31980L1274



Official Journal L 375 , 31/12/1980 P. 0075 - 0075
Greek special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0210
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0140
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 20 P. 0140
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0272
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0272


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-22 ta’ Diċembru 1980

li temenda, bħala konsegwenza ta’ l-adeżjoni tal-Greċja, id-Direttiva 64/432/KEE fuq il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ fil-Komunità fl-annimali ta’ l-ifrat u fil-majjali u d-Direttiva 80/217/KEE li tintroduċi l-miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-majjali

(80/1274/KEE)

IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1979, u b’ mod partikolari l-Artikolu 146 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi, b’konformità ma’ l-Artikolu 22 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-1979, l-addattazzjonijiet ta’ l-atti elenkati fl-Anness II. li għandhom isiru b’konformità mal-linji gwida spjegati f’dak l-Anness; billi Direttiva 64/432/KEE [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 80/219/KEE [2], għandha tiġi addattata b’mod approprjat;

Billi, barra minn hekk, id-Direttiva 80/217/KEE [3], li kienet ġiet adottata wara l-iffirmar tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni u li għadha valida oltre l-1 ta’ Jannar 1981, għandha tiġi addattata biex tiżgura l-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni.

ADOTTA DIN ID- DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 64/432/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

1. Fl-Anness B, il-punt 12, se tiddaħħal din l-ittra li ġejja:

"(j) Greece

Κτηνιατρικόν ’Ινστιτούτον Λοιμωδών καί

Παρασιτικών Νοσημάτων

‘Ιερά όδός 75

’Αθήναι

301."

2) Fl-Anness C, punt 9, se tiddaħħal din l-ittra li ġejja:

"(j) Greece

Κτηνιατρικόν ’Ινστιτούτον Λοιμωδών καί

Παρασιτικών Νοσημάτων

‘Ιερά όδός 75

’Αθήναι

301."

3. Fl-Anness F, in-nota 4 taċ-ċertifikat mudell I u n-nota 5 taċ-ċertifikati mudell II, III u IV ser jiġu kkompletati b’dan li ġej:

"Greece:

‘Ο Προϊστάμενος τής Κτηνιατρικής ‘Υπηρεσίας τού σημείου έξόδου."

Artikolu 2

Dan li ġej se jiżdied mal-lista ta’ laboratorji nazzjonali għad-deni tal-majjali fl-Anness II tad-Direttiva 80/217/KEE:

"Greece:

Κτηνιατρικόν ’Ινστιτούτον Λοιμωδών καί Παρασιτικών Νοσημάτων (’Εργαστήριον ιολογίας)

Νεαπόλεως 9

‘Αγία Παρασκευή

’Αττικής."

Artikolu 3

L-Istati Membri ser idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, rigward l-Artikolu 1, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1981 u rigward l-Artikolu 2, mhux aktar tard mill-1 ta’Lulju 1981. Huma ser jinfurmaw lill-Kummisjoni immedjatament.

Artikolu 4

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Santer

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, pġ. 1977/64.

[2] ĠU L 47, tas-16.7.1970, pġ. 25.

[3] ĠU L 47, tal-21.2.1980, pġ. 11.

--------------------------------------------------