31983L0090



Official Journal L 059 , 05/03/1983 P. 0010 - 0033
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0007
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0007
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 27 P. 0054


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-7 ta' Frar 1983

li temenda d-Direttiva 64/433/KEE fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk

(83/90/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, sakemm il-kummerċ intra-Komunitarju ikun imtellef bid-differenzi bejn il-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-Istati Membri dwar il-laħam, il-funzjonament armonjuż tas-suq komuni u partikolarment ta' l-organizzazzjoni relevanti komuni tas-swieq ma jkollhom l-effett mixtieq;

Billi, biex ikunu eliminati dawn id-differenzi, id-dispożizzjonijiet tas-saħħa ta' l-Istati Membri għandhom ikunu approssimati;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ fil-laħam frisk [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/476/KEE [5], stabbiliet il-bażi għal din l-approssimazzjoni; billi fil-frattemp kienet soġġetta għal diversi modifiki u adattamenti oħra huma meħtieġa biex jitqiesu l-iżviluppi ġodda; billi għandha tkun emendata minħabba f'hekk;

Billi l-iskop ta' din l-approssimazzjoni trid tkun partikolarment biex ikunu standardizzati l-ħtiġiet għal-laħam fil-biċċeriji u l-impjanti tat-tqattigħ u matul il-ħażna u t-trasport; billi l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-approvazzjoni tal-kummerċ intra-Komunitarju tal-biċċeriji, ta' l-impjanti tat-tqattigħ u tal-cold stores li jħarsu l-ħtiġiet ipprovduti minn din id-Direttiva u biex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet għal din l-approvazzjoni jitħarsu;

Billi l-miżuri ta' kontroll Komunitarju għandhom ikunu introdotti wkoll biex ikun żgurat li l-istandards ipprovduti f'din id-Direttiva huma applikati uniformament fl-Istati Membri kollha; billi l-proċedura biex isiru dawk il-kontrolli għandha tkun iddeterminata skond proċedura tal-Komunità fil-qafas tal-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [6];

Billi għandha ssir dispożizzjoni għall-użu ta' laħam mekkanikament irkuprat għall-preparazzjoni ta' prodotti tal-laħam intiżi għall-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi għandu jkun adottat il-prinċipju li bih spezzjonijiet tal-kampjuni għall-preżenza ta' residwi ta' sostanzi li x'aktarx ser jaffettwaw b'mod ħażin kemm hu tajjeb il-laħam frisk;

Billi pajjiżi ta' destinazzjoni għandhom ikunu jistgħu jwettqu verifiki u spezzjonijiet li mhumiex diskriminatorji, bla ħsara għat-tħaris tad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-trattat, fir-rigward ta' jekk il-konsenji jħarsu il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva;

Billi fl-istess żmien ċerti nuqqasijiet terminoloġiċi fit-test, partikolarment fir-rigward tal-korrispondenza bejn il-verżjonijiet varji tal-lingwa, għandhom ikunu korretti, billi jistgħu joħolqu diffikultajiet fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet konċernati,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 64/433/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. L-Artikoli 1 sa 9a għandhom jinbidlu bdanjli ġej:

"L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tgħodd fil-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk mill-annimali domestiċi ta' l-ispeċi li ġejjin: Annimali bovini (inkluż bufali), qżieqeż, ngħaġ u mogħoż, u minn solipedi domestiċi.

2. Regolamenti nazzjonali li jiggvernaw laħam li jifforma parti mill-bagalji personali tal-vjaġġaturi u huma intiżi għall-konsum personali tagħhom, laħam mibgħut bħala pakketti żgħar lill-persuni privati jew laħam għall-konsum mill-ekwipaġġ u l-passiġġieri abbord mezzi ta' trasport li joperaw kummerċjalment bejn l-Istati Membri, m'għandhomx ikunu effettwati minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "laħam", ifisser kull parti ta' annimali bovini domestiċi (inkluż bufali), qżieqeż. ngħaġ, mogħoż u solipedi li huma xierqa għall-konsum uman;

(b) "laħam frisk" ifisser laħam, inkluż laħam mgħotti f'vakum jew mgħotti f'atmosfera kontrollata, li ma jkunx għadda xi trattament li ma jkunx trattament kiesah biex jiżgura l-preservazzjoni;

(ċ) "laħam irkuprat mekkanikament" ifisser laħam miksub b'mezzi mekkaniċi minn għadam li jkollu l-laħam ħlief għall-għadam tar-ras, l-estremitajiet tas-saqajn taħt l-egħkiesi karpali u tarsali u, fil-każ tal-qżieqeż, il-vertebri kokkideali w intiżi għall-istabbilimenti approvati skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 77/99KEE;

(d) "karkassa u t-" tfisser il-ġisem sħiħ ta' annimal maqtul wara t-tifsid, it-tneħħija ta' l-imsaren u t-tneħħija tas-saqajn mill-carpustarsus, ir-ras, id-denb u l-mammelli, flimkien ma, fil-każ ta' annimali bovini, ngħaġ, mogħoż u solipedi, wara t-tisliħ;

(e) "skart" ifisser laħam frisk li ma jkunx dak tal-karkassa kif imfissra f (d), ukoll jekk jibqa magħqud naturalment mal-karkassa;

(f) "interjuri" tfisser skart mill-kavitajiet toraċiċi, abdominali u pelviċi, inkluż it-trakea u l-osefagu;

(g) "uffiċjal veterinarju" ifisser il-veterinarju maħtur mill-awtorità kompetenti ċentrali ta' l-Istat Membru;

(h) "pajjiż esportatur" ifisser l-Istat Membru minn fejn laħam frisk jintbagħat lil Stat Membru ieħor;

(i) "pajjiż tad-destinazzjoni" ifisser l-Istat Membru li lilu jintbagħat laħam frisk minn Stat Membru ieħor;

(j) "mezzi tat-trasport" ifisser il-partijiet fejn tinġarr it-tagħbija ta' vetturi bil-mutur, vetturi tal-ferrovija u inġenji ta' l-ajru u stivi tal-bastimenti jew kontenituri għat-trasport fl-art, il-baħar u l-ajru;

(k) "stabbiliment" ifisser biċċerija approvata, impjant tat-tqattigħ approvat jew maħżen approvat;

(l) "għata" tfisser il-protezzjoni ta' laħam frisk bl-użu ta' għata inizzjali jew kontenitur inizzjali f'kuntatt dirett mal-laħam frisk konċernat flimkien mal-għata inizzjali jew il-kontenitur inizzjali nnifsu;

(m) "imballagġ" ifisser it-tpoġġija ta' laħam frisk mgħotti fit-tieni kontenitur kif ukoll dan il-kontenitur innifsu.

L-Artikolu 3

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-laħam frisk biss li jħares il-ħtiġiet li ġejja jintbagħat mit-territorju tiegħu lil dak ta' Stat Membru ieħor:

A. Karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f'mhux iżjed minn tliet qatgħat għall-bejgħ bl-ingrossa, u robbijiet għandhom:

(a) ikunu miksuba f'biċċerija approvata u sorveljata skond l-Artikolu 8;

(b) jiġu minn annimal maqtul spezzjonat ante mortem minn uffiċjal veterinarju skond l-Anness I, il-Kapitlu V u mgħoddi bħala tajjeb, bħala riżultat ta' din l-ispezzjoni, għall-qatla jew għall-iskopijiet ta' kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk;

(ċ) ikunu ġew trattati taħt kondizzjonijiet ta' iġjene sodisfaċenti skond il-Kapitlu VI ta' l-Anness I;

(d) ikunu ġew spezzjonati post mortem minn veterinarju uffiċjali skond il-Kapitlu VII ta' l-Anness I u ma jkunux urew xi tibdil ħlief għal-leżjonijiet trawmatiċi li ġraw ftit qabel il-qatla jew malformazzjonijiet lokalizzati jew tibdiliet, iżda għandu jkun stabbilit, jekk meħtieġ b'testijiet ta' laboratorji xierqa, li dawn ma jirrendux il-karkassa u l-iskart mhux tajjeb għall-konsum uman jew perikoluż għas-saħħa tal-bniedem;

(e) ikollhom marka tas-saħħa skond il-Kapitlu X ta' l-Anness I;

(f) ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa matul it-trasport lill-pajjiż ta' destinazzjoni, skond il-Kapitlu XII ta' l-Anness I;

(g) ikunu maħżuna skond il-Kapitlu XIII ta' l-Anness I wara l-ispezzjon post mortem taħt kondizzjonijiet ta' iġjene sodisfaċenti fi stabbilimenti approvati skond l-Artikolu 8 u sorveljati skond il-Kapitlu IX ta' l-Anness I;

(h) ikunu trasportati lill-pajjiż ta' destinazzjoni taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta' iġjene skond il-Kapitlu XIV ta' l-Anness I;

B. Biċċiet jew biċċiet iżgħar minn dawk imsemmija fit-taqsima A, jew laħam bl-għadma, għandhom:

(a) ikunu dissossati jew maqtugħa f'impjant ta' tqattigħ approvat u sorveljat skond l-Artikolu 8;

(b) ikunu dissossati jew maqtugħa u miksuba skond il-Kapitlu VIII ta' l-Anness I u jiġu minn:

- laħam frisk li jiġi minn annimali maqtula fit-territorju ta' Stat Membru u jħares il-ħtiġiet imsemmija fit-Taqsima A, ħlief għal-laħam frisk imsemmi fis-subparagrafi (f) u (h), u li hu ttrasportat skond il-Kapitlu XIV ta' l-Anness I, jew

- laħam frisk miġjub minn Stat Membru ieħor u li jilħaq il-ħtiġiet msemmija fit-Taqsima A, jew

- laħam frisk impurtat minn pajjiżi terzi skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunità fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' laħam frisk minn pajjiżi terzi;

(ċ) kienu maħżuna taħt kondizzjonijiet li jħarsu l-Kapitlu XIII ta' l-Anness I fl-istabbilimenti approvati skond l-Artikolu 8 u sorveljati skond il-Kapitlu IX ta' l-Anness I;

(d) ikunu ġew sorveljati minn uffiċjal veterinarju skond il-Kapitlu IX ta' l-Anness I;

(e) iħarsu l-ħtiġiet ta' l-ippakkjar imsemmija fil-Kapitlu XI ta' l-Anness I;

(f) iħarsu l-ħtiġiet tat-Taqsima A(ċ), (e), (f) u (h).

Ċ. Skart irid ikun ġie minn biċċerija approvata jew impjant ta' tqattigħ fil-pajjiż esportatur u għandu jikkonforma mal-ħtiġiet tat-Taqsima A jew B.

D. Laħam frisk li nħażen f cold store approvat ta' Stat Membru skond din id-Direttiva jew mad-Direttiva 72/462/KEE u ma jkunx għadda wara minn xi tqandil ħlief minħabba l-ħażna, għandu:

(a) jilħaq il-ħtiġiet tat-Taqsima A(ċ), (e), (g) u (h);

(b) ikun akkumpanjat minn ċertifikat li jikkorrespondi mal-mudell fl-Anness II matul it-trasport lill-pajjiż ta' destinazzjoni.

Dan iċ-ċertifikat għandu jsir mill-uffiċjal veterinarju fuq il-bażi ta' ċertifikati tas-saħħa mehmuża mal-konsenji ta' laħam frisk meta tpoġġew fil-ħażna għandhom, fil-każ ta' importazzjoni, jgħidu l-oriġini tal-laħam frisk.

2. Iżda, mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali tal-Komunità, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal:

(a) Laħam frisk imdaħħal bl-awtorizzazzjoni tal-pajjiż ta' destinazzjoni għall-użu li ma jkunx għall-konsum tal-bniedem;

(b) Laħam frisk maħsub għall-mostra, studji speċjali jew analiżi, iżda l-kontroll uffiċjali għandu jagħmilha possibbli li jkun żgurat li l-laħam ma jkunx użat għall-konsum tal-bniedem u li, meta l-mostra tispiċċa jew meta l-istudji speċjali jew l-analiżi jkunu twettqu, il-laħam, bl-eċċezzjoni ta' dak użat għall-għanijiet ta' analiżi, jinqered;

(ċ) Laħam frisk imdaħħal bl-awtorizzazzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni u maħsub esklussivament bħala provisti għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u forzi militari stazzjonati fit-territorju tiegħu imma li jservu taħt bandiera oħra;

f' każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pajjiż ta' destinazzjoni għandu jiżgura li l-laħam konċernat ma jistax jintuża f'xi mod ħlief għal dak li jkun inġab fit-territorju tiegħu.

3. Il-veterinarju uffiċjali jista meta jwettaq l-ispezzjonijiet post mortem imsemmija fil-paragrafu 1(A)(d), is-supervizjoni msemmija fil-paragrafu 1(B)(d) u s-superviżjoni tat-tħaris tal-ħtiġiet tal-Kapitlu XIV ta' l-Anness I, ikun megħjun minn assistenti mpoġġija taħt l-awtorità u r-responsabbilità tiegħu.

Regoli dettaljati li jiggvernaw din l-għajnuna għandhom, safejn meħtieġ, ikunu ddeterminati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 16.

Id-dettalji tal-kwalifiki professjonali ta' l-assistenti msemmija f'dan il-paragrafu u tad-dmirijiet li għandhom iwettqu għandhom ikunu ddeterminati mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 4

1. Flimkien mal-ħtiġiet msemmija fl-Artikolu 3, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-laħam frisk biss li jħares il-ħtiġiet li ġejjin jintbagħat mit-territorju tiegħu lil dak ta' Stat Membru ieħor:

(a) laħam tal-majjal frisk — li ma jkunx laħam frisk li għadda minn trattament kiesah, skond l-Anness I lid-Direttiva 77/96/KEE — għandu jkun għadda minn eżami għat-trikinożi skond il-paragrafu 41(D) tal-Kapitlu VII ta' l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni akkumpanjata b'rapport magħmul wara konsultazzjoni ma esperti mediċi u veterinarji mill-Istati Membri kollha, il-Kunsill għandu jiddeċiedi jekk hu meħtieġ jew le eżami sistematiku għat-trikinożi skond l-ewwel paragrafu. Fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, il-Kunsill għandu, fl-istess ħin, jiddeċiedi taħt liema ċirkostanzi dak l-eżami mhux meħtieġ.

(b) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tad-Direttiva 81/602/KEE, l-annimali jew il-laħam iridu jkunu għaddew minn eżami ta' kampjuni għar-residwi.

Dan l-eżami għandu jitwettaq biex ikunu verifikat kemm ir-residwi li għandhom azzjoni farmakoloġika u tal-prodotti tal-konverżjoni tagħhom u sostanzi oħrajn trasmessi fil-laħam li x'aktarx ikunu ta' periklu għal saħħet il-bniedem.

Jekk il-laħam eżaminat juri traċċi ta' residwi fi kwantitajiet li jeċċedu t-toleranzi permessi, għandu jkun eskluż mill-kummerċ intra-Komunitarju.

Dawn l-eżamijiet għar-residwi għandhom jitwettqu skond il-metodi pruvati li huma xjentifikament rikonoxxuti, partikolarment dawk provduti fid-Direttivi Komunitarji jew standards oħra internazzjonali.

Għandu jkun possibbli li jitqies l-eżami għar-residwi bl-użu ta' metodi ta' riferenza msemmija skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16 wara li l-Kumitat Veterinarju Xjentifiku jkun esprima l-opinjoni tiegħu.

Skond l-istess proċedura, mill-anqas laboratorju wieħed ta' riferenza għandu jkun indikat f'kull Stat Membru biex isir eżami għar-residwi fil-każ ta' applikazzjoni ta' l-Artikoli 8 u 10.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodi ta' riferenza u l-lista ta' laboratorji ta' riferenza fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, u qabel l-1 ta' Jannar 1985 il-Kunsill għandu jadotta:

- l-arranġamenti dettaljati għall-kontrolli,

- it-tolleranzi għas-sustanzi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1(b),

- il-frekwenza tal-kampjuni.

Skond l-istess proċedura, deċiżjoni tista tittieħed biex testendi l-eżamijiet għal sostanzi li ma jkunux dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1(b).

3. Wara li tikkonsulta l-Kumitat Veterinarju Xjentifiku u qabel l-1 ta' April 1984, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, flimkien ma proposti xierqa, fuq kontrolli mikrobioloġiċi fil-produzzjoni iġenika ta' laħam frisk.

L-Artikolu 5

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 81/602/KEE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-laħam li ġej ma jintbagħatx mit-territorju tiegħu lejn dak ta' Stat Membru ieħor:

(a) laħam frisk minn:

(i) ħnieżer irġiel użati għat-trobbija,

(ii) ħnieżer kriptorkidei u ermafroditi,

(iii) ħnieżer irġiel mhux imsewwija b'piż ta' karkassa f'eċċess ta' limitu li għandu jkun iffissat mill-Kunsill qabel l-1 ta' Settembru 1983,

kemm-il darba li jgħaddi wieħed mit-trattamenti provduti fid-Direttiva 77/99/KEE, u jkollu marka speċjali li jkun deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16;

(b) laħam kapuljat, laħam maqtugħ f'mod simili u laħam irkuprat mekkanikament;

(ċ) laħam frisk:

(i) minn annimali li jkun amministrat lilhom stilbenes jew derivati stilbene, l-imluħa tagħhom jew estri jew sostanzi tirostatiċi, u laħam li jkollu residwi ta' dawn is-sustanzi,

(ii) li jkollhom residwi ta' sostanzi oħra li jkollhom azzjoni ormonali, antibiotiċi, antimonju, arseniku, pestiċidi, jew sostanzi oħra li huma ta' ħsara jew li x'aktarx jagħmlu l-konsum ta' laħam frisk perikoluż jew ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem, jekk dawk ir-residwi jeċċedu l-livell permess jew, fejn l-ebda livell permess ma ġie stabbilit, il-kwantità li ġie xjentifikament pruvat li hu sikur u fuq liema l-Kumitat Veterinarju Xjentifiku jkun esprima l-opinjoni tiegħu;

(d) laħam frisk minn annimali li ġew somministrati sostanzi li x'aktarx jagħmlu l-laħam perikoluż jew ta' ħsara lil saħħet il-bniedem u fuq liema l-Kumitat Veterinarju Xjentifiku jkun esprima l-opinjoni tiegħu;

(e) laħam frisk trattat bir-radjazzjoni ionizzanti jew ultravjoletta jew li ġie mmarkat b'kuluranti li mhumiex dawk preskritti għall-għanijiet ta' markar għas-saħħa skond din id-Direttiva;

(f) laħam frisk minn annimali li jkunu nstabu li għandhom xi forma ta' tuberkulosi, tkun xi tkun, u laħam frisk minn animali li wara l-qatla jinstabu li jkollhom xi forma ta' tuberkulosi tkun xi tkun jew li jkollhom fuqhom wieħed jew iżjed cysticerci bovis jew cysticerci cellulosae, ħajjin jew mejtin jew, fil-każ tal-qżieqeż, li jkollhom trikinej;

(g) laħam frisk minn annimali maqtula żgħar wisq;

(h) partijiet tal-karkassa ta' skart b'leżjonijiet trawmatiċi li seħħew ftit qabel il-qatla, malformazzjonijiet, kontaminazzjoni jew bdil kif msemmi fl-Artikolu 3(1)(A)(d);

(i) rjus ta' annimali bovini, partijiet ta' tessuti muskolari u oħrajn tar-ras, ħlief għall-ilsna u mħuħ;

(j) laħam minn annimali li ġew somministrati tenderizers;

(k) demm li ma nkisibx taħt kondizzjonijiet ta' iġjene li għandu jkun determinat skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 16;

(l) laħam frisk f'biċċiet li jiżnu anqas minn 100 gramma.

L-Artikolu 6

1. Pajjiżi ta' destinazzjoni jistgħu, bla ħsara għat-tħaris tad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-trattat, jagħtu lil pajjiż wieħed jew aktar li jesportaw awtorizzazzjonijiet ġenerali jew awtorizzazzjonijiet ristretti lill-każijiet speċifiċi għall-importazzjoni ġewwa t-territorju tagħhom ta:

(i) laħam tal-majjal frisk li, b'deroga mill-Artikolu 4(1), ma jkunx għadda eżami għat-trikinosi skond il-paragrafu 41(D) tal-Kapitlu VII ta' l-Anness I,

(ii) laħam tal-majjal frisk imsemmi fl-Artikolu 5(a) u maħsub għall-użi oħrajn,

(iii) laħam frisk imsemmi fl-Artikolu 5(b) u (i) sa (1).

Dawn il-prodotti ma jistgħux jintbagħtu ħlief jekk dan ma jsirx skond l-Artikolu 3(1) u (3).

2. Meta pajjiż ta' destinazzjoni jagħti awtorizzazzjoni ġenerali taħt il-paragrafu 1, għandu jinforma minnufih l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan.

3. Il-pajjiżi esportaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa, li mudell tiegħu qed jingħata fl-Anness II, isemmi li sar użu ta' waħda mill-possibbilitajiet provduti fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 7

1. Waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jipprovdi qabel il-31 ta' Diċembru 1985 il-ħtiġiet addizzjonali li jrid iħares il-laħam iffriżat.

Sakemm jidħlu fis-seħħ dawn il-ħtiġiet, ir-Repubblika Ellenika hija awtorizzata, wara li jitqiesu sew id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, li żżomm ir-regoli nazzjonali dwar il-laħam friżat.

2. Ir-Repubblika Ellenika hija awtorizzata, bla ħsara għat-tħaris tad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, il-kontrolli rigward il-laħam tas-solipedi biex ikun hemm restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu ta' dak il-laħam.

3. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta qabel l-1 ta' Jannar 1985 il-kondizzjonijiet addizzjonali rigward il-produzzjoni iġjenika u l-kontroll tal-laħam imsemmi fl-Artikolu 2(ċ).

Fil-pendenza tad-dħul fis-seħħ ta' dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jżommu ir-regolamenti nazzjonali rilevanti tagħhom, wara li jitqiesu sewwa d-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat.

L-Artikolu 8

1. Kull Stat Membru għandu jagħmel lista ta' l-istabbilimenti approvati minnu, kull stabbiliment ikollu numru ta' approvazzjoni ta' veterinarju. L-Istati għandhom jibagħtu din il-lista lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Stat Membru m'għandux japprova stabbiliment ħlief jekk ikun assigurat it-tħaris ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-approvazzjoni jekk il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni jieqfu milli jkunu mħarsa.

Jekk tkun saret verifika skond l-Artikolu 9 l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis il-konklużjonijiet li jirriżultaw minnha. L-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni għandhom ikunu infurmati bl-irtirar ta' l-approvazzjoni.

2. Spezzjoni u superviżjoni ta' stabbilimenti approvati għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà ta' l-uffiċjal veterinarju li jista jkun assistit f'xogħlijiet purament materjali minn persunal mħarreġ speċjalment għal dak l-iskop. Il-veterinarju uffiċjali għandu f'kull żmien ikollu aċċess liberu għal-partijiet kollha ta' l-istabbiliment biex jiżgura li din id-Direttiva qed titħares.

Ir-regoli dettaljati li jiggvernaw din l-għajnuna għandhom ikunu ddeterminati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 16.

3. Fejn Stat Membru jikkonsidra, partikolarment wara li ssir verifika jew spezzjoni provduta fl-Artikolu 10(1) u (2), li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni mhumiex, jew waqfu, milli jkunu osservati fi stabbiliment fi Stat Membru ieħor, għandu konsegwentement jinforma l-awtorità ċentrali kompetenti ta' dak l-Istat. Dik l-awtorità għandha tieħu il-miżuri kollha meħtieġa u tinnotifika l-awtorità kompetenti ċentrali ta' l-ewwel Stat Membru bid-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.

Jekk l-ewwel Stat Membru jibża li dawk il-miżuri ma jkunux ittieħdu jew mhumiex adegwati, iż-żewġ Stati Membri flimkien għandhom isibu mezzi biex jirrimedjaw għas-sitwazzjoni; jekk xieraq dan għandu jinvolvi żjara. Fil-każ ta' tilwima fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(1), għandha tinstab soluzzjoni fuq il-bażi ta' metodu ta' riferenza determinat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16 u wara l-Kumitat Veterinarju Xjentifiku jkun ta l-opinjoni tiegħu.

L-Istati Membri konċernati għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bit-tilwim u bis-soluzzjonijiet milħuqa.

Jekk dawn l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu ftehim, għandhom iressqu l-kwistjoni fi żmien sebat ijiem tax-xogħol quddiem il-Kummissjoni li għandha tqabbad espert wieħed jew iżjed veterinarju biex jagħtu opinjoni.

Fid-dawl ta' dik l-opinjoni jew ta' l-opinjoni espressa skond l-Artikolu 9(1), l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati, taħt il-proċedura provduta fl-Artikolu 15, li jipprojbixxu proviżorjament l-introduzzjoni ġewwa t-territorju tagħhom ta' laħam frisk li ġej minn dak l-istabbiliment.

Dik l-awtorizzazzjoni tista tkun irtirata taħt il-proċedura provduta fl-Artikolu 15, fid-dawl ta' opinjoni oħra mogħtija minn espert wieħed jew iżjed veterinarji.

L-esperti veterinari għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru li ma jkunx wieħed minn dawk involut fit-tilwima.

Ir-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16.

L-Artikolu 9

1. Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, safejn huwa meħtieġ biex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva, jagħmlu verifiki fuq il-post; jistgħu jivverifikaw jekk stabbilimenti approvati qed attwalment iħarsu din id-Direttiva, partikolarment il-Kapitoli I, II u III ta' l-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-Istati Membri bir-riżultati ta' l-investigazzjoni.

Stat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir verifika għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti fil-qadi ta' dmirijiethom.

Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu determinati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 16.

Skond l-istess proċedura, għandu jkun stabbilit kodiċi li jkollu r-regoli li għandhom ikunu segwiti għall-iskop tal-verifiki provduti f'dan il-paragrafu.

2. Qabel l-1 ta' Jannar 1988, il-Kunsill għandha teżamina dan l-Artikolu fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, li tista tissottometti wkoll proposti f'dan ir-rigward.

L-Artikolu 10

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6, 8 u 9, pajjiż tad-destinazzjoni jista jivverifika li l-konsenji kollha ta' laħam frisk kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva huma akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa preskritt.

2. Jekk ikunu suspettati irregolaritajiet serji, il-pajjiż ta' destinazzjoni jista jwettaq spezzjonijiet mhux diskriminatorji biex jivverifikaw li l-ħtiġiet tad-Direttiva jkunu intlaħqu.

3. Bħala regola ġenerali, verifiki u spezzjonijiet għandhom jitwettqu fil-post tad-destinazzjoni ta' l-oġġetti; jistgħu jsiru f post xieraq ieħor minflok, imma dejjem sakemm li fil-każ ta' l-aħħar il-post magħżul jinterferixxi mill-anqas possibbli ma minn fejn għandhom jgħaddu l-oġġetti.

Il-verifiki u l-ispezzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jittardjaw il-passaġġ ta' oġġetti u t-tpoġġija tagħhom fis-suq, jew jikkawżaw dewmien li jistgħu jaffettwa ħażin il-kwalità tal-laħam.

4. Jekk matul l-ispezzjoni magħmula fuq il-bażi tal-paragrafu 2, jinstab li l-laħam ma jħarisx din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni tista tagħti lill-konsenjatur, il-konsenjat jew ir-rappreżentant tagħhom il-għażla jekk il-konsenja għandha tintbagħat lura jew il-laħam ikun użat għall-għanijiet oħra, iżda r-regolamenti tas-saħħa għandhom jippermettu dan; jekk le, l-għażliet jistgħu jinkludu il-qerda tal-laħam. F'kull każ, miżuri prekawzjonali għandhom jittieħdu biex jipprevjenu l-użu mhux xieraq ta' dak il-laħam.

5. (a) Dawn id-deċiżjonijiet, u l-bażi għat-teħid tagħhom, għandha tkun komunikata lill-konsenjatur jew lir-rappreżentant tiegħu. Jekk dik il-persuna titlob hekk, għandha tkun komunikata minnufih bil-miktub, flimkien ma indikazzjoni tal-kanali ta' l-appell provduti taħt il-leġislazzjoni kurrenti, il-forom tagħhom u l-limiti ta' żmien li fihom huma miftuħa;

(b) Jekk dawk id-deċiżjonijiet huma bażati fuq id-dianjosi ta' marda kontaġuża jew marda infettiva, jew deterjorament perikoluż għall-saħħet il-bniedem, għandhom ikunu komunikati minnufih lill-awtorità ċentrali kompetenti ta' l-Istat Membru li jipproduċi u lill-Kummissjoni;

(ċ) Wara din il-komunikazzjoni, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16 partikolarment għall-iskop tal-koordinament ta' miżuri meħuda fi Stati Membri oħra fir-rigward tal-laħam frisk involut.

6. Qabel l-1 ta' Jannar 1988, il-Kunsill għandu jistħarreġ dan l-artikolu fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, li tista tissottometti wkoll proposti f'dan ir-rigward.

L-Artikolu 11

1. Din id-Direttiva m'għandiex taffettwa xi kanali ta' appell disponibbli taħt il-leġislazzjoni kurrenti fl-Istati Membri kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti u provduti f'din id-Direttiva.

2. Kull Stat Membru għandu jagħti lill-konsenjaturi tal-laħam, li l-bejgħ tiegħu huwa projbit bis-saħħa ta' l-Artikolu 10, id-dritt li jġibu l-opinjoni ta' espert. Kull Stat Membru għandu jiżgura li, qabel l-awtoritajiet kompetenti jieħdu xi miżuri oħra bħal qerda tal-laħam, l-esperti jkollhom l-opportunità li jiddeterminaw jekk il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 10(4) kienu fil-fatt milħuqa.

L-espert għandu jkun ċittadin ta' Stat Membru li ma jkunx tal-pajjiż esportatur jew tal-pajjiż ta' destinazzjoni.

Waqt li taġixxi fuq proposti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel lista ta' l-esperti li jistgħu jkunu mqaddba li jifformulaw dawn l-opinjonijiet. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri, għandha tipprovdi r-regoli ġenerali li għandhom ikunu applikati, partikolarment fir-rigward tal-proċedura għall-formulazzjoni ta' dawn l-opinjonijiet.

L-Artikolu 12

Emendi lill-Annessi ta' din id-Direttiva, partikolarment biex jadattawhom għall-progress fit-teknoloġija, għandhom ikunu deċiżi mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kapitlu VII għandu jkun emendata skond din il-proċedura qabel l-1 ta' Jannar 1985.

L-Artikolu 13

Skond il-proċedura taħt l-Artikolu 16, derogi mit-tieni, tielet u raba inċiżi tal-paragrafu 13(ċ), u mill-paragrafi 24 u 41(Ċ) ta' l-Anness I jistgħu jingħataw, fuq talba, lil kull Stat Membru li jipprovdi garanzija simili. Dawn id-derogi għandhom jiffissaw il-kondizzjonijiet li huma għall-anqas ekwivalenti għal dawk ta' l-imsemm Anness.

L-Artikolu 14

Jekk id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar l-importazzjoni ta' laħam frisk minn pajjiżi terzi ma japplikawx fi żmien meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, fil-pendenza li jibdew isiru applikabbli, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi m'għandhomx ikunu aktar favorevoli minn dawk li jiggvernaw il-kummerċ intra-Komunitarju.

L-Artikolu 15

1. Fejn il-proċedura provduta f'dan l-Artikolu għandha tintuża, għandhom ikunu riferiti kwistjonijiet mingħajr dewmien mill-president, jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba ta' Stat Membru, lill-Kumitat Veterinarju Permanenti (minn hawn il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968.

2. Fil-Kumitat, il-voti ta' l-Istati Membri għandhom jingħataw piż kif provdut fl-Artikolu 148 tat-Trattat.

3. Ir-rapprezentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq dawn il-miżuri fi żmien jumejn. L-opinjonijiet għandhom jingħataw minn maġġoranza ta' 45 vot.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u timplimenthom minnufih fejn dawn huma skond l-opinjoni tal-Kumitat. Fejn mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tipproponi lill-Kunsill il-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, fi żmien 15-il ġurnata mid-data meta l-kwistjoni tkun ġiet riferita lilu, il-Kunsill ma jkunx adotta xi miżuri, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u timplimenthom minnufih, ħlief fejn il-Kunsill jiddeċiedi kontra dawn il-miżuri b'maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 16

1. Fejn il-proċedura provduta f'dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-president għandu mingħajr dewmien jirriferi l-kwistjoni, jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba ta' Stat Membru, lill-Kumitat.

2. Fil-Kumitat, il-voti ta' l-Istati Membri għandhom jingħataw piż kif provdut fl-Artikolu 148 tat-Trattat. Il-president m'għandux jivvota.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq dawn il-miżuri f'perjodu li għandu jkun determinat mill-president skond l-urġenza tal-kwistjoni mqiegħda għall-eżami. L-opinjonijiet għandhom jintbagħtu b'maġġoranza ta' 45 vot.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u għandha tapplikhom minnufih fejn huma skond l-opinjoni tal-Kumitat. Fejn mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tipproponi lill-Kunsill il-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data meta l-proposta tkun tressqet quddiemu, il-Kunsill ma jkunx adotta xi miżuri, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u tapplikhom minnufih, ħlief fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra dawn l-miżuri b'maġġoranza sempliċi."

2. L-Artikoli 10 u 11 għandhom isiru l-Artikoli 17 u 18.

3. L-Annessi għandhom jinbidlu bl-Annessi għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, u qabel l-1 ta' Jannar 1985, il-Kunsill għandu jadotta regolamenti Komunitarji dwar l-ispejjeż ta' l-ispezzjoni dwar din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

1. l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1985 u għandhom minnufih jinfurmaw il-Kummissjoni bihom.

2. Sa ma ssir l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 64/433/KEE u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva, ir-Regolamenti nazzjonali fis-seħħ fil-pajjiż tad-destinazzjoni fid-data tan-notifika ta' din id-Direttiva, l-arranġamenti konklużi f'dik id-data mill-Istati Membri fir-rigward tal-kontrolli provduti fl-Artikolu 4(1)(b), (2) u (3) tad-Direttiva 64/433/KEE u ċertifikazjonijiet dwar dawn il-kontrolli għandhom jibqgħu applikabbli, wara li jitqiesu kif imissu d-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Frar 1983.

Għall-Kunsill

Il-President

H. J. Rohr

[1] ĠU C 255, tas-7.10.1981, p. 2.

[2] ĠU C 267, tal-11.10.1982, p. 51.

[3] ĠU C 64, tal-15.3.1982, p. 26.

[4] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 2012/64.

[5] ĠU L 186, tat-8.7.1981, p. 20.

[6] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

KONDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' L-ISTABBILIMENTI

L-istabbilimenti għandu jkollhom mill-anqas:

1. fi kmamar fejn ikun prodott laħam frisk, maħdum jew maħżun:

(a) qiegħan jifilħu għall-ilma li hu faċli tnaddafhom u tiddisinfetthom, ma jitmermrux u mqegħda b'tali mod biex ikun faċilitat ir-rimi ta' l-ilma; l-ilma għandu jkun inkanalat għall-fossos mgħammra bi grilji u nasbiet biex ma jkunx hemm irwejjaħ. Iżda dawn l-istabbilimenti għandu jkollhom:

- Fil-każ ta' kmamar imsemmija fil-paragrafu 13(d) u (f) tal-Kapitlu 1, il-paragrafu 14(a) tal-Kapitlu II u l-paragrafu 15(a) tal-Kapitlu III, qiegħan jifilħu għall-ilma li hu faċli tnaddafhom u tiddisinfetthom, ma jitmermrux u mqegħda b'tali mod biex ikun faċilitat ir-rimi ta' l-ilma jew, fil-każ ta' stabbilimenti msemmija fil-paragrafu 15(a), mgħammra b apparat li bih l-ilma jista jitneħħa malajr,

- Fil-każ ta' kmamar imsemmija fil-paragrafu 16(a) tal-Kapitlu III, qiegħan jifilħu għall-ilma u li ma jitmermrux;

(b) Ħitan lixxi, durevoli u impermeabbli, b'kisja ta' kulur ċar, li tinħasel sa għoli ta' mill-anqas żewġ metri, u ta' l-anqas tliet metri fil-kmamar tal-qatla; fil-kmamar tat-tkessiħ jew friża u fl-imħażen il-ħitan għandhom ikollhom kisja li tilħaq mill-anqas l-għoli tal-ħażna. Ġonot bejn il-ħajt u l-art għandhom ikunu għat-tond jew irfinuti hekk ħlief fil-kmamar imsemmija fil-Kapitlu III, paragrafu 16(a).

Iżda, l-użu ta' ħitan ta' l-injam fil-kmamar imsemmija fil-paragrafu 16 tal-Kapitlu III ma jikkostitwix bażi għall-irtirar ta' l-approvazzjoni iżda għandhom ikunu mibnija qabel l-1 ta' Jannar 1983;

(ċ) bibien f'materjal li jiflaħ u ma jissaddadx u, jekk ta' l-injam, b'kisja lixxa u impermeabbli fuq iż-żewġ naħat;

(d) materjali ta' isolament li ma jitmermrux u li humma bla riħa;

(e) ventilazzjoni adegwata u jekk meħtieġ estrazzjoni tajba tal-fwar;

(f) dawl naturali jew artifiċjali adegwat li ma jiddeformax il-kuluri;

2. (a) kemm jista jkun possibbli qrib il-postijiet tax-xogħol, numru biżżejjed ta' faċilitajiet għat-tindif u d-disinfezzjoni ta' l-idejn u għat-tindif ta' l-għodda bil-misħun. Il-viti m'għandhomx jitħaddmu bl-id. Għall-ħasil ta' l-idejn, dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma tal-vit sħun u kiesaħ jew ilma imħallat bil-lest f'temperatura xierqa, prodotti tat-tindif u disinfezzjoni u xugamani ta' l-idejn li jistgħu jintużaw darba biss;

(b) faċilitajiet għad-disinfezzjoni ta' l-għodda, bil-misħun li jkun mhux anqas minn 82 °C;

3. arranġamenti xierqa għall-protezzjoni kontra l-annimali ta' ħsara bħall-insetti, rodituri, eċċ.;

4. (a) strumenti u tagħmir tax-xogħol bħall-imwejjed tat-tqattigħ, imwejjed bl-uċuħ tat-tqattigħ li jinqalgħu, kontenituri, conveyor belts u srieraq, magħmula minn materjal li jiflaħ għall-korrużjoni, li ma jħassarx il-laħam u ħfief biex jitnaddfu u jkunu disinfettati. L-użu ta' l-injam huwa projbit ħlief fi kmamar fejn l-uniku laħam frisk maħżun huwa laħam frisk ippakkjat b'mod iġjeniku;

(b) fittings jifilħu għall-korrużjoni u tagħmir li jilħaq il-ħtiġiet ta' iġjene għal:

- tqandil tal-laħam,

- ħażna tal-kontenituri tal-laħam, b'mod li la l-laħam u lanqas il-kontenituri jidħlu f kuntatt dirett ma l-art jew il-ħitan;

(ċ) faċilitajiet għat-tqandil iġjeniku u l-protezzjoni tal-laħam matul it-tagħbija u l-ħatt;

(d) kontenituri speċjali li ma jidħolx ilma fihom u li ma jsaddux, b'għotjien u qfieli biex ma jħallux persuni mhux awtorizzati milli jneħħu affarijiet minnhom, biex iżommu il-laħam mhux maħsub għall-konsum tal-bniedem, jew kamra illi tinqafel għal dan il-laħam u skart jekk il-kwantitajiet huma kbar biżżejjed biex ikun hemm bżonn dan jew jekk il-laħam u skart ma jitneħħix jew jinqered fl-aħħar ta' kull ġurnata tax-xogħol; fejn dan il-laħam jitneħħa permezz tal-conduits, dawn għandhom ikunu mibnija b'mod u installati biex ikun evitat xi riskju ta' kontaminazzjoni tal-laħam frisk;

5. tagħmir tar-refriġirazzjoni biex iżomm it-temperatura interna tal-laħam fuq livelli meħtieġa minn din id-Direttiva. Dan it-tagħmir għandu jinkludi sistema ta' drenaġġ konnessa mal-pajpijiet ta' l-ilma tad-drenaġġ li ma jkunx hemm riskju ta' kontaminazzjoni tal-laħam;

6. provista ta' ilma tax-xorb taħt pressa fit-tifsira tad-Direttiva 80/778/KEE biss; iżda, provista ta' ilma mhux tajjeb għax-xorb hija awtorizzata f'każijiet eċċezzjonali ghall-produzzjoni tal-fwar, għat-tifi tan-nar u t-tkessiħ ta' tagħmir ta' refriġirazzjoni, iżda l-pajpijiet installati għal dan il-għan għandhom jipprekludu l-użu ta' dan l-ilma għal skopijiet oħra u m'għandhom jippreżentaw l-ebda riskju għall-kontaminazzjoni tal-laħam frisk. Pajpijiet ta' l-ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom ikunu magħżulin b'mod ċar minn dawk użati għall-ilma tax-xorb;

7. provista adegwata ta' misħun tajjeb għax-xorb fit-tifsira tad-Direttiva 80/778/KEE;

8. sistema ta' rimi ta' ilma ta' l-iskart li tħares il-ħtiġiet ta' l-iġjene;

9. kamra li tissakkar mgħammra adegwatament għall-użu esklussiv tas-servizz veterinarju; jew, fil-każ ta' mħażen imsemmija fil-paragrafu 16 tal-Kapitlu III, faċilitajiet idoneji;

10. faċilitajiet li jippermettu l-ispezzjonijiet veterinarji provduti f'din id-Direttiva biex jitwettqu b'mod effiċjenti f'kull ħin;

11. numru adegwat ta' kmamar għal bdil b ħitan u qiegħan lixxi, jfilħu l-ilma, u li jinħaslu, lavamani, doċċoċ u latrini bil-flushing. Dan ta' l-aħħar m'għandux jinfetaħ direttament fuq il-kmamar tax-xogħol. Il-lavamani għandhom ikollhom ilma tal-vit sħun u kiesaħ jew ilma mħallat minn qabel f'temperatura xierqa, materjali għat-tindif u d-disinfezzjoni ta' l-idejn u xugamani ta' l-idejn li jistgħu jintużaw darba biss; il-viti tal-lavamani m'għandhomx jitħaddmu bl-idejn. Għandu jkun hemm numru biżżejjed ta' dawn il-lavamani ħdejn il-latrini;

12. post u faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-disinfezzjoni ta' mezzi ta' trasport. Dan il-post u dawn il-faċilitajiet mhumiex obbligatorji jekk jeżistu dispożizzjonijiet li jeħtieġu li meżżi ta' trasport ikunu mnaddfa u disinfettati f'faċilitajiet awtorizzati.

IL-KAPITLU I

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-BIĊĊERIJI

13. Lil hinn mill-ħtiġiet ġenerali tal-biċċeriji għandu jkollhom għall-anqas:

(a) laraige adegwat jew, jekk il-klima tippermetti, imwaqel ta' l-istennija għall-annimali; ħitan u qiegħan għandhom ikunu durevoli, impermeabbli u ħfief biex jitnaddfu u jkunu disinfettati; dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu mgħammra biex l-annimali jixorbu, u biex jitimgħuhom jekk meħtieġ, u jkollhom sistema ta' drenaġġ xieraq biex jiskulaw il-likwidi lejn fossos mgħammra b'nasbiet u grilja;

(b) stabbiliment tal-qatla kbir biżżejjed għax-xogħol biex isir sew; fi stabbilimenti tal-qatla fejn kemm ħnieżer kif ukoll speċi ta' annimali oħra jinqatlu, għandu jkun provdut post speċjali għall-qatla tal-ħnieżer; iżda, dak il-post mhux essenzjali jekk il-qatla tal-ħnieżer u dawk ta' l-annimali oħra issir fi żminijiet differenti; imma f'dawk il-każijiet, tismit, depilazzjoni, tqaxxir u l-ħruq tas-suf għandhom jitwettqu f'postijiet speċjali li huma separati b'mod ċar mil-linja tal-qatla jew fi spażju miftuħ jew għall-anqas ħames metri jew b ħajt diviżorju ta' lanqas tliet metri għoli;

(ċ) kmamar separati kbar biżżejjed u riservati esklussivament għal:

- tbattil u tindif ta' l-istonku u l-imsaren,

- tlestija ta' l-imsaren u l-kirxa jekk din issir fil-biċċerija,

- preparazzjoni u tindif ta' l-iskart li ma jkunx dak imsemmi fl-inċiżi preċedenti, inkluż post separat għall-ħażna ta' rjus f'distanza biżżejjed minn skart ieħor, jekk dawn l-operazzjonijiet jitwettqu fil-biċċerija u ma jiġrux fil-linja tal-qatla,

- il-ħażna ta' glud, qarnijiet, ixkla u l-lanżit tal-ħnieżer fil-każ li dawn ma jitneħħewx mill-biċċerija fil-ġurnata tal-qatla;

(d) post separat għall-ippakkjar ta' l-iskart jekk dan isir fil-biċċerija;

(e) postijiet li jissakkru jew, jekk tippermetti l-klima, imwaqel għall-annimali morda jew suspettati; stabbilimenti li jissakkru riservati għall-qatla ta' dawn l-annimali, il-ħażna ta' laħam miżmum u l-ħażna ta' laħam maqbud. Stabbilimenti riservati għall-qatla ta' dawn l-annimali mhumiex essenzjali fi stabbiliment approvat fejn ir-regoli ta' l-Istat Membru jipprojbixxu l-qatla ta' dawn l-annimali fl-istess ġurnata bħal dawk ta' l-annimali li l-laħam tagħhom huwa intiż għall-kummerċ intra-Komunitarju, jew jeħtieġu li jinqatlu wara t-tmiem tal-qatla ta' l-annimali li l-laħam tagħhom huma maħsub għall-kummerċ intra-Komunitarju, u li jittieħdu passi biex ma jħallux li jitħassar dan il-laħam. F'dan il-każ l-istabbiliment għandu jitnaddaf apposta u disinfettat taħt is-superviżjoni uffiċjali qabel ma jerġa jintuża għall-qatla ta' l-annimali għall-kummerċ intra-Komunitarju, jew jittieħdu passi biex ikun żgurat li dawn l-annimali ma jinqatlux fl-istabbiliment approvat imma fi stabbiliment separat indikat apposta għal dan l-iskop;

(f) kmamar kbar biżżejjed għat-tkessiħ u r-refriġirazzjoni mgħammra b fittings jifilħu għall-korrużjoni maħsuba li ma jħallux il-laħam frisk li jidħol f'kuntatt ma l-art jew ħitan meta qed ikun imċaqlaq jew miżmum;

(g) mezzi biex ikun ikkontrollat l-aċċess għal jew ħruġ mill-biċċerija;

(h) separazzjoni ċara bejn il-partijiet maħmuġin u nodfa tal-bini biex dawn ta' l-aħħar ikunu protetti mill-kontaminazzjoni;

(i) tagħmir li, wara l-istordament, tkun tista ssir kemm jista jkun malajr il-preparazzjoni fuq l-annimal sospiż; taħt l-ebda ċirkostanzi ma għandu l-annimal sospiż jidħol f’ kuntatt ma’ l-art matul il-preparazzjoni;

(j) sistemi ta' overhead rails għal aktar tqandil tal-laħam;

(k) jekk jinħażen id-demel fl-agwati tal-biċċerija, taqsima speċjali għal dan id-demel;

(l) kamra mgħammra kif xieraq biex isir l-eżami għat-trikinella fejn dan it-test isir fl-istabbiliment.

IL-KAPITLU II

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' L-IMPJANTI TAT-TQATTIGĦ

14. Aktar mill-ħtiġiet ġenerali, l-impjanti tat-tqattigħ għandu jkollhom:

(a) kmamar tat-tkessiħ jew refriġirazzjoni kbar biżżejjed għall-preservazzjoni tal-laħam, u, fejn laħam ippakkjat huwa maħżun fl-istabbiliment, kamra bħal din separata għal-laħam ippakkjat;

(b) kamra għat-tqattigħ u dissossar u għata mgħammra b'termometru li jirrikordja jew teletermometru li jirrikordja;

(ċ) kamra għall-ippakkjar, kemm-il darba il-kondizzjonijiet provduti fil-paragrafu 62 tal-Kapitlu XI jitħarsu;

(d) kamra għall-ħażna ta' materjali ta' pakkjar u għata.

IL-KAPITLU III

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-ĦAŻNIET

15. Flimkien mal-ħtiġiet ġenerali, mħażen fejn laħam frisk jinħażen skond l-ewwel inċiż tal-paragrafu 65 tal-Kapitlu XIII għandu jkollhom ta' l-anqas:

(a) kmamar kbar biżżejjed għat-tkessiħ u refriġerazzjoni, li huma ħfief biex tnaddafhom u fejn laħam frisk jista jinħażen fit-temperaturi stabbiliti taħt l-ewwel inċiż tal-paragrafu 65;

(b) termometru li jirrikordja jew teletermometru li jirrikorda f'kull arja tal-ħażna.

16. B'żieda mal-ħtiġiet ġenerali, mħażen fejn il-laħam frisk jinħażen skond it-tieni inċiż tal-paragrafu 65 tal-Kapitlu XIII għandu jkollhom ta' l-inqas:

(a) kmamar kbar biżżejjed, li huma faċli li jitnaddfu u fejn jista jinħażen il-laħam fit-temperaturi provduti fit-tieni inċiż tal-paragrafu 65;

(b) termometru li jirrikordja jew teletermometru li jirrikordja f'kull żona tal-ħażna.

IL-KAPITLU IV

IĠJENE TAL-PERSUNAL, STABBILIMENTI U TAGĦMIR FL-ISTABBILIMENTI

17. Għandha tinħtieġ indafa assoluta mill-persunal; l-istabbilimenti u t-tagħmir:

(a) il-persunal għandu b'mod partikolari jilbes ħwejjeġ tax-xogħol u għata ir-ras nodfa u, fejn meħtieġ, tarka għall-għonq. Il-persunal mqabbad fil-qatla ta' l-annimali jew li jaħdmu jew iqandlu l-laħam għandhom jaħslu u jiddisinfettaw idejhom diversi drabi matul il-jum tax-xogħol u kull darba li jissokta x-xogħol. Persuni li kienu f kuntatt ma annimali morda jew laħam infettat għandhom minnufih wara jaħslu idejhom u dirgħajhom bir-reqqa bil-misħun umbagħad jiddisinfettawhom. It-tipjip mhux permess fil-kmamar tax-xogħol u fil-kmamar tal-ħażna;

(b) l-ebda annimal ma jista jidħol fl-istabbilimenti ħlief, fil-każ ta' biċċeriji, annimali għall-qatla, u fir-rigward ta' l-agwati ta' dawn il-biċċeriji, annimali meħtieġa għall-operazzjoni tagħhom. Rodituri, insetti u annimali ta' ħsara oħra għandhom ikunu sistematikament meqruda;

(ċ) it-tagħmir u l-istrumenti użati għall-ħidma fuq il-laħam għandhom jinżammu nodfa u fi stat tajjeb. Għandhom ikunu mnaddfa u disinfettati bir-reqqa għal diversi drabi matul il-jum tax-xogħol, fl-aħħar tal-ġurnata ħidma u qabel ma jerġgħu jintużaw meta jitħammġu.

18. Stabbilimenti, strumenti u tagħmir tax-xogħol m'għandhomx jintużaw għal skopijiet ħlief għax-xogħol fuq il-laħam frisk. Din il-ħtieġa m'għandiex tapplika għat-tagħmir tat-trasport użat fil-kmamar imsemmija fil-paragrafu 16 (a) tal-Kapitlu III meta l-laħam hu ippakkjat. Strumenti għal qtugħ tal-laħam għandhom jintużaw biss għall-qtugħ tal-laħam.

19. Il-laħam u l-kontenituri tal-laħam m'għandhomx jidħlu f’ kuntatt dirett ma’ l-art.

20. Ilma tax-xorb għandu jintuża għall-skopijiet kollha; iżda ilma mhux tajjeb għax-xorb jista jintuża f'każijiet eċċezzjonali ghall-produzzjoni tal-fwar, iżda l-pajpijiet installati għal dan il-għan għandhom jipprekludu l-użu ta' dan l-ilma għal skopijiet oħra u ma jippreżentaw l-ebda riskju għall-kontaminazzjoni tal-laħam frisk.. Kif ukoll, ilma mhux tajjeb għax-xorb jista jintuża f'każijiet eċċezzjonali għat-tagħmir ta' tkessiħ ta' refriġirazzjoni. Pajpijiet ta' l-ilma mhux tax-xorb għandhom ikunu magħżula b'mod ċar minn pajpijiet użati mill-ilma tax-xorb.

21. It-tixrid tas-serratura jew kull sustanza oħra simili fl-art tal-kmamar tax-xogħol u l-imħażen tal-laħam frisk huwa projbit.

22. Deterġenti, disinfettanti u sustanzi simili għandhom ikunu użati b'mod li l-istrumenti, it-tagħmir tax-xogħol u l-laħam frisk ma jkunux affettwati ħażin. L-użu tagħhom għandu jkun segwit b'tlaħliħ fil-fond ta' dawn l-istrumenti u tagħmir tax-xogħol bl-ilma tax-xorb.

23. Persuni li x'aktarx jistgħu jikkontaminaw il-laħam huma projbiti milli jaħdmuh jew iqandluh.

24. Ċertifikat mediku għandu jkun meħtieġ minn kull persuna li taħdem fuq il-laħam. Għandu jiċċertifika li ma hemm l-ebda impediment għal dak l-impjieg, għandu jiġġedded kull sena u kull darba l-uffiċjal veterinarju jitlob hekk; għandu jinżamm għad-dispożizzjoni ta' dan ta' l-aħħar.

IL-KAPITLU V

SPEZZJONI TAS-SAĦĦA "ANTE MORTEM"

25. L-annimali għandhom jgħaddu spezzjoni ante mortem fil-jum tal-wasla tagħhom fil-biċċerija. L-ispezzjoni għandha tkun ripetuta minnufih qabel il-qatla jekk l-annimal inżamm fil-lairage matul il-lejl ta' qabel.

26. Il-veterinarju uffiċjali għandu jagħmel spezzjoni ante mortem skond ir-regoli professjonali u taħt dawl xieraq.

27. L-ispezzjoni għandha tiddetermina:

(a) jekk l-annimali qed ibagħtu minn marda li tittieħed mill-bnedmin u l-annimali jew jekk juru sintomi jew huma f kondizzjoni ġenerali li tindika li dik il-marda tista tiġri;

(b) Jekk juru sintomi ta' marda jew ta' diżordni tal-kondizzjoni ġenerali li x'aktarx tagħmel il-laħam mhux tajjeb għall-konsum tal-bniedem; għandha tingħata wkoll attenzjoni għal kull sinjal li l-annimali ħadu sostanzi b'effetti farmakoloġiċi amministrati lilhom jew ikkunsmaw kull sustanza oħra li tista tagħmel laħamhom ta' ħsara għal saħħet il-bniedem;

(ċ) Jekk huma għajjenin, aġitati jew imweġġa’.

28. Annimali m'għandhomx jinqatlu jekk:

(a) juru xi sinjali jew sintomi msemmija fil-paragrafu 27(a) u (b);

(b) ma jkunux strieħu għall-perjodu adegwat li, għall-annimali għajjenin jew aġitati, m'għandhomx ikunu anqas minn 24 siegħa kemm-il darba l-uffiċjal veterinarju ma jiddeċiedix b'mod ieħor għall-għanijiet ta' kummerċ intra-Komunitarju;

(ċ) kull forma ta' tuberkulosi tkun instabet fihom.

IL-KAPITLU VI

IĠJENE TAL-QATLA U T-TQATTIGĦ

29. Annimali tal-qatla miġjuba fl-istabbilimenti tal-qatla għandhom jinqatlu minnufih u t-tifsid, it-tisliħ jew it-tneħħija tal-lanżit, il-preparazzjoni u t-tneħħija ta' l-imsaren għandhom isiru b'tali mod li l-laħam ma jkunx kontaminat.

30. It-tifsid irrid ikun komplet; demm maħsub għall-konsum tal-bniedem għandu jinġema f'kontenituri assolutament nodfa. M'għandux jitħawwad bl-id, biss b'instrumenti li jħarsu l-ħtiġiet ta' iġjene.

31. It-tisliħ immedjat u komplet huwa obbligatorju, ħlief għall-ħnieżer. Meta ma jkunux misluħin, il-ħnieżer għandu jitneħħielhom il-lanżit, aġenti li jneħħu l-lanżit jistgħu jintużaw għal din l-operazzjoni, iżda l-ħnieżer għandhom ikunu mlaħalħa fil-fond wara bl-ilma tax-xorb.

32. It-tneħħija ta' l-imsaren trid issir minnufih u kompletament mhux aktar tard minn 45 minuta wara l-istordament jew, fil-każ ta' qatla ritwali, nofs siegħa wara t-tifsid. Il-pulmuni, il-qlub, il-fwied, il-kilwa, il-milsa u l-mediastinum jistgħu jew jinqalgħu jew jitħallew imqabbda mal-karkassa bil-konnessjonijiet naturali tagħhom. Jekk jinqalgħu, għandhom ikunu numerati jew identifikati b'xi mod biex ikunu jistgħu jintgħarfu bħala jappartjenu lill-karkassa partikolari; din tapplika wkoll għar-ras, l-ilsien, l-apparat diġestiv u kull parti oħra ta' l-annimal meħtieġa għall-ispezzjoni. Il-partijiet imsemmija hawn fuq għandhom jibqgħu ħdejn il-karkassa sakemm l-ispezzjoni hija kompleta. Għall-ispeċi kollha l-kliewi għandhom jitneħħew mill-kisja tax-xaħam tagħhom; fil-każ ta' annimali bovini qżieqeż u solipedi l-kapsula peri-renali għandha titneħħa wkoll.

33. M'għandhomx jitħallew strumenti fil-laħam; huwa projbit it-tindif tal-laħam bl-imsieħ b'ċarruta jew materjali oħra, u l-infiħ. Iżda, l-infiħ ta' organu jista jkun awtorizzat għall-iskopijiet ta' ritwal, iżda l-organu minfuħ għandu jkun irtirat mill-kummerċ intra-Komunitarju.

34. Karkassi ta' solipedi, ħnieżer ta' aktar minn erba xhur u annimali bovini il fuq minn sitt xhur għandhom jitqegħdu għall-ispezzjoni maqsumin fit-tul f nofsijiet ta' karkassi matul is-sinsla. Jekk l-ispezzjoni titlob hekk, il-veterinarju uffiċjali jista jeħtieġ kull ras jew karkassa biex tinqasam mit-tul.

35. Il-karkassi m'għandhomx jitqattgħu, jew xi parti ta' annimal maqtul jitneħħew jew trattati qabel l-ispezzjoni tintemm.

36. Laħam miżmum jew maqbud, l-istonku, l-imsaren u prodotti sekondarji li ma jittiklux għandhom ikunu mqiegħda kemm jista jkun malajr f'faċilitajiet speċjali.

37. Jekk id-demm jew l-iskart ta' diversi annimali jinġema fl-istess kontenitur qabel ma titlesta l-ispezzjoni post mortem, il-kontenut kollu għandu jkun eskluż mill-kummerċ intra-Komunitarju jekk il-karkassa ta' wieħed mill-annimali konċernati tkun ġiet dikjarata mhux tajba għall-konsum uman.

IL-KAPITLU VII

SPEZZJONI TAS-SAĦĦA "POST MORTEM"

38. Il-partijiet kollha ta' l-annimal, inkluż id-demm, għandhom ikunu spezzjonati minnufih wara l-qatla biex ikun żgurat li l-laħam huwa tajjeb għall-konsum tal-bniedem.

39. L-ispezzjoni post mortem għandha tinkludi:

(a) spezzjoni viżiva ta' l-annimal maqtul, partikolarment l-organi msemmija f’ (b);

(b) palpazzjoni ta' ċerti organi, partikolarment il-pulmuni, il-fwied, il-milsa, l-ilsien u ċerti nodi linfatiċi u, jiddipendi fuq il-konklużjonijiet milħuqa mill-veterinarju uffiċjali, l-utru u l-mammelli;

(ċ) inċiżjoni ta' ċerti organi u nodi linfatiċi; jekk l-ispezzjoni viżiva jew palpazzjoni ta' ċerti organi jindikaw li l-annimal għandu leżjonijiet li jistgħu jikkontaminaw il-karkassi, tagħmir, persunal jew stabbilmenti tax-xogħol, dawn l-organi m għandhomx ikunu inċiżi fil-kamra tal-qatla jew kull parti l-oħra ta' l-istabbiliment fejn il-laħam frisk jista jkun ikkontaminat;

(d) investigazzjoni ta' anomaliji fil-konsistenza, kulur, riħa u, fejn xieraq, togħma;

(e) fejn meħtieġ, testijiet tal-laboratorju partikolarment għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 4(1)(b).

40. L-uffiċjal veterinarju għandu jeżamina partikolarment:

(a) il-kulur tad-demm, il-propjetajiet ta' koagulazzjoni u l-preżenza ta' korpi barranin fid-demm;

(b) ir-ras, il-gerżuma, in-nodi linfatiċi retro-farinġej, submaxxillari u parotidi (Lnn. retro-pharyngiales mandibulares u parotidei) u t-tunsilli, l-ilsien ikun meħlus biex jippermetti spezzjoni dettaljata tal-ħalq u l-fawċi. Fil-każ ta' annimali bovini u qżieqeż it-tonsilli għandhom jitneħħew wara l-ispezzjoni;

(ċ) il-pulmuni, it-trakea, l-osefagu u n-nodi linfatiċi tal-bronki u tal-mediastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales), it-trakea u l-friegħi ewlenin tal-bronki wara li jkunu maqsuma fit-tul u l-pulmuni ikunu inċiżi fit-tielet posterjuri tagħhom, perpendikolari għall-assi tagħhom;

(d) il-pericardium u l-qalb, din ta' l-aħħar tkun inċiża mit-tul biex jinfetħu l-ventrikoli u jinqata s-septum intra-ventrikulari;

(e) id-diaframma;

(f) il-fwied, il-marrara, u t-tubi tal-bili u n-nodi linfatiċi epatiċi u pankreatiċi (Lnn. portales);

(g) il-passaġġ gastro-intestinali, il-mesentery, u n-nodi linfatiċi gastriċi u mesenteriċi. (Lnn. gastrici mesenterici, craniales u caudales);

(h) il-milsa;

(i) il-kliewi u n-nodi linfatiċi tagħhom (Lnn. renales) u l-bużżieqa ta' l-awrina;

(j) il-plewra u l-peritoneum;

(k) l-organi ġenitali; fil-baqar, l-utru għandu jinfetaħ b'inċiżjoni fit-tul, ħlief meta ikun eskluż għall-konsum tal-bniedem; fl-ifħla u l-barrin in-nodi linfatiċi superfiċjali ingwinali (Lm. inguinales superficiales);

(l) il-mammelli u n-nodi linfatiċi tagħhom (Lnn. supramammarii); fil-baqar, il-mammelli għandhom jinfetħu b'inċiżjoni twila u fil-fond sas-sinuses lattiferi (sinus galactophores), ħlief meta ikunu esklużi mill-konsum tal-bniedem;

(m) ir-reġjun umbilikali u l-egħkiesi ta' annimali żgħar; fil-każ ta' dubju, ir-reġjun umbilikali għandu jkun inċiż u l-egħkiesi miftuħa.

In-nodi linfatiċi msemmija hawn fuq għandhom ikunu soġġetti sistematikament għall-inċiżjonijiet multipli u eżami viżiv.

Fil-każ ta' dubju, in-nodi linfatiċi li ġejjin għandhom ukoll ikunu inċiżi fl-istess mod: ċervikali superfiċjali, preskapulari (Lnn. cervales superficiales), axxillari (Lnn. axillares proprii et primae costae), substernal (Lnn. sternales craniales), ċervikali fondi (Lnn. cervicales profundi), costocervical (Lnn. costocervicales), popliteal (Lnn. poplitei), precrural (Lnn. subiliaci), ischiatic (Lnn. ischiatici), iliac u sublumbar (Lnn. iliaci et lumbales), superficial inguinal (Lm. inguinales superficiales). Fin-ngħaġ u l-mogħoż, il-ftuħ tal-qalb, it-tneħħija ta' l-ilsien, l-inċiżjoni tal-pulmuni u l-bronki u l-inċiżjoni tan-nodi linfatiċi hija meħtieġa biss fil-każ ta' dubju imma dawn l-organi u nodi linfatiċi għandhom ikunu eżaminati.

Fil-każ ta' ħnieżer, inċiżjoni tan-nodi linfatiċi tar-ras, ħlief għan-nod linfatiku sub-maxxilari, u l-inċiżjoni tan-nodi linfatiċi tal-pulmuni u l-apparat gastro-intestinali, u tan-nodi linfatiċi renali, hija meħtieġa biss fil-każ ta' dubju imma dawn l-organi u nodi linfatiċi għandhom ikunu eżaminati. L-inċiżjoni tal-pulmuni stabbilit fis-subparagrafu (ċ) mhux meħtieġa fejn il-pulmuni huma esklużi għall-konsum tal-bniedem.

41. Kif ukoll, il-veterinarju uffiċjali għandu sistematikament iwettaq:

A. Investigazzjoni għaċ-ċistiċerkosi:

(a) fl-annimali bovini il fuq minn sitt xhur; din l-investigazzjoni għandha tinkludi eżami ta':

- l-ilsien, il-muskulatura ta' liema għandha tkun inċiża fit-tul fuq il-wiċċ ta' isfel, mingħajr ma jkun danneġġat iżejjed l-organu,

- l-osefagu, li għandu jinqala mit-trakea,

- il-qalb, li, flimkien ma l-inċiżjoni provduta fil-paragrafu 40(d), għandha tinqasam minn żewġ punti opposti mill-awrikoli sa l-apiċi,

- il-masseters esterni, fejn żewġ inċiżjonijiet għandhom isiru parallellament max-xedaq,

- il-masseters interni (muskoli pterygoid interni li għandhom ikunu inċiżi matul pjan wieħed),

- id-diaframma, il-parti muskolari tagħha għandha tinqala mill-parti seruża, ħlief fil-każ ta' l-għoġġiela,

- l-uċuħ muskolari tal-karkassa li huma direttament viżibbli;

(b) fil-qżieqeż; din l-investigazzjoni għandha tinkludi eżami ta' l-uċuħ viżibbli muskolari, partikolarment il-muskoli tal-wirk, il-ħajt abdominali, il-muskoli psoas meħlusa mit-tessut xaħmi, il-pilastri tad-diaframma, il-muskoli interkostali, il-qalb, l-ilsien u l-larinġi.

B. Investigazzjoni għad-distomatosi fl-annimali bovini, ngħaġ u mogħoż permezz ta' inċiżjonijiet fuq il-wiċċ gastriku tal-fwied biex ikunu eżaminati t-tubi tal-bili u fl-annimali bovini permezz ta' inċiżjoni fonda fil-bażi tal-lobu kawdat.

Ċ Investigazzjoni għall-glanders fis-solipedi permezz ta' eżami bir-reqqa tal-membrani mukożi mit-trakea, larinġi, kavitajiet nasali, sinuses u l-friegħi tagħhom, wara li tinqasam ir-ras fil-pjan medjan u l-qtugħ tas-septum nasali.

Iżda, dan l-eżami jista ikun mibdul minn eżamijiet alternattivi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16.

D. Laħam frisk mill-qżieqeż li jkollhom muskoli skelettriċi (muskoli striati) għandu jgħaddi minn investigazzjoni għat-trikinożi taħt is-supervizjoni u r-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali.

L-investigazzjoni għandha ssir skond metodi provati li huma xjentifikament rikonoxxuti, partikolarment metodi li huma definiti fid-Direttivi Komunitarji jew fi standards oħra internazzjonali.

Ir-riżultati għandhom ikunu valutati bl-użu ta' metodu ta' riferenza iffissati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 16 u wara li l-Kumitat Xjentifiku Veterinarju ikun ta l-opinjoni tiegħu; l-affidabbiltà tal-metodu għandu jkun ta' l-anqas daqs dak tat-trikinoskopija pprovduta fil-paragrafu 1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 77/96/KEE.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika il-metodu ta' riferenza fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

IL-KAPITLU VIII

ĦTIĠIJIET GĦAL-LAĦAM MAĦSUB GĦAT-TQATTIGĦ

42. Tqattigħ f'biċċiet iżgħar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 3(1)(A) jew id-dissossar huwa awtorizzat fl-impjanti tat-tqattigħ biss.

43. L-operatur ta' l-impjant jew l-aġent tiegħu għandhom jiffaċilitaw operazzjonijiet għas-superviżjoni ta' l-impjant, partikolarment kull tqandil li huwa konsidrat meħtieġ, u għandhom iqegħdu il-faċilitajiet meħtieġa għad-dispożizzjoni tas-servizz ta' sorveljanza; partikolarment, għandu jkun jista fuq talba li jgħarraf lill-uffiċjal veterinarju responsabbli għas-superviżjoni minn fejn inġab il-laħam fl-impjant tiegħu ta' tqattigħ.

44. Laħam li ma jħarisx il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(1)(B)(b) ma jistax jitqiegħed fl-impjant tat-tqattigħ approvat kemm-il darba jitqiegħed f'arji speċjali tal-ħażna; għandu jitqatta f'postijiet oħra jew fħinijiet oħra mil-laħam li ma jħarisx dawk il-ħtiġiet. Il-veterinarju uffiċjali għandu f'kull żmien ikollu aċċess għall-kmamar tal-ħażna kollha u kmamar tax-xogħol biex ikun assigurat li d-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq huma osservati rigorożament.

45. (a) Il-laħam frisk għandu jinġab fil-kmamar pprovduti fil-paragrafu 14(b) tal-Kapitlu II progressivament kif meħtieġ. Hekk kif ikun maqtugħ u fejn ippakkjat kif xieraq, il-laħam għandu ikun trasferit lill-kamra rilevanti msemmija fil-paragrafu 14(a) tal-Kapitlu II.

(b) Matul il-qtugħ, dissossar, għata u ippakkjar it-temperatura interna tal-laħam għandu jinżamm kostanti f + 7 °C jew inqas. Matul it-tqattigħ, it-temperatura tal-kamra tat-tqattigħ m'għandix taqbeż + 12 °C.

(ċ) Bħala deroga mill-paragrafi (a) u (b), il-laħam għandu jinqata meta sħun. F'dak il-każ, il-laħam għandu jkun trasferit direttament mill-istabbiliment tal-qatla għall-kamra tat-tqattigħ. Kif ukoll, l-istabbiliment tal-qatla u tal-kamra tat-tqattigħ għandhom ikunu fl-istess grupp ta' bini u biżżejjed qrib xulxin għal-laħam biex ikun trasferit f'operazzjoni waħdanija, u t-tqattigħ għandu jsir immedjatament wara t-trasferiment. Hekk kif jitqatta, u fejn xieraq ippakkjat, għandu jkun trasferit f'kamra tat-tkessiħ xierqa.

(d) It-tqattigħ għandu jsir b'mod biex jevita kull ħsara lil-laħam. Laqxiet ta' l-għadam u demm maqgħud għandhom jitneħħew. Laħam miksub mit-tqattigħ u mhux maħsub għall-konsum tal-bniedem għandu jinġabar fil-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 4(d) kif ikun maqtugħ.

IL-KAPITLU IX

KONTROLL TAS-SAĦĦA TA' LAĦAM MAQTUGĦ U LAĦAM MAĦŻUN

46. Impjanti approvati tat-tqattigħ u cold stores approvati għandhom ikunu sorveljati minn uffiċjal veterinarju. Dan ta' l-aħħar għandu jkun notifikat fi żmien biżżejjed qabel it-tqattigħ tal-laħam maħsub għal-kummerċ intra-Komunitarju.

47. Is-superviżjoni mill-uffiċjal veterinarju għandu jinkludi x-xogħlijiet li ġejjin:

- superviżjoni tad-dħul u l-ħruġ ta' laħam frisk,

- spezzjonijiet tas-saħħa tal-laħam frisk miżmum fl-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 46 u maħsub għall-kummerċ intra-Komunitarju,

- spezzjoni tas-saħħa għal-laħam frisk intiż għall-kummerċ intra-Komunitarju, qabel il-qtugħ u meta jħalli l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 46,

- li jsiru u jinħarġu d-dokumenti provduti fl-Artikolu 3(1)(A)(f) u fil-paragrafu 54 tal--Kapitlu X,

- superviżjoni ta' l-indafa ta' l-istabbilimenti, faċilitajiet u strumenti provduti fil-Kapitlu IV, u ta' l-iġjene tal-persunal, inkluż ħwejjiġhom,

- il-kampjuni kollha meħtieġa għat-testijiet tal-laboratorju, ngħidu aħna dawk biex tinstab l-preżenza ta' mikrobi ta' ħsara, addittivi jew sostanzi kimiċi oħra mhux awtorizzati. Ir-riżultati ta' dawn it-testijiet għandhom ikunu rreġistrati f'reġistru,

- kull superviżjoni oħra li l-veterinarju jikkonsidra meħtieġa biex ikun żgurat li titħares din id-Direttiva.

IL-KAPITLU X

MARKAR TAS-SAĦĦA

48. Markar tas-saħħa għandu jsir taħt ir-responsabbiltà ta' l-uffiċjal veterinarju. Għal dan l-iskop, għandu jżomm u jmatni:

(a) l-istrumenti intiżi għall-immarkar tas-saħħa tal-laħam li jista jgħaddi lill-assistenti biss fil-ħin tal-markar u għaż-żmien meħtieġ għal dan l-iskop;

(b) it-tikketti u l-materjal ta' l-għata meta mmarkat kif provdut f'dan il-Kapitlu. It-tikketti u l-materjali tal-kisi għandhom jingħataw lill-assistenti fi żmien meta għandhom jintużaw u fin-numru meħtieġ.

49. il-marka tas-saħħa għandha tkun:

(a) jew marka ovali ta' l-anqas 6,5 ċm wiesa b'4,5 ċm għoli li jkollha l-informazzjoni li ġejja f'karattri perfettament leġibbli:

- fuq il-parti ta' fuq, l-inizjali tal-pajjiz li qed jikkonsenja f'kapitali (jiġifieri wieħed minn dan li ġej):

B/D/DK/F/GR/IRL/I/L/NL/UK,

segwiti bin-numru ta' l-approvazzjoni tal-veterinarju ta' l-istabbiliment,

- fuq il-parti t'isfel, wieħed mis-settijiet inizjali li ġej: CEE, EEG, EWG, EØF, KEE jew EOK;

(b) jew marka ovali ta' l-anqas 6,5 ċm wiesa b'4,5 ċm għoli li jkollha l-informazzjoni li ġejja f'karattri perfettament leġibbli:

- fuq il-parti ta' fuq, l-isem tal-pajjiż li qed jikkonsenja f'kapitali,

- fiċ-ċentru, in-numru ta' l-approvazzjoni tal-veterinarju ta' l-istabbiliment,

- fuq il-parti ta' isfel, wieħed mis-settijiet ta' inizjali li ġejja CEE, EEG, EWG, EØF, KEE jew EOK.

L-ittri għandhom ikunu ta' l-anqas 0.8 ċm għolja u l-figuri ta' l-anqas 1 ċm għoli.

Il-marka tas-saħħa tista, ukoll, tinkludi indikazzjoni tal-veterinarju uffiċjali li jkun għamel l-ispezzjoni tas-saħħa tal-laħam.

50. Il-karkassi għandhom ikunu stampati bil-linka jew bil-ħruq skond il-paragrafu 49:

- dawk li jiżnu iżjed minn 65 kilogramma għandhom ikunu mmarkati fuq kull nofs karkassa, ta' l-anqas fil-postijiet li ġejjin: Il-wiċċ estern tal-wirk u ta' ġewwa, id-dahar, is-sider u l-ispalla,

- il-karkassi l-oħra għandhom ikunu mmarkati f'ta lanqas erba postijiet, fuq l-ispalla u fuq il-wiċċ estern tal-wirk.

51. Il-fwied ta' l-annimali bovini, qżieqeż u solipedi għandhom ikunu immarkati bil-ħruq skond il-paragrafu 49.

Skart ieħor għandu jkun stampat bil-linka jew maħruq skond il-paragrafu 49 ħlief jekk mgħotti jew ippakkjati u markat skond il-paragrafi 54 u 55.

52. Qatgħat miksuba fl-impjanti tat-tqattigħ minn karkassi immarkati uffiċjalment għandhom ikunu stampati bil-linka jew maħruqa skond il-paragrafu 49, ħlief jekk huma miksija jew ippakkjati.

53. L-imballaġġ għandu jkun dejjem immarkat skond il-paragrafu 54.

54. Laħam maqtugħ ippakkjat u skart ippakkjat imsemmi fil-paragrafi 51 u 52 għandu jkollhom marka tas-saħħa skond il-paragrafu 49 il-marka għandha tinkludi n-numru ta' approvazzjoni tal-veterinarju ta' l-impjant tat-tqattigħ minflok dak tal-biċċerija. Il-marka għandha tkun applikata fuq tikketta mwaħħla mal-pakkett jew stampata fuq il-pakkett, b'mod li tinqered meta l-pakkett jinfetaħ; it-tiketta għandha turi wkoll numru f'serje, kemm-il darba l-awtorità ċentrali kompetenti ma tiddeċidix li dan hu fakoltattiv għall-iskopijiet tal-kummerċ intra-Komunitarju Iżda, meta laħam maqtugħ jew skart jinkesa skond il-paragrafu 61 tal-Kapitlu XI, it-tiketta msemmija hawn fuq għandha titwaħħal fuq il-kisi. Fil-każ ta' skart ippakkjat f'biċċerija, in-numru inkluż fil-marka għandu jkun dak tal-biċċerija konċernata.

55. Flimkien mal-ħtiġiet tal-paragrafu 54, fejn laħam frisk jinkesa f'porzjonijiet kummerċjali maħsuba għall-bejgħ dirett lill-konsumatur, riproduzzjoni tal-marka tas-saħħa meħtieġa taħt il-paragrafu 49(a) għandu jkun stampat fuq il-kisi jew fuq it-tikketta mwaħħla mal-kisi. Il-marka għandha tinkludi n-numru ta' l-approvazzjoni tal-veterinarju ta' l-impjant tat-tqattigħ minflok dak tal-biċċerija. Il-ħtiġiet tad-daqs tal-paragrafu 49 m'għandhomx għalfejn japplikaw għall-marka meħtieġa taħt dan il-paragrafu. Iżda, fil-każ ta' skart mgħotti fil-biċċerija, in-numru inkluż fil-marka għandu jkun dak tal-biċċerija konċernata.

56. Laħam mis-solipedi u l-ippakkjar tiegħu għandu jkollu marka speċjali, li għandu jkun determinat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16.

57. Il-koloranti li jistgħu jintużaw għall-immarkar ta' laħam frisk għandu jkun deċiż skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 16. Sa dak iż-żmien li tittieħed dik id-deċiżjoni, vjola metili biss għandu jintuża għal dan l-iskop.

IL-KAPITLU XI

KISI U IMBALLAĠĠ TA' LAĦAM FRISK

58. (a) Pakkjar (ngħidu aħna kaxxi ta' l-ippakkjar, kaxxi tal-kartun) għandhom iħarsu r-regoli kollha ta' l-iġjene, u partikolarment:

- m'għandhomx jibdlu l-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam,

- m'għandhomx ikunu kapaċi li jittrasmettu lil-laħam sostanzi li jagħmlu ħsara lil saħħet il-bniedem,

- ikunu b'saħħithom biżżejjed li jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-laħam matul it-trasport u t-tqandil.

(b) L-ippakkjar m għandux jerġa jintuża għal-laħam jekk ma jkunx magħmul minn materjali li jifilħu għall-korrużjoni, li jitnaddfu faċilment u li kienu mnaddfa u disinfettati qabel.

59. Fejn il-laħam frisk maqtugħ jew l-iskart jinkesa, din l-operazzjoni għandha ssir minnufih wara l-qtugħ u skond il-ħtiġiet ta' l-iġjene.

Bl-eċċezzjoni tal-qatgħat tax-xaħam solidu ta' barra tal-majjal u ż-żaqq, laħam maqtugħ u skart għandu fil-każijiet kollha jkunu provduti b'kisi protettiv kemm-il darba ma jkunx sospiż matul it-trasport tiegħu.

Dan il-kisi għandu jkun trasparenti u bla kulur u għandu jħares il-kondizzjonijiet ta' l-ewwel u t-tieni inċiżi tal-paragrafu 58(a); ma jistax jerġa jintuża għall-kisi tal-laħam.

60. Laħam mgħotti għandu jkun ippakkjat.

61. Iżda, meta l-kisi jħares il-kondizzjonijiet kollha protettivi ta' l-ippakkjar mhemmx għalfejn ikun trasparenti jew bla kulur u mpoġġi fit-tieni kontenitur mhux meħtieġ iżda l-kondizzjonijiet l-oħra tal-paragrafu 58 għandhom ikunu mħarsa.

62. Operazzjonijiet ta' tqattigħ, dissossar, kisi u ippakkjar jistgħu jsiru fl-istess kamra bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kamra għandha tkun kbira biżżejjed u rranġata hekk li l-iġjene ta' l-operazzjoni hija assigurata;

(b) l-ippakkjar u l-kisi għandhom ikunu magħluqa f'għata protettiva siġillata wara l-manifattura; dan l-għata għandu jkun protett mill-ħsara matul it-trasport lill-istabbiliment u maħżun taħt kondizzjonijiet iġjeniċi f'kamra separata fl-istabbiliment;

(ċ) il-kmamar għal ħażna tal-materjali ta' l-ippakkjar għandhom ikunu ħielsa mit-trab u l-annimali li jagħmlu l-ħsara u ma jkollhom l-ebda konnessjoni bl-arja ma kmamar li jkollhom sostanzi li jistgħu jikkontaminaw il-laħam frisk. L-ippakkjar m'għandux jinħażen fl-art;

(d) l-ippakkjar għandu jintrama taħt kondizzjonijiet iġjeniċi qabel ma jinġab fil-kamra;

(e) l-ippakkjar għandu jinġab fil-kamra iġjenikament u użat mingħajr dewmien. M'għandux jitqandel minn persunal li jqandel il-laħam frisk;

(f) minnufih wara l-ippakkjar il-laħam għandu jitqiegħed fil-kmamar tal-ħażna provduti.

63. L-ippakkjar imsemmi f'dan il-Kapitlu għandu jkollu biss laħam maqtugħ mill-istess speċi ta' annimal.

IL-KAPITLU XII

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

64. Il-kopja oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu jakkumpanja l-laħam matul it-trasport lill-pajjiż ta' destinazzjoni għandu jinħareġ mill-uffiċjal veterinarju fil-ħin tat-tagħbija.

Iċ-ċertifikat għandu jikkorrespondi fil-forma u l-kontenut għall-mudell fl-Anness II, u jkun espress ta' l-anqas fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta' destinazzjoni. Għandu jsir fuq folja waħda tal-karta.

IL-KAPITLU XIII

ĦAŻNA

65. - Laħam frisk għandu jitkessaħ minnufih wara l-ispezzjoni post mortem u jinżamm f'temperatura kostanti interna ta' mhux aktar minn + 7 °C għall-karkassi jew qatgħat u + 3 °C għall-iskart.

- Laħam frisk għall-iffriżar għandu, wara l-qatla u l-perjodu ta' stabbilità ta' wara, jgħaddi minn iffriżar ta' malajr. Il-laħam friżat għandu jinħażen f'temperatura ta' - 12oC jew aktar kiesħa.

66. L-ebda prodott ieħor li jista jaffettwa l-iġjene tal-laħam jew jikkontaminah ma jista jinħażen fi kmamar imsemmija fil-paragrafi 15 u 16 tal-Kapitlu III kemm-il darba l-laħam ma jkunx ippakkjat u maħżun separatament.

67. Għandhom ikunu reġistrati t-temperatura tal-ħażna tal-kmamar tal-ħażna msemmija fil-paragrafi 15 u 16 tal-Kapitlu III.

IL-KAPITLU XIV

TRASPORT

68. Il-laħam frisk għandu jkun trasportat f'mezzi ta' trasport siġillati, disinjati u mgħammra b'mod li t-temperaturi speċifikati fil-Kapitlu XIII huma miżmuma matul it-trasport kollu.

Meta l-laħam huwa trasportat minn biċċerija għall-impjant tat-tqattigħ fl-istess Stat Membru, mhemmx għalfejn li jkun hemm siġillar.

69. Mezzi tat-trasport maħsuba għat-trasport ta' dan il-laħam għandu jħares il-ħtiġiet li ġejjin:

(a) l-uċuħ ta' ġewwa tagħhom jew kull parti oħra li tista tidħol f'kuntatt mal-laħam għandhom ikunu ta' materjali li jifilħu għall-korrużjoni li ma jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam jew jirrendu l-laħam ta' ħsara għal saħħet il-bniedem; dawn l-uċuħ għandhom ikunu lixxi u ħfief biex jitnaddfu u jkunu disinfettati;

(b) għandhom ikunu provduti b'tagħmir effiċjenti għall-protezzjoni tal-laħam kontra l-insetti u t-trab u għandhom ikunu magħluqa għall-ilma;

(ċ) għat-trasport ta' karkassi, nofs karkassi jew robbijiet u laħam maqtugħ mhux ippakkjat, għandhom ikunu mgħammra b fittings għad-dendil li jifilħu għall-korrużjoni il-laħam ikun iffissat f'għoli li l-laħam ma jmissx ma l-art; din id-dispożizzjoni m'għandiex tapplika għal-laħam friżat fl-imballaġġ iġjeniku. Fil-każ ta' trasport bl-ajru, iżda, fittings għad-dendil tal-laħam mhumiex meħtieġa sakemm faċilitajiet xierqa li jifilħu għall-korrożjoni huma provduti għat-tagħbija, żamma u l-ħatt iġeniku tal-laħam.

70. Mezzi ta' trasport maħsuba għat-trasport ta' laħam ma jistgħux f'ebda każ ikunu użati għat-trasport ta' annimali ħajjin jew xi prodott li x'aktarx jaffettwa jew jikkontamina l-laħam.

71. L-ebda prodott ieħor li x'aktar jaffettwa l-iġjene tal-laħam jew li jikkontaminah ma jista jkun appuntat fl-istess żmien bħal laħam fl-istess mezzi ta' trasport jekk kemm-il darba ma jittieħdux prekawzjonijiet xierqa. Kif ukoll, l-istonkujiet ma jistgħux ikunu trasportati hemm ġew kemm-il darba ma jkunux mismuta jew imnaddfa, u lanqas l-irjus u s-saqajn kemm-il darba ma jkunux misluħa jew mimsuta u depilati.

72. Laħam frisk ma jistax ikun trasportat f'vettura jew kontenitur li mhux nadif u ma kienx disinfettat.

73. Karkassi, nofs-karkassi u robbijiet, eskluż il-laħam iffriżat ippakkjat skond il-ħtiġiet iġjeniċi, għandhom ikunu mdendla matul it-trasport ħlief fil-każ tat-trasport ta' l-ajru skond il-paragrafu 69(ċ).

Qatgħat oħra u skart għandu jkun imdendel jew impoġġi fuq irfid jekk mhux ippakkjar jew miżmum f'kontenituri li jifilħu għall-korruzzjoni. Dan l-irfid, ippakkjar jew kontenituri għandhom iħarsu l-ħtiġiet iġjeniċi u, partikolarment fir-rigward l-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. L-interjuri għandhom dejjem ikunu trasportati f'ippakkjar b saħħtu li ma jgħaddix minnu l-ilma jew xaħam li jista jerġa jintuża wara t-tindif u d-disinfettar.

74. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura qabel ma jintbagħtu li l-vetturi tat-trasport jew kontenituri u l-kondizzjonijiet tat-tagħbija jħarsu l-ħtiġiet ta’ dan il-Kapitlu.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

KAMPJUN

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------