31980L0181



Official Journal L 039 , 15/02/1980 P. 0040 - 0050
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0181
Greek special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0090
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0181
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0292
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0292


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-20 ta' Diċembru 1979

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE

(80/181/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 71/354/KEE tat-18 ta'' Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl [1], hekk kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 76/770/KEE [2],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [4],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [5],

Billi l-unitajiet ta' kejl huma essenzjali fl-użu ta' l-istrumenti kollha ta' kejl, sabiex jesprimu kejl jew kull indikazzjoni ta' kwantità; billi l-unitajiet ta' kejl huma użati f'bosta oqsma ta' l-attività umana; billi hemm bżonn li tiġi żgurata l-akbar kjarezza possibbli fl-użu tagħhom; billi hemm bżonn li jsiru regoli għall-użu tagħhom fi ħdan il-Komunità għal skopijiet ekonomiċi, ta' saħħa pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew amministrattivi;

Billi, madankollu, jeżistu konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport internazzjonali li jorbtu lill-Komunità jew lill-Istati Membri; billi dawn il-konvenzjonijiet u l-ftehim għandhom jiġu rispettati;

Billi l-liġijiet li jirregolaw l-użu ta' l-unitajiet ta' kejl fl-Istati Membri jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, u bħala riżultat huma ostaklu għall-kummerċ; billi f'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa neċessarju illi ssir armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jiġu megħluba dawn l-ostakoli;

Billi l-unitajiet ta' kejl huma soġġetti għar-riżoluzzjonijiet internazzjonali adottati mill-Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl (CGPM) stabbilita mill-Konvenzjoni tal-Metru hekk kif iffirmata f'Pariġi nhar l-20 ta' Mejju 1875, li għaliha jaderixxu l-Istati Membri kollha; billi l-"International System of Units" (SI) ġiet stabbilita b'riżultat ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet;

Billi l-Kunsill fit-18 ta' Ottubru 1971 adotta d-Direttiva 71/354/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri sabiex jeliminaw l-ostakoli għall-kummerċ billi jadottaw is-sistema internazzjonali ta' l-unitajiet fuq livell Komunitarju; billi d-Direttiva 71/354/KEE ġiet emendata bl-Att ta' Adeżjoni u bid-Direttiva 76/770/KEE;

Billi dawn id-dispożizzjonijiet tal-Komunità ma għelbux l-ostakoli kollha f'dan il-qasam; billi d-Direttiva 76/770/KEE tipprovdi għal reviżjoni qabel il-31 ta' Diċembru 1979 tas-sitwazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-unitajiet ta' kejl, ismijiet u simboli elenkati fil-Kapitolu D ta' l-Anness tagħha; billi huwa neċessarju wkoll illi ssir reviżjoni tas-sitwazzjoni dwar ċerti unitajiet oħra ta' kejl;

Billi huwa neċessarju, sabiex ma jkunx hemm diffikultajiet serji, li jkun provdut għal perjodu ta' transizzjoni li matulu l-unitajiet ta' kejl li mhumiex kompatibbli mas-sistema internazzjonali jinqatgħu gradwalment; billi madankollu huwa essenzjali illi dawk l-Istati Membri li jixtiequ jingħataw permess sabiex idaħħlu fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fit-territorju tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness; billi għalhekk huwa neċessarju illi jiġi limitat it-tul ta' dan il-perjodu ta' transizzjoni f'livell Komunitarju, waqt illi fl-istess ħin, l-Stati Membri jkunu mħollija jillimitaw dan il-perjodu;

Billi matul il-perjodu ta' transizzjoni huwa essenzjali, b'mod partikolari, sabiex ikun protett il-konsumatur, illi tinżamm pożizzjoni ċara dwar l-użu ta' l-unitajiet ta' kejl fil-kummerċ bejn l-Istati Membri; billi l-obbligu fuq l-Istati Membri li jippermettu l-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari fuq il-prodotti u t-tagħmir importat minn Stati Membri oħra matul dan il-perjodu ta' transizzjoni jidher li qiegħed jaqdi dan il-għan tajjeb;

Billi l-adozzjoni sistematika ta' soluzzjoni ta' dan it-tip għall-istrumenti kollha ta' kejl, inklużi strumenti mediċi, mhix neċessarjament mixtieqa; billi l-Istati Membri għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta' kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta' kejl waħdanija;

Billi din id-Direttiva ma taffettwax it-tkomplija ta'manifattura ta' prodotti li diġà jinsabu fuq is-suq; billi. madankollu, taffetwa fil-fatt it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti u tagħmir li fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unitajiet ta' kejl li ma għadhomx unitajiet legali ta' kejl, meta prodotti u tagħmir bħal dawn huma neċċessarji sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet ta' prodotti, tagħmir, u strumenti bħal dawn li jkunu diġà fis-suq; billi huwa għalhekk neċessarju għall-Istati Membri sabiex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' tali prodotti u tagħmir sabiex ilestu u jissostitwixxu komponenti, anke fejn ikun fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unitajiet ta' kejl li ma jkunux għadhom unitajiet legali ta' kejl, sabiex prodotti, tagħmir u strumenti diġà fis-suq ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw;

Billi l-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), nhar l-1 ta' Marzu 1974, adottat standard internazzjonali fir-rappreżentazzjoni ta' l-SI u unitajiet oħra sabiex jintużaw f'sistemi b'numru limitat ta' karattri; billi huwa tajjeb għall-Komunità illi tadotta soluzzjonijiet li diġà ġew approvati fuq livell internazzjonali aktar wiesa' mill-Istandard ta' l-ISO 2955 ta' l-1 ta' Marzu 1974;

Billi d-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar l-unitajiet ta' kejl jinsabu f'diversi testi tal-Komunità; billi kwistjonijiet dwar l-unitajiet ta' kejl huma tant importanti illi huwa essenzjali illi tkun tista' ssir riferenza għal test tal-Komunità wieħed; billi din id-Direttiva tikkonsolida d-dispożizzjonijiet tal-Komunità kollha dwar is-suġġett u tirrevoka d-Direttiva 71/354/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-unitajiet legali ta' kejl fi ħdan it-tifsira ta' din id-Direttiva li għandhom jintużaw sabiex jesprimu l-kwantitajiet għandhom ikunu

(a) dawk elenkati fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness;

(b) dawk elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness, sa data li għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri, din id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1985;

(ċ) dawk elenkati fil-Kapitolu III ta' l-Anness biss f'dawk l-Istati Membri fejn kienu ġew awtorizzati nhar il-21 ta' April 1973 u sa data li għandha tkun stabbilita minn dawk l-Istati Membri; din id-data ma għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilta mill-Kunsill qabel il-31 ta' Diċembru 1989 fuq il-bażi ta' l-Artikolu 100 tat-Trattat.

L-Artikolu 2

(a) L-obbligi taħt l-Artikolu 1 għandhom x'jasqsmu ma' l-istrumenti ta' kejl użati, kejl meħud u indikazzjonijiet tal-kwantità espressi f'unitajiet ta' kejl, għal skopijiet ekonomiċi, ta' saħħa pubblika, sigurtà pubblika, u amministrattivi.

(b) Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa l-użu ta' l-unitajiet fil-qasam tat-trasport bl-arja u bil-baħar u traffiku fuq il-linji tal-ferroviji, għajr jekk magħmula obbligatorji bis-saħħa ta' din id-Direttiva, li ġew stabbiliti fil-konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali li jorbtu lill-Komunità jew lill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

1. Għall-fini ta' din id-Direttiva "indikazzjoni supplementari" tfisser indikazzjoni waħda jew aktar ta' kwantità espressa f'unitajiet ta' kejl li ma jinsabux fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness li jakkumpanjaw l-indikazzjoni ta' kwantità espressa f'unità li tinsab f'dak il-Kapitolu.

2. L-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari għandu jiġi awtorizzat sal-31 ta' Diċembru 1989.

3. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-istrumenti ta' kejl ikun fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unità legali ta' kejl waħda.

4. L-indikazzjoni espressa f'unità ta' kejl stabbilita fil-Kapitolu 1 għandha tippredomina. B'mod partikolari, l-indikazzjonijiet espressi f'unitajiet ta' kejl mhux elenkati fil-Kapitolu 1 għandhom jiġu espressi f'karattri mhux ikbar minn dawk ta' l-indikazzjoni korrispondenti f'unitajiet elenkati fil-Kapitolu I.

5. L-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari jista' jiġi estiż wara l-31 ta' Diċembru 1989.

L-Artikolu 4

L-użu ta' unitajiet ta' kejl li mhumiex jew li ma għadhomx aktar legali għandu jiġi awtorizzat għal:

- prodotti u tagħmir diġà fis-suq u/jew li qiegħed fis-servizz fid-data li fiha hija adottata din id-Direttiva,

- komponenti u partijiet ta' prodotti u ta' tagħmir meħtieġa sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet tal-prodotti u tat-tagħmir ta' hawn fuq.

Madanakollu, l-użu ta' unitajiet legali ta' kejl jista' jkun meħtieġ għal indikaturi ta' strumenti ta' kejl.

L-Artikolu 5

L-istandard internazzjonali ISO 2955 ta' l-1 ta' Marzu 1974, "Ipproċessar ta" informazzjoni - Rappreżentazzjonijiet tal-SI u unitajiet oħra li jintużaw f'sistemi b'settijiet ta' karattri limitati "għandu japplika fil-qasam kopert bil-paragrafu 1 tiegħu.

L-Artikolu 6

Id-Direttiva 71/354/KEE għandha tiġi rrevokata nhar l-1 ta' Ottubru 1981.

Madanakollu, b'deroga mid-Direttiva 71/354/KEE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw jew ikomplu jippermettu skond it-termini speċifikati fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, l-użu ta' l-unitajiet ta' kejl li ġejjin wara l-31 ta' Diċembru 1979:

millimetru ta' merkurju | (il-Kapitolu II) |

poise | (il-Kapitolu II) |

stokes | (il-Kaptiolu II) |

jarda | (il-Kapitolu III) |

jarda kwadra | (il-Kapitolu III) |

therm | (il-Kapitolu III) |

L-Artikolu 7

(a) L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta' Lulju 1981, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

Dawn għandhom japplikaw dawn il-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1981.

(b) Sa mid-data tan-notifika ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi l-Kummissjoni tkun infurmata, f'ħin tajjeb li jippermettilha illi tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta' liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva li huma jkollhom il-ħsieb li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 8

Din id-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Tunney

[1] ĠU L 243, tad-29.10.1971, p. 29

[2] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 204

[3] ĠU C 81, tat-28.3.1979, p. 6

[4] ĠU C 127, tal-21.5.1979, p. 80

[5] L-Opinjoni mogħtija fl-24/25 ta' Ottubru 1979 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-KAPITOLU I

UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(a)

1. UNITAJIET SI U L-MULTIPLI U S-SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM

1.1. unitajiet SI bażi

|

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu |

Tul | metru | m |

Piż | kilogramm | kg |

Ħin | sekonda | s |

Kurrent Elettriku | ampere | A |

Temperatura termodinamika | kelvin | K |

Ammont ta' sustanza | mole | mol |

Intensità ta' luminosità | candela | cd |

Definizzjonijiet ta' l-unitajiet SI bażi:

Unità tat-tul

Il-metru huwa t-tul ugwali għal 1650763·73 wavelengths f'vakwu tar-radjazzjoni li tikkorrispondi għat-transizzjoni bejn il-livelli 2p10 u 5d5 ta' l-atomu ta' krypton 86.

(Il-Ħdax-il CGPM (1960), riżoluzzjoni 6).

Unità tal-massa

Il-kilogramm hija l-unità tal-massa; huwa ugwali għall-massa tal-prototip internazzjonali tal-kilogramm.

(It-Tielet CGPM (1901), paġna 70 tar-rapport tal-konferenza).

Unità tal-ħin

Is-sekonda hija t-tul ta' żmien ta' 9192631770 perjodi tar-radjazzjoni li tikkorrispondi għat-transizzjoni bejn żewġ livelli iperfini u l-ground state ta' l-atomu ta' caesium-133.

(It-Tlettax-il CGPM (1967), riżoluzzjoni 1).

L-Unità tal-kurrent ta' l-elettriku

L-ampere huwa dak il-kurrent kostanti li jekk miżmum f'żewġ tulijiet dritti paralleli infiniti, ta' sezzjoni trasversali tonda negliġibbli u mpoġġija metru 'l bogħod mill-ieħor f'vakwu, jipproduċi bejn iż-żewġ materjali kondutturi forza ugwali għal 2 x 10-7newton għal kull metru ta' tul.

(CIPM (1946), riżoluzzjoni 2, approvata mid-disa' CGPM (1948)).

L-Unità tat-temperatura termodinamika

Il-kelvin, unità ta' temperatura termodinamika, hija l-frazzjoni ta' 1/273·16 tat-temperatura termodinamika tat-triple point ta' l-ilma.

(It-Tlettax-il CGPM (1967), riżoluzzjoni 4).

L-Unità ta' ammont ta' sustanza

(1) Il-mole hija l-ammont ta' sustanza ta' sistema li fiha entitajiet elementari daqs kemm hemm atomi f'0·012 kg ta' carbon 12.

(2) Meta l-mole hija użata, l-entitajiet elementari għandhom jiġu speċifikati u jistgħu jkunu atomi, molekuli, jonji, elettroni, jew partikuli oħra jew gruppi speċifiċi ta' tali partikuli.

(L-Erbatax-il CGPM (1971), riżoluzzjoni 3).

L-Unità ta' intensità tal-luminosità

Il-candela hija l-intensità tal-luminosità, f'direzzjoni partikolari, ta' sors li jemetti raġġi monokromatiċi bi frekwenza ta' 540 x 1012hertz u li l-intensità ta' radjanti f'dik id-direzzjoni hija ta' (1/683) watt per steradian

(Is-Sittax -il CGPM (1979), riżoluzzjoni 3).

1.1.1. Isem speċjali jew simbolu ta' l-unità ta' temperatura SI biex tkun espressa t-temperatura f'Celsius

|

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu |

Temperatura f'Celsius | Grad Celsius | oC |

It-temperatura Celsius t hija definita bħala d-differenza t = T — T0 bejn żewġ temperaturi termodinamiċi T u T0 fejn T0 = 273·15 kelvins. Intervall ta' jew differenza f'temperatura tista' tiġi espressa kemm f'kelvins kif ukoll fi gradi Celsius. L-unità ta' "grad Celsius" hija daqs unità "kelvin".

1.2. Unitajiet SI oħra

1.2.1. Unitajiet SI supplimentari

|

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu |

Angolu pjan | radian | rad |

Angolu solidu | steradian | sr |

(Il-Ħdax-il CGPM, 1960, riżoluzzjoni 12).

Definizzjoni ta' unitajiet SI supplimetari:

L-Unità ta' angolu pjan

Ir-radian hija l-angolu pjan bejn żewġ raġġi ta' ċirku li jaqtgħu fuq iċ-ċirkonferenza ark li t-tul tiegħu hu daqs ir-raġġ.

(Standard Internazzjonali ISO 31 - I, Diċembru 1965).

L-Unità ta' angolu solidu

L-isteradian hija l-angolu solidu li għandu l-quċċata tiegħu fiċ-ċentru ta' sfera u li jaqta' area fil-wiċċ ta' l-isfera daqs dik ta' kwadru li għandu bil-ġnub tiegħu ta' tul daqs ir-raġġ ta' l-isfera.

(L-Istandard Internazzjonali ISO 31 - I, Diċembru 1965).

1.2.2. Unitajiet SI imnisslin

Unitajiet imnisslin b'mod koerenti mill-unitajiet bażi SI u unitajiet SI supplimentari huma mogħtija bħala espressjonijiet alġebrajiċi fil-forma ta' prodotti ta' powers ta' l-unitajiet bażi SI u/jew unitajiet SI supplimentari b'fattur numeriku ugwali għal 1.

1.2.3. Unitajiet SI imnisslin li għandhom ismijiet u simboli

Kwantità | Unità | Espressjoni |

Isem | Simbolu | F'Unitajiet SI oħra | F'termini ta' l-unitajiet SI bażi jew supplimentari |

Frekwenza | hertz | Hz | | s-1 |

Forza | newton | N | | m · kg · s-2 |

Pressjoni, stress | pascal | Pa | N · m-2 | m-1 · kg · s-1 |

Energija, work; kwantità ta' sħana | joule | J | N · m | m2 · kg · s-2 |

Saħħa, fluss radjanti | watt | W | J · s-1 | m2 · kg · s-3 |

Kwantità ta' elettriku, karg ta' l-elettriku | coulomb | C | | s · A |

Potenzjal ta' l-elettriku, differenza fil-potenzjal, forza elettromotiva | volt | V | W · A-1 | m2 · kg · s-3 · A-1 |

Reżistenza ta' l-elettriku | ohm | Ω | V · A-1 | m2 · kg · s-3 · A-2 |

Konduttività | siemens | S | A · V-1 | m-2 · kg-1 · s3 · A2 |

Kapaċitanza | farad | F | C · V-1 | m-2 · kg-1 · s4 · A2 |

Fluss Manjetiku | weber | Wb | V · s | m2 · kg · s-2 · A-1 |

Densità tal-fluss manjetiku | tesla | T | Wb · m-2 | kg · s-2 · A-1 |

Inductance | henry | H | Wb · A-1 | m2 · kg · s-2 · A-2 |

Fluss luminuż | lumen | lm | | cd · sr |

Illuminanza | lux | lx | lm · m-2 | m-2 · cd · sr |

Attività (ta' radionuclide) | becquerel | Bq | | s-1 |

Doża assorbita, energija specifika mqassma, kerma, indici tad-doża assorbita | gray | Gy | J · kg-1 | m2 · s-2 |

Doża ekwivalenti | sievert | Sv | J · kg-1 | m2 · s-2 |

Unitajiet imnisslin mill-unitajiet SI bażi jew unitajiet supplimentari jistgħu jiġu espressi f'termini ta' unitajiet elenkati fil-Kapitolu I.

B'mod partikolari unitajiet SI imnisslin jistgħu jiġu espressi permezz ta' ismijiet speċjali u simboli mogħtija fit-tabella ta' hawn fuq; per eżempju l-unità SI tal-viskożità dinamika tista' tiġi mfissra bħala m-1·kg. s-1 jew N·s·m-2 jew Pa·s.

1.3. Prefissi u s-simboli tagħhom użati sabiex jingħataw ċerti multipli u submultipli deċimali

Fattur | Prefiss | Simbolu | Fattur | Prefiss | Simbolu |

1018 | exa | E | 10-1 | deci | d |

1015 | peta | P | 10-2 | centi | c |

1012 | tera | T | 10-3 | milli | m |

109 | giga | G | 10-6 | micro | μ |

106 | mega | M | 10-9 | nano | n |

103 | kilo | k | 10-12 | pico | p |

102 | hecto | h | 10-15 | femto | f |

101 | deca | da | 10-18 | atto | a |

L-ismijiet u s-simboli tal-multipli u s-submultipli deċimali ta' l-unità tal-massa huma iffurmati billi jiġu mehmuża prefissi mal-kelma "gramm" u s-simboli tagħhom mas-simbolu ‘g'.

Fejn unità imnissla hija espressa bħala frazzjoni, il-multipli u s-submultipli deċimali tagħha jistgħu jingħataw billi jiġi mehmuż il-prefiss ma' l-unitajiet fin-numeratur jew fid-denominatur, jew f'dawn iż-żewġ partijiet.

Prefissi komposti, jew aħjar prefissi ffurmati mit-tqeħid ħdejn xulxin ta' diversi prefissi imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jintużaw.

1.4. Ismijiet speċjali awtorizzati u simboli tal-multipli u submultipli deċimali ta' l-Unitajiet SI

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu | Valur |

Volum | litri | 1 jew L | 1 l = 1 dm3 = 10-3 m3 |

Massa | tunnellati metriċi | t | 1 t = 1 Mg = 103 kg |

Pressjoni, stress | bar | bar | 1 bar = 105 Pa |

Nota:

Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' unitajiet u simboli li jinsabu fit-Tabella 1.4.

2. UNITAJIET LI HUMA DEFINITI FUQ IL-BAŻI TA' L-UNITAJIET SI IŻDA LI MHUMIEX MULTIPLI JEW SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu | Valur |

Angolu plan | rivoluzzjoni * | | 1 rivoluzzjoni = 2 π rad |

grad* jew gon * | gon* | 1 gon = π200 rad |

grad | ° | 1° = π180 rad |

minuta ta' l-angolu | ' | 1' = π10800rad |

sekonda ta' l-angolu | " | 1'' = π648000rad |

Ħin | minuta | min | 1 min = 60 s |

siegħa | h | 1 h = 3600 s |

ġurnata | d | 1 d = 86400 s |

Nota:

il-prefissi elenkati fi 1.3 jistgħu jiġu użati biss flimkien ma' l-ismijiet "grad" jew "gon" u s-simbolu "gon".

3. UNITAJIET DEFINITI INDIPENDENTAMENT MIS-SEBA' UNITAJIET SI BAŻI

L-unità unified atomic mass hija wieħed minn tnax tal-massa ta' l-atomu tan-nuclide 12C.

L-electronvolt hija l-enerġija kinetika miksuba mnn elettron li jgħaddi minn vakwu minn punt għall-ieħor li s-saħħa tiegħu hija volt aktar.

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu | Valur |

Massa | unità unified atomic mass | U | 1 u ≈ 1·660565 5 X 10-27 kg |

Enerġija | Electronvolt | eV | 1eV ≈ 1·602189 2 X 10-19 J |

Il-valur ta' dawn l-unitajiet, espress f'unitajiet SI, mhuwiex magħruf eżatt.

Il-valuri ta' hawn fuq huma meħudin mill-Bulletin CODATA Nru 11 ta' Diċembru 1973 tal-Kunsill Internazzjonali ta' l-Għaqdiet Xjentifiċi.

Nota:

Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' dawn iż-żewġ unitajiet u mas-simboli tagħhom.

4. UNITAJIET U ISMIJIET TA' L-UNITAJIET PERMESSI F'OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu | Valur |

Vergency ta' sistemi ottikali | dioptre* | | 1 dioptre = 1m-1 |

Massa tal-ħagar prezzjuż | karat metriku | | 1 karat metriku = 2 X 10-4 kg |

Area ta' l-art agrikola u art għall-bini | are | a | 1 a = 102 m2 |

Massa għal kull unità ta' tul tal-yarn u l-ħjut tat-tessili | tex* | tex* | 1 tex = 10-6 kg m-1 |

Nota:

Il-prefissi elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' l-unitajiet ta' hawn fuq. Il-multiplu 102 a huwa, madanakollu, magħruf bħala ‘ettaru'.

5. UNITAJIET KOMPOSTI

Kombinazzjonijiet ta' l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu I jiffurmaw unitajiet komposti.

Il-KAPITOLU II

UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(b)

KWANTITAJIET, ISMIJIET TA' L-UNITAJIET, SIMBOLI U VALURI

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu | Valur |

Pressjoni tad-demm | millimetru ta' merkurju (*) | mm Hg(*) | 1 mm Hg = 133 ·322 Pa |

Angolu pjan | | g* | 1g = π200rad |

Attività (ta'radionuclide) | curie | Ci | 1 Ci = 3,7 X 1010 Bq |

Doża assorbita | rad | rad | 1 rad = 10-2 Gy |

Doża Ekwivalenti | rem* | rem* | 1rem = 10-2 Sv |

Espożizzjoni (raggi X u γ) | röntgen | R | 1 R = 2,58,10-4 C·kg-1 |

Viskosità Dinamika | poise | P | 1P = 10-1 Pa·s |

Viskosità Kinematika | stokes | St | 1 St = 10-4 m 2 ·s-1 |

Nota:

Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 tal-Kapitolu I jistgħu jintużaw flimkien ma' l-unitajiet u s-simboli li hemm f'din it-taqsima, bl-eċċezzjoni tal-millimetru ta' merkurju u s-simbolu tiegħu u s-simbolu "g".

Sad-data indikata fl-Artikolu 1(b), l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu II jistgħu jiġu magħqudin flimkien jew ma' dawk ta' Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti.

Il-KAPITOLU III

UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(ċ)

KWANTITAJIET, ISEM TA' L-UNITAJIET, SIMBOLI U VALURI APPROSSIMATTIVI

Tul

pulzier | 1 in = 2,54 x 10-2 m |

pied | 1 ft = 0,3048m |

fadom | 1 fm = 1,829 |

mil | mil = 1609m |

jarda | jarda = 0,9144m |

Area

pied kwadru | 1 sq ft = 0,929 x 10-1 m2 |

acre | 1 ac = 4047 m2 |

Jarda kwadra | 1 sq yd = 0,8361 m2 |

Volum

Uqija fluwida | 1 fl oz = 28,41 x 10-6 m3 |

Kwart ta' pinta | 1 gill = 0,1421 x 10-3 m3 |

Pinta | 1 pt = 0,5683 x 10-3 m3 |

Kwart | 1 qt = 1,137 x 10-3 m3 |

Gallun | 1 gal = 4,546 x 10-3 m3 |

Piż

Uqija (avoirdupois) | 1 oz = 28,35 x 10-3 kg |

Troy ounce | 1 oz tr = 31,10 x 10-3 kg |

Libbra | 1 lb = 0.4536 kg |

Enerġija

therm | 1 therm = 105,506 x 106 J |

Sad-data li għad trid tiġi stabbilita taħt l-Artikolu 1(ċ), l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu III jistgħu jiġu magħqudin flimkien jew ma' dawk fil-Kapitolu 1 sabiex jiffurmaw unitajiet komposti.

--------------------------------------------------