaqqaf reġistri għandhom jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri li fuq it-territorju tagħhom jinsabu il-kwartjieri ġenerali tagħhom.

Artikolu 2

L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri konċernati iridu jagħtu approvazzjoni uffiċjali lil kull assoċjazzjoni ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijiet tat-tagħmir jew impriż privati li jżommu jew li jwaqqafu reġistri jekk dan ta’ l-aħħar ikun konformi mall-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jirtiraw approvazzjoni uffiċjali minn kull assoċjazzjoni ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijiet tat-tagħmir jew impriżi privati li jżommu reġistri jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness m’għadhomx jiġu rispettati f’manjera persistenti mill-assoċjazzjoni ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijiet tat-tagħmir jew impriżi privati konċernati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

--------------------------------------------------

ANNESS

I. Sabiex jiġu uffiċjalment approvati, assoċjazzjonijet ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijiet tat-tagħmir u impriżi privati jridu:

1. jkollhom personalità legali bi qbil mal-leġislazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru fejn l-applikazzjoni hija magħmula;

2. jippruvaw lill-awtoritajiet kompetenti:

(a) li jistgħu jitħaddmu effiċjentement;

(b) li jistgħu jmexxu l-ispezzjonijiet neċessarji biex jirreġistraw l-annimali ġenituri;

(ċ) li għandhom merħla li hija kbira biżżejjed biex jitmexxa programm ta’ titjib ta’ razza;

(d) li jistgħu jagħmlu użu mill-performance data tal-bhejjem ħajjin neċessarji għat-tmexxija tat-titjib tar-razza tagħhom;

3. għandhom sett ta’ regoli li jkopru:

(a) s-sistema għall-identifikazzjoni ta’ l-annimali;

(b) is-sistema biex jirreġistraw l-ġenituri ta’ l-annimali;

(ċ) id-definizzjoni ta’ l-għanijiet tat-trobbija tagħhom;

(d) is-sistema sabiex isir użu tal-performance data tal-bhejjem ħajjin li jġiegħel il-valur ġenetiku ta’ l-annimali jiġi stmat.

II. Barra minn hekk, sabiex jiġu uffiċjalment approvati, l-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu, u l-organizzazzjonijiet tat-tagħmir iridu jkollhom artikoli ta’ assoċjazzjoni li jistipulaw partikolarment il-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni bejn il-membri.

--------------------------------------------------