31987R1580



Official Journal L 146 , 06/06/1987 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0010
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1580/87

tat-2 ta' Ġunju 1987li

jirrigwarda l-ilħuq tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Tal-Gambja dwar is-sajd 'il barra mill-Gambja u l-adozzjoni ta' disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħha.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrait-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu.

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u l-Artikolu 155(2)(b),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Komunità u l-Gambja nnegozjaw u inizjalaw ftehim dwar is-sajd 'il barra mill-Gambja, li jipprovdi possibilitajiet ġodda ta' sajd għas-sajjieda tal-komunità fl-ilmijiet li fuqhom ir-Repubblika tal-Gambja għandha s-sovranità jew ġurisdizzjoni;

Billi, taħt l-Artikolu 155(2)(b) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, il-kunsill huwa mitlub li jistabbilixxi l-proċeduri meħtieġa biex jiġu kkunsidrati l-interessi kollha jew parti minnhom tal-Gżejjer Kanarji u meta tadotta d-deċiżjoni, skond il-meriti tal-każ in eżami, partikolarment bl-għan illi jintlaħqu ftehim ma' pajjiżi terzi;

Billi huwa meħtieġ illi jiġu stabbiliti l-proċeduri msemmija f'dan il-każ partikolari;

Billi huwa fl-interess tal-komunità li tapprova dan il-ftehim.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftehim bejn il- Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Gambja dwar is-sajd 'il barra mill-Gambja qiegħed jiġi hawnhekk approvat f'isem il-komunità.

It-test ta' dan il-ftehim huwa anness ma' dan ir-regolament.

Artikolu 2

Biex jiġu kkunsidrati l-interessi tal-gżejjer kanarji, il-ftehim u, sal-limitu meħtieġ għall-implimentazzjoni tiegħu, d-disposizzjonijiet tal-politika komuni tas-sajd fuq il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi tas-sajd li għandhom japplikaw ukoll għall-bastimenti li jbaħħru taħt il-bandiera Spanjola li huma rreġistrati fuq bażi permanenti fir-reġistru: ta' l-awtoritajiet kompetenti fuq il-livell lokali (reġistru: de base) fil-gżejjer tal-kanarji bla ħsara għall-kondizzjonijiet definiti fin-nota 6 ta' l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 570/86 ta' l-24 ta' Frar, 1986 li jirrigwarda d-definizzjoni tal-kunċett tal-"prodotti li joriġinaw" u l-metodi tal-koperazzjoni amministrattiva fil-kummerċ bejn it-territorju doganali tal-Komunità, Ceuta, u Melilla u l-Gżejjer tal-Kanarji [3].

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika li hemm stabbilita fl-artikolu 17 tal-ftehim.

Artikolu 4

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu fit-2 ta' Ġunju, 1987

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Maystadt

[1] ĠU Nru C 42, 20.2.1987, pġ. 10.

[2] Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Mejju 1987 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal uffiċjali)

[3] ĠU Nru L 56, 1.3.1986, pġ. 1.

--------------------------------------------------