31985R3703



Official Journal L 351 , 28/12/1985 P. 0063 - 0065
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0068
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 4 P. 0093
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0068
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 4 P. 0093


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85

tat-23 ta' Diċembru 1985

li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' livelli komuni fis-suq għal ċertu ħut frisk u mkessaħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 3796/81 tad-29 ta' Diċembru 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Sħubija ta' Spanja u l-Portugall, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 103/76 tad-19 ta' Jannar 1976 li jipprovdi livelli komuni għas-suq ta' ċertu ħut frisk jew imkessaħ [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kusill (KEE) Nru 3396/85 [3], u b'mod partikolari l-Artikoli 6, 8 u 8a tiegħu,

Billi l-esperjenza wriet il-ħtieġa li jiġu ċċarati ċerti disposizzjonijiet dwar l-applkazzjoni tal-livelli komuni għas-suq mniżżla fir-Regolament (KEE) Nru 103/76 biex jiġi żgurat li dawn il-livelli jiġu applikati b'mod aktar uniformi fl-Istati Membri;

Billi l-gradazzjoni ta' l-aringi u kavalli b'kampjun ta' stima, kif jipprovi l-Artikolu 8a tar-Regolament (KEE) Nru 103/76, għandu jiġi mwettaq sabiex tiġi żgurata konformità mal-livelli tal-Komunità għal dawn l-ispeċji; billi, biex tiġi żgurata l-estrapolazzjoni tar-riżultati ta' l-iggradar skond kampjun ta' stima għal-lottijiet kollha konċernati huwa ġustifikat, in-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu, skond il-piż jew volum ta' kull kampjun u l-metodi ta' gradazzjoni u verifikar tal-piż tal-lottijiet mqiegħda fis-suq għandu jkun speċifikat, waqt li jittieħed kont tal-mezzi varji li fihom il-prodotti jiġu offruti għall-bejgħ;

Billi, biex jgħin fit-titjib tal-ħut gradat fuq il-bażi ta' sistema ta' kampjun biex jiġi evitat it-tqegħid fis-suq ta' ħut li ma jkunx bizzejjed frisk, l-Istati Membri konċernati għandhom jintroduċu arranġamenti ta' kontroll inklużi spezzjonijiet tal-faċilitajiet ta' priżervazzjoni fuq il-bastimenti li jniżżlu l-art il-ħut konċernat;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opnjoni tal-Kumitat li jmexxi l-Prodotti tas-Sajd,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jipprovdi regoli dettaljati għall-kontroll mal-konformità mal-livelli komuni tas-suq imniżżla fir-Regolament (KEE) Nru 103/76 għall-iggradar u użin ta' ċerti speċji.

Artikolu 2

Lott għandu jkun ikkonsidrat uniformi skond it-tifsira ta' l-Artikoli 7(1) u 8 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 103/76 jekk mhux aktar minn 10 % tal-kwantità totali fil-lott tkun fil-limitu tal-kategorija tal-friskezza jew daqs minnufih ’l isfel u/jew ’il fuq dik iddikjarata għall-kaxxa jew lott ikkonsidrat.

Artikolu 3

Meta l-kwantitajiet ta' prodott partikolari mniżżel l-art minn fuq bastiment ikunu qegħdin jiġu gradati, il-kwantitajiet totali tal-lottijiet kunsidrati li jkunu lottijiet żgħar skond it-tifsira ta' l-Artikoli 7(1) u 8 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 103/76 m'għandux jeċċedi 100 kg tal-prodott ikkonsidrat li jitniżżlu l-art mill-bastiment u huma maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq għall-bejgħ partikolari. Iżda, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri huma awtorizzati li jistabbilixxu kwantità anqas minn 100 kg meta l-kondizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni u tqegħid fis-suq jeħtieġu dan.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw illi l-gradar tal-prodott skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 103/76 ma jistax jinbidel meta l-prodott jiġi offrut għall-bejgħ għall-ewwel darba ħlief taħt is-supervizjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 5

Biex jiġi żgurat li l-kontenut tal-kaxxi standardizzati huma l-istess bħal kontenut preżunt tagħhom, kif hemm provdut fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 103/76, ta' l-anqas kaxxa waħda minn kull mija għandha tintiżen, mingħajr preġudizzju għall-disposizzjonijiet jew regoli kummerċjali nazzjonali aktar restrittivi applikati fl-Isati Membri. Il-piż nett jista’ jvarja, kif hemm provdut fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KEE) Nru 103/76, b'5 % il-fuq jew taħt il-piż iddikjarat jew preżunt, bla ħsara għall-disposizzjonijiet nazzjonali aktar restrittivi dwar materji tal-liġi kummerċjali.

Artikolu 6

1. Il-gradazzjoni ta' aringi u kavalli fil-kategoriji varji ta' friskezza u daqs fuq il-bażi ta' sistema ta' kampjun kif jipprovdi l-Artikolu 8a tar-Regolament (KEE) Nru 103/76, għandu jitwettaq skond il-proċedura mniżżla fil-paragrafi li ġejjin.

2. Għandhom jittieħdu kampjuni mill-kwantità offruta għall-bejgħ kif ġej:

- Kampjun ta' mill-anqas 50 kg għandu jittieħed minn kull kwanità ta' anqas minn 50 tunnellata,

- żewġ kampjuni ta' l-anqas ta' 50 kg-il wieħed għandhom jittieħdu minn kull kwantità bejn il-50 u l-100 tunnellata,

- għall-anqas tliet kampjuni ta' 50 kg għandhom jittieħdu minn kull kwantità li jeċċedu l-100 tunnellata, jew kampjuni ta' 50 kg skond kemm hemm meħtieġ biex tintlaħaq kwantità totali ta' mhux anqas minn 0,08 % tal-kwantitajiet konċernati.

Fil-każi meta t-tniżżil l-art isir minn bastimenti armati b'tankijiet tal-ħut, għandhom jittieħdu kampjuni mill-kontenut ta' kull tank, fil-waqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet t'hawn fuq.

3. Dawn il-kampjuni għandhom jttieħdu b'dak il-mod li jkunu rappreżentattivi ta' lott partikolari, waqt li jingħata kont tal-prattiċi kummerċjali applikati f'dan il-każ, fl-Istati Membri.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu b'mod regolari, skond in-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu u l-kwantità totali li tkun sejra tiġi offruta għall-bejgħ.

4. Il-kwantitajiet li jkunu sejrin jiġu offruti għall-bejgħ konċernat għandhom imbagħad jiġu gradati skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 103/76, fid-dawl tar-riżultati tal-kampjun u bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin u għal spezzjoni viżwali.

Jekk il-kampjun ikun jindika:

(a) illi l-ħut eżaminat ikun jaqa’ fil-kategorija ta' l-stess friskezza u daqs tal-kwantitajiet konċernati għandu jkun gradat fuq il-bażi ta' dak ir-riżultat. Varjazzjonijiet fid-daqs u l-friskezza skond kif hemm provdut fl-Artikolu 2, għandu jkun permess;

(b) illi proporzjon tal-ħut eżaminat, li jkun jirrappreżenta aktar minn 10 % tal-kwantità fil-kampjun, jaqa’ fil-kategorja B, in-numru ta' kampjuni li għandu jittieħed għandu jkun irduppjat. Iżda, il-kwantitajiet konċernati ma jistgħux jitqiegħdu f'kategorija għola minn dik tal-kategorija B;

(ċ) illi proporzjon tal-ħut eżaminat ma jkunx jikkonforma mal-kondizzjonijiet biex jitqiegħed fis-suq għall-konsum uman, il-kwantitajiet konċernati ma jistgħux jintużaw għal dan il-għan, sakemm il-gradazzjoni skond l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KEE) Nru 103/76 juri illi proporzjon tiegħu jista’ jitqiegħed fis-suq għall-konsum uman.

Artikolu 7

1. Biex jiġi żgurat li l-piż tal-kwantitajiet imqiegħda għall-bejgħ u mniżżla l-art ir-reċipjenti, jew il-vetturi ta' trasport li fihom dawn il-kwantitajiet jitgħabbew, għandhom jintiżnu.

Jekk dak l-użin ma jkunx jista’ jitwettaq, il-piż tal-kwantitajiet imniżżla l-art għandu jkun kalkolat biż-żieda tal-kontenut tal-kaxxi standardizzati li fihom il-kwantitajiet għandhom jitniżżlu l-art. Iżda, użin supplimentari permezz ta' kampjun għandu jitwettaq għall-kaxxi standardizzati.

2. Jekk il-kwantitajiet ikunu preżentati għall-bejgħ b'irkant pubbliku f'kaxxi standardizzati biex jitqiegħdu fis-suq għall-bejgħ partikolari, l-użin għandu jkun imwettaq skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5.

3. Il-piż tal-kwantitajiet trabordati abbord bastiment għandu jkun kalkolat billi jiġu applikati l-koeffiċjenti murija fl-Anness I:

- fuq in-naħa l-waħda, għall-volum ta' qabdiet meħud minn kull bastiment jew għall-kontenut ta' kull tank kif imkejjel mill-mezzi tekniċi xierqa,

- min-naħa l-oħra, għall-volum tal-kwantitajiet trasbordat għall-bastiment ta' l-ipproċessar kif mkejjel bil-mezz tar-reċipjent approvat mill-uffiċċju responsabbli għall-użin u tikjiel fl-Istat Membru konċernat.

Artikolu 8

Fil-qafas tas-sistema ta' kampjonar l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw b'mod partikolari:

- illi l-bastimenti kollha jkollhom il-faċilitajiet xierqa, u li jużaw dawk il-faċilitajiet biex tinżamm il-kwalità tal-prodotti konċernati skond il-kriterji mniżżla fir-Regolament Nru 103/76,

- illi, l-bastimeti armati b’tankijiet tal-ħut, i-tankijiet jitnaddfu sew, illi t-temperatura fit-tankijiet tkun xierqa għaż-żamma tal-ħut u li din it-temperatura tkun tista’ tiġi mnizzla,

- illi l-kwantitajiet kollha mqiegħda fis-suq ikunu irrekordjati, bi tqassim għall-kategorija ta' friskezza u daqs. L-irrekordjar għandu jkun ibbażat, fil-każ li għalih jirreferi l-Artikolu 7, il-paragrafu 1, fuq dokumenti ta' sostenn iffirmati mill-kaptan tal-bastiment konċernat u mill-bejjiegħ u, fil-każ li għalih jirreferi l-Artikolu 7, il-paragrafu 3, fuq dawk iffirmati mill-kaptan tal-bastimenti konċernati.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

fit-23 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Viċi-President

[1] ĠU L 379, tal-31.12.1981, pġ. 1.

[2] ĠU L 20, tat-28.1.1976, pġ. 29.

[3] ĠU L 322, tat-3.12.1985, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Speċji | Daqs | Volum m3 | Koeffiċjenti |

Airngi | 1 | 1 | 0,86 |

2 |

3 |

Kavalli | 1 | 1 | 0,8 |

2 |

3 |

--------------------------------------------------