31988D0666



Official Journal L 382 , 31/12/1988 P. 0044 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Diċembru 1988

dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Minuta Maqbula li timmodifika l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Hong Kong dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili

(88/666/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu, il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Hong Kong dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili, li ġie mniehdi fit-2 ta' Ottubru 1986, ġie applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar 1987 skond, min-naħa tal-Kommunità, permezz tad-Deċiżjoni Nru 88/213/KEE [1];

Billi l-Ftehim joffri l-possibbiltà ta' aġġustamenti kwantitattivi tal-kwoti għal ċerti kategoriji, biex tipprovdi l-introduzzjoni tan-nomenklatura magħquda;

Billi wara konsultazzjonijiet li ġejjin bejn il-Komunità u Hong Kong, Minuta Maqbula li timmodifika l-kwoti tal-prodotti tal-kategorija 7 u 78 previsti fil-Ftehim li ġie mniehdi fid-29 ta' Lulju 1988;

Billi sat-tlestija tal-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tal-Ftehim u l-Minuta Maqbula, il-Minuta Maqbula għandha tiġi applikata proviżorjament, bis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1988, dment li jkun hemm applikazzjoni proviżorja reċiproka minn Hong Kong,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni, il-Minuta Maqbula li timmodifika l-Ftehim fuq kummerċ ta' prodotti tessili bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Hong Kong għandha tiġi applikata proviżorjament fil-Komunità, bis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1988, dment li jkun hemm applikazzjoni proviżorja reċiproka mill-parti ta' Hong Kong.

It-test tal-Minuta Maqbula huwa mehmuż ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni hija mistiedna li tilħaq ftehim tal-Gvern ta' Hong Kong fuq l-applikazzjoni proviżorja tal-Minuta Maqbula msemmija fl-Artikolu 1 u tinnotifika lill-Kunsill b'dan.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1988.

F'isem il-Kunsill

Il-President

V. Papandreou

[1] ĠU L 97, ta' l-14.4.1988, pġ. 1.

--------------------------------------------------