Official Journal L 319 , 07/11/1981 P. 0017 - 0017
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0076
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0076
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0161
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0161
Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill tad-19 t’Ottubru 1981 li tadatta, konsegwentement għall-adeżjoni tal-Greċja, id-Deċiżjoni 77/795/KEE li tistabbilixxi proċedura komuni għall-iskambju ta’ tagħrif dwar il-kwalità ta’ l-ilma ġieri tal-wiċċ fil-Komunità (81/856/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummisjoni, Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi sabiex tigi kkonsidrata s-sħubija tal-Greċja fil-Komunitajiet Ewropej, l-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/795/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1977 li tistabbilixxi proċedura komuni għall-iskambju ta’ tagħrif dwar il-kwalità ta’ l-ilma ġieri tal-wiċċ fil-Komunità [2] għandha tiġi adattata, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-tabella annessa hawnhekk hija b’dan inserita bejn it-tabelli li jinteressaw lid-Danimarka u lill-Franza, rispettivament, fl-Anness I għad-Deċiżjoni 77/795/KEE. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ottubru 1981. Għall-Kunsill Il-President P. Walker [1] ĠU C 144, tal-15.6.1981, p. 37. [2] ĠU L 334, ta’ l-24.12.1977, p. 29. -------------------------------------------------- L-ANNESS GREĊJA Stazzjon għat-tehid tal-kampjuni jew ghall-kejl | Lista tax-xmajjar | | | Drama | Il-Pont Papades (01) (30 km mill-punt fejn ix-xmara tidħol fil-Greċja) | Nestos | Serres | Il-Pont Sidirokastro (02) (18 km mill-punt fejn ix-xmara tidhol fil- Greċja) | Strymon | Thessaloniki | Il-posta 61500 li timmarka d-distanza fuq il-linja tal-ferrovija bejn Thessaloniki u Idomeni (03) (10 km mill-punt fejnix-xmara tidħol fil- Greċja) | Axios | Kozani | Moni Ilarion (04) 'l fuq mill-gibjun ta' Polyphyte (150 km 'l fuq mill-bokka jew minn fejn tiżbokka x-xmara?) | Aliakmon | Larissa | It-torri ta' l-ilma tal-muniċipju ta' Larissa (05) (50 km 'l fuq mill-bokka) | Pinios | Agrinion | Kastraki (06) 'l isfel mill-ġibjun (50 km 'l fuq mill-bokka) | Akheloos | --------------------------------------------------