31984L0525



Official Journal L 300 , 19/11/1984 P. 0001 - 0019
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 18 P. 0011
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 18 P. 0011


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta’ Settembru 1984

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ ċilindri tal-gass ta’ l-azzar mingħajr ġonot

(84/525/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi, fl-Istati Membri l-kostruzzjoni ta’ ċilindri tal-gass u l-kontrolli rilevanti huma soġġetti għal dispożizzjonijiet mandatarji li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u li, konsegwentement, jostakolaw il-kummerċ ta’ reċipjenti bħal dawn; billi, huwa għaldaqstant neċessarju li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu approssimati;

Billi, id-Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet komuni għal reċipjenti tal-pressjoni u l-metodi ta’ spezzjoni tagħhom [3], kif emendata bl-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, li stabbilixxa b’mod partikolari l-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u l-verifika ta’ dawn ir-reċipjenti; billi, skond dik id-Direttiva, huwa ta’ min li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tekniċi li għandhom jikkonformaw magħhom iċ-ċilindri tal-gass ta’ l-azzar mingħajr ġonot tat-tip tal-KEE b’volum ta’ bejn 0,5 u 150 litru, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu mportati, ikkummerċjalizzati u wżati mingħajr restrizzjoni wara li dawn ikunu għaddew minn spezzjoni u għalhekk ikollhom marka u simbolu,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-oqfsa ta’ l-azzar ta’ ċilindri mingħajr ġonot li jifilħu għall-pressjoni, jiġifieri maħdumin minn biċċa waħda, u li jistgħu jerġgħu jimtlew u jiġu ttrasportati, b’volum ta’ bejn 0,5 u 150 litru inklussivi, u ddisinjati biex iżommu gassijiet ikkompressati, likwidifikati jew imdewba. Minn issa ‘il quddiem, dawn iċ-ċilindri tal-gass issir referenza għalihom bħala “ċilindri”.

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċilindri li huma magħmulin minn azzar awstenitiku jew għal ċilindri li meta jkun qiegħed jiġi ssiġillat il-qiegħ tagħhom jiżdidilhom il-metall.

3. Din id-Direttiva għandha tapplika irrispettivament min-numru ta’ żbokkijiet li jkollu ċ-ċilindru (wieħed jew tnejn).

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “ċilindru tat-tip tal-KEE” għandu jfisser kull ċilindru ddisinjat u ffabbrikat b’tali mod li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttiva 76/767/KEE.

L-Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni jew l-ispezzjoni ta’ ċilindru skond it-tifsira tad-Direttiva 76/767/KEE u ta’ din id-Direttiva, jirrifjuta, jipprojbixxi jew jillimita li ċilindru tat-tip tal-KEE jiġi kkumerċjalizzat u jibda jitħaddem.

L-Artikolu 4

Iċ-ċilindri kollha tat-tip tal-KEE għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE.

Iċ-ċilindri kollha tat-tip tal-KEE għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-KEE bl-eċċezzjoni ta’ ċilindri bi pressjoni idrawlika verifikatorja ta’ 120 bars jew inqas u b’volum ta’ mhux aktar minn litru.

L-Artikolu 5

Kull emendi neċessarji biex is-sezzjonijiet 2.1.3,2.1.4, 2.3, 3.1.1.1, 3.4,3.5, 3.6, 3.7, 4, 5 u 6 ta’ l-Anness I u l-Annessi l-oħra ta’ din id-Direttiva jiġu addattati għall-progress tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 76/767/KEE.

L-Artikolu 6

Il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 76/767/KEE tista’ tapplika għas-sezzjoni 2.2 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar tan-notifika tagħha [4] u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Settembru 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Barry

[1] ĠU C 2, tad-9.1.1974. p. 64.

[2] ĠU C 101, tat-23.11.1973. p. 25.

[3] ĠU L 262, 27.9.76. p. 153.

[4] Din id-Direttiva ġiet innotifikata lill-Istati Membri nhar is-26 ta’ Settembru 1984.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

1. DEFINIZZJONIJIET TA’, U SIMBOLI GĦAT-TERMINI WŻATI F’DAN L-ANNESS

1.1. QAWWA TA’ ĊEDIMENT

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-valuri tal-qawwa ta’ ċediment użati fil-kalkolu tal-partijiet soġġetti għal pressjoni għandhom ikunu kif ġej:

- meta biċċa azzar ma turix l-ammont l-aktar baxx u l-ammont l-aktar għoli ta’ pressjoni, li meta jintlaħqu, il-materjal iċedi, għandu jittieħed il-valur minimu ta’ dan l-ammont ta’ pressjoni konvenzjonali Rp 0,2;

- meta biċċa azzar turi l-ammont l-aktar għoli u l-ammont l-aktar baxx ta’ pressjoni, li meta jintlaħqu, il-materjal iċedi, il-valur li għandu jittieħed huwa:

- ReL,

- ReH x 0,92, jew

- Rp0,2.

1.2. PRESSJONI TA’ FQIGĦ

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “pressjoni ta’fqugħ” tfisser il-pressjoni f’instabilità plastika, jiġifieri l-pressjoni massima miksuba matul test tal-pressjoni li bih jkun hemm fqigħ.

1.3. SIMBOLI

Is-simboli wżati f’dan l-Anness għandhom it-tifsiriet li ġejjin:

Ph = pressjoni idrawlika tat-test, f’bars;

Pr = pressjoni ta’ fqigħ taċ-ċilindru mkejla matul it-test tal-fqigħ, f’bars

Prt = il-pressjoni ta’ fqigħ teoretika minima kkalkulata, f’bars;

Re = il-valur tal-qawwa ta’ ċediment ikkunsidrat skond 1.1 bl-għan li jiġi stabbilit il-valur R użat fil-kalkolu tal-partijiet li huma soġġetti għall-pressjoni, f’N/mm2;

ReL = il-valur minimu ta’ l-ammont ta’ pressjoni l-aktar baxx, li meta jintlaħaq, il-materjal iċedi, ggarantit mill-fabbrikant taċ-ċilindru, f’N/mm2;

ReH = il-valur minimu ta’ l-ammont ta’ pressjoni l-aktar ogħli, li meta jintlaħaq, il-materjal iċedi, ggarantit mill-fabbrikant taċ-ċilindru, f’N/mm2;

Rp0,2 =

l-ammont ta’ pressjoni konvenzjonali, li meta jintlaħaq, il-materjal iċedi ta’ 0,2 %, ggarantit mill-fabbrikant, f’N/mm2;

L-ammont ta’ pressjoni konvenzjonali, li meta jintlaħaq, il-materjal iċedi, huwa l-valur tal-qawwa li jgħolli għal titwil li mhux proporzjonali ugwali għal 0,2 % tat-tul oriġinali mkejjel.

Rm = il-valur minimu tas-saħħa tat-tensjoni, ggarantit mill-fabbrikant taċ-ċilindru, f’N/mm2;

a = il-ħxuna minima mkejla tal-ħajt tal-qafas taċ-ċilindru, f’mm;

D = id-dijametru nominali ta’ barra taċ-ċilindru, f’mm;

d = id-dijametru tal-mandrin tat-torn għat-testijiet tal-liwi, f’mm;

Rmt = is-saħħa attwali tat-tensjoni, f’N/mm2.

1.4. NORMALIZZAZZJONI

F’din id-Direttiva, it-terminu ‘normalizzazzjoni’ huwa wżat skond kif definit fil-paragrafu 68 ta’ EURONORM 52-83.

Il-normalizzazzjoni tista’ tiġi segwita b’ittemprar f’temperatura uniformi taħt il-punt l-aktar baxx ta’ trasformazzjoni (Ac1) ta’ l-azzar.

1.5. TKESSIĦ U TTEMPRAR

It-terminu ‘tkessiħ u ttemprar’ għandu x’jaqsam mat-trattament ta’ sħana li huwa soġġett għalih ċilindru sħiħ, li matulu, iċ-ċilindru jiġi msaħħan għal temperatura uniformi ‘l fuq mill-punt l-aktar għoli ta’ trasformazzjoni (Ac3) ta’ l-azzar. Imbagħad, iċ-ċilindru jiġi mkessaħ b’rata li ma taqbiżx it-80 % ta’ dik miksuba bit-tkessiħ fl-ilma f’20 oC u ttemprat sussegwentement f’temperatura uniformi inqas mill-punt l-aktar baxx ta’ trasformazzjoni (Ac1) ta’ l-azzar.

It-trattament ta’ sħana għandu ikun tali li ma jikkaġunax xquq fiċ-ċilindru. Iċ-ċilindri ma jistgħux jiġu mkessħa fl-ilma mingħajr addittivi.

2. ĦTIĠIJIET TEKNIĊI

2.1. AZZAR UŻAT

2.1.1. Biċċa azzar għandha tiġi ddefinita skond il-metodu ta’ fabbrikazzjoni tagħha, il-komposizzjoni kimika tagħha u t-trattament ta’ sħana li jkun soġġett għalih iċ-ċilindru lest, u l-karatteristiċi mekkaniċi tagħha. Il-fabbrikant għandu jagħti l-informazzjoni li tikkorrispondi, filwaqt li jikkonsidra l-ħtiġiet elenkati hawn taħt. Kull bidla f’din l-informazzjoni għandha tiġi maħsuba biex tikkorrispondi ma’ bidla fit-tip ta’ azzar għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE.

(a) Metodu ta’ fabbrikazzjoni

Il-metodu ta’ fabbrikazzjoni għandu jiġi ddefinit b’referenza għall-proċess użat (per eżempju, fuklar miftuħ, converter bl-ossiġnu, fuklar bl-elettriku) u l-metodu ta’ newtralizzazzjoni wżat.

(b) Komposizzjoni kimika

Il-komposizzjoni kimika għandha turi għallinqas:

- il-kontenut massimu ta’ sulfur u ta’ kontenut ta’ fosfru fil-każijiet kollha,

- il-kontenut ta’ karbonju, ta’ manganiż u silikon fil-każijiet kollha,

- il-kontenut ta’ nikil, kromju, molibdenu u vanadju meta dawn is-sostanzi jiġu ntrodotti deliberatament bħala elementi ta’ liga.

- karbonju:

- 0,06 % meta l-kontenut massimu jkun inqas minn 0,30 %,

- 0,07 % meta l-kontenut massimu jkun 0,30 % jew aktar;

- manganiż u silikon:

- 0,30 %;

- kromju:

- 0,30 % meta l-kontenut massimu jkun inqas minn 1,5 %.

- 0,50 % meta l-kontenut massimu jkun 1,5 % jew aktar;

- nikil:

- 0,40 %;

- molibdenu:

- 0,15 %;

- vanadju:

- 0,10 %.

(ċ) Trattament tas-sħana

It-trattament tas-sħana għandu jiġi mfisser f’termini ta’ temperatura, it-tul ta’ ħin miżmum fit-temperatura u n-natura tal-likwidu li jkessaħ użat għal kull stadju tat-trattament (normalizzazzjoni, kemm jekk jiġi segwit b’ittemprar, jew tkessiħ u ttemprar kif ukoll jekk le).

It-temperatura ta’ awstenitizzazzjoni ta’ qabel it-tkessiħ jew in-normalizzazzjoni għandha tiġi stabbilità b’marġini ta’ 35 oC fuq kull naħa.

L-istess japplika għat-temperatura ta’ l-ittemprar.

2.1.2. Kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti

L-azzar użat għandu jkun azzar newtralizzat li jiflaħ għaż-żmien. It-totalità taċ-ċilindru lest għandha tiġi soġġetta għal trattament tas-sħana li jista’ jkun jew normalizzazzjoni, kemm jekk dan ikun segwit b’ittemprar kif ukoll jekk le, jew tkessiħ segwit b’ittemprar. Il-kontenut ta’ sulfur u fosfru miksubin għall-kampjun iffurmat għandu jkun, għal kull wieħed, mhux aktar minn 0,035 % u ma għandux jaqbeż iż-0,06 % fit-totalità. Il-kontenut ta’ sulfur u fosfru miksub għall-prodott għandu jkun, għal kull wieħed, mhux aktar minn 0, 04 % u ma għandux jaqbeż iż-0,07 % fit-totalità.

2.1.3. Biċċa azzar li taqa’ fi ħdan it-tifsira ta’ 2.1.1 ma tistax tiġi wżata minn fabbrikant sakemm din ma tkunx aċċettata għall-fabrikazzjoni ta’ ċilindri mingħajr ġonot minn Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lil kwalunkwe Stat Membru ieħor fuq it-talba ta’ dan, lista tal-materjali wżati, fit-territorju tiegħu, għall-fabbrikazzjoni ta’ ċilindri koperti b’din id-Direttiva.

2.1.4. Għandu jkun hemm l-opportunità li ssir analiżi indipendenti, b’mod partikolari għall-għanijiet ta’ kontroll, li l-kontenut ta’ sulfur u ta’ fosfru jikkorrispondu għall-ħtiġiet ta’ 2.1.2. Dawn l-analiżi għandhom isiru fuq, jew kampjuni meħudin mill-prodott nofsu lest kif ipprovdut lill-fabbrikant taċ-ċilindru minn dak li jagħmel l-azzar, jew fuq iċ-ċilindri lesti.

Meta jiġi deċiż li jittieħed kampjun minn ċilindru, huwa permissibbli li l-kampjun jittieħed minn wieħed miċ-ċilindri li jkunu ġew magħżula qabel għall-testijiet mekkaniċi, kif speċifikati f’3.1, jew għat-testijiet tal-pressjoni tal-fqigħ, kif speċifikati f’3.2.

2.2. KALKOLI GĦALL-PARTIJIET TA’ PRESSJONI

2.2.1. Il-ħxuna minima tal-ħitan għandha tkun ta’ l-anqas ugwali għall-akbar valur mogħti b’li ġej:

- a =

P

· D

4

3

+ P

mm

Fejn R hija l-iżgħar miż-żewġ valuri li ġejjin:

(1) Re;

(2) 0,75.Rm għal ċilindri normalizzati jew normalizzati u ttemprati,

0,85Rm, għal ċilindri mkessħin u ttemprati.

- a =

+ 1 mm

- a = 1,5 mm

2.2.2. Jekk jiġi miksub tarf konvess bis-sħana mit-tubu, il-ħxuna tal-ħajt imkejla fiċ-ċentru tat-tarf iffurmat għandha tkun ta’ l-anqas 1,5 a.

2.2.3. Il-ħxuna tal-qiegħ konkav taċ-ċilindri ma għandhiex tkun inqas minn 2a fi ħdan id-dijametru li fuqu jżomm wieqaf iċ-ċilindru.

2.2.4. Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni sodisfaċjenti tat-tensjoni, il-ħxuna tal-ħitan taċ-ċilindru trid tiżdied progressivament fis-sezzjoni ta’ transizzjoni ta’ bejn il-ħitan taċ-ċilindru u l-qiegħ.

2.3. KOSTRUZZJONI U XOGĦOL

2.3.1. Il-fabbrikant għandu jikkontrolla l-ħxuna ta’ kull ċilindru u jeżamina l-kondizzjoni tas-superfiċi interni u esterni sabiex jivverifika li:

- il-ħxuna tal-ħitan ma hija fl-ebda punt inqas minn dak li hemm speċifikat fid-disinn,

- is-superfiċi interni u esterni taċ-ċilindru ma jkollhomx difetti li jistgħu jaffettwaw ħażin is-sigurtà tat-tħaddim taċ-ċilindru.

2.3.2. Il-qtugħ fit-tond tal-qafas ċilindriku għandu jkun illimitat għal valur tali li, d-differenza bejn id-dijametru massimu u minimu ta’ barra fl-istess sezzjoni trasverali ma tkunx aktar minn 1,5 % tal-medja ta’ dawn id-dijametri.

Id-devjazzjoni massima tal-parti ċilindrika tal-qafas minn linja dritta ma għandhiex taqbeż it-3 mm għal kull metru.

2.3.3. Il-footrings taċ-ċilindru, fejn provdut, għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed u jkunu ffabbrikati b’materjal li, fir-rigward tal-korrużjoni, huwa kompatibbli mat-tip ta’ azzar li minnu jkun magħmul iċ-ċilindru. L-għamla tal-footring għandha tagħti liċ-ċilindru grad adegwat ta’ stabbilità. Il-footrings ma għandhomx jippermettu li jakkumula l-ilma jew jippermettu li jidħol l-ilma bejn l-anell u ċ-ċilindru.

3. TESTIJIET

3.1. TESTIJIET MEKKANIĊI

3.1.1. Ħtiġiet ġenerali

3.1.1.1. Għajr fejn huwa speċifikat b’mod ieħor f’din id-Direttiva, it-testijiet mekkaniċi għandhom isiru skond il-EURONORMS li ġejjin:

EURONORM | 2-80: | test tat-tensjoni għall-azzar; |

EURONORM | 3-79: | test ta’ l-ebusija Brinell; |

EURONORM | 6-55: | test tal-liwja għall-azzar; |

EURONORM | 11-80: | test tat-tensjoni għal pjanċa u strixxa ta’ l-azzar ta’ ħxuna anqas minn 3mm; |

EURONORM | 12-55: | Test tal-liwja għal pjanċa u strixxa ta’ l-azzar ta’ ħxuna anqas minn 3mm; |

EURONORM | 45-63: | test ta’ mpatt fuq talja tal-prova li sserraħ fuq żewġ rifdiet. |

3.1.1.2. It-testijiet mekkaniċi kollha li jikkontrollaw il-kwalità tal-materjal użat fiċ-ċilindri għandhom isiru fuq biċċiet tal-prova meħuda minn ċilindri lesti.

3.1.2. Tipi ta’ testijiet u kriterji tat-testijiet

Kull ċilindru li jkun ser jiġi ttestjat għandu jgħaddi minn test wieħed tat-tensjoni f’direzzjoni lonġitudinali, erba’ testijiet tal-liwja f’direzzjoni li ddur, u jekk il-ħxuna tal-ħitan tippermetti li jittieħdu biċċiet tal-prova ta’ wisa’ ta’ 5 mm, tliet testijiet ta’ mpatt. Il-biċċiet tal-prova wżati fit-test ta’ mpatt għandhom jittieħdu minn direzzjoni trasversali; madankollu, jekk il-ħxuna u/jew id-dijametru taċ-ċilindru timpedixxi/jimpedixxi li jittieħed kampjun tal-prova wiesgħa ta’ l-anqas 5mm minn direzzjoni trasversali, il-biċċiet tal-prova ta’ mpatt għandhom jittieħdu minn direzzjoni lonġitudinali.

3.1.2.1. Testijiet tat-tensjoni

3.1.2.1.1. Il-biċċa tal-prova għandha tkun skond id-dispożizzjonijiet:

- tal-Kapitolu 4 ta’ EURONORM 2-80, fejn hemm ħxuna ta’ 3mm jew aktar,

- tal-Kapitolu 4 ta’ EURONORM 11-80, fejn hemm ħxuna inqas minn 3mm, F’dan il-każ, il-wisa’ mkejjel u t-tul tal-biċċa tal-prova għandu jkun 12,5 u 50 mm rispettivament, irrispettivament mill-ħxuna tal-biċċa tal-prova.

3.1.2.1.2. Iż-żewġ uċuħ tal-biċċa tal-prova, li jikkorrispondu għall-ħitan ta’ ġewwa u ta’ barra taċ-ċilindru, ma għandhomx jiġu mgħoddija b’makna.

3.1.2.1.3. It-titwil, espress bħala persentaġġ, ma għandux ikun anqas minn:

25 · 10

2 R

mt

Barra minn hekk, it-titwil ma għandu, fl-ebda każ, ikun inqas minn:

- 14 %, meta t-test isir skond il-EURONORM 2-80,

- 11 %, meta t-test ssir skond il-EURONORM 11-80,

3.1.2.1.4. Il-valur meħud għas-saħħa tat-tensjoni ma għandux ikun inqas minn Rm.

Il-qawwa ta’ ċediment li għandha tiġi stabbilità matul it-test tat-tensjoni għandha tkun dik użata skond 1.1 għall-kalkoku taċ-ċilindru. Il-punt l-aktar għoli ta’ pressjoni, li meta jintlaħaq, il-materjal iċedi, għandu jiġi stabbilit mid-diagramma ta’ piż/titwil jew minn kull metodu ieħor preċiż daqsu.

Il-valur miksub għall-qawwa ta’ ċediment ma għandux ikun inqas minn ReH, ReL jew Rp0,2, skond kif jista’ jkun il-każ.

3.1.2.2. Test tal-liwja

3.1.2.2.1. It-test tal-liwja għandu jsir fuq biċċiet tal-prova miksubin billi wieħed jaqta’ ċirku ta’ wisa’ ta’ 25 mm f’żewġ partijiet ta’ l-istess tul, li kull waħda minnhom tista’ tiġi mgħoddija bil-makna fuq it-trufijiet biss. Iż-żewġ uċuħ tal-biċċa tat-test li jikkorrispondu għall-ħitan ta’ ġewwa u ta’ barra taċ-ċilindru ma għandhomx jiġu mgħoddija bil-makna.

3.1.2.2.2. It-test tal-liwja għandu jsir billi wieħed juża mandrin b’dijametru d u żewġ ċilindri sseparati b’distanza ta’ d + 3a.

Matul it-test, il-wiċċ tan-naħa ta’ ġewwa ta’ l-anell għandu jibqa’ kontra l-mandrin.

3.1.2.2.3. Il-biċċa tal-prova ma għandhiex tixxaqqaq meta din tiġi mgħawwġa ‘l ġewwa madwar il-mandrin sakemm it-trufijiet ta’ ġewwa ma jkunux aktar il-bogħod minn xulxin mid-dijametru tal-mandrin (ara dijagramma fl-Anness III)

3.1.2.2.4. Il-proporzjon (n) ta’ bejn id-dijametru tal-mandrin u l-ħxuna tal-biċċa tal-prova ma għandux jaqbeż il-valuri mogħtija fit-tabella li ġejja:

Saħħa attwali tat-tensjoni Rmt f’N/mm2 | Valur ta’ n |

Sa 440 inklussiv | 2 |

Ogħla minn 440 sa 520 inlussivi | 3 |

Ogħla minn 520 sa 600 inlussivi | 4 |

Ogħla minn 600 sa 700 inlussivi | 5 |

Ogħla minn 700 sa 800 inlussiv | 6 |

Ogħla minn 800 sa 900 inlussivi | 7 |

Ogħla minn 900 | 8 |

3.1.2.3. Testijiet ta’ mpatt

3.1.2.3.1. It-test ta’ mpatt għandu jsir fuq biċċiet tal-prova tat-tip ta’ l-EURONORM 45-63.

Kull kejl tas-saħħa ta’ l-impatt għandu jsir f’20 oC

It-talja għandha tkun perpendikolari ma’ l-uċuħ tal-ħajt taċ-ċilindru.

Il-biċċiet tal-prova wżati għat-test ta’ mpatt ma jistgħux jiġu ddritati u għandhom jiġu mgħoddija bil-makna fuq is-sitt uċuħ, imma sal-punt biss li hemm bżonn biex l-uċuħ jiġu ċatti.

3.1.2.3.2. Il-valur tas-saħħa medja ta’ l-impatt miksub mit-tliet testijiet ta’ mpatt f’direzzjoni lonġitudinali jew f’direzzjoni trasversali u kull wieħed mill-valuri individwali miksub mit-testijiet, ma għandux ikun inqas mill-valur li jikkorrispondi espress f’J/ċm2, indikat fit-tabella li ġejja:

| m2Azzar li għalih R mhuwiex aktar minn 650 N/mm | m2Azzar li għalih R huwa akbar minn 650 N/mm |

Lonġitudinali | Trasversali | Lonġitudinali | Trasversali |

Medja tat-tliet biċċiet tal-prova | 33 | 17 | 50 | 25 |

Kull valur individwali | 26 | 13 | 40 | 20 |

3.2. TEST TAL-FQIGĦ TAL-PRESSJONI IDRAWLIKA

3.2.1. Kondizzjonijiet tat-test

Ċilindri soġġetti għal dan it-test għandu jkollhom il-marki kif speċifikat fis-sezzjoni

3.2.1.1. It-test tal-fqigħ tal-pressjoni idrawlika għandu jsir f’żewġ fażijiet suċċessivi, billi jintuża tagħmir li jippermetti li l-pressjoni ġewwa ċ-ċilindru tiġi miżjuda b’rata regolari sakemm iċ-ċilindru jinfaqa’ u tiġi rreġistrata l-kurva tal-varjazzjoni tal-pressjoni kontra l-ħin. It-test għandu jsir fit-temperatura normali tal-kamra.

3.2.1.2. Matul l-ewwel fażi, iż-żieda fil-pressjoni għandha tkun kostanti sal-punt meta tibda d-deformazzjoni plastika. Din ir-rata ma għandhiex taqbeż il-5 bars fis-sekonda.

Mill-bidu tad-diformazzjoni plastika (it-tieni fażi), il-kunsinna mill-pompa ma għandhiex tkun aktar mid-doppju ta’ kemm kienet fl-ewwel fażi u għandha tinżamm kostanti sakemm iċ-ċilindru jinfaqa’.

3.2.2. Interpretazzjoni tat-test

3.2.2.1. L-interpretazzjoni tat-test tal-fqigħ tal-pressjoni għandha tinvolvi:

- eżaminazzjoni tal-kurva tal-pressjoni mal-ħin biex tiġi stabbilità l-pressjoni ta’ fqigħ,

- eżaminazzjoni tat-tiċrita u ta’ l-għamla tat-trufijiet tagħha,

- verifika, fil-każ ta’ ċilindri li għandhom qiegħ konkav, li l-qiegħ taċ-ċilindru ma ġiex imdawwar.

3.2.2.2. Il-pressjoni ta’ fqigħ imkejla (Pr) għandha tkun ikbar mill-valur mogħti bi:

=

20a R

mD - a

3.2.2.3. It-test ta’ fqigħ ma għandux jikkawża t-tifrik taċ-ċilindru.

3.2.2.4. It-tiċrita prinċipali ma għandhiex tkun tat-tip fraġli, jiġifieri, it-trufijiet tal-ksur ma għandhomx ikunu radjali imma mżerżqa b’relazzjoni ma’ pjan dijametriku u għandhom juru kontrazzjoni.

Il-ksur għandu jkun aċċettabbli jekk dan jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. Fil-każ ta’ ċilindru li l-ħxuna tiegħu “a” ma taqbiżx is-7.5mm:

Madankollu, il-kondizzjoni (d) tista’ ma tiġix sodisfatta,:

(a) mingħajr dubju, l-biċċa l-kbira tal-ksur għandu jkun lonġitudinali;

(b) il-ksur għandu jkun mingħajr ħafna fergħat;

(ċ) il-ksur ma għandux ikollu żvilupp ċirkonferenzjali ta’ aktar minn 90o fuq kull naħa tal-parti prinċipali tiegħu;

(d) il-ksur ma għandux jestendi f’dawk il-partijiet taċ-ċilindru li huma darba u nofs eħxen mill-ħxuna massima mkejla sa nofs iċ-ċilindru;

(e) fil-każ ta’ ċilindri li għandhom qiegħ konkav, il-ksur ma għandux jasal saċ-ċentru tal-qiegħ taċ-ċilindru.

Madankollu, il-kondizzjoni (d) tista’ ma tiġix sodisfatta,:

(a) fil-każ ta’ ras konika jew qiegħ konvess fejn il-ksur ma jinfidx f’partijiet taċ-ċilindru li għandhom dijametru inqas minn 0,75 darba tad-dijametru nominali minn barra taċ-ċilindru;

(b) fil-każ ta’ qiegħ konkav, fejn id-distanza ta’ bejn il-punt l-iktar il-bogħod tal-ksur u l-pjan tal-qiegħ taċ-ċilindru ma taqbiżx il-5 darbiet tal-ħxuna “a”,

2. Fil-każ ta’ ċilindri li l-ħxuna tagħhom “a” taqbeż il-7.5 mm, il-parti l-kbira tal-ksur għandha tkun lonġitudinali.

3.2.2.5. It-tiċrita ma għandhiex turi xi diffett ovvju fil-metall.

3.3. TEST ĊILKLIKU TAL-PRESSJONI

3.3.1. Iċ-ċilindri soġġetti għal dan it-test għandhom juru l-marki speċifikati fis-sezzjoni 6.

3.3.2. It-test ċikliku tal-pressjoni għandu jsir fuq żewġ ċilindri, li jkunu garantiti mill-fabbrikant li jirrapreżentaw b’mod raġonevoli l-valuri minimi speċifikati fid-disinn, bl-użu ta’ likwidu li mhuwiex korrużiv.

3.3.3. Dan it-test għandu jkun ċikliku. Il-pressjoni ċiklika massima għandha tkun ugwali għal, jew il-pressjoni Ph, jew żewġ terzi ta’ din.

Il-pressjoni ċiklika l-aktar baxxa ma għandiex taqbeż l-10 % ta’ l-ogħla pressjoni ċiklika.

In-numru minimu ta’ ċikli u l-frekwenza massima tat-test jidhru fit-tabella li ġejja:

Pressjoni massima applikata | Ph. | ⅔ Ph |

Numru minimu ta’ ċikli | 12000 | 80000 |

Frekwenza massima f’ċikli fil-minuta | 5 | 12 |

It-temperatura mkejla fuq il-ħajt ta’ barra taċ-ċilindru ma għandhiex taqbeż il-50 oC matul it-test.

It-test għandu jitqies sodisfaċjenti, jekk iċ-ċilindru jilħaq in-numru ta’ ċikli li hemm bżonn mingħajr ma jkun hemm telf ta’ likwidu.

3.4. TEST IDRAWLIKU

3.4.1. Il-pressjoni ta’ l-ilma fiċ-ċilindru trid tiżdied b’rata regolari sakemm tintlaħaq il-pressjoni Ph.

3.4.2. Iċ-ċilindru għandu jibqa’ taħt il-pressjoni Ph għal żmien twil biżżejjed li jagħmilha possibli li jiġi stabbilit li l-pressjoni ma jkollha l-ebda tendenza li tinżel u li ma jkunx hemm ħruġ ta’ gass.

3.4.3. Wara t-test, iċ-ċilindru ma għandu jkollu l-ebda deformazzjoni permanenti.

3.4.4. Kull ċilindru ttestjat li ma jissodisfax il-ħtiġiet tat-test għandu jiġi rrifjutat.

3.5. KONTROLL TAL-KONSISTENZA TA’ ĊILINDRU

Dan it-test jinvolvi l-kontroll li kwalunkwe żewġ punti fuq il-metall tal-wiċċ minn barra taċ-ċilindru ma jkollhomx ebusija differenti b’aktar minn 25 HB. Il-kontroll għandu jsir fuq żewġ sezzjonijiet trasversali taċ-ċilindru ħdejn ir-ras u l-qiegħ, f’erba’ punti mbegħdin minn xulxin b’mod regolari.

3.6. KONTROLL TAL-KONSISTENZA TA’ LOTT TA’ ĊILINDRI

Dan it-test, li jsir mill-fabbrikant, jinvolvi l-kontroll, permezz ta’ test ta’ l-ebusija jew permezz ta’ xi mezz addattat ieħor, li ma jkun sar ebda żball fl-għażla tal-materjal oriġinali (folja tal-metall, billetta, tubi) jew fit-twettiq tat-trattament ta’ sħana. Madankollu, fil-każ ta’ ċilindri normalizzati iżda mhux ittemprati, ma hemmx bżonn li t-test isir fuq kull ċilindru.

3.7. KONTROLL TAL-QIGĦAN

Għandha ssir sezzjoni meridjana fil-qiegħ taċ-ċilindru, u wieħed mill-uċuħ hekk miksub għandu jiġi llustrata biex isirilu eżaminazzjoni taħt ingrandiment ta’ bejn 5 u 10

Jekk tiġi osservata il-preżenza ta’ fissuri, iċ-ċilindru għandu jiġi kkunsidrat bħala diffettuż. Għandu wkoll jitqies bħala difettuż, jekk il-qisien ta’ xi pori jew inklużjonijiet preżenti jilħqu valuri li huma kkunsidrati bħala perikolużi għas-sigurtà.

4. APPROVAZZJONI TAL-MUDELL TAL-KEE

L-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4 tad-Direttiva jista’ jinħareġ ukoll għal familji ta’ ċilindri.

‘Familja ta’ ċilindri’ tfisser ċilindri li ġejjin mill-istess fabbrika, li huma differenti biss fit-tul, iżda li jibqgħu fil-limiti li ġejjin:

- it-tul minimu ma għandux ikun inqas minn 3 darbiet id-dijametru taċ-ċilindru;

- it-tul massimu ma għandux ikun aktar minn 1,5 darba tat-tul taċ-ċilindru ttestjat.

4.1. L-applikant għal approvazzjoni tal-mudell tal-KEE, għandu, għal kull familja ta’ ċilindri, jissottometti d-dokumentazzjoni neċessarja biex isiru l-kontrolli preskritti taħt u jforni lill-Istat Membru b’lott ta’ 50 ċilindru, li minnhom jittieħdu n-numru ta’ ċilindri neċessarji biex isiru t-testijiet li hemm referenza għalihom fl-istess paragrafu, flimkien ma’ kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Istat Membru. L-applikant għandu jindika t-tip u u t-tul tat-trattament ta’ sħana u t-temperaturi. Għandu jikseb u jipprovdi ċ-ċertifikati ta’ l-analiżi tal-forma għall-azzar ipprovduti mill-fabbrikant taċ-ċilindri.

4.2. Matul il-proċess ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE, l-Istat Membru għandu:

4.2.1. jivverifika li:

- il-kalkoli speċifikati f’2.2. huma korretti,

- il-ħxuna tal-ħitan ta’ żewġ ċilindri tissodisfa l-ħtiġiet ta’ 2.2, meta l-qisien ikunu ttieħdu minn fuq tliet sezzjonijiet trasversali u fuq iċ-ċirkonferenza kollha tas-sezzjonijiet lonġitudinali tal-qiegħ u tar-ras.

- il-kondizzjonijiet speċifikati f’2.1 u 2.3.3 huma sodisfatti,

- li ċ-ċilindri kollha magħżula mill-Istat Membru jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ 2.3.2.

- l-uċuħ ta’ barra u ta’ ġewwa taċ-ċilindri ma għandhom ebda diffett li jista’ jagħmilhom perikolużi.

4.2.2. iwettaq it-testijiet li ġejjin fuq iċ-ċilindri magħżula:

- it-testijiet speċifikati fi 3.1, fuq żewġ ċilindri; madankollu, meta t-tul taċ-ċilindru jkun 1500mm jew aktar, it-test tat-tensjoni f’direzzjoni lonġitudinali u t-test tal-liwja għandhom isiru fuq biċċiet tal-prova meħudin min-naħa ta’ fuq u min-naħa ta’ isfel tal-qafas.

- it-test speċifikat fi 3.2, fuq żewġ ċilindri,

- it-test speċifikat fi 3,3, fuq żewġ ċilindri,

- it-test speċifikat fi 3,5, fuq ċilindru wieħed,

- it-test speċifikat fi 3,7, fuq iċ-ċilindri kampjuni kollha.

4.3. Jekk ir-riżultati tal-kontrolli huma sodisfaċjenti, l-Istat Membru għandu joħroġ ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE skond il-mudell li hemm fl-Anness IV.

5. VERIFIKA TAL-KEE

5.1. GĦALL-GĦAN TAL-VERIFIKA TAL-KEE, IL-FABBRIKANT TAĊ-ĊILINDRU GĦANDU:

5.1.1. jipprovdi ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE lill-korp ta’ spezzjoni;

5.1.2. jipprovdi ċ-ċertifikati li jiddikjaraw l-analiżi tal-forma ta’ l-azzar pprovduti għall-kostruzzjoni taċ-ċilindri lill-korp ta’ spezzjoni;

5.1.3 ikollu mezz kif jidentifika l-forma ta’ l-azzar li minnha kien magħmul kull ċilindru;

5.1.4. jipprovdi lill-korp ta’ spezzjoni d-dokumenti relatati mat-trattament ta’ sħana, neċessarji biex jiċċertifikaw li ċ-ċilindri pprovduti minnu huma fil-kondizzjoni, jew normalizzata, jew imkessħa jew ittemprata, u li jiddikjaraw it-trattament applikat

5.1.5. jipprovdi lista ta’ ċilindri lill-korp ta’ spezzjoni, fejn jiddikkjara n-numri u l-iskrizzjonijiet kif huwa mitlub fis-sezzjoni 6,.

5.2. MATUL IL-VERIFIKA TAL-KEE

5.2.1. Il-korp ta’ spezzjoni għandu:

- jaċċerta li ċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE ikun ġie miksub u li ċ-ċilindri jikkonformaw miegħu,

- jikkontrolla d-dokumenti li fihom hemm l-informazzjoni li tikkonċerna l-materjali,

- jikkontrolla jekk il-ħtiġiet tekniċi stabbiliti fis-sezzjoni 2 ġewx sodisfatti, u b’mod partikolari jikkontrolla, permezz ta’ eżaminazzjoni viżwali minn barra u jekk jista’ jkun minn ġewwa taċ-ċilindri, jekk il-kostruzzjoni u l-kontrolli li saru mill-fabbrikant skond 2.3.1 humiex sodisfaċenti; l-eżaminazzjoni viżwali għandha tkopri għallinqas 10 % taċ-ċilindri kollha li jkunu ġew sottomessi,

- iwettaq it-testijiet speċifikati f’3.1 u f’3.2,

- jikkontrolla jekk l-informazzjoni pprovduta mill-fabbrikant fil-lista li hemm referenza għaliha f’5.1.5 hiex korretta; dan għandu jsir permezz ta’ test fuq bażi ta’ kontroll każwali,

- jistma r-riżultati tal-kontrolli fuq il-konsistenza tal-lott ta’ ċilindri magħmula mill-fabbrikant skond 3.6.

Jekk ir-riżultati tal-kontrolli jkunu sodisfaċjenti, il-korp ta’ spezzjoni għandu joħroġ ċertifikat tal-verifika tal-KEE li jikkonforma mal-mudell li jinsab fl-Anness V.

5.2.2. Għaż-żewġ tipi ta’ testijiet preskritti fi 3.1 u 3.2, għandhom jittieħdu żewġ ċilindri fuq bażi każwali minn kull set ta’ 202 ċilindri jew minn parti minnhom li jkunu ġew magħmulin mill-istess forma u li jkunu għaddew mill-istess trattament ta’ sħana f’ċirkostanzi identiċi.

Wieħed miċ-ċilindri għandu jkun soġġett għat-testijiet speċifikati fi 3.1 (testijiet mekkaniċi) u l-ieħor għat-test speċifikat fi 3.2 (test ta’ fqigħ). Jekk jidher illi test minnhom ikun sar b’mod mhux korett jew li jkun sar żball fil-kejl, it-test għandu jiġi ripetut.

Jekk wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jirriżultaw anke parzjalment mhux sodisfaċenti, il-korp ta’ spezzjoni għandu jinvestiga l-kawża.

5.2.2.1. Jekk in-nuqqas ma jkunx minħabba t-trattament ta’ sħana, il-lott għandu jiġi rifjutat.

5.2.2.2. Jekk in-nuqqas ikun minħabba t-trattament ta’ sħana, il-fabbrikant jista’ jerġa’ jippreżenta ċ-ċilindri kollha tal-lott għal trattament ieħor tas-sħana.

Wara t-trattament tas-sħana:

- il-fabbrikant għandu jwettaq il-kontroll li għalih hemm provdut fi 3.6,

- il-korp ta’ spezzjoni għandu jwettaq it-testijiet kollha mogħtija fl-ewwel u fit-tieni paragrafu ta’ 5.2.2.

Jekk iċ-ċilindri ma jkunux ġew soġġetti għal darb’oħra għat-trattament ta’ sħana, jew jekk ir-riżultati tal-kontrolli u tat-testijiet mwettqa wara t-trattament ta’ sħana ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-lott għandu jiġi rrifjutat.

5.2.3. L-għażla tal-kampjuni u tat-testijiet kollha għandhom isiru fil-preżenza u taħt is-sorveljanza ta’ rappreżentant tal-korp ta’ spezzjoni.

5.2.4. Wara li jkunu saru t-testijiet kollha speċifikati, iċ-ċilindri kollha tal-lott għandhom jiġu soġġetti għat-test idrawliku speċifikat fi 3.4 fil-preżenza u taħt is-sorveljanza ta’ rappreżentant tal-korp ta’ spezzjoni

5.3. EŻENZJONI MILL-VERIFIKA TAL-KEE

Fil-każ ta’ ċilindri li huma eżenti mill-verifika tal-KEE skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, l-operazzjonijiet kollha ta’ test u ta’ spezzjoni preskritti fi 5.2 għandhom isiru mill-fabbrikant fuq ir-responsabilità tiegħu stess.

Il-fabbrikant għandu jipprovdi d-dokomenti kollha u r-rapporti tat-test u ta’ spezzjoni lill-korp ta’ spezzjoni.

6. MARKI U SKRIZZJONIJIET

Il-marki u l-iskrizzjonijiet speċifikati f’din is-sezzjoni għandhom jiġu stampati b’mod viżibbli, leġġibbli u indelibbi fuq l-ispalla taċ-ċilindru.

Fil-każ ta’ ċilindri ta’ volum li ma jaqbiżx il-15-il litru, il-marki u l-iskrizzjonijiet jistgħu jiġu stampati jew fuq l-ispalla jew fuq parti oħra li tkun ħoxna biżżejjed taċ-ċilindru.

Dijagramma li turi eżempji tal-marki u ta’ l-iskrizzjonijiet hija mogħtija fl-Anness II.

6.1. STAMPAR TAL-MARKI

B’deroga mill-ħtiġiet tas-sezzjoni 3 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/767/KEE, il-fabbrikant għandu jistampa l-marka ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE fl-ordni li ġej:

- għaċ-ċilindri li huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u għall-verifika tal-KEE skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva:

- l-ittra stilizzata

+++++ TIFF +++++

- in-numru tas-serje 1 ta’ din id-Direttiva,

- l-ittra/i kapitali li jidentifikaw l-Istat fejn inħarġet l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u ż-żewġ figuri finali tas-sena li fiha tkun inħarġet l-approvazzjoni tat-tip,

- in-numru ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE (e.g.

+++++ TIFF +++++

1 D 79 45);

- għaċ-ċilindri eżenti mill-verifika tal-KEE skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva:

- l-ittra stilizata

+++++ TIFF +++++

mdawwra b’eżagonu,

- in-numru tas-serje 1 ta’ din id-Direttiva allokat skond l-ordni kronoloġika ta’ adozzjoni,

- l-ittra/i kapitali li jidentifikaw l-Istat fejn inħarġet l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u ż-żewġ figuri finali tas-sena li fiha tkun inħarġet l-approvazzjoni tat-tip,

- in-numru ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE (e.g.

+++++ TIFF +++++

1 D 79 54)

B’deroga mill-ħtiġiet tas-sezzjoni 3 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 76/767/KEE, il-korp ta’ spezzjoni għandu jehmeż il-marka tal-verifika tal-KEE fl-ordni li ġej:

- l-ittra żgħira ‘e’,

- l-ittra/i kapitali li tidentifika l-Istat fejn tkun saret il-verifika, flimkien ma’, fejn huwa neċessarju, wieħed jew żewġ numri li jidentifikaw is-sud-diviżjoni territorjali,

- il-marka tal-korp ta’ spezzjoni imwaħħla mill-aġent tal-verifika, flimkien mal-marka ta’ l-aġent tal-verifika kif jixraq,

- eżagonu,

- id-data tal-verifika: sena, xahar (e.g. e D x

+++++ TIFF +++++

80/01).

6.2. SKRIZZJONIJIET TA’ KOSTRUZZJONI

Il-fabbrikant għandu jistampa l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

6.2.1. fir-rigward ta’ l-azzar:

- numru li jindika il-valur ta’ R f’N/mm2 li fuqu ġie bbażat il-kalkolu,

- is-simbolu N (ċilindru fil-kondizzjoni normalizzata jew normalizzat jew ttemprat) jew is-simbolu T (ċilindru fil-kondizzjoni mkessħa jew ttemprat);

6.2.2. fir-rigward tat-test idrawliku:

il-valur tal-pressjoni tat-test f’bars segwit bis-simbolu “bar”;

6.2.3. fir-rigward tat-tip ta’ ċilindru:

il-piż taċ-ċilindru, li jinkludi l-partijiet integrali kollha, iżda ma jinkludix il-valv, f’kilogrammi, u l-kapaċità minima f’litri, kif garantit mill-fabbrikant taċ-ċilindru;

il-figuri għall-piż u l-volum għandhom jingħataw b’post deċimali wieħed. Dan il-valur għandu jiġi magħluq ‘l isfel għall-kapaċità u għandu jiġi magħluq ‘l isfel għall-piż;

6.2.4. fir-rigward ta’ l-oriġini:

l-ittra/i kapitali li jindikaw il-pajjiż ta’ oriġini segwiti bil-marka tal-fabbrikant u bin-numru tas-serje.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS TEKNIKU GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAL-KEE

1. Riżultati ta’ l-eżaminazzjoni tal-KEE tat-tip għall-approvazzjoni tal-KEE.

2. Informazzjoni dwar il-karatteristiċi ġenerali tat-tip, b’mod partikolari:

- is-sezzjoni trasversali lonġitudinali tat-tip ta’ ċilindru li jkun irċieva l-approvazzjoni tat-tip, li turi:

- id-dijametru nominali minn barra, D,

- il-ħxuna minima tal-ħajt taċ-ċilindru, a,

- il-ħxuna minima tal-qiegħ u tar-ras,

- it-tul(ijiet) minimu(i) u massimu(i), Lmin, Lmas;

- il-volum jew volumi, Vmin, Vmas;

- il-pressjoni, Ph;

- l-isem tal-fabbrikant/Numru tat-tip u d-data;

- l-isem tat-tip ta’ ċilindru;

- l-azzar skond is-sezzjoni 2.1 (tip/komposizzjoni kimika/metodu ta’ fabbrikazzjoni/trattament ta’ sħana/karatteristiċi mekkaniċi ggarantiti (saħħa tat-tensjoni - l-ammont ta’ pressjoni, li meta jintlaħaq iċedi l-materjal)).

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------