31981L0576



Official Journal L 209 , 29/07/1981 P. 0032 - 0033
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0149
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0215
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0149
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0215


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l- 20 ta’ Lulju 1981

li temenda d- Direttiva tal- Kunsill 77/541/KEE

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċinturini tas-sigurta’ u s-sistema ta’ rażan ta’ vetturi bil-mutur

(81/576/KEE)

IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċinturini tas-sigurta’ u s-sistema ta’ rażan ta’ vetturi bil-mutur [4] tistipula inter alia fl-Anness I il-ħtiġiet dwar l-armar ta’ ċinturini ta’ sigurtà u s-sistemi ta’ trażżin f’vetturi li jaqgħu taħt il-kategorija M1 kif definiti fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5], kif l-aħħar emendata mid- Direttiva 80/1267/KEE [6];

Billi fl-interessi ta’ sigurta’ fuq it-triq, l-armar ta’ ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin li jikkonformaw mad-Direttiva 77/541/KEE għandu jkun meħtieġ minn issa ‘l quddiem għall-vetturi f’ċerti kategoriji M u N u permess u inkoraġġit għall-vetturi fil-kategoriji l-oħra M u N billi jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva; billi din l-estensjoni saret possibbli minħabba il-progress tekniku fil-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur;

Billi għal dan l-iskop id- Direttiva 77/541/KEE għandha tiġi emendata;

Billi l-emenda ta’ dik id-Direttiva tfisser li ċerti ħtiġiet fl-Annessi għad-Direttiva 77/541/EEC għandhom jiġu adattati għall-progress tekniku; billi d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tad- Direttiva presenti għandu jikkoinċidi ma’ dak tad-dispożizzjonijiet li, wara l-adozzjoni tad-Direttiva presenti, sejrin imbagħad jiġu adottati sabiex il-ħtiġiet ta’ l-Annessi tad-Direttiva 77/541/KEE jiġu addattati għall-progress tekniku,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 77/541/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 9 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur fil-kategoriji M u N definita fl-Anness I tad- Direttiva 70/156/KEE maħsuba għal użu fit-triq, li għandha ta’ mill-inqas erba’ roti u veloċita’ massima ddisinjata li teċċedi 25 km/siegħa."

2. Fl-Anness I:

(a) Is-Sezzjoni 3.1 hija mibdula b’dan li ġej:

"3.1. Tagħmir tal-vettura

Kull vettura li taqa’ taħt l-Artikolu 9, fil-kategoriji M1 jew N1, jew fil-kategorija M2 (ħlief għall-vetturi ta’ piż massimu permessibbli li jaqbeż il-3500 kg u dawk li jinkludu postijiet speċjalment disinjati għal passiġġieri bil-wieqfa) għandhom ikunu armati b’ ċinturini tas-sigurtà jew sistemi ta’ trażżin li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u jkollhom l-arranġamenti ta’ ċinturini li ġejjin (li magħhom ma jistgħu jintużaw la ritrattaturi li jsakkru non-locking(1.8.1) jew ritrattaturi li jinfetħu manwalment (1,8,2)).

F’ każijiet fejn il-vetturi l-oħrajn li jaqgħu taħt l -Artikolu 9 huma armati b’ċinturini ta’ sigurtà jew sistemi ta’ trażżin, dawn għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet kollha ta’ din id- Direttiva, bl-eċċezzjoni tas-sezzjonijiet 3.1.1 sa 3.1.3."

(b) Is-Sezzjoni 3.1.1 hija mibdula b’dan li ġej:

"3.1.1. għall-pozizzjonijiet ta’ bil-qiegħda fuq in-naħa ta’ barra ta’ quddiem, ċinturini tas-sigurtà ta’ tliet punti b’ritrattaturi li jissakkru f’kas t’emerġenza u li għandhom sensittivita’ multipla (1.8.4); iżda,

3.1.1.1. għas-sedil tal-passiġġier, ritrattaturi li jissakkru awtomatikament (1.8.3) huma permessi;

3.1.1.2. għas-sedil tal-passiġġier ta’ vetturi tal-kategorija M2, ċinturini addominali, kemm jekk kollhom ritrattaturi u kemm jekk le, huma kunsidrati bħala adegwati meta l-windscreen ikun jinsab barra miż-żona ta’ referenza definita fl-Anness II tad- Direttiva 74/60/KEE.

Fir-rigward taċ-ċinturini ta’ sigurta’, il-windscreen huwa kkunsidrat bħala parti miż-żona ta’ referenza meta jkun kapaċi jidħol f’kuntatt statiku ma’ l-apparat tat-test skond il-metodu dekritt fl-Anness II tad- Direttiva 74/60/KEE."

(ċ) Is-Sezzjoni 3.1.3 hija mibdula b’dan li ġej:

"3.1.3. Fil-pozizzjonijiet ta’ bil-qiegħda ta’ wara ta’ vetturi fil-kategorija M1, iċ-ċinturini addominali jew iċ-ċinturini ta’ tlett punti, kemm jekk ikollhom ritrattaturi u kemm jekk le."

(d) Żid sezzjoni ġdida 3.1.5 kif ġej:

"3.1.5. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ qabel, fuq vetturi fil-kategoriji N1 u M2, ir-ritrattatur li jissakkar f’emerġenza tat-tip 4N (1.8.5) jista’ jiġi permess minnflok ritrattatur tat-tip 4 (1.8.4), meta jintwera għas-sodisfazzjon tas-servizzi responsabbli għat-testijiet li jekk jintrama ritrattatur tat-tip 4 dan jimpedixxi lis-sewwieq."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fl-istess data bħal dik skedata għad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Direttiva li għandhom jiġu adottati wara din id- Direttiva skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 77/541/KEE, sabiex il-ħtiġiet ta’ l-Annessi għal din id-Direttiva ta’ l-aħħar ikunu jistgħu jiġu adattati għall-progress tekniku. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Walker

[1] ĠU C 87, tad-9.4.1980, p. 4.

[2] ĠU C 265, tat-13.10.1980, p. 77.

[3] ĠU C 230, tat-8.9.1980, p. 6.

[4] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 95.

[5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[6] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 34.

--------------------------------------------------