31982D0814



Official Journal L 343 , 04/12/1982 P. 0024 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0190
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0149
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0190
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0149


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Novembru 1982

dwar il-lista ta’ l-istabbilimenti fir-Renju ta’ Swaziland approvati għall-għan ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità

(82/814/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tal-ispezzjoni ta’ saħħa u veterinarji fuq l-importazzjoni ta’ annimali tal-fart u majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], u partikolarment Artikoli 4(1) u 18 (1) (a) u (b) miġjuba fih,

Billi stabbilimenti f’ pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu awtorizzati biex jesportaw laħam frisk lill-Komunita sakemm ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali preskritti fid-Direttiva 72/462/KEE;

Billi Swaziland ipproponiet, skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, stabbiliment wieħed awtorizzat biex jesporta lill-Komunità;

Billi spezzjoni fuq il-post mill-Komunità uriet li l-livelli ta’ l-iġjene ta’ dan l-istabbiliment huma suffiċjenti u għalhekk jista’ jiġi approvat skond Artikolu 4(1) tad-Direttiva msemmija, għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità;

Billi għandu jiġi mfakkar li importazzjonijiet ta’ laħam frisk huma suġġetti wkoll għal leġislazzjoni veterinarja Komunitarja, partikolarment rigward ħtiġijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa, inklużi d-disposizzonijiet speċjali għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit;

Billi l-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk mill-istabbiliment li jidher fl-Anness mad-Deċiżjoni preżenti jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet preskritti x’ imkien ieħor u għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; billi, b’ mod partikolari, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-esportazzjoni mill-ġdid lejn Stati Membri oħra ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam, bħal ma huma laħam li jiżen inqas minn 3 kilogrammi, jew laħam li jikkontjeni residwi ta’ ċerti sustanzi li għandhom mhumiex koperti minn regoli armonizzati tal-Komunità, jibqgħu suġġetti għall-leġislazzjoni tas-saħħa tal-Istat Membru li qed jimporta;

Billi l-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-istabbiliment fis-Swaziland li jidher fl-Anness huwa hawnhekk approvat għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunita skond l-Anness imsemmi.

2. Importazzjonijiet li jiġu mill-istabbilimenti riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet veterinarji tal-Komunità preskritti x’ imkien ieħor, b’ mod partikolari, dawk li għandhom x’ jaqsmu ma’ ħtiġijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu importazzjonijiet ta’ laħam frisk li jiġi minn stabbilimenti oħra għajr dawk li jidhru fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Jannar 1983.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Novembru 1982.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TA' STABBILIMENTI

LAĦAM BOVIN

Nru | Stabbiliment | Indirizz |

Biċċeriji u fondijiet tat-tqattigħ

SGI | The Swaziland Meat Corporation Ltd | Manzini |

--------------------------------------------------