31988L0410



Official Journal L 200 , 26/07/1988 P. 0027 - 0029
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0101
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0101


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Ġunju 1988

li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbutin ma’ ċerti partijiet jew karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(88/410/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/297/KEE [2], u partikularment Artikolu 11 tagħha,

Billi in vista ta’ l-esperjenza miksuba, issa huwa possibbli li jsiru ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 82/890/KEE [4], aktar preċiżi u kompluti;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għal Progress Tekniku tad-Direttivi intiżi biex ineħħu l-barrieri tekniki għal kummerċ fis-settur tat-tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Annessi III, IV u V tad-Direttiva 74/151/KEE huma b’hekk emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Ottubru 1988, l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta rigward xi tip ta’ trattur, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument li hemm referenza dwaru fl-aħħar inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi;

jekk it-tankijiet tal-karburanti likwidi, il-piż tas-saborra u l-livell ta’ ħoss permissibbli ta’ dak it-tip ta’ trattur ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. Minn l-1 ta’ Ottubru 1989, l-Istati Membri:

- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li hemm referenza dwaru f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li t-tankijiet tal-karburanti likwidi tiegħu, il-piż tas-saborra u l-livelli ta’ ħoss permissibbli ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

- jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ tratturi li t-tankijiet tal-karburanti, il-piżijiet tas-saborra u l-livelli ta’ ħoss permissibbli ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1988. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Ġunju 1988.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[2] ĠU L 126, ta’ l-20.5.1988, p. 52.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 25.

[4] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 45.

--------------------------------------------------

ANNESS

Anness III għad-Direttiva 74/151/KEE huwa emendat kif ġej:

Fil-punt 1 "1,3 bar" hija mibdula bil- "0,3 bar"

Anness IV għad-Direttiva 74/151/KEE huwa emendat kif ġej:

Fit-tielet linja "tkun metallika", u anke il-virgola quddiem dawn il-kliem, huma mħassra.

Anness VI għad-Direttiva 74/151/KEE huwa emendat kif ġej:

— Il-Figuri 1 u 2 jinbidlu bil-Figuri 1 u 2 segwenti:

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Figura 1Figura 2

— Il-punt 1.4.2 huwa emendat kif ġej:

"1.4.2 Il-kejl tal-ħoss tat-trattur wieqaf (mhux għal approvazzjoni tat-tip, imma għandu jkun irrekordjat)".

--------------------------------------------------