Official Journal L 041 , 18/02/1986 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0100
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0100
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 344/86 tas-17 ta’ Frar 1986 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 626/85 u (KEE) No 2077/85 dwar l-assigurazzjonijiet IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 516/77 ta’ l-14 ta’ Marzu 1977 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti proċessati minn frott u ħxejjex [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(8) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/77 ta’ l-14 ta’ Marzu 1977 li jwaqqaf sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ ananas fil-bottijiet [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1699/85 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ assigurazzjonijiet għal prodotti agrikoli [5], jistabilixxi fit-Titolu III liema forma ta’ assigurazzjonijiet jistgħu jingħataw; billi l-Artikolu 19(1) ta’ l-istess Regolament jistabbilixxi meta assigurazzjonijiet magħmula dwar ħlasijiet bil-quddiem għandhom jiġu rilaxxati; Billi bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet korrispondenti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 626/85 tat-12 ta’ Marzu 1985 fuq ix-xiri, bejgħ u ħżin ta’ għeneb u tin niexef minn aġenziji tal-ħżin [6] u (KEE) Nru 2077/85 tal-25 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-għajnuna fuq il-produzzjoni ta’ ananas fil-bottijiet [7] għandhom jitħassru; Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal Prodotti Pproċessati mill-Frott u l-Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 626/85 u Artikoli (4) u 5 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2077/85 huma hawnhekk imħassra. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1986. Madankollu, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2077/85 jibqa’ applikabbli għal assigurazzjonijiet magħmula qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Frar 1986. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Vici-President [1] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 1. [2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8. [3] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 46. [4] ĠU L 163, tat-22.6.1985, p. 12. [5] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5. [6] ĠU L 72, tat-13.3.1985, p. 7. [7] ĠU L 196, tas-26.7.1985, p. 28. --------------------------------------------------