31980L0368



Official Journal L 090 , 03/04/1980 P. 0041 - 0041
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0003
Greek special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0120
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0125
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0125


Il-ħdax-il direttiva tal-kunsill

tas-26 ta' Marzu 1980

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ - esklużjoni tad-dipartimenti overseas Franċiżi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 77/388/KEE

(80/368/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 99 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 227(2) tat-Trattat jeħtieġ illi l-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom, fil-kwadru tal-proċeduri previsti fit-Trattat, jieħdu ħsieb li l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tad-dipartimenti overseas Franċiżi ikun possibbli;

Billi, skond is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-10 ta' Ottubru 1978 fil-Każ 148/77, it-Trattat u l-leġislazzjoni sekondarja japplikaw għad-dipartimenti overseas Franċiżi għajr jekk tittieħed deċiżjoni mill-istituzzjonijiet Komunitarji li jadottaw miżuri partikolarment adatti għall-kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali ta' dawk id-dipartimenti;

Billi, għal raġunijiet konnessi mas-sitwazzjoni ġeografika, ekonomika u soċjali tagħhom, id-dipartimenti overseas Franċiżi għandhom jitħallew barra mill-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE [1];

Billi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tinvolvix emendi għal-liġijiet ta' l-Istati Membri;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

"— Ir-Repubblika Franċiża:

- id-dipartimenti overseas."

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tapplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1979.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-26 ta' Marzu 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Marcora

[1] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1.

--------------------------------------------------